14.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2447

tat-30 ta’ Settembru 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli fuq tmien snin fid-dominju tal-forza tax-xogħol dwar iż-“żgħażagħ fis-suq tax-xogħol”, il-“kisba edukattiva — dettalji, inkluża l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata” u r-“rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti fid-dominju tal-forza tax-xogħol, il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli fuq tmien snin li għandhom jinġabru għall-ewwel darba fis-snin 2024 u 2025.

(2)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli fuq tmien snin fuq is-suġġetti dettaljati fid-dominju tal-forza tax-xogħol dwar iż-“żgħażagħ fis-suq tax-xogħol”, il-“kisba edukattiva — dettalji, inkluża l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata” u r-“rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-numru u t-titolu tal-varjabbli fuq tmien snin fuq is-suġġetti dettaljati fid-dominju tal-forza tax-xogħol iż-“żgħażagħ fis-suq tax-xogħol”, il-“kisba edukattiva — dettalji, inkluża l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata” u r-“rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja” għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.


ANNESS

Numru u titolu tal-varjabbli fuq tmien snin fid-dominju tal-forza tax-xogħol li għandhom jinġabru dwar iż-“żgħażagħ fis-suq tax-xogħol”, il-“kisba edukattiva – dettalji, inkluża l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata” (l-ewwel implimentazzjoni fl-2024) u ir-“rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja” (l-ewwel implimentazzjoni fl-2025)

Suġġett

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem tal-varjabbli

03e. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol - tliet varjabbli miġbura (tliet varjabbli fuq tmien snin)

Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

LEVMATCH

Konkordanza bejn il-livell edukattiv milħuq u l-impjieg ewlieni attwali jew dak l-aktar riċenti

FIELDMATCH

Konkordanza bejn il-qasam tal-ogħla livell ta’ edukazzjoni ikkompletat b’suċċess u l-impjieg ewlieni attwali jew dak l-aktar riċenti

SKILLMATCH

Konkordanza bejn il-ħiliet u l-impjieg ewlieni attwali jew dak l-aktar riċenti

04b. Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv - erba’ varjabbli miġbura (erba’ varjabbli fuq tmien snin)

Livell edukattiv milħuq — dettalji, inkluża l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata

DROPEDUC

Edukazzjoni jew taħriġ formali abbandunati

DROPEDUCLEVEL

Livell tal-edukazzjoni formali jew taħriġ abbandunati

DROPEDUCREAS

Raġuni ewlenija għaliex ma ġiex ikkompletat il-programm ta’ edukazzjoni formali msemmi f’DROPEDUCLEVEL

MEDLEVQUAL

Kwalifiki tal-livell edukattiv medju milħuq

03f. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol - 11-il varjabbli miġbura (11-il varjabbli fuq tmien snin)

Rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja

CHCARRES

Jeżistu responsabbiltajiet tal-kura regolari għat-tfal sa 14-il sena

CHCARAGE

Età tal-iżgħar wild jew neputi(ja) fil-kura

CHCARUSE

Użu tas-servizzi tal-indukrar tat-tfal

CHCAROBS

Raġuni ewlenija għaliex ma ntużawx is-servizzi tal-indukrar tat-tfal

ELCARRES

Jeżistu responsabbiltajiet tal-kura regolari għall-qraba li għandhom 15-il sena u aktar li huma morda, fraġli jew b’diżabilità

ELCARINT

Intensità tal-kura għall-qraba li huma morda, fraġli jew b’diżabilità

CAREFFEM

Effett tar-responsabilitajiet tal-kura fuq l-impjiegi

WORKOBS

Ostaklu ewlieni fuq ix-xogħol għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja

CHNUMBER

Numru ta’ wlied proprji mrobbija

PARLEAV

Użu tal-liv tal-familja

PARLENG

Tul tal-liv tal-familja użat