|
19.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2453
tat-30 ta’ Novembru 2022
li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 fir-rigward tad-divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 434a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 (2) jispeċifika formati uniformi ta’ divulgazzjoni u struzzjonijiet assoċjati għad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont it-Titoli II u III tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 (3), inter alia biex jintroduċi Artikolu 449a ġdid. Dak l-Artikolu jirrikjedi li istituzzjonijiet kbar li jkunu ħarġu titoli li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat ta’ kwalunkwe Stat Membru jiddivulgaw, mit-28 ta’ Ġunju 2022, informazzjoni dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), inklużi r-riskji fiżiċi u r-riskji ta’ tranżizzjoni. Dik l-emenda għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li tiġi riflessa fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637, li jenħtieġ li jistabbilixxi, minbarra l-formati ta’ divulgazzjoni uniformi eżistenti u l-istruzzjonijiet assoċjati, formati ta’ divulgazzjoni uniformi addizzjonali u struzzjonijiet assoċjati għad-divulgazzjonijiet tar-riskji ESG. |
|
(2) |
Meta jiġu stabbiliti formati uniformi ta’ divulgazzjoni, għandha titqies il-materjalità sħiħa tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata. Dan ifisser li d-divulgazzjonijiet mill-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkopru, minn naħa waħda, l-impatt finanzjarju tal-fatturi ESG fuq l-attivitajiet ekonomiċi u finanzjarji tal-istituzzjonijiet (perspettiva minn barra għal ġewwa), u, min-naħa l-oħra, il-fatturi ESG li jistgħu jiġu skattati mill-attivitajiet proprji tal-istituzzjonijiet, li min-naħa tagħhom isiru finanzjarjament materjali meta jaffettwaw lill-partijiet ikkonċernati tal-istituzzjonijiet (perspettiva minn ġewwa għal barra). B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li t-tabelli u l-mudelli użati għal dawk id-divulgazzjonijiet jagħtu informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed dwar ir-riskji ESG, u b’hekk l-utenti ta’ dik l-informazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet. |
|
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tar-riskji ESG. Ir-regoli dwar id-divulgazzjoni tar-riskji ESG għandhom għalhekk iqisu l-kriterji, il-klassifikazzjonijiet u d-definizzjonijiet stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jqisu b’mod partikolari l-kriterji għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (5). Fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-portafoll tal-proprjetà immobbli tal-istituzzjonijiet, jenħtieġ li titqies l-informazzjoni pprovduta miċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif definit fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(4) |
L-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jirrikjedu li ċerti impriżi kbar li huma entitajiet ta’ interess pubbliku, jew entitajiet ta’ interess pubbliku li huma impriżi prinċipali ta’ grupp kbir, rispettivament, jinkludu fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom jew fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tagħhom informazzjoni dwar l-impatt tal-attività tagħhom fuq kwistjonijiet ambjentali, soċjali u tal-impjegati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet kontra l-korruzzjoni u t-tixħim. Madankollu, dan l-obbligu ma japplikax għal impriżi oħra. B’riżultat ta’ dan, l-impriżi li mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE mhumiex meħtieġa jiddivulgaw tali informazzjoni u jistgħu ma jkunux jistgħu jipprovdu tali informazzjoni lill-istituzzjonijiet. Dawk l-impriżi li huma kontropartijiet għal istituzzjonijiet jistgħu għalhekk ikunu mistennija biss li jipprovdu dik l-informazzjoni u data fuq bażi volontarja. Madankollu, huwa xieraq li dawk l-impriżi jingħataw gwida dwar il-kalkolu tal-perċentwal tal-iskoperturi għal attivitajiet li huma attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, sabiex dik l-informazzjoni u dik id-data jkunu jistgħu jiġu ppreżentati f’format standardizzat u komparabbli. Meta dik l-informazzjoni u dik id-data ma jiġux ipprovduti b’mod volontarju, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkalkulaw il-perċentwal ta’ skoperturi allinjati mat-tassonomija billi jużaw stimi jew indikaturi. |
|
(5) |
L-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-informazzjoni dwar ir-riskji ESG tiġi ddivulgata mit-28 ta’ Ġunju 2022, u minn hemm’ il quddiem fuq bażi annwali għall-ewwel sena u darbtejn fis-sena minn hemm ’il quddiem. Għal dawk ir-raġunijiet, l-ewwel data ta’ referenza tad-divulgazzjoni annwali jenħtieġ li tiġi stabbilita mill-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(7) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej: “Artikolu 18a Divulgazzjoni ta’ riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (riskji ESG) 1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:
2. L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jiddivulgaw informazzjoni kwantitattiva dwar azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u skoperturi dwar riskji relatati mat-tibdil fil-klima assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, lejn kontropartijiet li huma korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(e) tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, li mhumiex soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u li mhumiex soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 (*4), billi jużaw il-Mudell 9 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament. Għall-kalkolu tal-perċentwal tal-iskoperturi għal attivitajiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (skoperturi allinjati mat-tassonomija) lejn dawk il-kontropartijiet, l-istituzzjonijiet:
Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-kontropartijiet tagħhom li l-għoti ta’ tali informazzjoni huwa volontarju. 3. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fl-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom, mill-31 ta’ Diċembru 2022, jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fid-dati li ġejjin:
(*1) Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13)." (*2) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19)." (*3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1)." (*4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).” " |
|
(2) |
it-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness XXXIX; |
|
(3) |
it-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness XL. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 tal-15 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjonijiet pubbliċi mill-istituzzjonijiet tal-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III tal-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1423/2013, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1555, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/200 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2295 (ĠU L 136, 21.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 17).
(6) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(7) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
“ANNESS XXXIX
Divulgazzjonijiet prudenzjali dwar ir-riskji ESG (l-Artikolu 449a CRR)
|
INDIĊI - Divulgazzjonijiet prudenzjali dwar ir-riskji ESG (l-Artikolu 449a CRR) |
|
Tabella 1 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju Ambjentali: |
|
Tabella 2 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju Soċjali: |
|
Tabella 3 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju ta’ Governanza: |
|
Mudell 1: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Kwalità kreditizja tal-iskoperturi skont is-settur, l-emissjonijiet u l-maturità residwa |
|
Mudell 2: Portafoll bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Self kollateralizzat minn proprjetà immobbli – Effiċjenza enerġetika tal-kollateral. |
|
Mudell 3: Portafoll bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Metriċi tal-allinjament. |
|
Mudell 4: Portafoll bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Skoperturi għall-20 ditta bl-aktar intensità qawwija ta’ karbonju. |
|
Mudell 5: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju fiżiku potenzjali tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku |
|
Mudell 6: Sommarju tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) dwar l-iskoperturi allinjati mat-Tassonomija |
|
Mudell 7 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: Assi għall-kalkolu tal-GAR |
|
Mudell 8 - GAR (%) |
|
Mudell 9 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: BTAR |
|
Mudell 10 - Azzjonijiet oħra ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima li mhumiex koperti fir-Regolament (UE) 2020/852 |
Tabella 1 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju Ambjentali:
f’konformità mal-Artikolu 449 a CRR
|
Numru tar-ringiela |
Informazzjoni kwalitattiva — Format liberu |
|
|
|
L-istrateġija u l-proċessi tan-negozju |
|
|
(a) |
L-istrateġija tan-negozju tal-istituzzjoni biex tintegra l-fatturi u r-riskji ambjentali, filwaqt li tqis l-impatt tal-fatturi u r-riskji ambjentali fuq l-ambjent tan-negozju, il-mudell tan-negozju, l-istrateġija u l-ippjanar finanzjarju tal-istituzzjoni |
|
|
(b) |
Objettivi, miri u limiti għall-valutazzjoni u l-indirizzar tar-riskju ambjentali fi żmien qasir, medju u twil, u valutazzjoni tal-prestazzjoni skont dawn l-objettivi, il-miri u l-limiti, inkluża informazzjoni li tħares’ il quddiem fit-tfassil tal-istrateġija u l-proċessi tan-negozju |
|
|
(c) |
Attivitajiet ta’ investiment attwali u miri ta’ investiment (futuri) lejn l-objettivi ambjentali u attivitajiet allinjati mat-Tassonomija tal-UE |
|
|
(d) |
Politiki u proċeduri relatati ma’ involviment dirett u indirett ma’ kontropartijiet ġodda jew eżistenti dwar l-istrateġiji tagħhom biex jimmitigaw u jnaqqsu r-riskji ambjentali |
|
|
|
Governanza |
|
|
(e) |
Ir-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali għall-istabbiliment tal-qafas tar-riskju, is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-objettivi, l-istrateġija u l-politiki fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riskju ambjentali li jkopru l-kanali ta’ trażmissjoni rilevanti |
|
|
(f) |
L-integrazzjoni tal-korp maniġerjali tal-effetti fuq perjodu qasir, medju u twil ta’ fatturi u riskji ambjentali, l-istruttura organizzazzjonali kemm fil-linji tan-negozju kif ukoll fil-funzjonijiet ta’ kontroll intern |
|
|
(g) |
Integrazzjoni ta’ miżuri għall-ġestjoni tal-fatturi u r-riskji ambjentali fl-arranġamenti ta’ governanza interna, inkluż ir-rwol tal-kumitati, l-allokazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet, u ċ-ċirku ta’ feedback mill-ġestjoni tar-riskju lill-korp maniġerjali li jkopri l-kanali ta’ trażmissjoni rilevanti |
|
|
(h) |
Linji ta’ rappurtar u frekwenza ta’ rappurtar relatati mar-riskju ambjentali |
|
|
(i) |
Allinjament tal-politika ta’ remunerazzjoni mal-objettivi tal-istituzzjoni relatati mar-riskju ambjentali |
|
|
|
Ġestjoni tar-riskji |
|
|
(j) |
L-integrazzjoni tal-effetti fuq perjodu qasir, medju u twil ta’ fatturi u riskji ambjentali fil-qafas tar-riskju |
|
|
(k) |
Definizzjonijiet, metodoloġiji u standards internazzjonali li fuqhom huwa bbażat il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju ambjentali |
|
|
(l) |
Proċessi għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-monitoraġġ ta’ attivitajiet u skoperturi (u kollateral fejn applikabbli) sensittivi għar-riskji ambjentali, li jkopru l-kanali ta’ trażmissjoni rilevanti |
|
|
(m) |
Attivitajiet, impenji u skoperturi li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tar-riskji ambjentali |
|
|
(n) |
Implimentazzjoni ta’ għodod għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ġestjoni tar-riskji ambjentali |
|
|
(o) |
Riżultati u eżitu tal-għodod tar-riskju implimentati u l-impatt stmat tar-riskju ambjentali fuq il-profil tar-riskju kapitali u tal-likwidità |
|
|
(p) |
Id-disponibbiltà, il-kwalità u l-preċiżjoni tad-data, u l-isforzi biex jittejbu dawn l-aspetti |
|
|
(q) |
Deskrizzjoni tal-limiti għar-riskji ambjentali (bħala xprunaturi tar-riskji prudenzjali) li huma stabbiliti, u li jiskattaw eskalazzjoni u esklużjoni fil-każ ta’ ksur ta’ dawn il-limiti |
|
|
(r) |
Deskrizzjoni tar-rabta (kanali ta’ trażmissjoni) bejn ir-riskji ambjentali mar-riskju ta’ kreditu, il-likwidità u r-riskju ta’ finanzjament, ir-riskju tas-suq, ir-riskju operazzjonali u r-riskju reputazzjonali fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju |
|
Tabella 2 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju Soċjali:
f’konformità mal-Artikolu 449 a CRR
|
Numru tar-ringiela |
Informazzjoni kwalitattiva — Format liberu |
|
|
|
L-istrateġija u l-proċessi tan-negozju |
|
|
(a) |
Aġġustament tal-istrateġija tan-negozju tal-istituzzjoni biex tintegra l-fatturi u r-riskji ambjentali, filwaqt li tqis l-impatt tal-fatturi u r-riskji ambjentali fuq l-ambjent tan-negozju, il-mudell tan-negozju, l-istrateġija u l-ippjanar finanzjarju tal-istituzzjoni |
|
|
(b) |
Objettivi, miri u limiti għall-valutazzjoni u l-indirizzar tar-riskju soċjali fi żmien qasir, medju u twil, u valutazzjoni tal-prestazzjoni skont dawn l-objettivi, il-miri u l-limiti, inkluża informazzjoni li tħares’ il quddiem fit-tfassil tal-istrateġija u l-proċessi tan-negozju |
|
|
(c) |
Politiki u proċeduri relatati ma’ involviment dirett u indirett ma’ kontropartijiet ġodda jew eżistenti dwar l-istrateġiji tagħhom biex jimmitigaw u jnaqqsu l-attivitajiet li jikkawżaw dannu soċjali |
|
|
|
Governanza |
|
|
(d) |
Ir-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali għall-istabbiliment tal-qafas tar-riskju, is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-objettivi, l-istrateġija u l-politiki fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riskju soċjali li jkopru l-approċċi tal-kontropartijiet dwar: |
|
|
(i) |
Attivitajiet lejn il-komunità u s-soċjetà |
|
|
(ii) |
Relazzjonijiet tal-impjegati u standards tax-xogħol |
|
|
(iii) |
Il-protezzjoni tal-konsumatur u r-responsabbiltà tal-prodott |
|
|
(iv) |
Drittijiet tal-bniedem |
|
|
(e) |
Integrazzjoni ta’ miżuri għall-ġestjoni tal-fatturi u r-riskji soċjli fl-arranġamenti ta’ governanza interna, inkluż ir-rwol tal-kumitati, l-allokazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet, u ċ-ċirku ta’ feedback mill-ġestjoni tar-riskju lill-korp maniġerjali |
|
|
(f) |
Linji ta’ rappurtar u frekwenza ta’ rappurtar relatati mar-riskju soċjali |
|
|
(g) |
Allinjament tal-politika ta’ remunerazzjoni f’konformità mal-objettivi tal-istituzzjoni relatati mar-riskju soċjali |
|
|
|
Ġestjoni tar-riskji |
|
|
(h) |
Definizzjonijiet, metodoloġiji u standards internazzjonali li fuqhom huwa bbażat il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju soċjali |
|
|
(i) |
Proċessi għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-monitoraġġ ta’ attivitajiet u skoperturi (u kollateral fejn applikabbli) sensittivi għar-riskji soċjali, li jkopru l-kanali ta’ trażmissjoni rilevanti |
|
|
(j) |
Attivitajiet, impenji u assi li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tar-riskji soċjali |
|
|
(k) |
Implimentazzjoni ta’ għodod għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ġestjoni tar-riskji ambjentali |
|
|
(l) |
Deskrizzjoni tal-istabbiliment ta’ limiti għar-riskju soċjali u każijiet li jiskattaw eskalazzjoni u esklużjoni fil-każ ta’ ksur ta’ dawn il-limiti |
|
|
(m) |
Deskrizzjoni tar-rabta (kanali ta’ trażmissjoni) bejn ir-riskji soċjali mar-riskju ta’ kreditu, il-likwidità u r-riskju ta’ finanzjament, ir-riskju tas-suq, ir-riskju operazzjonali u r-riskju reputazzjonali fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju |
|
Tabella 3 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju ta’ Governanza:
f’konformità mal-Artikolu 449 a CRR
|
Numru tar-ringiela |
Informazzjoni kwalitattiva — Format liberu |
|
|
|
Governanza |
|
|
(a) |
L-integrazzjoni tal-istituzzjoni fl-arranġamenti ta’ governanza tagħhom, il-prestazzjoni tal-kontroparti, inklużi l-kumitati tal-ogħla korp ta’ governanza, il-kumitati responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar suġġetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali |
|
|
(b) |
Il-kontabbiltà tal-istituzzjoni tar-rwol tal-ogħla korp ta’ governanza tal-kontroparti fir-rapportar mhux finanzjarju |
|
|
(c) |
L-integrazzjoni tal-istituzzjoni fl-arranġamenti ta’ governanza tal-prestazzjoni tal-governanza tal-kontropartijiet tagħhom inklużi: |
|
|
(i) |
Konsiderazzjonijiet etiċi |
|
|
(ii) |
Strateġija u ġestjoni tar-riskju |
|
|
(iii) |
Inklużività |
|
|
(iv) |
Trasparenza |
|
|
(v) |
Immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess |
|
|
(vi) |
Komunikazzjoni interna dwar tħassib kritiku |
|
|
|
Ġestjoni tar-riskji |
|
|
(d) |
L-integrazzjoni tal-istituzzjoni fl-arranġamenti ta’ ġestjoni tar-riskju tal-prestazzjoni tal-governanza tal-kontropartijiet tagħhom f’kunsiderazzjoni ta’: |
|
|
(i) |
Konsiderazzjonijiet etiċi |
|
|
(ii) |
Strateġija u ġestjoni tar-riskju |
|
|
(iii) |
Inklużività |
|
|
(iv) |
Trasparenza |
|
|
(v) |
Immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess |
|
|
(vi) |
Komunikazzjoni interna dwar tħassib kritiku |
|
Mudell 1: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Kwalità kreditizja tal-iskoperturi skont is-settur, l-emissjonijiet u l-maturità residwa
Mudell 2: Portafoll bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Self kollateralizzat minn proprjetà immobbli – Effiċjenza enerġetika tal-kollateral.
Mudell 3: Portafoll bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Metriċi tal-allinjament.
Mudell 4: Portafoll bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Skoperturi għall-20 ditta bl-aktar intensità qawwija ta’ karbonju.
|
|
a |
b |
c |
d |
e |
|
|
Valur riportat gross (aggregat) |
Valur riportat gross lejn il-kontropartijiet meta mqabbel mal-valur riportat gross totali (aggregat) (*1) |
Li minnhom ambjentalment sostenibbli (CCM) |
Maturità medja ponderata |
In-numru tal-20 kumpanija li jniġġsu l-aktar inklużi |
|
1 |
|
|
|
|
|
Mudell 5: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju fiżiku potenzjali tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku
Mudell 6: Sommarju tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) dwar l-iskoperturi allinjati mat-Tassonomija
|
|
KPI |
% kopertura (fuq l-assi totali) (*2) |
||
|
|
Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
L-adattament għat-tibdil fil-klima |
Total (Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima + Adattament għat-tibdil fil-klima) |
|
|
Stokk ta’ GAR |
|
|
|
|
|
Flus ta’ GAR |
|
|
|
|
Mudell 7 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: Assi għall-kalkolu tal-GAR
Mudell 8 - GAR (%)
Mudell 9 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: BTAR
Mudell 9.1 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: Assi għall-kalkolu tal-BTAR
Mudell 9.2 - % BTAR
Mudell 9.3 - Tabella sommarja - BTAR%
Mudell 10 - Azzjonijiet oħra ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima li mhumiex koperti fir-Regolament (UE) 2020/852
(*1) Għall-kontropartijiet fost l-aqwa 20 kumpaniji li jarmu l-karbonju fid-dinja
(*2) % tal-assi koperti mill-KPI fuq l-assi totali tal-banek
ANNESS II
“ANNESS XL
Struzzjonijiet għad-divulgazzjoni tar-riskji tal-ESG
1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti f’dan l-Anness. L-istruzzjonijiet għandhom jintużaw sabiex jimtlew it-tabelli u l-mudelli li huma stabbiliti fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament.
2.
Għall-finijiet ta’ dawn l-istruzzjonijiet, it-termini li ġejjin għandhom jinftiehmu kif ġej:|
(a) |
“riskji ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (ESG)” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-fatturi ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (ESG) fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni; |
|
(b) |
“riskju ambjentali” tfisser ir-riskju ta’ telf li jinħoloq minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni, inklużi fatturi relatati mat-tranżizzjoni lejn l-objettivi ambjentali li ġejjin:
Ir-riskju ambjentali jinkludi kemm ir-riskju fiżiku kif ukoll ir-riskju ta’ tranżizzjoni. |
|
(c) |
“riskju fiżiku”, bħala parti mir-riskju ambjentali ġenerali, tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-effetti fiżiċi tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni; |
|
(d) |
“riskju ta’ tranżizzjoni”, bħala parti mir-riskju ambjentali ġenerali, tfisser ir-riskju ta’ telf li jinħoloq minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tat-tranżizzjoni għal ekonomija ambjentalment sostenibbli fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni; |
|
(e) |
“riskju soċjali” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-fatturi soċjali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni; |
|
(f) |
“riskju ta’ governanza” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-fatturi ta’ governanza fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni. |
3.
Ir-referenzi għall-oqfsa ta’ politika internazzjonali u tal-Unjoni u l-parametri referenzjarji disponibbli f’dawn l-istruzzjonijiet jinkludu: il-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (*1) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (*2), id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar ir-rapportar mhux finanzjarju: Suppliment dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata mal-klima (*5), il-gwida magħmula disponibbli mit-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (TCFD) (*6), l-Inizjattiva Finanzjarja tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP FI) (*7), l-Istandards dwar ir-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà tal-Inizjattiva Globali ta’ Rapportar (*8), u l-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli tan-Nazzjonijiet Uniti (UNPRI) (*9).
Tabella 1 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju Ambjentali: Kaxxi tat-test b’format liberu għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwalitattiva fl-Anness XXXIX.
|
4. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin biex jimlew it-Tabella 1 – “Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju ambjentali” kif stabbilit fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament biex jiddeskrivu l-integrazzjoni tar-riskji ambjentali, inkluża informazzjoni speċifika dwar ir-riskji tat-tibdil fil-klima u dwar riskji ambjentali oħra, fl-istrateġija u l-proċessi tan-negozju tagħhom, il-governanza u l-ġestjoni tar-riskju. Dan huwa għall-finijiet tal-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 435 ta’ dak ir-Regolament.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tabella 2 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju Soċjali: Kaxxi tat-test b’format liberu għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwalitattiva fl-Anness XXXVII
|
5. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin sabiex jimlew it-Tabella 2 – “Informazzjoni Kwalitattiva dwar ir-Riskju soċjali” stabbilita fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiddeskrivu l-integrazzjoni tar-riskji soċjali fl-istrateġija u l-proċessi tan-negozju tagħhom, il-governanza u l-immaniġġar tar-riskju, f’konformità mal-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 435 ta’ dak ir-Regolament.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tabella 3 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju ta’ Governanza: Kaxxi tat-test b’format liberu għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwalitattiva fl-Anness XXXVII
|
6. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin sabiex jimlew it-Tabella 3 – Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju ta’ Governanza stabbilita fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament sabiex jiddeskrivu l-integrazzjoni tar-riskji ta’ governanza fil-governanza u l-immaniġġar tar-riskju tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jinqara flimkien mal-Artikolu 435 ta’ dak ir-Regolament.
|
|||||||||||||||||||||||||||||
Mudell 1 - Ktieb bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali tat-tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Il-kwalità kreditizja tal-iskoperturi skont is-settur, l-emissjonijiet u l-maturità residwa. Format fiss.
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin biex jimlew il-formola 1 stabbilita fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-iskoperturi li huma aktar suxxettibbli għar-riskji li l-istituzzjonijiet jistgħu jiffaċċjaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Għall-finijiet tal-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
|
2. |
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell, spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni żvelata u l-bidliet meta mqabbla ma’ perjodi ta’ divulgazzjoni preċedenti, kif ukoll kwalunkwe implikazzjoni li dawk l-iskoperturi jista’ jkollhom f’termini ta’ riskji ta’ kreditu, tas-suq, operazzjonali, ta’ reputazzjoni u ta’ likwidità għall-istituzzjonijiet. |
|
3. |
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fir-ringieli tal-mudell id-diżaggregazzjoni tal-valur riportat gross ta’ self u avvanzi, titoli ta’ dejn u strumenti ta’ ekwità għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji, minbarra dawk miżmuma għan-negozjar, skont is-settur tal-attivitajiet ekonomiċi bl-użu tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura tal-Attivitajiet Ekonomiċi (NACE), stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11), abbażi tal-attività prinċipali tal-kontroparti. Dawn għandhom jinkludu wkoll subtotali li jaggregaw il-valur riportat gross ta’ skoperturi lejn setturi u subsetturi li jikkontribwixxu ħafna għat-tibdil fil-klima. B’mod partikolari, issir referenza għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet A sa H u fit-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006, li jinkludu s-setturi taż-żejt, tal-gass, tal-estrazzjoni u tat-trasport, bħala setturi li jikkontribwixxu ħafna għat-tibdil fil-klima, kif speċifikat fil-premessa 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (*12); u subtotal tal-iskoperturi lejn “setturi oħrajn” mhux imsemmija f’dik il-premessa. |
|
4. |
L-allokazzjoni tas-settur tan-NACE tal-kontroparti għandha tkun ibbażata esklussivament fuq in-natura tal-kontroparti diretta. Meta l-kontroparti tal-istituzzjonijiet tkun kumpanija azzjonarja, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw is-settur tan-NACE tal-obbligant speċifiku taħt il-kumpanija azzjonarja (jekk differenti mill-kumpanija azzjonarja) li tirċievi l-finanzjament (jiġifieri s-sussidjarja speċifika tal-kumpanija azzjonarja inkwistjoni) aktar milli dik tal-kumpanija azzjonarja, b’mod partikolari f’dawk il-każijiet fejn l-obbligant li jkun qiegħed jibbenefika mill-finanzjament ikun korporazzjoni mhux finanzjarja. Bl-istess mod, meta l-kontroparti diretta ta’ istituzzjoni (l-obbligant) tkun veikolu bi skop speċjali (SPE), l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw l-informazzjoni rilevanti skont is-settur tan-NACE assoċjat mal-attività ekonomika tal-kumpanija omm tal-SPE. Il-klassifikazzjoni tal-iskoperturi mġarrba b’mod konġunt minn aktar minn obbligant wieħed għandha tkun ibbażata fuq il-karatteristiċi tal-obbligant li kien l-aktar rilevanti, jew determinanti, sabiex l-istituzzjoni tagħti l-iskopertura. Id-distribuzzjoni ta’ skoperturi mġarrba b’mod konġunt minn kodiċijiet tan-NACE għandha tkun xprunata mill-karatteristiċi tal-obbligant l-aktar rilevanti jew determinanti. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw informazzjoni skont il-kodiċijiet tan-NACE bil-livell ta’ granularità meħtieġ fir-ringieli tal-mudell.
|
Mudell 2: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Self kollateralizzat minn proprjetà immobbli – Effiċjenza enerġetika tal-kollateral. Format fiss.
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin sabiex jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-“Mudell 2: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju potenzjali tat-tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Self kollateralizzat bi proprjetà immobbli - Effiċjenza enerġetika tal-kollateral”, kif stipulat fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16) u d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*17) jippromwovu politiki li għandhom l-għan li jiksbu stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija, u dekarbonizzat, sal-2050. Id-Direttiva 2010/31/UE introduċiet iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC) bħala strumenti għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dawk iċ-ċertifikati jissejħu ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew minn persuna ġuridika maħtura minnu, li jindika l-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini jew unità ta’ bini, ikkalkulata f’konformità ma’ dik id-Direttiva. |
|
3. |
Dan il-mudell juri l-valur riportat gross, kif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, ta’ self kollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali u ta’ kollaterali ta’ proprjetà immobbli meħuda lura, l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-livell tal-effiċjenza enerġetika tal-kollaterali mkejla f’termini tal-konsum tal-enerġija f’kWh/m2 (il-kolonni (b) sa (g) tal-mudell), f’termini tat-tikketta taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC) tal-kollateral kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva 2010/31/UE għall-Istati Membri, jew kif definit fi kwalunkwe regolament lokali rilevanti għal dawk l-iskoperturi barra l-Unjoni, fejn ikun jeżisti mmappjar tat-tikketta tal-EPC tal-Unjoni (il-kolonni (h) sa (n)). |
|
4. |
B’mod partikolari, fil-kolonni (b) sa (g), l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw il-valur riportat gross tal-iskoperturi mill-buckets tal-effiċjenza enerġetika abbażi tal-konsum speċifiku tal-enerġija tal-kollateral f’kWh/m2, kif indikat fit-tikketta tal-EPC tal-kollateral jew stmat mill-istituzzjonijiet fin-nuqqas tat-tikketta tal-EPC. L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw fir-ringieli 5 u 10 tal-mudell sa fejn dik id-data hija stmata u mhux ibbażata fuq it-tikketti tal-EPC. Fil-kolonni (h) sa (n), l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw il-valur riportat gross ta’ skoperturi miġbura skont it-tikketta tal-EPC tal-kollateral għal dawk il-kollaterali fejn l-EPC ikun disponibbli għall-istituzzjoni. |
|
5. |
Meta jiżvelaw id-distribuzzjoni tal-EPC tal-kollaterali, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw separatament, fil-kolonna (o), dawk l-iskoperturi li għalihom ma għandhomx l-informazzjoni tal-EPC tal-kollateral. Meta l-istituzzjonijiet ma jkollhomx l-informazzjoni dwar l-EPC, iżda jkunu qegħdin jużaw kalkoli interni sabiex jistmaw l-effiċjenza enerġetika tal-kollateral, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw il-perċentwal tal-iskoperturi mingħajr it-tikketta tal-EPC tal-kollateral li għalih ikunu qegħdin jipprovdu stimi (il-perċentwal għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-valur riportat gross tal-iskoperturi). L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammonti riportati grossi totali skont il-livell tal-konsum tal-enerġija u skont it-tikketta tal-EPC, bi tqassim skont il-post (żona tal-Unjoni vs żona mhux tal-Unjoni) li jiddifferenzjaw bejn self kollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali, self kollateralizzat bi proprjetà immobbli residenzjali u kollateral miksub bit-teħid tal-pussess. |
|
6. |
Fil-każ ta’ skoperturi għal entitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi fejn ma hemm l-ebda tikketta tal-EPC ekwivalenti, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu l-kolonni (h) sa (n) vojta. Madankollu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa fil-kolonni (o) u (p) u, meta rilevanti, fil-kolonni (b) sa (g) bid-data stmata. |
|
7. |
Għal dawk l-iskoperturi relatati ma’ aktar minn kollateral wieħed, bħal żewġ proprjetajiet immobbli, l-informazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika tal-proprjetajiet relatati mal-iskopertura għandha tinqasam u tiġi żvelata separatament skont il-livelli tal-effiċjenza enerġetika (kemm f’kWh/m2 tal-kollateral, il-kolonni (b) sa (g), kif ukoll għat-tikketta tal-EPC, il-kolonni (h) sa (n) li jikkorrispondu għall-effiċjenza enerġetika ta’ kull kollateral). B’mod aktar speċifiku, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sehem ta’ kull kollateral fil-valur riportat gross ta’ skopertura abbażi tal-valur tal-kollateral u għandhom jiżvelaw taħt il-medda tal-effiċjenza enerġetika relatata ma’ kull kollateral. Pereżempju, l-istituzzjoni għandha self b’valur riportat gross ta’ EUR 100 000 kollateralizzat b’żewġ proprjetajiet: il-proprjetà A u l-proprjetà B. Il-proprjetà A għandha valur kollaterali ta’ EUR 80 000 u t-tikketta EPC A, filwaqt li l-proprjetà B għandha valur kollaterali ta’ EUR 70 000 u t-tikketta EPC D. F’dan l-eżempju, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw EUR 53 333 (jiġifieri EUR 100 000 * [80 000/(80 000 + 70 000)] taħt it-tikketta EPC A u EUR 46 667 (jiġifieri EUR 100 000 * [70 000/(80 000 + 70 000)] taħt it-tikketta EPC D, it-tnejn li huma jikkorrispondu għas-self speċifiku inkwistjoni. |
Mudell 3: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Metrika tal-allinjament. Format flessibbli (kolonni fissi, ringieli flessibbli).
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin sabiex jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-“Mudell 3: Portafoll bankarju - Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Metriċi tal-allinjament”, kif stabbilit fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw f’dan il-mudell informazzjoni dwar l-isforzi ta’ allinjament tagħhom mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi għal numru magħżul ta’ setturi. Id-divulgazzjonijiet dwar l-allinjament għandhom ikopru sa liema punt il-flussi finanzjarji huma konsistenti ma’ perkors lejn emissjonijiet baxxi tal-gassijiet serra u żvilupp reżiljenti għall-klima kif imsemmi fil-Ftehim ta’ Pariġi. Ix-xenarju ekonomiku li jiddeskrivi li l-perkors tad-dekarbonizzazzjoni huwa x-Xenarju ta’ Emissjonijiet Nett Żero sal-2050 (NZE2050) tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) (*18). L-istituzzjonijiet għandhom iqisu dak ix-xenarju. Minħabba li l-AIE tipprovdi xenarji fil-livell globali u xi metriċi speċifiċi fil-livell Ewropew, l-istituzzjonijiet għandhom ikejlu d-distanza mill-parametri referenzjarji tax-xenarju tal-AIE fil-livell globali u, fejn il-metriċi speċifiċi fil-livell Ewropew ikunu disponibbli, fil-livell Ewropew. |
|
3. |
L-istituzzjonijiet li diġà qegħdin jistmaw l-informazzjoni dwar l-allinjament settorjali tagħhom mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jiżvelaw l-informazzjoni f’dan il-mudell. L-istituzzjonijiet għandhom jispjegaw fil-parti narrattiva li takkumpanja l-mudell il-metodu użat u s-sors tad-data. Dawk l-istituzzjonijiet li għadhom ma humiex qegħdin jistmaw l-allinjament settorjali tagħhom għandhom jiżvelaw informazzjoni dwar il-pjanijiet tagħhom sabiex jimplimentaw metodu sabiex jistmaw u jiżvelaw dik l-informazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjonijiet għandhom jibdew jiżvelaw l-informazzjoni inkluża f’dan il-mudell bl-ewwel data ta’ referenza tad-divulgazzjoni mit-30 ta’ Ġunju 2024. |
|
4. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw f’dan il-mudell:
|
Mudell 4 - Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju potenzjali tat-tranżizzjoni lejn it-tibdil fil-klima: Skoperturi għall-aqwa 20 ditta b’intensità ta’ karbonju. Format fiss
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin sabiex jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-“Mudell 4: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju potenzjali ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Skoperturi għall-aqwa 20 ditta b’intensità ta’ karbonju, kif stabbilit fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw f’dan il-mudell informazzjoni aggregata dwar l-iskoperturi lejn l-aktar kontropartijiet b’intensità ta’ karbonju fid-dinja. Dawn għandhom jinkludu informazzjoni aggregata u anonimizzata dwar il-valur riportat gross ta’ skoperturi sa 20 kontroparti li huma fost l-aqwa 20 korporazzjonijiet b’intensità ta’ karbonju madwar id-dinja. L-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni affidabbli u akkurata disponibbli għall-pubbliku. Eżempji ta’ sorsi tad-data sabiex jiġu identifikati l-kumpaniji bl-aktar intensità ta’ karbonju jinkludu l-Carbon Majors Database u r-Rapporti tal-Carbon Disclosure Project u l-Climate Accountability Institute kif ukoll Thomson Reuters. |
|
3. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw is-sors tad-data li jużaw fin-narrattiva li takkumpanja d-divulgazzjoni. Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jidentifikaw skoperturi lejn l-aqwa 20 ditta b’intensità ta’ karbonju fid-dinja, huma għandhom jispjegaw għaliex ma jkunux indikaw tali skoperturi, inkluż fil-każ li fih ma jkollhom l-ebda skopertura lejn l-aqwa 20 ditta b’intensità ta’ karbonju fid-dinja.
|
Mudell 5 - Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju fiżiku potenzjali tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku. Format fiss.
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin sabiex jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-“Mudell 5: Portafoll bankarju – Indikaturi tar-riskju fiżiku potenzjali tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku”, kif stabbilit fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu f’dan il-mudell informazzjoni dwar skoperturi fil-portafoll bankarju, inklużi self u avvanzi, titoli ta’ dejn u strumenti ta’ ekwità mhux miżmuma għan-negozju u mhux miżmuma għall-bejgħ, lejn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, fuq self kollateralizzat bi proprjetà immobbli u fuq kollaterali ta’ beni immobbli meħuda lura, esposti għal perikli kroniċi u akuti relatati mal-klima, b’diżaggregazzjoni skont is-settur tal-attività ekonomika (il-klassifikazzjoni NACE) u skont il-ġeografija tal-post tal-attività tal-kontroparti jew tal-kollateral, għal dawk is-setturi u ż-żoni ġeografiċi soġġetti għal avvenimenti akuti u kroniċi relatati mat-tibdil fil-klima. |
|
3. |
Għall-identifikazzjoni tal-ġeografija suxxettibbli għal perikli speċifiċi relatati mal-klima, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw portali u bażijiet tad-data ddedikati. Sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-postijiet sensittivi għall-avvenimenti tat-tibdil fil-klima, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-data offruta mill-korpi tal-Unjoni u mill-awtoritajiet tal-gvern nazzjonali inklużi l-aġenziji meteoroloġiċi, ambjentali, statistiċi jew l-organizzazzjonijiet tal-ġeoxjenza. Eżempji ta’ sorsi tad-data sabiex jiġu identifikati żoni ġeografiċi soġġetti għal perikli relatati mat-tibdil fil-klima jinkludu (*20): GFDRR - ThinkHazard! (li jkopru mewġiet ta’ sħana, skarsezza u stress tal-ilma, għargħar, nirien fil-foresti, uragani, uqigħ tal-art); PREP – PREPdata (għargħar kostali, sħana estrema, uqigħ tal-art, skarsezza u stress tal-ilma, nirien fil-foresti); WRI – Atlas tar-Riskju tal-Ilma tal-Akkwedott (għargħar, għargħar kostali, skarsezza tal-ilma u stress) Swiss Re — CatNet ® (għargħar, ċiklun tropikali (uragan & amptyphoon), nirien fil-foresti); Il-Bank Dinji - Portal tal-Għarfien dwar it-Tibdil fil-Klima (sħana estrema, xita estrema, nixfa); PCA - Pjattaforma dwar ir-Riskju Globali ta’ Nixfa (nixfa); NOAA - Trakkijiet tal-uragan storiku (ċiklun tropikali (uragan & amptyphoon). |
|
4. |
Meta l-kontroparti tkun kumpanija azzjonarja, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw is-settur NACE tal-obbligant speċifiku kkontrollat mill-kumpanija azzjonarja (jekk differenti mill-kumpanija azzjonarja nnifisha) li tirċievi l-finanzjament, b’mod partikolari f’dawk il-każijiet fejn l-obbligant ikun kumpanija mhux finanzjarja. Bl-istess mod, meta l-kontroparti diretta tal-istituzzjoni (l-obbligant) tkun SPV, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw l-informazzjoni rilevanti skont is-settur tan-NACE assoċjata mal-attività ekonomika tal-kumpanija omm tal-SPV. Il-klassifikazzjoni tal-iskoperturi konġunti minn aktar minn obbligant wieħed għandha ssir abbażi tal-karatteristiċi tal-obbligant li kien l-aktar rilevanti sabiex l-istituzzjoni tagħti l-iskopertura. Id-distribuzzjoni ta’ skoperturi mġarrba b’mod konġunt minn kodiċijiet tan-NACE għandha tkun xprunata mill-karatteristiċi tal-obbligant l-aktar rilevanti jew determinanti. |
|
5. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw l-informazzjoni f’dan il-mudell fuq bażi tal-aħjar sforz u għandhom jispjegaw fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell is-sorsi ta’ informazzjoni u l-metodi li użaw sabiex jidentifikaw skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku tat-tibdil fil-klima.
|
Mudell 6 – Sommarju tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) dwar l-iskoperturi allinjati mat-Tassonomija. Format fiss.
|
1. |
Fil-mudell 6, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-KPIs ikkalkolati abbażi tal-mudelli 7 u 8 tal-Anness XXXIX, inkluż il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi (GAR) kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 (*21) |
|
2. |
Filwaqt li r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 jirrikjedi li l-entitajiet jistmaw u jiżvelaw il-GAR darbtejn, ladarba jkunu bbażati fuq l-allinjament tat-tassonomija tal-fatturat tal-kontroparti (għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji) għal dawk l-iskoperturi li l-iskop tagħhom ma jkunx li jiffinanzjaw attivitajiet speċifiċi identifikati (self għal skop ġenerali), u għal darb’oħra abbażi tal-allinjament tat-tassonomija tan-nefqa kapitali (CapEx) tal-kontroparti għall-istess skoperturi ta’ għoti ta’ self għal skop ġenerali, f’dan il-mudell l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw biss il-GAR darba, abbażi tal-allinjament tal-fatturat tal-kontroparti għall-parti tas-self għal skop ġenerali biss. |
|
3. |
Għall-istokk, l-istokk tal-GAR (il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima), il-GAR (l-adattament għat-tibdil fil-klima), il-GAR (il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima) għandhom jikkorrispondu għall-KPI inklużi fil-kolonni (b), (g) u (l) rispettivament tal-Mudell 8, kif xieraq. Bl-istess mod, għall-fluss, il-GAR (mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima), il-GAR (adattament għat-tibdil fil-klima), il-GAR (mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għat-tibdil fil-klima) għandhom jikkorrispondu għall-KPI inkluż fir-ringiela 1, il-kolonni (r), (w) u (ab) tal-istess Mudell 8. |
|
4. |
L-informazzjoni dwar il-kopertura għandha tiġi inkluża fil-Mudell 8, ir-ringiela 1, il-kolonna (p) għall-istokk ta’ GAR, u (af) għall-fluss ta’ GAR. |
|
5. |
L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jiddivulgaw din l-informazzjoni bl-ewwel data ta’ referenza mill-31 ta’ Diċembru 2023, li f’konformità mal-ewwel data ta’ referenza għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar il-GAR imsemmija fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178. |
Mudell 7 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: Assi għall-kalkolu tal-GAR. Format fiss
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin sabiex jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-“Mudell 7 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: Assi għall-kalkolu tal-GAR”, kif stabbilit fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw f’dan il-mudell informazzjoni dwar l-ammont riportat gross tas-self u l-avvanzi tal-istituzzjonijiet, it-titoli ta’ dejn u l-istrumenti ta’ ekwità fil-portafoll bankarju tagħhom, b’diżaggregazzjoni tal-informazzjoni skont it-tip ta’ kontroparti, inklużi korporazzjonijiet finanzjarji, korporazzjonijiet mhux finanzjarji, unitajiet domestiċi, gvernijiet lokali kif ukoll self ta’ proprjetà immobbli lil unitajiet domestiċi, u l-eliġibbiltà tat-tassonomija u l-allinjament tat-tassonomija tal-iskoperturi fir-rigward tal-objettivi ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852. |
|
3. |
B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu f’dan il-mudell l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-GAR f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178. Filwaqt li r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jistmaw u jiżvelaw il-GAR darbtejn, ladarba jkunu bbażati fuq l-allinjament tat-tassonomija tal-fatturat tal-kontroparti (għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji) għal dawk l-iskoperturi li l-iskop tagħhom ma jkunx li jiffinanzjaw attivitajiet speċifiċi identifikati (self għal skop ġenerali), u għal darb’oħra abbażi tal-allinjament tat-tassonomija ta’ CapEx tal-kontroparti għall-istess skoperturi ta’ għoti ta’ self għal skop ġenerali, f’dan il-mudell l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw il-GAR darba biss abbażi tal-allinjament tal-fatturat tal-kontroparti għall-parti tas-self għal skop ġenerali. |
|
4. |
Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw u jiżvelaw il-GAR tagħhom kif imsemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178. L-informazzjoni inkluża għandha tkun relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għat-tibdil fil-klima kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2020/852. |
|
5. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw din l-informazzjoni bl-ewwel data ta’ referenza mill-31 ta’ Diċembru 2023 li hija l-ewwel data ta’ referenza tad-divulgazzjoni għall-informazzjoni dwar il-GAR kif imsemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178.
|
Mudell 8 – GAR (%)
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istruzzjonijiet li ġejjin biex jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa fil-“Mudell 8 - GAR (%)”, kif stabbilit fl-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
Abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-mudell 7, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw f’dan il-mudell il-GAR kif imsemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178. |
|
3. |
L-għan ta’ dan il-mudell huwa li juri sa liema punt l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli f’konformità mal-Artikoli 3 u 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jifhmu l-azzjonijiet stabbiliti mill-istituzzjonijiet sabiex itaffu t-tranżizzjoni għat-tibdil fil-klima u r-riskji fiżiċi. |
|
4. |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jistmaw u jiddivulgaw il-GAR darbtejn. Għal darba, id-divulgazzjoni tkun ibbażata fuq l-allinjament tat-tassonomija tal-fatturat tal-kontroparti (għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji) għal dawk l-iskoperturi li l-iskop tagħhom ma jkunx li jiffinanzjaw attivitajiet identifikati speċifiċi (self għal skop ġenerali). Tieni divulgazzjoni hija bbażata fuq l-allinjament tal-CapEx mar-Regolament (UE) 2020/852 tal-kontroparti għall-istess skoperturi ta’ self għal skop ġenerali. F’dan il-mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw il-GAR darba biss, abbażi tal-allinjament tal-fatturat tal-kontroparti għall-parti tas-self għal skop ġenerali biss. |
|
5. |
L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jiddivulgaw din l-informazzjoni bl-ewwel data ta’ referenza mill-31 ta’ Diċembru 2023, li f’konformità mal-ewwel data ta’ referenza għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar il-GAR imsemmija fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178.
|
Mudell 9 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: BTAR
|
1. |
L-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2178 jipprovdi li l-Kummissjoni tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2024. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari l-ħtieġa għal kwalunkwe emenda ulterjuri fir-rigward tal-inklużjoni ta’:
|
|
2. |
L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jinkludu l-informazzjoni li ġejja f’dan il-mudell. Għal dawk il-kontropartijiet li huma korporazzjonijiet mhux finanzjarji u li ma għandhomx obbligi ta’ divulgazzjoni, l-istituzzjonijiet jistgħu jiżvelaw, fuq bażi ta’ sforz raġonevoli u abbażi ta’ informazzjoni diġà disponibbli u miġbura fuq bażi volontarja u bilaterali mill-kontropartijiet tagħhom jew ikkalkolata bl-użu ta’ stimi, informazzjoni estiża dwar l-eliġibbiltà tat-tassonomija u l-allinjament tat-tassonomija kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2020/852, minn dawk l-iskoperturi lejn korporazzjonijiet mhux finanzjarji Ewropej li ma humiex soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE u korporazzjonijiet mhux finanzjarji Ewropej mhux soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata darba biss, abbażi tal-allinjament tal-fatturat tal-kontropartijiet għas-self għal skop ġenerali, bħal fil-każ tal-GAR.
L-ewwel data ta’ referenza tad-divulgazzjoni ta’ dan il-mudell hija mill-31 ta’ Diċembru 2024. L-istituzzjonijiet ma humiex meħtieġa jiżvelaw din l-informazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2025. |
Mudell 9.1 - Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni: Assi għall-kalkolu tal-BTAR
|
1. |
L-istituzzjonijiet jistgħu jiżvelaw il-valur riportat gross tal-assi rilevanti għall-kalkolu tal-BTAR f’dan il-mudell. Dan il-mudell għandu japplika biss għal kontropartijiet li ma humiex soġġetti għal obbligi ta’ divulgazzjoni.
|
Mudell 9.2 - % BTAR
L-istituzzjonijiet jistgħu jiżvelaw f’dan il-mudell il-perċentwal ta’ assi tal-BTAR kif żvelat fil-mudell 1 meta mqabbel mal-assi totali fid-denominatur tal-BTAR kif żvelat fir-ringiela 17 tal-mudell 9.1.
Mudell 9.3 - % BTAR
Dan il-mudell fih sommarju tal-KPI tal-BTAR, diżaggregazzjoni skont l-objettiv ambjentali tat-tibdil fil-klima, u t-total, u bid-diżaggregazzjoni għall-istokk u l-fluss.
Mudell 10 – Azzjonijiet oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima li ma humiex koperti fir-Regolament (UE) 2020/852
|
1. |
Dan il-mudell ikopri azzjonijiet oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jinkludi skoperturi tal-istituzzjonijiet li ma humiex allinjati mat-tassonomija kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/852 skont il-mudelli 7 u 8 iżda li għadhom jappoġġaw lill-kontropartijiet fil-proċess ta’ tranżizzjoni u adattament għall-objettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għat-tibdil fil-klima. Dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu bonds u self maħruġa skont standards għajr dawk tal-Unjoni, inklużi bonds ekoloġiċi; bonds sostenibbli li huma relatati ma’ aspetti dwar it-tibdil fil-klima; bonds relatati mas-sostenibbiltà li huma relatati ma’ aspetti dwar it-tibdil fil-klima; self ekoloġiku; self marbut mas-sostenibbiltà li huwa marbut ma’ aspetti dwar it-tibdil fil-klima. self relatat mas-sostenibbiltà li huwa relatat ma’ aspetti dwar it-tibdil fil-klima. |
|
2. |
Fin-narrattiva li takkumpanja dan il-mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu spjegazzjonijiet dettaljati dwar in-natura u t-tip ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni riflessi f’dan il-mudell, inkluża informazzjoni dwar it-tip ta’ riskji li għandhom l-għan li jimmitigaw, l-objettivi tat-tibdil fil-klima li jappoġġaw u informazzjoni dwar il-kontropartijiet relatati u ż-żmien tal-azzjonijiet. Huma għandhom jispjegaw ukoll għaliex dawk l-iskoperturi ma humiex kompletament allinjati mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/852, u ma humiex sostenibbli f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/852 iżda għadhom jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tranżizzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima jew tar-riskju fiżiku, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista’ tgħin sabiex jinftiehem il-qafas tal-immaniġġar tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
3. |
L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jiżvelaw l-informazzjoni inkluża fil-mudelli bl-ewwel data ta’ referenza tad-divulgazzjoni mill-31 ta’ Diċembru 2022.
|
(*1) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4
(*2) COM/2019/640 final.
(*3) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(*4) Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
(*5) C/2019/4490 (ĠU C 209, 20.6.2019, p. 1).
(*6) Recommendations of the Task Force on Climate-related Financial Disclosures, https://www.fsb-tcfd.org/recommendations.
(*7) United Nations Environment Programme Finance Initiative (UNEP FI), https://www.unepfi.org.;
(*8) Global Reporting Initiative Sustainability Reporting Standards, https://www.globalreporting.org/standards.;
(*9) United Nations’ Principles for Responsible Investment (UNPRI), https://www.unpri.org.
(*10) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(*11) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(*12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 17).
(*13) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).
(*14) https://carbonaccountingfinancials.com/standard.
(*15) https://www.cdp.net/en.
(*16) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(*17) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(*18) Emissjonijiet żero netti sal-2050 Xenarju (NZE) –AIE (2021), World Energy Model, AIE, Pariġi https://www.iea.org/reports/world-energy-model;
(*19) Ir-rapport tal-2021 jista’ jinstab f’din il-link.;
(*20) Għal aktar eżempji, jekk jogħġbok irreferi għar-rapport tal-UNEP FI u ta’ Acclimatise: “Chartering New Climate. State-of-the-art tools and data for banks to assess credit risks and opportunities from physical climate change impacts”, Settembru 2020, https://www.unepfi.org/publications/banking-publications/charting-a-new-climate/ Ir-rapport jipprovdi informazzjoni dettaljata fir-rigward tal-perjodi ta’ żmien koperti, l-użu ta’ xenarji futuri, ir-riżoluzzjoni spazjali u l-kopertura, il-format tal-outputs li għandhom jiġu riċevuti minn settijiet ta’ data partikolari kif ukoll mil-liċenzjar u l-kost (jekk jogħġbok innota li l-biċċa l-kbira tal-portali u tal-bażijiet tad-data joffru aċċess mingħajr ħlas għall-użu). Barra minn hekk, ir-rapport jelabora fuq tekniki differenti ta’ valutazzjoni u kejl tar-riskju fiżiku, bħal pereżempju l-immappjar tas-sħana, l-analiżi tal-korrelazzjoni, għodod u analitika dedikati.;
(*21) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).
(*22) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).