9.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/42 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2404
tal-14 ta’ Settembru 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-istħarriġ dwar pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 jipprevedi r-regoli bażiċi dwar is-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni. |
(2) |
L-Artikolu 32(4), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligu li l-Istati Membri jinkludu, meta japplikaw għal żona protetta ġdida, ir-riżultati tal-istħarriġ ta’ mill-inqas tliet snin preċedenti biex juru li ma kienx hemm il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta (“il-pest”) fit-territorju kkonċernat. |
(3) |
L-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri li jwettqu stħarriġ annwali ta’ kull żona protetta fir-rigward tal-pesti u li jirrappurtaw ir-riżultati ta’ dak l-istħarriġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull sena. |
(4) |
Ir-regoli dwar it-tħejjija tal-istħarriġ jenħtieġ li jinkludu rekwiżiti li jikkonċernaw il-kunsiderazzjoni tal-bijoloġija tal-pest u tal-pjanti ospitanti kkonċernati, u li ż-żmien tal-istħarriġ ikun xieraq għad-detezzjoni tal-pest. Dawk l-elementi huma importanti biex it-tħejjija tal-istħarriġ tkun kompluta u adattata sew għall-istħarriġ ikkonċernat. |
(5) |
Jenħtieġ li l-kontenut tal-istħarriġ jinkludi indikazzjonijiet dwar mapep, deskrizzjoni taż-żona tal-istħarriġ, eżamijiet, teħid ta’ kampjuni u ttestjar, popolazzjonijiet fil-mira, metodi ta’ detezzjoni u fatturi ta’ riskju, biex jiġu żgurati l-kompletezza, l-effettività u l-effiċjenza tagħhom. |
(6) |
L-istħarriġ jenħtieġ li jitwettaq ukoll f’żona ta’ lqugħ madwar iż-żona protetta u jkun aktar intensiv minn dak fiż-żona protetta, minħabba li l-pest mhuwiex ipprojbit fiż-żona ta’ lqugħ u ma huma applikabbli l-ebda miżuri kontrih hemmhekk. Dan huwa meħtieġ biex jiġi kkonfermat li fiż-żona ta’ lqugħ ma kienx hemm il-pest u biex jiġi ppreservat aħjar l-istatus ħieles mill-pesti taż-żona protetta. Dan huwa wkoll konformi mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji applikabbli għall-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pesti (2) użati b’mod korrispondenti għall-istabbiliment ta’ żoni protetti skont id-dritt tal-Unjoni. Dawk l-istandards internazzjonali jirrikjedu l-istabbiliment ta’ żoni ta’ lqugħ għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ żoni ħielsa mill-pesti, fejn l-iżolament ġeografiku ma jitqiesx adegwat biex jipprevjeni l-introduzzjoni jew l-infestazzjoni mill-ġdid ta’ tali żoni, jew fejn ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor għall-prevenzjoni tal-moviment ta’ pesti lejn żoni bħal dawn. |
(7) |
Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-istħarriġ fil-faxex interni taż-żona protetta, tul il-fruntiera maż-żona protetta, jiġi intensifikat meta mqabbel ma’ dawk fil-bqija taż-żona protetta. |
(8) |
Sabiex il-kontenut tal-istħarriġ ikun konsistenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell ta’ rappurtar. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (3) stabbilixxa l-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-istħarriġ f’żoni fejn mhuwiex magħruf li huma preżenti l-pesti. Sabiex ikun hemm approċċ armonizzat fir-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġ fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi adottat format simili għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġ f’żoni protetti, filwaqt li jitqiesu l-elementi speċifiċi ta’ dan l-istħarriġ. |
(9) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE (4) tistabbilixxi wkoll regoli dettaljati biex isir stħarriġ għall-iskop tar-rikonoxximent ta’ żoni protetti. Peress li ġiet adottata skont l-atti legali preċedenti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti, dik id-Direttiva issa hija obsoleta u jenħtieġ li titħassar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal:
(a) |
stħarriġ għall-istabbiliment ta’ żona protetta ġdida skont l-Artikolu 32(3) jew (6) tar-Regolament (UE) 2016/2031; kif ukoll |
(b) |
il-preparazzjoni u l-kontenut ta’ stħarriġ annwali skont l-Artikolu 34(1) ta’ dak ir-Regolament (UE) 2016/2031. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“żona ta’ lqugħ” tfisser żona madwar żona protetta sabiex tiġi minimizzata l-probabbiltà tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-pest fiż-żona protetta; |
(b) |
“faxxa ta’ ġewwa” tfisser naħa minn żona protetta, b’wisa’ ekwivalenti għall-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ, madwar iż-żona protetta fuq in-naħa ta’ ġewwa tul il-fruntiera esterna tagħha; |
(c) |
“stħarriġ” tfisser stħarriġ ta’ detezzjoni mmirat lejn il-pest f’żona protetta u, fejn xieraq, żona ta’ lqugħ; |
(d) |
“żona demarkata” tfisser żona demarkata, wara sejba tal-pest f’żona protetta, kif deskritt fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(e) |
“stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika” tfisser stħarriġ imwettaq abbażi tal-linji gwida tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għal stħarriġ statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti (5). |
Artikolu 3
Tħejjija ta’ stħarriġ
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, jew persuni oħra taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, għandhom iħejju l-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1 (“l-istħarriġ”) f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6.
2. L-istħarriġ għandu jkun:
(a) |
abbażi tar-riskju; |
(b) |
ibbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi sodi; |
(c) |
imwettaq b’kont meħud tal-bijoloġija tal-pest u l-preżenza ta’ speċijiet ospitanti fiż-żona protetta; kif ukoll |
(d) |
imwettqa fl-aktar żminijiet xierqa għad-detezzjoni tal-pest. |
3. L-istħarriġ għandu jiġi estiż għal żona ta’ lqugħ madwar iż-żona protetta.
L-istħarriġ fiż-żoni ta’ lqugħ għandu jkun aktar intensiv milli fiż-żona protetta, b’għadd ogħla ta’ attivitajiet ta’ stħarriġ (eżamijiet viżwali, kampjuni, nases u testijiet, fejn xieraq).
Il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-bijoloġija tal-pest u l-kapaċità potenzjali ta’ tixrid tiegħu.
Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda stħarriġ fiż-żona ta’ lqugħ meta minħabba l-bijoloġija tal-pest, in-nuqqas ta’ pjanti ospitanti, il-pożizzjoni ġeografika taż-żona protetta jew in-natura tal-iżolament spazjali tagħha, ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ introduzzjoni tal-pest fiż-żona protetta permezz tat-tixrid naturali miż-żoni ġirien.
4. Jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li tiġi stabbilita żona ta’ lqugħ fit-territorju maġenb iż-żona protetta, għandha tiġi stabbilita faxxa interna fiż-żona protetta.
Il-faxxa ta’ ġewwa ma għandhiex tiġi stabbilita meta minħabba l-bijoloġija tal-pest, in-nuqqas ta’ pjanti ospitanti, il-pożizzjoni ġeografika taż-żona protetta jew in-natura tal-iżolament spazjali tagħha, ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ introduzzjoni tal-pest fiż-żona protetta permezz tat-tixrid naturali miż-żoni ġirien.
L-istħarriġ fil-faxex interni għandu jkun aktar intensiv milli fil-bqija taż-żona protetta, b’għadd akbar ta’ attivitajiet ta’ stħarriġ (eżamijiet viżwali, kampjuni, nases u testijiet, fejn xieraq).
5. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li twettaq stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika, id-disinn tal-istħarriġ u l-iskema ta’ kampjunar użata għandhom ikunu xierqa biex jidentifikaw fiż-żona protetta kkonċernata, b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja, livell baxx ta’ preżenza ta’ pjanti infestati mill-pest.
6. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li twettaq stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika fiż-żona ta’ lqugħ jew fil-banda ta’ ġewwa, id-disinn tal-istħarriġ u l-iskema ta’ kampjunar użata għandhom ikunu xierqa biex jidentifikaw, b’livell ogħla ta’ fiduċja milli fiż-żona protetta nnifisha, livell baxx ta’ preżenza tal-pest.
Artikolu 4
Kontenut tal-istħarriġ
L-istħarriġ għandu jinkludi fih dawn l-elementi:
(a) |
mappa bid-delimitazzjoni ġeografika taż-żona protetta u, fejn xieraq, iż-żona ta’ lqugħ jew il-faxxa ta’ ġewwa, bid-dettalji tal-post tal-attivitajiet tal-istħarriġ imwettqa u li tindika l-punti tal-istħarriġ, is-sejbiet jew it-tifqigħat u kwalunkwe żona demarkata stabbilita; |
(b) |
deskrizzjoni ta’:
|
(c) |
il-lista ta’ pjanti ospitanti; |
(d) |
l-identifikazzjoni taż-żoni ta’ riskju fejn il-pest jista’ jkun preżenti; |
(e) |
informazzjoni dwar ix-xhur tas-sena, li matulhom twettaq l-istħarriġ; |
(f) |
fejn jixraq:
|
(g) |
fil-każ ta’ stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika, is-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest, inkluża deskrizzjoni ta’:
|
Artikolu 5
Rappurtar dwar ir-riżultati tal-istħarriġ
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw, għal kull żona protetta u bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I, informazzjoni ġenerali u r-riżultati tal-istħarriġ.
L-Istati Membri għandhom jużaw waħda mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jirrapportaw dwar ir-riżultati tal-istħarriġ skont:
(a) |
l-Artikolu 32(4), il-punt b, tar-Regolament (UE) 2016/2031; jew |
(b) |
l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
Artikolu 6
Tħassir tad-Direttiva 92/70/KEE
Id-Direttiva 92/70/KEE titħassar.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) ISPM 4 Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pesti u ISPM 26 Stabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pesti għad-dubbien tal-frott (Tephritidae).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1 ).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tippreskrivi regoli dettaljati biex isir stħarriġ għall-iskopijiet tar-rikonoxximent ta’ żoni protetti fil-Komunità (ĠU L 250, 29.8.1992, p. 37).
(5) EFSA, General guidelines for statistically sound and risk-based surveys of plant pests, it-8 ta’ Settembru 2020, doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1919.
ANNESS I
Mudell għar-riżultati ta’ informazzjoni ġenerali tal-istħarriġ
Stat Membru |
|
Awtorità Kompetenti |
|
Persuna ta’ kuntatt (isem, titolu tal-impjieg fi ħdan l-awtorità kompetenti, isem l-organizzazzjoni, in-numru tat-telefown u l-kont tal-posta elettronika funzjonali) |
|
Organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-istħarriġ |
|
Laboratorji li jieħdu sehem fl-istħarriġ |
|
Pest ta’ kwarantina f’żona protetta |
|
Isem/Deskrizzjoni taż-żona protetta (ŻP), kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 |
|
Sena ta’ stabbiliment taż-ŻP |
|
Sena/snin tal-istħarriġ. Fil-każ ta’ talba għal ŻP ġdida, jekk jogħġbok indika s-snin koperti mill-istħarriġ. |
|
Daqs taż-ŻP (ettari) |
|
L-istabbiliment ta’ żona ta’ lqugħ jew ta’ faxxa interna (iva/le). Jekk jogħġbok iġġustifika f’każ li din iż-żona ma tkunx stabbilita. |
|
Wisa’ (m) taż-żona ta’ lqugħ jew tal-faxxa ta’ ġewwa, jekk applikabbli |
|
Mappa tal-konfini taż-ŻP, inkluża ż-żona ta’ lqugħ jew il-faxxa ta’ ġewwa, jekk applikabbli. Jekk jogħġbok indika l-punti tal-istħarriġ, is-sejbiet/tifqigħat u, fejn applikabbli, iż-żoni demarkati stabbiliti. |
|
Stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika (iva/le) |
|
Sejbiet/tifqigħat matul l-aħħar stħarriġ (iva/le) |
|
Deskrizzjoni tas-sejbiet/tifqigħat (1) u azzjonijiet meħuda jew referenza għall-EUROPHYT-Outbreak |
|
(1) Inkluża referenza għan-notifikazzjoni/notifikazzjonijiet ta’ azzjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
ANNESS II
Mudelli għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġ annwali jew tal-istħarriġ biex jintalab pest ta’ kwarantina f’żona protetta ġdida
PARTI A
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġ annwali
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Jekk dan il-mudell jimtela għal pest ta’ kwarantina f’żona protetta, il-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness ma għandux jimtela għall-istess pest.
Għall-kolonna 1: |
Indika s-sena tal-istħarriġ. Fil-każ ta’ rapport ta’ stħarriġ biex tintalab żona protetta, inkludi d-data ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti, bl-użu ta’ ringiela separata għal kull sena. |
||||||
Għall-kolonna 2: |
Indika l-isem xjentifiku tal-pest ta’ kwarantina f’żona protetta (kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew l-isem xjentifiku l-aktar aċċettat meta l-pest ikun għadu mhux elenkat), billi tuża ringiela waħda għal kull pest. |
||||||
Għall-kolonna 3: |
Indika l-isem taż-żona protetta, bl-użu ta’ ringieli separati meta jkun hemm aktar minn żona protetta waħda għall-istess pest fit-territorju tal-Istat Membru, kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072. |
||||||
Għall-kolonna 4: |
Indika ż-żona: ŻP (żona protetta), ŻL (żona ta’ lqugħ) jew FĠ (faxxa ta’ ġewwa), bl-użu ta’ ringieli differenti. |
||||||
Għall-kolonna 5: |
Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda (jew aktar) mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni, u l-għadd ta’ stħarriġ imwettaq:
|
||||||
Għall-kolonni 6, 7 u 8: |
Fakultattiv. |
||||||
Għall-kolonna 6: |
Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest/pesti, il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju. |
||||||
Għall-kolonna 7: |
Indika ż-żona totali koperta mill-popolazzjoni fil-mira (ha) fiż-żona protetta. |
||||||
Għall-kolonna 8: |
Indika l-proporzjon taż-żona mistħarrġa tal-popolazzjoni fil-mira (iż-żona mistħarrġa/iż-żona tal-popolazzjoni fil-mira) f’perċentwal. |
||||||
Għall-kolonna 9: |
Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, il-vettur, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku, bl-użu ta’ kemm hemm bżonn ringieli. |
||||||
Għall-kolonna 10: |
Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti li ġew mistħarrġa, bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru tal-pjanti. |
||||||
Għall-kolonna 11: |
Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. |
||||||
Għall-kolonna 12: |
Indika d-dettalji tal-istħarriġ, filwaqt li titqies il-bijoloġija tal-pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli għall-pest inkwistjoni. Uża ringieli differenti (eż. biex tirrapporta tipi differenti ta’ testijiet u l-għadd tagħhom). |
||||||
Għall-kolonna 13: |
Indika l-għadd ta’ riżultati pożittivi għal kull pest. Dan l-għadd jista’ jvarja mill-għadd ta’ tifqigħat meta jiġu inklużi diversi riżultati pożittivi f’notifika waħda ta’ tifqigħa. |
||||||
Għall-kolonna 14: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħa ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dak il-każ, jekk jogħġbok indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 15 (“Kummenti”). |
||||||
Għall-kolonna 15: |
Inkludi kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istħarriġ ta’ pjanti asintomatiċi b’sejbiet pożittivi. |
PARTI B
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġ ibbażati fuq l-istatistika
2. Struzzjonijiet dwar kif timtela l-formola
Jekk dan il-mudell jimtela għal pest ta’ kwarantina f’żona protetta, il-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness ma għandux jimtela għall-istess pest.
Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:
— |
il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni, |
— |
il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu, |
— |
il-fattur/fatturi tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
Għall-kolonna 1: |
Indika s-sena tal-istħarriġ. Fil-każ ta’ rapport ta’ stħarriġ biex tintalab żona protetta, inkludi d-data ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti, bl-użu ta’ ringiela separata għal kull sena. |
||||||
Għall-kolonna 2: |
Indika l-isem xjentifiku tal-pest ta’ kwarantina f’żona protetta (kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew l-isem xjentifiku l-aktar aċċettat meta l-pest ikun għadu mhux elenkat), billi tuża ringiela waħda għal kull pest. |
||||||
Għall-kolonna 3: |
Indika l-isem taż-żona protetta, bl-użu ta’ ringieli separati meta jkun hemm aktar minn żona protetta waħda għall-istess pest fit-territorju tal-Istat Membru, kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072. |
||||||
Għall-kolonna 4: |
Indika ż-żona: ŻP (żona protetta), ŻL (żona ta’ lqugħ) jew FĠ (faxxa ta’ ġewwa), bl-użu ta’ ringieli differenti. |
||||||
Għall-kolonna 5: |
Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda (jew aktar) mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni, u l-għadd ta’ stħarriġ mwettqa:
|
||||||
Għall-kolonna 6: |
Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. |
||||||
Għall-kolonna 7: |
Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-ġabra ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, prodotti bażiċi, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għall-individwazzjoni tal-pesti. Jekk iż-żona tal-popolazzjoni fil-mira ma tkunx disponibbli, indika M/A u inkludi l-għadd ta’ unitajiet ta’ spezzjoni li jiffurmaw il-popolazzjoni fil-mira. |
||||||
Għall-kolonna 8: |
Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħha. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li hija omoġenja f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni NUTS (Klassifikazzjoni Komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika), ċentri urbani, foresti, ġonna tax-xandri jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi għandha tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti. |
||||||
Għall-kolonna 9: |
Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx disponibbli. |
||||||
Għall-kolonna 10: |
Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. |
||||||
Għall-kolonna 11: |
“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu biex tiġi individwata b’mod korrett il-preżenza ta’ pesti. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jiġi individwat u kkonfermat bħala pożittiv u mhux identifikat ħażin. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanti minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-eżamijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni). |
||||||
Għall-kolonna 12: |
Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, uża daqstant kolonni skont il-bżonn. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
||||||
Għall-kolonna B: |
Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 9 “Metodi ta’ detezzjoni”. |
||||||
Għall-kolonna 18: |
Indika l-għadd a’ siti tal-qbid f’każ li dan ikun differenti mill-għadd inkluż fil-kolonna 16 “Għadd ta’ nases” (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti). |
||||||
Għall-kolonna 20: |
Indika l-għadd ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik). |
||||||
Għall-kolonna 21: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 24 (“Kummenti”). |
||||||
Għall-kolonna 22: |
Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) Nru. 31 (“Metodoloġiji għat-teħid ta’ kampjuni ta’ mill-kunsinni”). Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew il-kampjuni) imwettqa minħabba s-sensittività tal-metodu u l-prevalenza tad-disinn. |
||||||
Għall-kolonna 23: |
Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li qed jagħmlu l-maniġers tar-riskju bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ individwazzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %. |
||||||
Għall-kolonna 24: |
Inkludi kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istħarriġ ta’ pjanti asintomatiċi b’sejbiet pożittivi. |