15.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2458

tal-14 ta’ Diċembru 2022

li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2022 f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 minħabba sajd żejjed ta’ stokkijiet oħra fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1926

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2021 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2020/1579 (2), (UE) 2021/90 (3), (UE) 2021/91 (4) u (UE) 2021/92 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2022 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2021/91, (UE) 2021/1888 (6), (UE) 2022/109 (7) u (UE) 2022/110 (8).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1926 (9) stabbilixxa tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet ta’ ħut fl-2022 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti.

(5)

Madankollu, għal ċerti Stati Membri, jiġifieri Spanja, Franza, il-Litwanja u l-Polonja, ma seta’ jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1926 mill-kwoti tas-sajd allokati għall-istokkijiet li jkunu ġew mistada żżejjed, għaliex dawn il-kwoti mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2022.

(6)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li, meta ma jkunx jista’ jsir tnaqqis b’rabta mal-istokk fejn ikun sar sajd żejjed fis-sena ta’ wara dik li fiha jkun sar sajd żejjed minħabba li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwoti disponibbli għal dak l-istokk ta’ ħut, jista’ jsir tnaqqis b’rabta ma’ stokkijiet oħra fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kkonċernati.

(7)

Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2022/C 369/03 dwar il-linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (10) (“il-Linji Gwida”) tali tnaqqis preferibbilment jenħtieġ li jsir mill-kwoti allokati għall-istokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet sajd żejjed mill-kwota.

(8)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati b’rabta mat-tnaqqis propost mill-kwoti tas-sajd allokati għal stokkijiet oħrajn minbarra dawk li ġew mistada żżejjed. Għalhekk, huwa xieraq li jsir it-tnaqqis minn dawk il-kwoti tas-sajd alternattivi allokati lil dawk l-Istati Membri fl-2022.

(9)

Meta wieħed iqis li r-raja tal-fosos fiż-żona 7d (RJC/07D.) hija subspeċi tal-istokk tar-“rebekkini u r-raj” fiż-żona 7d (SRX/07D.), it-tnaqqis dovut mill-Irlanda minħabba s-sajd żejjed tagħha tar-raja tal-fosos fiż-żona 7d skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1926 qed isir fuq il-kwota tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fiż-żona 7d li huma disponibbli għall-Irlanda għall-2022.

(10)

Fl-2021, il-Portugall stad iżżejjed il-kwota tas-sajd tiegħu għall-inċova fiż-żoni 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1 (ANE/9/3411). Fit-22 ta’ Awwissu 2022, il-Portugall talab li t-tnaqqis dovut - inkluż fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,4 skont l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 - jitqassam fuq 3 snin. Skont il-punt 3(a) tal-Linji Gwida, it-tixrid ta’ tnaqqis fuq sentejn jew aktar jista’ jiġi aċċettat meta l-ħut jiġi ġestit b’mod sostenibbli abbażi tal-parir xjentifiku rilevanti għall-istokk ikkonċernat. Skont stħarriġiet akustiċi li jimmonitorjaw id-distribuzzjoni tal-abbundanza u tal-bijomassa u l-istudju ta’ diversi parametri bijoloġiċi tal-inċova mwettqa kull sena, il-bijomassa stmata għall-inċova fl-2022 żdiedet b’64 % meta mqabbla ma’ stħarriġiet tal-2021. L-Istitut xjentifiku Portugiż IPMA (Instituto Português do Mar e da Atmosfera), f’kollaborazzjoni mal-istitut xjentifiku Spanjol IEO (Instituto Español de Oceanografía), jittestjaw regola ġdida ta’ tal-kontroll tal-qbid permezz ta’ Evalwazzjoni tal-Istrateġija ta’ Ġestjoni. Sa ma joħroġ il-punt ta’ riferiment ippjanat tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għal dan l-istokk, jista’ jiġi aċċettat li t-tnaqqis jinfirex fuq sentejn minflok fuq tliet snin.

(11)

Abbażi tal-aħħar data aġġornata trażmessa minn Franza fid-9 ta’ Settembru 2022, jidher li nqabżet il-kwota kondiviża tal-2021 ta’ tunnellata allokata għal “Oħrajn” għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku (WHM/ATLANT_AMS) kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/92 - u li skontu Franza tħalliet tistad. Meta jitqies li Franza rrappurtat qabdiet li jammontaw għal 2 972 tunnellata taħt din il-kwota “Oħrajn”, jenħtieġ li jsir tnaqqis minħabba dan is-sajd żejjed – inkluż fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 skont l-Artikolu 105(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 – fuq il-kwota tas-sajd għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku disponibbli għal Franza għall-2022. B’hekk jenħtieġ li t-tnaqqis korrispondenti jiżdied mal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1926.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1926 jiġi emendat skont dan.

(13)

Xorta jistgħu jseħħu aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzji attwali jew preċedenti, ta’ żbalji, omissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għas-sena 2022 fir-Regolamenti (UE) 2021/91. (UE) 2021/1888, (UE) 2022/109 u (UE) 2022/110, imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitnaqqsu billi jiġi applikat it-tnaqqis fuq l-istokkijiet alternattivi stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1926 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

It-tnaqqis Portugiż ta’ 2 954,752 tunnellata applikabbli fl-2022 minħabba sajd żejjed fl-2021 fir-rigward tal-istokk tal-inċova fiż-żoni 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1 (ANE/9/3411) jitqassam fuq sentejn.

It-tnaqqis annwali applikabbli għandu jammonta għal 1 477,376 tunnellata fl-2022 u l-2023 mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe adattament ulterjuri tal-kwota minħabba sajd żejjed sussegwenti possibbli.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 362, 30.10.2020, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/91 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jiffissa, għas-snin 2021 u 2022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 20).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1888 tas-27 ta’ Ottubru 2021 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħrajn (ĠU L 384, 29.10.2021, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) 2022/1926 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2022 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 67).

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li tissostitwixxi l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 (2022/C 369/03) (ĠU C 369, 27.9.2022, p. 3).


ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2022 LI JRIDU JIĠU APPLIKATI FUQ STOKKIJIET ALTERNATTIVI

STOKKIJIET MISTADA ŻŻEJJED

 

STOKKIJIET ALTERNATTIVI

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwantità li ma tistax titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2022 għall-istokk mistad iżżejjed (f’kilogrammi)

 

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwantità li trid titnaqqas mill-kwota tas-sajd tal-2022 għall-istokkijiet alternattivi (f’kilogrammi)

ESP

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta’ Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

56 667

 

ESP

COD

1/2B.

Bakkaljaw

1 u 2b

56 667

ESP

HAD

1N2AB.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

19 059

 

ESP

COD

1/2B.

Bakkaljaw

1 u 2b

7 627

REB

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

11 432

ESP

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

41 357

 

ESP

REB

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

41 357

FRA

RED

51214S

Redfish

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

3 516

 

FRA

BLI

5B67-

Linarda

6 u 7; L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5

3 516

LTU

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30' N

13 592

 

LTU

MAC

2CX14-

Kavalli

6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; L-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14

13 592

POL

MAC

2A34.

Kavalli

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3 u 4

63 850

 

POL

HER

3D-R30

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

63 850


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1926 huwa sostitwit b’dan li ġej:

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2022 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota oriġinali tal-2021 (f’kilogrammi)

Ħatt l-art permess għall-2021 (Kwantità totali adattata f’kilogrammi)  (1)

Qabdiet totali li saru fl-2021 (il-kwantità f’kilogrammi)

Konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (%)

Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f’kilogrammi)

Fattur ta’ multiplikazzjoni  (2)

Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni  (3) ,  (4)

Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5) (kwantità f’kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2022 (6) u għas-snin ta’ wara (kwantità f’kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2022 għall-istokkijiet mistada żżejjed (7) (kwantità f’kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2022 għall-istokkijiet alternattivi (kwantità f’kilogrammi)

Ammont li għandu jitnaqqas mill-kwoti tas-sajd għall-2023 u għas-sena/snin ta’ wara (kwantità f’kilogrammi)

CYP

SWO

MED

Pixxispad

Il-Baħar Mediterran

52 230

52 230

55 703

106,65 %

3 473

/

C (8)

/

3 473

3 473

/

/

DEU

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30' N

33 852 000

17 152 318

18 844 967

109,87  %

1 692 649

/

A (8)

/

1 692 649

1 692 649

/

/

DNK

COD

03AN.

Bakkaljaw

L-Iskagerrak

1 515 000

1 556 000

1 598 949

102,76  %

42 949

/

C (8)

/

42 949

42 949

/

/

DNK

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30' N

49 993 000

49 711 223

51 805 988

104,21  %

2 094 765

/

/

/

2 094 765

2 094 765

/

/

ESP

COD

1/2B.

Bakkaljaw

1 u 2b

11 331 000

8 580 172

8 604 667

100,29  %

24 495

/

A (8)

/

24 495

24 495

/

/

ESP

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta’ Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

6 000

43 778

729,63  %

37 778

1,00

A

/

56 667

/

56 667

/

ESP

HAD

1N2AB.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

0

19 059

Mhux Applikabbli

19 059

1,00

/

/

19 059

/

19 059

/

ESP

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

0

27 571

Mhux Applikabbli

27 571

1,00

A

/

41 357

/

41 357

/

EST

GHL

N3LMNO

Ħalibatt ta’ Greenland

3LMNO tan-NAFO

331 000

502 500

515 085

102,50  %

12 585

/

/

/

12 585

12 585

/

/

FRA

RED

51214S

Redfish

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

0

0

3 516

Mhux Applikabbli

3 516

1,00

/

/

3 516

/

3 516

/

FRA

WHM

ATLANT

Marlin Abjad

L-Oċean Atlantiku

1 000  (9)

1 000  (9)

2 972

297,20  %

1 972

1,00

C

/

2 958

2 958

/

/

GRC

BFT

AE45WM

Tonna

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

314 030

314 030

322 640

102,74  %

8 610

/

C (8)

/

8 610

8 610

/

/

IRL

HER

6AS7BC

Aringi

6aS, 7b, 7c

1 236 000

1 513 457

1 605 894

106,11  %

92 437

/

/

/

92 437

92 437

/

/

IRL

RJC

07D.

Raja tal-fosos

7d

/

0

1 741

Mhux Applikabbli

1 741

1,00

/

/

1 741  (10)

1 741  (10)

/

/

LTU

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30' N

/

452 600

466 192

103,00  %

13 592

/

/

/

13 592

/

13 592

/

LVA

SPR

3BCD-C

Laċċa Kaħla

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32

30 845 000

28 709 205

29 084 587

101,31  %

375 382

/

C (8)

/

375 382

375 382

/

/

NLD

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30' N

46 381 000

45 488 813

46 533 481

102,30  %

1 044 668

/

/

/

1 044 668

1 044 668

/

/

POL

MAC

2A34.

Kavalli

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3 u 4

/

0

63 850

Mhux Applikabbli

63 850

1,00

/

/

63 850

/

63 850

/

PRT

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

145 000

136 677

139 363

101,97  %

2 686

/

/

/

2 686

2 686

/

/

PRT

ANE

9/3411

Inċova

9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

7 829 000

8 752 733

10 863 270

124,11  %

2 110 537

1,40

/

/

2 954 752  (11)

1 477 376  (11)

/

1 477 376  (11)

PRT

ANF

8C3411

Petriċa

8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

584 000

648 238

657 235

101,39  %

8 997

/

C (8)

/

8 997

8 997

/

/

PRT

BFT

AE45WM

Tonna

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

572 970

572 970

583 215

101,79  %

10 245

/

C (8)

/

10 245

10 245

/

/

PRT

HKE

8C3411

Merluzz

8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

2 483 000

2 093 417

2 207 568

105,45  %

114 151

/

C (8)

/

114 151

114 151

/

/

SWE

HER

03A.

Aringi

3a

9 498 000

13 085 112

13 223 209

101,06  %

138 097

/

/

/

138 097

138 097

/

/


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-Politika Komuni tas-Sajd u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2020 għall-2021 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni min sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u f'konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv *1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2019, fl-2020 u fl-2021. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa suġġett għal pjan pluriennali.

(5)  Il-kwantitajiet li jifdal mis-sena jew mis-snin ta’ qabel.

(6)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2022.

(7)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2022 li jista' jsir fir-realtà meta wieħed iqis il-kwota disponibbli fl-19 ta' Ottubru 2022.

(8)  Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.

(9)  Kwota disponibbli għal “Oħrajn” li skontha Franza tħalliet tistad.

(10)  Għandu jitnaqqas mill-kwota tas-sajd disponibbli għall-Irlanda għall-istokk tar-rebekkini u r-raj fiż-żona 7d (SRX/07D.) fl-2022.

(11)  Fuq talba mill-Portugall, it-tnaqqis ta’ 2 954 752 kilo li kellu jsir fl-2022 minħabba sajd żejjed fl-2021 ġie mifrux b’mod ugwali fuq sentejn (2022 u 2023).”