9.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/39


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2402

tas-16 ta’ Awwissu 2022

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1018 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata mid-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(11), it-tielet subparagrafu tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1018 (2) fihom żball fl-Artikolu 6(2), il-punt (g)(iii) fir-rigward tal-informazzjoni partikolari li l-operaturi jeħtiġilhom jinnotifikaw skont id-dispożizzjoni kkonċernata.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1018 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata mid-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 155, 17.6.2017, p. 1).