9.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2401

tat-8 ta’ Diċembru 2022

li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Wara rieżami tal-miżuri restrittivi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 2b tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet relatati ma’ ċerti persuni elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġu emendati.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa sostitwit bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

V. RAKUŠAN


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS Ia

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1

Ilunga KAMPETE

magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; Hugues Raston Ilunga Kampete

Data tat-twelid: 24.11.1964

Post tat-twelid: Lubumbashi, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29

Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, DRC

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR) sa April 2020, Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Huwa kien ukoll responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018.

Minn Lulju 2020, huwa suldat ta’ livell għoli, bħala Logutenent Ġenerali fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u Kmandant tal-bażi militari ta’ Kitona fil-provinċja ta’ Kongo Central. Skont il-funzjonijiet tiegħu huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

2

Gabriel Amisi KUMBA

magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; ‘Tango Fort’; ‘Tango Four’

Data tat-twelid: 28.5.1964

Post tat-twelid: Malela, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-87-77512-30

Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema DRC

Sess: Raġel

Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) li ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Gabriel Amisi Kumba kien Viċi Kap tal-Persunal tal-FARDC inkarigat mill-operazzjonijiet u l-intelligence minn Lulju 2018 sa Lulju 2020.

Minn dak iż-żmien, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Spettur Ġenerali tal-FARDC. Minħabba l-funzjonijiet għolja tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

3

Célestin KANYAMA

magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; ‘Esprit de mort’

Data tat-twelid: 4.10.1960

Post tat-twelid: Kananga, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019)

Viża ta’ Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016

Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, DRC

Sess: Raġel

Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

F’Lulju 2017, Célestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-PNC.

F’Ottubru 2018, meta kien iservi f’dik il-kariga, uffiċjali tal-pulizija intimidaw u ċaħħdu lill-ġurnalisti mil-libertà wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija u r-rwol li Célestin Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti.

Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, rwol li għad għandu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Célestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

4

John NUMBI

magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi

Data tat-twelid: 16.8.1962

Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi, DRC

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, DRC

Sess: Raġel

John Numbi kien l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC bejn Lulju 2018 u Lulju 2020, bħal vjolenza sproporzjonata kontra minaturi illegali minn Ġunju sa Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu.

John Numbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Sal-bidu tal-2021, John Numbi kellu pożizzjoni ta’ influwenza fl-FARDC, speċjalment f’Katanga, fejn ġie rrappurtat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

John Numbi għadu theddida għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK, speċjalment f’Katanga.

12.12.2016

5

Evariste BOSHAB

magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng

Data tat-twelid: 12.1.1956

Post tat-twelid: Tete Kalamba, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu mill-21.12.2015 sal-20.12.2020)

Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017

Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, DRC

Sess: Raġel

Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà.

Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, b’mod partikolari minn mindu sar is-Senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019.

29.5.2017

6

Alex Kande MUPOMPA

magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa

Data tat-twelid: 23.9.1950

Post tat-twelid: Kananga, DRC

Nazzjonalità: RDK u Belġjana

Numru tal-passaport tar-RDK: PO0024910 (validu mill-21.3.2016 sal-20.3.2021)

Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belgium

1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, DRC

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017.

Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, reġjun li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza permezz tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC), li huwa parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai.

29.5.2017

7

Éric RUHORIMBERE

magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; ‘Tango Two’; ‘Tango Deux’

Data tat-twelid: 16.7.1969

Post tat-twelid: Minembwe, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0814241

Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, DRC

Sess: Raġel

Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b’mod partikolari kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal.

Éric Ruhorimbere ilu l-Kmandant tas-settur operattiv ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Éric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

29.5.2017

8

Emmanuel Ramazani SHADARY

magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary

Data tat-twelid: 29.11.1960

Post tat-twelid: Kasongo, DRC

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, DRC

Sess: Raġel

Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadary kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi tas-sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta’ attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta’ repressjoni vjolenti ta’ membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f’Kinshasa minn’ Jannar sa Frar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta’ Kasai.

F’din il-kapaċità, Emmanuel Ramazani Shadary kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Minn Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadary ilu segretarju permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD), li sa Diċembru 2020 kien il-partit ewlieni fil-koalizzjoni taħt l-eks President Joseph Kabila.

F’dik il-kapaċità, f’Lulju 2022 huwa ddikjara li l-PPRD kien lest li jmur għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2023.

29.5.2017

9

Kalev MUTONDO

magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo; Kalev Motono; Kalev Mutundo; Kalev Mutoid; Kalev Mutombo; Kalev Mutond; Kalev Mutondo Katanga; Kalev Mutund

Data tat-twelid: 3.3.1957

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: DB0004470 (validu mit-8.6.2012 sas-7.6.2017)

Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, DRC

Sess: Raġel

Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) sa Frar 2019, Kalev Mutondo kien involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta’ membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti.

Kalev Mutondo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

F’Mejju 2019, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ lealtà passata u futura lejn Joseph Kabila, lejn min jibqa’ assoċjat mill-qrib.

Sal-bidu tal-2021, Kalev Mutondo kellu livell għoli ta’ influwenza politika, fir-rwol tiegħu bħala ‘konsulent politiku’ tal-Prim Ministru tar-RDK.

Huwa allegat li għad għandu influwenza f’xi partijiet tal-forzi tas-sigurtà.

29.5.2017

B.   Entitajiet