|
2.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/1 |
REGOLAMENT (UE) 2022/2343 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Novembru 2022
li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona ta’ Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa li jiġi żgurat li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar isir b’mod li jikkontribwixxi għal sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali fit-tul. |
|
(2) |
L-Unjoni approvat, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (4), il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE (5), l-Unjoni approvat il-Ftehim fuq l-Implimentazzjoni ta’ dik il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni ta’ Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi f’Żona Limitata (Straddling) u Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna (Highly Migratory), li fih prinċipji u regoli fir-rigward tal-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Fil-qafas tal-obbligi internazzjonali aktar ġenerali tagħha, l-Unjoni tieħu sehem fl-isforzi li jsiru fl-ibħra internazzjonali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut. |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/399/KE (6), l-Unjoni hija parti kontraenti għall-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC). |
|
(4) |
L-IOTC tadotta miżuri annwali ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni (CMMs) permezz ta’ riżoluzzjonijiet li huma vinkolanti fuq il-partijiet kontraenti u fuq il-partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw mal-IOTC, inkluż fuq l-Unjoni. Dan ir-Regolament jimplimenta r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC, adottati bejn l-2000 u l-2021, ħlief għall-miżuri li diġà jiffurmaw parti mid-dritt tal-Unjoni. |
|
(5) |
Biex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ġiet adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex tistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-kontroll, għall-ispezzjoni u għall-infurzar, li tinkludi l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU). B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (7) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-kontroll, għall-ispezzjoni u għall-infurzar b’approċċ globali u integrat biex jiżgura l-konformità mar-regoli kollha tal-PKS. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (8) jistabbilixxi sistema Komunitarja li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU. Dawk ir-Regolamenti diġà jinkludu dispożizzjonijiet li jkopru għadd ta’ miżuri stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tal-IOTC. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet m’hemmx bżonn jiddaħħlu f’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), fuq talba tal-Kummissjoni, tassisti lill-Unjoni u lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali reġjonali tas-sajd li l-Unjoni hija membru tagħhom. Meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-EFCA, fuq talba tal-Kummissjoni, tikkoordina l-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri abbażi ta’ programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni, li jistgħu jinkludu programmi implimentati fis-CMMs tal-IOTC, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/473. L-EFCA tista’ tfassal, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, programmi operazzjonali konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza għal dak il-għan billi tistabbilixxi pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti. Għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jinkludu l-EFCA, meta din tinħatar mill-Kummissjoni, bħala l-korp maħtur mill-Kummissjoni li jirċievi mingħand l-Istati Membri u jittrażmetti lis-Segretarjat tal-IOTC informazzjoni relatata mal-kontroll u l-ispezzjoni, bħal rapporti ta’ spezzjoni fuq il-baħar u notifiki tal-iskema tal-osservaturi ta’ kontroll. |
|
(7) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-ħtieġa li jiġu żgurati attivitajiet ta’ kontroll effettivi u kondizzjonijiet ekwivalenti għall-operaturi kollha fiż-żona tal-IOTC, u skont l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-azzjonijiet tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi tas-sajd jiġu ġestiti f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, u l-Unjoni għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż dawk relatati mal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jiġu promossi kondizzjonijiet ekwivalenti għall-operaturi tal-Unjoni vis-à-vis l-operaturi ta’ pajjiżi terzi. |
|
(8) |
Ir-regoli ta’ Proċedura tal-IOTC jistabbilixxu l-Ingliż u l-Franċiż bħala l-lingwi uffiċjali tagħha. Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu evitati ostakli fil-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-port kompetenti, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tat-trażbord tiġi ppreżentata b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-IOTC. |
|
(9) |
Meta l-Istati Membri u l-Kummissjoni jwettqu riċerka dwar ċerti speċijiet fiż-żona tal-IOTC, bħall-klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi, il-pixxivolpi u l-ħuta kaħla, jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-abbundanza tagħhom. |
|
(10) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u ta kummenti formali fit-23 ta’ Mejju 2022. Id-data personali pproċessata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament trid tiġi ttrattata skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u tar-Regolament (UE) 2018/1725. Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li dik id-data tinħażen għal perjodu ta’ 10 snin. F’każ li d-data personali inkwistjoni tkun meħtieġa sabiex isir segwitu ta’ ksur, spezzjoni jew proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi, jenħtieġ li jkun possibli li dik id-data tinħażen għal perjodu li jaqbeż l-10 snin, iżda mhux aktar minn 20 sena. |
|
(11) |
Sabiex ir-riżoluzzjonijiet futuri tal-IOTC li jemendaw jew jissupplimentaw dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu implimentati malajr fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet emendatorji dwar l-użu ta’ rkaptu biex jinġemal-ħut (FADs) li ma jitħabblux u li jkunu bijodegradabbli, portijiet magħżula skont ir-regoli tal-IOTC, l-informazzjoni għal kull bastiment għal-lista ta’ bastimenti attivi għat-tonn u għall-pixxispad, il-perċentwal ta’ kopertura tal-osservaturi u ta’ dawk li jieħdu l-kampjuni fuq il-post għas-sajd artiġjanali, il-kundizzjonijiet tan-noleġġ, il-perċentwal ta’ spezzjonijiet għall-ħatt fil-portijiet, l-iskadenzi tar-rappurtar u l-Annessi 1 sa 10 ta’ dan ir-Regolament li jkopru r-rekwiżit tal-IOTC għar-rappurtar tal-qbid, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-għasafar, il-ġbir ta’ data u l-FADs, ir-rekwiżiti tan-noleġġ, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u ċerti dokumenti tal-programm statistiku tat-tonn obeż, kif ukoll referenzi għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-IOTC li huma relatati mal-prinċipji tad-disinn u l-użu tal-FADs biex jitnaqqas it-tħabbil, ir-rappurtar tal-FAD, l-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ bastimenti, dokumenti ta’ rappurtar IUU, dokumenti tal-programm statistiku tat-tonn obeż, notifiki tad-dħul fl-Istat tal-port, proċeduri ta’ spezzjoni standard minimi tal-Istat Membru tal-port, formoli ta’ rappurtar għal ksur u mudelli tar-rappurtar tal-miżuri tal-qbid u tas-sajd. B’mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(12) |
Peress li dan ir-Regolament jipprovdi sett ta’ regoli ġodda u komprensivi, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-CMMs tal-IOTC stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 (13), (KE) Nru 1984/2003 (14) u (KE) Nru 520/2007 (15) jenħtieġ li jitħassru. Għalhekk, dawk ir-Regolamenti jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni miżuri ta’ ġestjoni, konservazzjoni u kontroll stabbiliti mill-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) li huma vinkolanti għall-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
|
(a) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-Żona; |
|
(b) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-każ ta’ trażbord u ħatt ta’ speċijiet tal-IOTC barra miż-Żona; u |
|
(c) |
bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li jużaw portijiet fl-Istati Membri u li jġorru speċijiet tal-IOTC jew prodotti tas-sajd li joriġinaw minn tali speċi. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“il-Ftehim” tfisser il-Ftehim li jistabbilixxi l-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean tal-Indja; |
|
(2) |
“iż-Żona” tfisser dawk il-partijiet tal-Oċean Indjan kif definit fl-Artikolu II u l-Anness A tal-Ftehim; |
|
(3) |
“Bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe bastiment ta’ kwalunkwe daqs li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, mgħammar għal sfruttament kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, inkluż bastimenti ta’ appoġġ, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trażbord u bastimenti tal-ġarr mgħammra għat-trasport ta’ prodotti tas-sajd, minbarra bastimenti tal-kontejners; |
|
(4) |
“speċijiet tal-IOTC” tfisser tonn u speċijiet simili għat-tonn u klieb il-baħar elenkati fl-Anness B tal-Ftehim, u speċijiet oħra maqbuda b’rabta ma’ dawk l-ispeċijiet; |
|
(5) |
“partijiet kontraenti u partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw” jew “PKKs” tfisser partijiet kontraenti għall-Ftehim jew partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw; |
|
(6) |
“miżura ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni” jew “CMM” tfisser miżura applikabbli ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-IOTC skont l-Artikoli V(2)(c) u IX(1) tal-Ftehim, kif emendat perjodikament; |
|
(7) |
“mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem” tfisser ħuta li hija maljata jew imfarrka fit-tartarun tal-borża, jew imħassra minħabba depredazzjoni, jew li tkun mietet u tħassret fix-xibka fejn falliment tal-irkaptu jkun pprevjena kemm l-irkupru normali tax-xibka kif ukoll tal-qbid, u l-isforzi biex il-ħuta tiġi rilaxxata ħajja mingħajr ma jiġi inkluż ħuta li jitqies mhux mixtieqa f’termini ta’ daqs, kummerċjabbiltà, jew kompożizzjoni tal-ispeċi, jew ħuta li tkun imħassra jew ikkontaminata bħala riżultat ta’ att jew ommissjoni tal-ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni; |
|
(8) |
“irkaptu biex jinġemal-ħut” jew “FAD” tfisser oġġett, struttura jew apparat permanenti, semipermanenti jew temporanju, ta’ kwalunkwe materjal, magħmul mill-bniedem jew naturali, li jintuża u/jew jiġi intraċċat, bil-għan li jinġemgħu l-ispeċijiet tat-tonn fil-mira għall-qbid konsegwenti; |
|
(9) |
“irkaptu mitluq għal riħu biex jinġemal-ħut” jew “DFAD” tfisser FAD mhux marbut mal-qiegħ tal-oċean; |
|
(10) |
“irkaptu ankrat biex jinġemal-ħut” jew “ AFAD” tfisser FAD marbut mal-qiegħ tal-oċean; |
|
(11) |
“bagi tad-data” tfisser apparati li jżommu f’wiċċ l-ilma, li jew ikunu mitluqa għal riħhom jew ikunu ankrati, li jintużaw minn organizzazzjonijiet jew entitajiet governattivi jew xjentifiċi rikonoxxuti għall-finijiet tal-ġbir u l-kejl elettroniku ta’ data ambjentali, u mhux għall-finijiet ta’ attivitajiet tas-sajd; |
|
(12) |
“dikjarazzjoni tat-trażbord tal-IOTC” tfisser id-dokument stabbilit fl-Anness 7; |
|
(13) |
“numru IMO” tfisser numru ta’ 7 ċifri, li jiġi assenjat lil bastiment taħt l-awtorità tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO); |
|
(14) |
“noleġġ” tfisser ftehim jew arranġament li bih bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ PKK jiġi kkuntrattat għal perjodu ta’ żmien definit minn operatur f’PKK ieħor mingħajr bidla tal-bandiera; “PKK noleġġatur” tirreferi għall-PKK li għandha l-allokazzjoni tal-kwoti jew il-possibbiltajiet tas-sajd u l-“PKK tal-bandiera” tirreferi għall-PKK li fiha l-bastiment noleġġat huwa rreġistrat; |
|
(15) |
“bastiment tal-ġarr” tfisser bastiment ta’ appoġġ involut fit-trażbord u li jirċievi speċi IOTC minn bastiment ieħor; |
|
(16) |
“applikazzjoni għal Miżuri tal-Istat tal-Port Elettroniku” jew “applikazzjoni e-PSM” tfisser l-applikazzjoni bbażata fuq l-Internet imfassla u żviluppata biex tiffaċilita u tassisti lil PKK biex timplimenta r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC relatati mal-miżuri tal-Istat tal-port; |
|
(17) |
“sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat” jew “sajd IUU” tfisser attivitajiet tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 2, fil-punti (1) sa (4), tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
KAPITOLU II
ĠESTJONI U KONSERVAZZJONI
TAQSIMA 1
Tonn Tropikali
Artikolu 4
Projbizzjoni fuq l-iskartar
1. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni għandhom iżommu abbord u jħottu l-qabdiet kollha tat-tonn tropikali (tonn obeż (Thunnus obesus), tonna safra (Thunnus albacares) u palamit (Katsuwonus pelamis), ħlief meta l-kaptan tal-bastiment jiddetermina li:
|
(a) |
il-ħut mhuwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem, jew |
|
(b) |
ma hemmx biżżejjed kapaċità ta’ ħżin biex takkomoda t-tonn tropikali u l-ispeċijiet mhux fil-mira maqbuda matul l-aħħar sett ta’ vjaġġ. |
2. Il-ħut imsemmi fil- paragrafu 1, il-punt (b), jista’ jiġi skartat biss jekk il-kaptan u l-ekwipaġġ jippruvaw jirrilaxxaw it-tonn tropikali u l-ispeċijiet mhux fil-mira ħajjin kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li jqisu s-sikurezza tal-ekwipaġġ, u ma jsir l-ebda sajd ieħor wara l-iskartar sakemm it-tonn tropikali u l-ispeċijiet mhux fil-mira abbord il-bastiment ikunu nħattu jew ġew ittrasbordati.
3. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jirreġistra l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), fil-ġurnal ta’ abbord rilevanti, inkluż it-tunnellaġġ stmat u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet ta’ ħut skartat, u stima tat-tunnellaġġ u tal-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut miżmum minn dak is-sett.
4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, speċijiet mhux fil-mira jinkludu speċijiet tat-tonn mhux fil-mira, kif ukoll sawrell qawsalla (Elagatis bipinnulata), lampuki (Coryphaena hippurus), ħmar (familja Balistidae), kastardell (familji Xyphiidae u Istiophoridae), pizzintun tal-istrixxi (Acanthocybium solandri) u lizz (familja Sphyraenidae).
Artikolu 5
Projbizzjoni tas-sajd fuq il-bagi tad-data
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jistadu intenzjonalment f’mil nawtiku minn baga tad-data jew jinteraġixxu ma’ baga tad-data fiż-Żona, b’mod partikolari billi:
|
(a) |
idawru l-baga b’irkaptu tas-sajd; |
|
(b) |
jorbtu jew iwaħħlu l-bastiment, jew kwalunkwe rkaptu tas-sajd, parti jew porzjon tal-bastiment, ma’ baga tad-data jew mal-irmiġġ tagħha; jew |
|
(c) |
jaqtgħu l-linja ta’ ankraġġ tal-baga tad-data. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, ilbastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu joperaw f’mil nawtiku mill-bagi tad-data dment li joperaw skont programmi ta’ riċerka xjentifika tal-Istati Membri, li l-IOTC tkun ġiet innotifikata bihom, u dment li ma jinteraġixxux ma’ dawk il-bagi tad-data.
3. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx itellgħu abbord baga tad-data fiż-Żona, sakemm is-sid responsabbli għal dik il-baga ma jkunx awtorizzahom jew talabhom b’mod espliċitu biex jagħmlu dan.
4. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-Żona għandhom joqogħdu għassa għal bagi tad-data rmiġġati fil-baħar u għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jevitaw tħabbil tal-irkaptu tas-sajd jew kwalunkwe interazzjoni diretta ma’ dawk il-bagi tad-data. Meta l-irkaptu ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni jitħabbel ma’ baga tad-data, huwa għandu jneħħi l-irkaptu tas-sajd imħabbel bl-inqas ħsara possibbli għall-baga tad-data.
5. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirrapportaw lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom kwalunkwe baga tad-data li jkunu osservaw li tkun bil-ħsara jew li b’xi mod ieħor ma tkunx tista’ titħaddem, flimkien mad-dettalji tal-osservazzjoni, il-post tal-baga, u kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi identifikata dwarha. L-Istati Membri għandhom jibagħtu dawn ir-rapporti, u informazzjoni dwar il-post fejn jinsabu l-assi tal-bagi tad-data li jkunu użaw fiż-Żona kollha lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51(5).
TAQSIMA 2
Kastardell
Artikolu 6
Kastardell
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx iżommu abbord, jittrażbordaw, jew iħottu l-art, kwalunkwe eżemplar ta’ marlin bil-faxxa (Tetrapturus audax), marlin iswed (Istiompax indica), marlin blu (Makaira nigricans) jew pixxivela tal-Indo-Paċifiku (Istiophorus platypterus) b’tul mix-xedaq ta’ isfel sal-furketta ta’ inqas minn 60 cm. Jekk jaqbdu ħut bħal dan, għandhom jitfgħuh lura l-baħar immedjatament, b’mod li jimmassimizza l-potenzjal ta’ sopravivenza ta’ wara r-rilaxx mingħajr ma jikkomprometti s-sikurezza tal-ekwipaġġ.
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed jaqbdu marlin bil-faxxa, marlin iswed, marlin blu jew pixxivela tal-Indo-Paċifiku għandhom jirreġistraw id-data rilevanti dwar il-qbid u l-isforz f’konformità mal-Anness 1.
3. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw programm għall-ġbir tad-data biex jiżguraw rappurtar preċiż tal-qabdiet tal-marlin bil-faxxa, marlin iswed, marlin blu jew pixxivela tal-Indo-Paċifiku f’konformità mal-Artikolu 51(1).
4. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-azzjonijiet meħuda għall-monitoraġġ tal-qabdiet u għall-ġestjoni tas-sajd għall-isfruttament u l-konservazzjoni sostenibbli tal-marlin bil-faxxa, marlin iswed, marlin blu u pixxivela tal-Indo-Paċifiku fir-rapport xjentifiku nazzjonali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 51(6).
TAQSIMA 3
Ħuta kaħla
Artikolu 7
Ħuta kaħla
1. Il-qabdiet tal-ħuta kaħla (Prionace glauca) mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiġu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw programmi ta’ ġbir ta’ data biex jiżguraw rappurtar imtejjeb ta’ data preċiża dwar il-qbid, l-isforz, id-daqs u l-iskartar tal-ħuta kaħla. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw data dwar il-qabdiet tal-ħuta kaħla f’konformità mal-Artikolu 51(1).
3. L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapport ta’ implimentazzjoni tagħhom informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda għall-monitoraġġ tal-qabdiet tal-ħuta kaħla f’konformità mal-Artikolu 51(5).
4. L-Istati Membri huma mħeġġa jwettqu riċerka xjentifika dwar il-ħuta kaħla li tipprovdi informazzjoni dwar karatteristiċi bijoloġiċi, ekoloġiċi, u ta’ mġiba ewlenin, l-istorja tal-ħajja, il-migrazzjonijiet, is-sopravivenza wara r-rilaxx u linji gwida għar-rilaxx sikur u l-identifikazzjoni ta’ żoni ta’ tkabbir, kif ukoll it-titjib tal-prattiki tas-sajd. Tali informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapporti li jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 51(6).
TAQSIMA 4
Sajd bl-użu ta’ inġenji tal-ajru, FADs u dwal artifiċjali
Artikolu 8
Projbizzjoni tal-użu ta’ inġenji tal-ajru biex jinqabad il-ħut
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, inkluż dawk ta’ appoġġ u ta’ provvista, ma għandhomx jużaw inġenji tal-ajru jew vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ bħala għajnuniet għas-sajd. Kwalunkwe okkorrenza ta’ operazzjoni tas-sajd imwettqa fiż-Żona bl-għajnuna ta’ inġenji tal-ajru jew vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ għandha tiġi rrappurtata minnufih lill-Istat Membru tal-bandiera, lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandhom jinformaw lis-Segretarjat tal-IOTC dwar dan mingħajr dewmien.
2. L-inġenji tal-ajru u l-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ jistgħu jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza.
Artikolu 9
Irkapti biex jinġemal-ħut
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd b’rabta mal-irkapti mitluqa għal riħhom biex jinġemal-ħut u mal-irkapti ankrati biex jinġemal-ħut, separatament, bl-użu tal-elementi tad-data speċifiċi stabbiliti fl-Anness 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51.
2. L-informazzjoni ta’ kuljum dwar l-FADs attivi kollha għandha tintbagħat lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja: id-data, l-identifikazzjoni tal-baga tal-istrumenti u l-bastiment assenjat u l-pożizzjoni ta’ kuljum, ikkompilata f’intervalli ta’ kull xahar u sottomessa mhux aktar kmieni minn 60 jum, iżda mhux aktar tard minn 90 jum, wara l-kumpilazzjoni ta’ kull xahar tal-informazzjoni kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC.
3. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni għall-użu ta’ rkapti mitluqa għal riħhom biex jinġemal-ħut mill-bastimenti bit-tartarun tal-borża tagħhom. Dawk il-pjanijiet ta’ ġestjoni għandhom:
|
(a) |
bħala minimu jsegwu l-linji gwida stipulati fl-Anness II tas-CMM 19/02; |
|
(b) |
jinkludu inizjattivi jew stħarriġiet biex jinvestigaw, u sa fejn ikun possibbli, jimminimizzaw il-qbid ta’ eżemplari żgħar ta’ tonn obeż u tonna safra u speċijiet mhux fil-mira assoċjati mal-FADs; u |
|
(c) |
jinkludu linji gwida biex jipprevjenu, sa fejn ikun possibbli, it-telf jew l-abbandun tal-FADs. |
4. Mhux aktar tard minn 75 jum qabel il-laqgħa annwali tal-IOTC, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51(5), rapport dwar il-progress tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-FADs, inkluż reviżjonijiet tal-pjanijiet ta’ ġestjoni ppreżentati inizjalment u reviżjonijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Anness V tas-CMM 19/02. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC mhux aktar tard minn 60 jum qabel il-laqgħa annwali tal-IOTC.
Artikolu 10
FADs li ma jitħabblux u li jkunu bijodegradabbli
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jużaw disinji u materjali li ma jitħabblux għall-kostruzzjoni tal-FADs filwaqt li jiżguraw li l-istruttura tal-wiċċ tal-FAD ma tkunx mgħottija, jew tkun mgħottija biss, b’materjal mhux immaljat. Jekk jintuża komponent taħt il-wiċċ, dan ma għandux ikun magħmul minn xibka iżda minn materjali mhux immaljati, bħal ħbula jew folji tal-kanvas.
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħmlu tranżizzjoni lejn l-użu ta’ FADs bijodegradabbli fiċ-ċirkostanzi kollha ħlief għall-materjali użati għall-bagi tal-istrumenti.
3. L-operaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex iwettqu provi bl-użu ta’ materjali bijodegradabbli biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn l-użu ta’ materjali bijodegradabbli biss għall-kostruzzjoni ta’ irkapti mitluqa għal riħhom biex jinġemal-ħut mill-flotot tagħhom.
Artikolu 11
Projbizzjoni tal-użu ta’ dwal artifiċjali biex jiġi attirat il-ħut
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jużaw, jinstallaw jew joperaw dwal artifiċjali tal-wiċċ jew mgħaddsa għall-iskop biex jinġema’ t-tonn u speċijiet simili għat-tonn lil hinn mill-ibħra territorjali.
2. L-użu ta’ dwal fuq irkapti mitluqa għal riħhom biex jinġemal-ħut huwa pprojbit.
3. Meta l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jiltaqgħu ma’ rkapti mitluqa għal riħhom biex jinġemal-ħut mgħammra b’dwal artifiċjali fiż-Żona, dawn għandhom ineħħuhom minnufih u jeħduhom lura l-port.
4. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx iwettqu attivitajiet tas-sajd madwar jew qrib kwalunkwe bastiment jew irkaptu mitluq għal riħu biex jinġemal-ħut mgħammar b’dwal artifiċjali biex jattira t-tonn u speċijiet simili għat-tonn fiż-Żona.
5. Id-dwal tan-navigazzjoni u d-dwal meħtieġ biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri ma għandhomx ikunu soġġetti għall-projbizzjoni li tinsab fil-paragrafu 1.
TAQSIMA 5
Trażbord fil-port
Artikolu 12
Trażbord
L-operazzjonijiet kollha ta’ trażbord tal-ispeċijiet tal-IOTC għandhom isiru fil-portijiet magħżula f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew fil-portijiet magħżula u ppubbliċizzati għal dak l-iskop minn CPC u kkomunikati lis-Segretarjat tal-IOTC.
Artikolu 13
Operazzjonijiet ta’ trażbord
1. L-operazzjonijiet ta’ trażbord fil-port jistgħu jitwettqu biss f’konformità mal-proċedura li ġejja:
|
(a) |
qabel it-trażbord, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jinnotifika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet tal-Istat tal-port, mill-inqas 48 siegħa qabel:
|
|
(b) |
il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jirreġistra u jibgħat b’mezzi elettroniċi dikjarazzjoni tat-trażbord f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
2. Mhux aktar tard minn 15-il jum wara t-trażbord, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat għandu jimla d-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-IOTC u jibgħatha lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-IOTC, flimkien man-numru tal-bastiment fir-reġistru tal-IOTC tal-bastimenti tas-sajd. Il-kaptan ta’ bastiment tal-ġarr tal-Unjoni għandu wkoll, fi żmien 24 siegħa wara t-trażbord, jimla d-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-IOTC b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-IOTC u jibgħatha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-port.
Artikolu 14
Ħatt tal-qabdiet trażbordati mill-bastimenti tal-ġarr tal-Unjoni
1. B’deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.
2. L-Istati Membri fejn jinħattu l-qabdiet trażbordati għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rċevuta u għandhom jikkooperaw mal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-ġarr, l-Istat tal-port fejn seħħ it-trażbord u l-istati tal-bandiera tal-bastimenti tas-sajd tal-qbid involuti biex jiżguraw li l-ħatt ikun konsistenti mal-ammont tal-qbid irrappurtat għal kull bastiment tas-sajd. Dik il-verifika għandha titwettaq b’mod li l-bastiment tal-ġarr ikollu l-inqas interferenza u inkonvenjenza possibbli, u li ma jikkawżax deterjorament tal-kwalità tal-ħut.
3. Il-kaptan ta’ bastiment tal-ġarr tal-Unjoni li jkun qed iħott l-art f’pajjiż terz għandu, mill-inqas 48 siegħa qabel id-dħul fil-port u flimkien man-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż terz li fil-port tiegħu l-bastiment ikun beħsiebu jħott il-qabdiet trażbordati. Il-kaptan għandu jibgħat ukoll, b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-IOTC id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-IOTC lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li fih għandhom jinħattu l-qabdiet trażbordati u ma għandux jinżel l-art qabel ma jkun awtorizzat jagħmel dan.
4. Meta l-ħatt isir f’pajjiż terz, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr għandu jikkoopera mal-awtoritajiet tal-Istat tal-port.
5. L-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jinkludu dettalji dwar it-trażbordi mill-bastimenti tagħhom fir-rapporti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 51(5).
KAPITOLU III
IL-PROTEZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIJIET TAL-BAĦAR
Taqsima 1
Elażmobranki
Artikolu 15
Miżuri ta’ konservazzjoni ġenerali għall-klieb il-baħar
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex japplikaw il-gwidi ta’ identifikazzjoni u l-prattiki ta’ mmaniġġar tal-IOTC.
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom, sa fejn ikun possibbli, jirrilaxxaw minnufih speċijiet ta’ klieb il-baħar li mhumiex mixtieqa, li ma saritilhomx ħsara u li jinqabdu ħajjin abbord bastimenti, bl-eċċezzjoni tal-ħuta kaħla. Tali qabdiet għandhom jiġi rrappurtati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, inkluż l-istat mar-rilaxx (mejjet jew ħaj).
3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw data dwar il-qabdiet kollha tal-klieb il-baħar, inkluż id-data storika, l-istimi u l-istat ta’ ħajja kollha disponibbli tal-qabdiet skartati u rilaxxati (mejjet jew ħaj) u l-frekwenzi tad-daqs tal-klieb il-baħar maqbuda mill-bastimenti tas-sajd tagħhom lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51(1).
Artikolu 16
Klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu, ibigħu jew joffru għall-bejgħ kwalunkwe karkassa sħiħa jew parti minnha ta’ klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi (Carcharhinus longimanus).
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-osservaturi xjentifiċi għandhom jitħallew jiġbru kampjuni bijoloġiċi mill-klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi li jittieħdu fiż-Żona li jkunu mejtin meta jittellgħu x-xbieki, dment li l-kampjuni jkunu parti minn proġett ta’ riċerka approvat mill-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC jew mill-Grupp ta’ Ħidma tal-IOTC dwar l-Ekosistemi u l-Qabdiet Inċidentali.
3. Fejn ikun possibbli, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex iwettqu riċerka dwar klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi meħuda fiż-Żona, sabiex jidentifikaw żoni potenzjali ta’ tkabbir.
Artikolu 17
Pixxivolpi
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu, ibigħu jew joffru għall-bejgħ kwalunkwe karkassa sħiħa jew parti minn pixxivolpi tal-ispeċijiet kollha tal-familja Alopiidae.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-osservaturi xjentifiċi għandhom jitħallew jiġbru kampjuni bijoloġiċi mill-pixxivolpi li jittieħdu fiż-Żona li jkunu mejtin meta jittellgħu x-xbieki, dment li l-kampjuni jkunu parti minn proġett ta’ riċerka approvat mill-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC jew mill-Grupp ta’ Ħidma tal-IOTC dwar l-Ekosistemi u l-Qabdiet Inċidentali.
3. Is-sajjieda rikreattivi u sportivi għandhom jirrilaxxaw lill-pixxivolpi kollha ħajjin. Fl-ebda ċirkostanza ma għandhom iżommuhom abbord, jittrażbordawhom, iħottuhom l-art, jaħżnuhom, ibigħuhom jew joffruhom għall-bejgħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajjieda rikreattivi u sportivi li jwettqu sajd b’riskju li jaqbdu l-pixxivolpi jkunu mgħammra bi strumenti xierqa biex jirrilaxxaw l-annimali ħajjin.
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex iwettqu riċerka dwar il-pixxivolpi meħuda fiż-Żona, sabiex jidentifikaw żoni potenzjali ta’ tkabbir.
Artikolu 18
Raj tal-qrun
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti jkalaw b’mod intenzjonat kwalunkwe tip ta’ rkaptu madwar raja tal-qrun (speċijiet tal-ġeneru Mobula) jekk l-annimal jintlemaħ qabel ma jibda l-kalar.
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu, ibigħu jew joffru għall-bejgħ kwalunkwe karkassa sħiħa jew parti minn raja tal-qrun.
3. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom minnufih jirrilaxxaw ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara, sa fejn ikun prattikabbli, ir-raj tal-qrun maqbuda b’mod mhux intenzjonat hekk kif jintlemħu fix-xibka, fuq is-sunnara, jew fuq il-gverta, b’mod li jirriżulta fl-inqas ħsara possibbli għar-raj individwali maqbud. Huma għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex japplikaw il-proċeduri tal-immaniġġar għar-raj tal-qrun, filwaqt li jqisu s-sikurezza tal-ekwipaġġ.
4. Minkejja l-paragrafu 3, fejn bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni b’mod mhux intenzjonat jaqbad u jiffriża raja tal-qrun matul l-operazzjonijiet tiegħu, dan għandu jikkonsenja r-raja tal-qrun sħiħa lill-awtoritajiet governattivi responsabbli, jew lil awtorità kompetenti oħra, jew jiskartaha fil-punt tal-ħatt. Ir-raj tal-qrun ikkonsenjat b’dak il-mod ma jistax jinbiegħ jew jiġi skambjat iżda jista’ jingħata għall-finijiet tal-konsum domestiku mill-bniedem.
5. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jużaw tekniki xierqa ta’ mitigazzjoni, identifikazzjoni, immaniġġar u rilaxx u jżommu abbord it-tagħmir kollu meħtieġ għar-rilaxx tar-raj tal-qrun.
Artikolu 19
Kelb balena
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti jkalaw b’mod intenzjonali xibka tat-tartarun tal-borża madwar kelb balena (Rhincodon typus) fiż-Żona, jekk dan jintlemaħ qabel ma jibda l-kalar.
2. Meta kelb balena b’mod mhux intenzjonat jinqabad jew jitħabbel fl-irkaptu tas-sajd, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom:
|
(a) |
jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw ir-rilaxx sikur tiegħu, f’konformità mal-linji gwida tal-aħjar prattika disponibbli tal-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC għar-rilaxx u l-immaniġġar sikur tal-klieb balena, filwaqt li jqisu s-sikurezza tal-ekwipaġġ; |
|
(b) |
jirrappurtaw l-inċident lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment, bl-informazzjoni li ġejja:
|
TAQSIMA 2
Speċijiet oħra
Artikolu 20
Ċetaċji
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti jkalaw b’mod intenzjonat xibka tat-tartarun tal-borża madwar ċetaċju fiż-Żona, jekk dan jintlemaħ qabel ma jibda l-kalar.
2. Meta ċetaċju jinqabad b’mod mhux intenzjonat f’xibka tat-tartarun tal-borża, jew jinqabad minn tipi ta’ rkaptu oħra li jkunu qed jistadu għat-tonn u speċijiet simili għat-tonn assoċjati maċ-ċetaċji, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom:
|
(a) |
jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw ir-rilaxx sikur tiegħu, f’konformità mal-linji gwida tal-aħjar prattika disponibbli tal-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC għar-rilaxx u l-immaniġġar sikur taċ-ċetaċji, filwaqt li jqisu s-sikurezza tal-ekwipaġġ; |
|
(b) |
jirrappurtaw l-inċident lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment, bl-informazzjoni li ġejja:
|
3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, fil-punt (b), ta’ dan l-Artikolu permezz tal-ġurnali ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 inkluż l-istat mar-rilaxx (mejjet jew ħaj), jew meta osservatur ikun abbord permezz ta’ programmi ta’ osservatur u jibgħatha lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51(1) u (5).
Artikolu 21
Fkieren tal-baħar
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom japplikaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni li ġejjin:
|
(a) |
il-bastimenti tas-sajd bil-konz għandu jkollhom taljalenezi u żganċaturi biex jiffaċilitaw l-immaniġġar xieraq u r-rilaxx fil-pront ta’ fkieren tal-baħar (speċijiet tal-familji Cheloniidae u Dermochelyidae) li jkunu nqabdu jew tħabblu, filwaqt li jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw rilaxx u mmaniġġar sikur skont il-linji gwida dwar l-immaniġġar tal-IOTC; |
|
(b) |
il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża għandhom, sa fejn ikun prattikabbli:
|
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom itellgħu abbord, jekk ikun prattikabbli, kwalunkwe fekruna tal-baħar maqbuda li tkun fi stat ta’ koma jew inattiva malajr kemm jista’ jkun u jgħinu fl-irkupru tagħha, inkluż billi jgħinu fir-rianimazzjoni tagħha, qabel terġa’ titniżżel il-baħar b’mod sikur.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jużaw tekniki xierqa ta’ mitigazzjoni, identifikazzjoni, immaniġġar u tneħħija tas-sunnara u jżommu abbord it-tagħmir kollu meħtieġ għar-rilaxx tal-fkieren tal-baħar, filwaqt li jieħdu l-passi raġonevoli kollha f’konformità mal-linji gwida dwar l-immaniġġar fil-Karti ta’ Identifikazzjoni tal-Fkieren tal-Baħar tal-IOTC ipprovduti fil-linji gwida dwar l-immaniġġar tal-IOTC imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a).
4. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) biex Titnaqqas il-Mortalità tal-Fkieren tal-Baħar fl-Operazzjonijiet tas-Sajd.
5. L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data kollha dwar l-interazzjonijiet tal-bastimenti tagħhom mal-fkieren tal-baħar lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51(1). Dik id-data għandha tinkludi l-livell ta’ kopertura tal-ġurnal ta’ abbord jew tal-osservatur u stima tal-mortalità totali tal-fkieren tal-baħar li jinqabdu inċidentalment fis-sajd tagħhom.
6. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-inċidenti kollha li jinvolvu lill-fkieren tal-baħar matul l-operazzjonijiet tas-sajd, inkluż l-istat mar-rilaxx (mejta jew ħajja) fil-ġurnali ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Huma għandhom jirrappurtaw inċidenti bħal dawn lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom b’informazzjoni, fejn possibbli, dwar l-ispeċi, il-post tal-qbid, il-kundizzjonijiet, l-azzjonijiet meħuda abbord u l-post tar-rilaxx. L-Istati Membri għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51(1).
Artikolu 22
Għasafar tal-baħar
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jużaw miżuri ta’ mitigazzjoni biex inaqqsu l-livelli ta’ qbid inċidentali ta’ għasafar tal-baħar f’kull żona ta’ sajd, staġun u sajd. Fiż-żona fin-Nofsinhar ta’ 25 grad ta’ latitudni tan-Nofsinhar, il-bastimenti kollha tas-sajd bil-konz għandhom jużaw mill-inqas tnejn mit-tliet miżuri ta’ mitigazzjoni stabbiliti fl-Anness 4 u għandhom jikkonformaw mal-istandards minimi għal dawk il-miżuri. Id-disinn u l-użu ta’ lettijiet bl-infafar għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness 5.
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw data dwar il-qbid inċidentali ta’ għasafar tal-baħar skont l-ispeċi, b’mod partikolari permezz tal-Iskema ta’ Osservatur Reġjonali msemmija fl-Artikolu 30, u jirrapportawhom lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 51(1). L-osservaturi għandhom, sa fejn ikun possibbli, jieħdu ritratti tal-għasafar tal-baħar maqbuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u jibagħtuhom lill-esperti nazzjonali tal-għasafar tal-baħar jew lis-Segretarjat tal-IOTC għall-konferma tal-identifikazzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, kif tiġi implimentata l-Iskema ta’ Osservatur Reġjonali msemmija fl-Artikolu 30, f’konformità mal-Artikolu 51(5).
KAPITOLU IV
MIŻURI TA’ KONTROLL
TAQSIMA 1
Kondizzjonijiet ġenerali
Artikolu 23
Dokumentazzjoni abbord bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu ġurnali ta’ abbord tas-sajd f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni oriġinali li tinsab fil-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandha tinżamm abbord il-bastiment tas-sajd għal mill-inqas 12-il xahar.
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iġorru abbord dokumenti validi maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera inkluż:
|
(a) |
liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni għas-sajd u t-termini u l-kondizzjonijiet mehmuża mal-liċenzja, il-permess jew l-awtorizzazzjoni; |
|
(b) |
isem il-bastiment; |
|
(c) |
il-port li fih il-bastiment huwa rreġistrat u n-numru/i tar-reġistrazzjoni; |
|
(d) |
is-sinjal ta’ komunikazzjoni internazzjonali; |
|
(e) |
l-ismijiet u l-indirizzi tas-sid(ien) u, jekk applikabbli, in-noleġġatur; |
|
(f) |
it-tul totali; u |
|
(g) |
il-potenza tal-magna, f’kw/potenza ta’ żwiemel, fejn xieraq. |
3. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-validità tad-dokumenti li għandhom jinġarru abbord bastimenti tas-sajd regolarment, u mill-inqas darba fis-sena.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti kollha li jinġarru abbord u kwalunkwe emenda ulterjuri oħra għalihom jinħarġu u jiġu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti u li l-bastimenti tas-sajd jiġu mmarkati b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment skont standards internazzjonali ġeneralment aċċettati, bħall-Ispeċifikazzjoni Standard tal-FAO għall-Immarkar u l-Identifikazzjoni tal-Bastimenti tas-Sajd.
TAQSIMA 2
Reġistru ta’ bastimenti
Artikolu 24
Reġistru tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-IOTC tal-bastimenti tas-sajd:
|
(a) |
bastimenti b’tul totali ta’ 24 metru jew aktar; |
|
(b) |
bastimenti b’tul totali ta’ inqas minn 24 metru, jekk huma jistadu barra miż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) ta’ Stat Membru. |
2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li mhumiex irreġistrati fir-reġistru tal-IOTC imsemmi fil-paragrafu 1, ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art speċijiet tal-IOTC jew jappoġġaw kwalunkwe attività tas-sajd jew ikalaw DFADs fiż-Żona.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal bastimenti b’tul totali ta’ inqas minn 24 metru li joperaw fiż-ŻEE ta’ Stat Membru.
3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 li huma awtorizzati joperaw fiż-Żona. Dik il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment:
|
(a) |
isem il-bastiment(i), numru/i fir-reġistru; |
|
(b) |
in-numru IMO; |
|
(c) |
l-isem/ismijiet preċedenti (jekk ikun hemm) jew l-indikazzjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tiegħu/tagħhom; |
|
(d) |
bandiera/bnadar preċedenti (jekk ikun hemm) jew indikazzjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħha/tagħhom; |
|
(e) |
dettalji tat-tħassir preċedenti minn reġistri oħra (jekk ikun hemm) jew indikazzjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħhom; |
|
(f) |
sinjal(i) internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm) jew indikazzjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tiegħu/tagħhom; |
|
(g) |
il-port tar-reġistrazzjoni; |
|
(h) |
it-tip ta’ bastiment(i), tul totali (m) u tunnellaġġ gross (GT); |
|
(i) |
il-volum totali tal-istiva/i tal-ħut f’metri kubi; |
|
(j) |
l-isem u l-indirizz tas-sid(ien) u l-operatur(i); |
|
(k) |
l-isem u l-indirizz tas-sid(ien) benefiċjarju/benefiċjarji, jekk ikunu magħrufa u differenti mis-sid/l-operatur tal-bastiment, jew indikazzjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħhom; |
|
(l) |
l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li topera l-bastiment (jekk ikun hemm); |
|
(m) |
l-irkaptu użat; |
|
(n) |
il-perjodu/perjodi ta’ żmien awtorizzat(i) għas-sajd u/jew għat-trażbord; |
|
(o) |
ritratti tal-kulur tal-bastiment li juru:
|
|
(p) |
mill-inqas ritratt wieħed bil-kulur li juri b’mod ċar mill-inqas waħda mill-marki esterni speċifikati fil-punt (a). |
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar kull żieda, tħassir jew emenda fir-reġistru tal-IOTC. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC mingħajr dewmien.
5. Matul kull sena, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tipprovdi lis-Segretarjat tal-IOTC informazzjoni aġġornata dwar il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati fir-reġistru tal-IOTC imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 25
Komunikazzjoni tal-informazzjoni
L-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata f’format elettroniku f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
Artikolu 26
Awtorizzazzjoni tal-bastimenti tas-sajd
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni tas-sajd għall-ispeċijiet tal-IOTC għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2403.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni mudell aġġornat tal-awtorizzazzjoni uffiċjali għas-sajd barra mill-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali, u jaġġornaw l-informazzjoni fil-mudell kull meta meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC mingħajr dewmien. Il-mudell għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem tal-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
l-isem u l-kuntatt tal-persunal tal-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
il-firma tal-persunal tal-awtorità kompetenti; u |
|
(d) |
t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti. |
3. Il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jintuża esklużivament għal skopijiet ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza. Differenza bejn il-mudell u l-awtorizzazzjoni li titwettaq abbord bastiment ma għandhiex tikkostitwixxi iksur, iżda għandha sservi biex twassal lill-Istat li jikkontrolla biex jikkjarifika l-kwistjoni mal-awtorità kompetenti identifikata tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment in kwistjoni.
Artikolu 27
Obbligi għall-Istati Membri li joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. L-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jawtorizzaw lill-bastimenti tagħhom joperaw fiż-Żona biss jekk ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet skont il-Ftehim tal-IOTC, dan ir-Regolament u s-CMMs; |
|
(b) |
jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tagħhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mas-CMMs; |
|
(c) |
jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd awżiljari tagħhom iżommu abbord ċertifikati validi ta’ reġistrazzjoni tal-bastimenti u awtorizzazzjonijiet validi għall-ħut jew it-trażbord; |
|
(d) |
jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd awtorizzati tagħhom ma jkollhom l-ebda storja ta’ attivitajiet tas-sajd IUU jew li, jekk bastiment ikollu tali storja, is-sid il-ġdid ikun ipprovda biżżejjed evidenza li turi li:
|
|
(e) |
jiżguraw, sa fejn ikun possibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li s-sidien u l-operaturi tal-bastimenti tas-sajd awżiljarji tagħhom ma jkunux involuti f’attivitajiet tas-sajd għat-tonn jew assoċjati ma’ dawn l-attivitajiet, li jitwettqu minn bastimenti mhux irreġistrati fir-reġistru tal-IOTC imsemmi fl-Artikolu 24(1); u |
|
(f) |
jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw, sa fejn ikun possibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li s-sidien ta’ bastimenti tas-sajd awżiljarji rreġistrati fir-reġistru tal-IOTC imsemmi fl-Artikolu 24(1) huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-bandiera, jew entitajiet legali fih, sabiex fejn meħtieġ tkun tista’ tittieħed kwalunkwe azzjoni ta’ kontroll jew punittiva kontrihom. |
2. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tar-reviżjoni tal-azzjonijiet u tal-miżuri meħuda f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, f’konformità mal-Artikolu 51(5).
3. L-Istati Membri li joħorġu liċenzji lill-bastimenti tas-sajd awtorizzati tagħhom għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, il-miżuri kollha meħuda f’konformità mal-Anness I tas-CMM 05/07, bl-użu tal-format stabbilit fl-Anness II tas-CMM 05/07, u f’konformità mal-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 28
Miżuri kontra bastimenti mhux irreġistrati fir-reġistru tal-IOTC tal-bastimenti
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni mhux irreġistrati fir-reġistru tal-IOTC imsemmi fl-Artikolu 24(1), ma għandhomx jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art l-ispeċijiet tal-IOTC fiż-Żona.
2. Biex tiġi żgurata l-effettività ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ speċijiet koperti minn programmi ta’ dokumenti ta’ statistika, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jivvalidaw id-dokumenti ta’ statistika biss għall-bastimenti tal-Unjoni rreġistrati fir-reġistru tal-IOTC; |
|
(b) |
għandhom jirrikjedu li, meta jiġu importati fit-territorju ta’ PKK, l-ispeċijiet koperti minn programmi ta’ dokumenti ta’ statistika maqbuda minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-Żona, għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ statistika; u |
|
(c) |
jikkooperaw, meta jimportaw il-qbid tal-ispeċijiet koperti mill-programmi ta’ dokumenti ta’ statistika, mal-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li jkunu qed jaqbdu dawk l-ispeċijiet, biex jiżguraw li d-dokumenti ta’ statistika ma jiġux iffalsifikati jew ma jkunx fihom informazzjoni ħażina. |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, dwar kwalunkwe informazzjoni fattwali li turi li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li bastimenti mhux irreġistrati fir-reġistru tal-IOTC li jkunu involuti fis-sajd jew fit-trażbord tal-ispeċijiet tal-IOTC fiż-Żona. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tal-IOTC dwar dik l-informazzjoni minnufih.
Artikolu 29
Rekord ta’ bastimenti attivi li jistadu għat-tonn u għall-pixxispad
1. L-Istati Membri b’bastimenti li jistadu għat-tonn u għall-pixxispad fiż-Żona għandhom, permezz tal-mudell xieraq tar-rapport tal-IOTC, jippreżentaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Frar ta’ kull sena lista ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li kienu attivi fiż-Żona matul is-sena preċedenti u li:
|
(a) |
għandhom tul totali ta’ 24 metru jew aktar, jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ bastimenti b’tul totali iqsar minn 24 metru, li jitħaddmu f’ilmijiet barra miż-ŻEE tal-Istat Membru tagħhom. |
2. L-Istati Membri b’bastimenti li jistadu għat-tonn isfar fiż-Żona għandhom, permezz tal-mudell xieraq tar-rapport tal-IOTC, jippreżentaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Frar ta’ kull sena lista tal-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tagħhom u li jkunu stadu tonn isfar fiż-Żona matul is-sena preċedenti.
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lis-Segretarjat tal-IOTC qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena.
4. Il-lista ta’ bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment:
|
(a) |
in-numru tal-IOTC; |
|
(b) |
l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni; |
|
(c) |
in-numru IMO, jekk disponibbli; |
|
(d) |
il-bandiera ta’ qabel (jekk ikun hemm); |
|
(e) |
is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm); |
|
(f) |
it-tip, it-tul u t-tunnellaġġ gross (GT) tal-bastiment; |
|
(g) |
l-isem u l-indirizz tas-sid, in-noleġġatur jew l-operatur (fejn ikun rilevanti); |
|
(h) |
l-ispeċi ewlenija fil-mira; u |
|
(i) |
l-perjodu ta’ awtorizzazzjoni. |
TAQSIMA 3
Skema ta’ Osservatur Reġjonali
Artikolu 30
Skema ta’ Osservatur Reġjonali
1. Sabiex jittejjeb il-ġbir tad-data xjentifika, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ 24 metru jew aktar, u dawk ta’ inqas minn 24 metru li jistadu barra miż-ŻEE ta’ Stat Membru, għandhom jiżguraw li mill-inqas 5 % tal-għadd ta’ operazzjonijiet jew kalati għal kull tip ta’ rkaptu waqt is-sajd fiż-Żona jkun kopert minn osservaturi approvati mill-Iskema ta’ Osservatur Reġjonali.
2. Meta l-bastimenti bit-tartarun tal-borża jkunu qed iġorru osservatur kif imsemmi fil-paragrafu 1, dak l-osservatur għandu jimmonitorja wkoll il-qabdiet mal-ħatt l-art biex jidentifika l-kompożizzjoni tal-qabdiet tat-tonn obeż.
3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-Istati Membri li diġà għandhom skema ta’ kampjunar li l-kopertura tagħha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.
Artikolu 31
Obbligi ta’ osservaturi
1. L-osservaturi abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom:
|
(a) |
jirreġistraw u jirrappurtaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom u jivverifikaw il-pożizzjonijiet tal-bastiment; |
|
(b) |
josservaw u jistmaw kemm jista’ jkun il-qabdiet bil-għan li jidentifikaw il-kompożizzjoni tal-qabdiet u jimmonitorjaw il-qabdiet skartati, il-qabdiet inċidentali u l-frekwenza tad-daqs; |
|
(c) |
jirreġistraw it-tip ta’ rkaptu, id-daqs tal-malja u l-aċċessorji użati mill-kaptan; |
|
(d) |
jiġbru informazzjoni li tippermetti l-kontroverifika tal-entrati li jkunu ġew irreġistrati fil-ġurnali ta’ abbord (kompożizzjoni u kwantitajiet tal-ispeċijiet, piż ħaj u pproċessat u post, fejn disponibbli); u |
|
(e) |
iwettqu ħidma xjentifika kif mitlub mill-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC. |
2. L-osservatur għandu, fi żmien 30 jum mit-tlestija ta’ kull vjaġġ, jipprovdi rapport lill-Istat Membru tal-bandiera. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut skont iż-żona ta’ 1° ta’ latitudni b’1° ta’ lonġitudni. L-Istati Membri għandhom, fi żmien 140 jum mill-wasla, jibagħtu kull rapport lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, u għandhom jiżguraw li r-rapporti mill-osservatur imqiegħed fuq il-flotta tas-sajd bil-konz jintbagħtu b’mod regolari matul is-sena kollha. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu ir-rapporti lis-Segretarjat tal-IOTC fi żmien 10 ijiem minn meta jiġu riċevuti.
Artikolu 32
Dawk li jieħdu l-kampjuni fuq il-post
1. Dawk li jieħdu l-kampjuni fuq il-post għandhom jimmonitorjaw l-għadd ta’ drabi li l-bastimenti tas-sajd artiġjanali tal-Unjoni jħottu fl-iskal. Fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd artiġjanali, dawk li jieħdu l-kampjuni jenħtieġ li jkopru mill-inqas 5 % tal-għadd totali ta’ vjaġġi tas-sajd minn bastimenti bħal dawn jew tal-għadd totali ta’ bastimenti tas-sajd attivi.
2. Dawk li jieħdu l-kampjuni fuq il-post għandhom jiġbru l-informazzjoni fuq l-art waqt il-ħatt l-art tal-bastimenti tas-sajd. Il-programmi tal-qasam tal-kampjunar jistgħu jintużaw għall-kwantifikazzjoni tal-qbid, il-qbid inċidentali miżmum u l-ġbir tat-tikketti rritornati.
3. Dawk li jieħdu l-kampjuni fuq il-post għandhom jimmonitorjaw il-qabdiet fl-iskal bil-ħsieb li jistmaw il-qabda skont id-daqs skont it-tip ta’ dgħajsa, irkaptu u speċi, jew iwettqu tali ħidma xjentifika kif mitlub mill-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC.
Artikolu 33
L-Obbligi tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jirreklutaw osservaturi kkwalifikati biex iqegħduhom abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-osservaturi jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b’mod kompetenti u sikur; |
|
(b) |
jiżguraw li l-osservaturi jalternaw bastimenti bejn l-inkarigi tagħhom; |
|
(c) |
jiżguraw li l-bastiment li fuqu jitqiegħed osservatur jipprovdi ikel u alloġġ xierqa matul il-preżenza tal-osservatur, li jkunu tal-istess livell bħal dak tal-uffiċjali abbord, fejn ikun possibbli; |
|
(d) |
jiżguraw li l-kaptan ta’ bastiment jikkoopera mal-osservaturi sabiex dawn iwettqu dmirijiethom b’mod sikur inkluż billi jipprovdi aċċess, kif meħtieġ, għall-qbid miżmum, u l-qbid li huwa maħsub li jiġi skartat; u |
|
(e) |
iħallsu l-ispejjeż tal-iskema ta’ osservatur. |
3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-għadd ta’ bastimenti mmonitorjati u l-kopertura miksuba skont it-tip ta’ rkaptu lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 51(6).
TAQSIMA 4
Monitoraġġ u sorveljanza
Artikolu 34
Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)
1. L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard minn jumejn ta’ xogħol wara l-iskoperta jew in-notifika ta’ nuqqas tekniku jew nuqqas ta’ funzjonament tal-apparat ta’ monitoraġġ tal-bastimenti abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, jibagħtu l-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment lis-Segretarjat tal-IOTC, jew għandhom jiżguraw li dawn il-pożizzjonijiet jintbagħtu lis-Segretarjat tal-IOTC mill-kaptan jew mis-sid tal-bastiment, jew mir-rappreżentant tiegħu.
2. Meta Stat Membru jissuspetta li apparat wieħed jew aktar ta’ monitoraġġ tal-bastimenti abbord il-bastiment ta’ Stat Membru tal-bandiera ieħor jew ta’ PKK oħra ma jissodisfax il-kondizzjonijiet operattivi meħtieġa, jew li jkun ġie mbagħbas, dan għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu n-notifika lis-Segretarjat tal-IOTC u lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment.
Artikolu 35
Noleġġ
1. In-noleġġ għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-PKK tal-bandiera tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub għall-ftehim tan-noleġġ; |
|
(b) |
it-tul taż-żmien tal-operazzjoni tas-sajd skont il-ftehim tan-noleġġ ma jaqbiżx it-12-il xahar fi kwalunkwe sena kalendarja; |
|
(c) |
il-bastimenti tas-sajd li jkunu ser jiġu noleġġati għandhom jiġu rreġistrati mal-PKK responsabbli li għandhom jaqblu b’mod espliċitu li jikkonformaw mas-CMMs u li jinfurzawhom fuq il-bastimenti tagħhom; il-PKKs kollha tal-bandiera għandhom jissodisfaw b’mod effettiv id-dmir tagħhom li jikkontrollaw il-bastimenti tas-sajd tagħhom biex jiżguraw il-konformità mas-CMMs; |
|
(d) |
il-bastimenti tas-sajd li ser jiġu noleġġati għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru tal-IOTC imsemmi fl-Artikolu 24 u għandhom ikunu awtorizzati joperaw fiż-Żona; |
|
(e) |
jekk il-bastiment noleġġat jitħalla mill-PKK tan-noleġġ jopera fl-ibħra internazzjonali, il-PKK tal-bandiera għandha tkun responsabbli għall-kontroll tas-sajd fl-ibħra internazzjonali mwettaq skont l-arranġament tan-noleġġ; |
|
(f) |
il-bastimenti noleġġati għandhom jirrapportaw il-VMS u d-data tal-qbid kemm lill-PKK tan-noleġġ kif ukoll lill-PKK tal-bandiera, u lis-Segretarjat tal-IOTC, kif previst fl-Iskema ta’ Notifika tan-Noleġġ deskritta fl-Anness 6; |
|
(g) |
il-qabdiet kollha, inkluż il-qabdiet inċidentali u l-qabdiet skartati, meħuda skont il-ftehim tan-noleġġ, għandhom jingħaddu mal-kwoti jew mal-possibbiltajiet tas-sajd tal-PKK tan-noleġġ; il-kopertura tal-osservaturi abbord tali bastimenti noleġġati għandha tingħadd mar-rata ta’ kopertura tal-PKK tan-noleġġ għat-tul ta’ żmien tal-attività tas-sajd tagħha skont il-ftehim tan-noleġġ; |
|
(h) |
il-PKK tan-noleġġ għandha tirrapporta lill-IOTC il-qabdiet kollha, inkluż il-qabdiet inċidentali u l-qabdiet skartati, u informazzjoni oħra meħtieġa mill-IOTC; |
|
(i) |
il-bastimenti noleġġati għandhom ikunu mgħammra kif xieraq bil-VMS, u l-irkaptu tas-sajd għandu jkun immarkat għal ġestjoni effettiva tas-sajd; |
|
(j) |
kopertura tal-osservaturi ta’ mill-inqas 5 % tal-isforz tas-sajd; |
|
(k) |
bastimenti noleġġati għandu jkollhom liċenzja tas-sajd maħruġa mill-PKK tan-noleġġ u ma għandhomx ikunu fuq il-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC, dik ta’ kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali ta’ ġestjoni tas-sajd (RFMO), jew fuq il-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni; |
|
(l) |
il-bastimenti noleġġati ma għandhomx ikunu awtorizzati jużaw il-kwota tal-PKK tal-bandiera, u fl-ebda ċirkostanza l-bastimenti nolleġati ma għanduhom ikunu awtorizzati jistadu taħt aktar minn ftehim tan-noleġġ wieħed fl-istess ħin; |
|
(m) |
il-ħatt għandu jsir fil-portijiet tal-PKK, jew taħt is-superviżjoni diretta tal-PKK, sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-bastimenti noleġġati ma jxekklux is-CMMs. |
Artikolu 36
Skema ta’ notifika tan-noleġġ
1. L-Istat Membru tan-noleġġ għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bastiment li għandu jiġi identifikat bħala noleġġat f’konformità ma’ dan l-Artikolu mingħajr dewmien fi żmien 15-il jum u mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sajd f’konformità ma’ ftehim tan-noleġġ, billi jippreżenta b’mod elettroniku l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull bastiment noleġġat:
|
(a) |
l-isem (kemm bil-lingwa oriġinali tar-reġistrazzjoni kif ukoll bl-alfabetti Latini) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment noleġġat, u n-numru tal-IMO; |
|
(b) |
l-isem u l-indirizz ta’ kuntatt tas-sid benefiċjarju tal-bastiment; |
|
(c) |
id-deskrizzjoni tal-bastiment, inkluż it-tul totali, it-tip ta’ bastiment u t-tip ta’ metodu/i tas-sajd li għandu/għandhom jintuża(w) skont il-ftehim tan-noleġġ; |
|
(d) |
kopja tal-ftehim tan-noleġġ u kwalunkwe awtorizzazzjoni jew liċenzja tas-sajd li jkun ħareġ lill-bastiment, inkluż l-allokazzjoni tal-kwota jew il-possibbiltà tas-sajd assenjata lill-bastiment, u t-tul ta’ żmien tal-arranġament tan-noleġġ; |
|
(e) |
il-kunsens tiegħu għall-ftehim tan-noleġġ; u |
|
(f) |
il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi fil-ftehim tan-noleġġ. |
2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bastiment li għandu jiġi identifikat bħala noleġġat f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mingħajr dewmien fi żmien 17-il jum u mhux aktar tard minn 96 siegħa qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sajd f’konformità ma’ ftehim tan-noleġġ billi tiġi ppreżentata b’mod elettroniku l-informazzjoni fir-rigward ta’ kull bastiment noleġġat imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Malli tirċievi l-informazzjoni mill-Istati Membri stipulata fil-paragrafu 1 jew 2, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li ġejja lis-Segretarjat tal-IOTC:
|
(a) |
il-kunsens tagħha għall-ftehim tan-noleġġ; |
|
(b) |
il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi fil-ftehim tan-noleġġ; u |
|
(c) |
il-ftehim tagħha li tikkonforma mas-CMMs. |
4. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar il-bidu, is-sospensjoni, it-tkomplija u t-terminazzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd skont il-ftehim tan-noleġġ.
5. L-Istati Membri li jinnoleġġaw bastimenti tas-sajd għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Frar ta’ kull sena d-dettalji tal-ftehimiet ta’ noleġġ li jkunu saru fis-sena kalendarja preċedenti, inkluż informazzjoni dwar il-qabdiet imwettqa u l-isforz tas-sajd eżerċitat mill-bastimenti noleġġati kif ukoll il-livell ta’ kopertura tal-osservaturi miksub fuq il-bastimenti noleġġati f’konformità mal-Artikolu 35(1), il-punt (j). Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena.
Artikolu 37
Bastimenti mingħajr nazzjonalità
Meta bastiment jew inġenju tal-ajru ta’ Stat Membru jagħmel xi avvistament ta’ bastimenti tas-sajd li huma ssuspettati jew ikkonfermati li huma mingħajr nazzjonalità u li jistgħu jkunu qed jistadu fl-ibħra internazzjonali taż-Żona, dak l-Istat Membru għandu jirrapporta l-avvistament lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu minnufih l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC.
Artikolu 38
Bastimenti tas-sajd bi bnadar ta’ konvenjenza
L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ bastimenti ta’ skala kbira tas-sajd bil-konz tat-tonn bi bnadar ta’ konvenjenza (FOCs):
|
(a) |
jirrifjutaw il-ħatt u t-trażbord lil bastimenti b’bandiera ta’ konvenjenza li jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd li jnaqqsu l-effettività tal-miżuri stabbiliti f’ dan ir-Regolament jew miżuri adottati mill-IOTC; |
|
(b) |
jieħdu kull azzjoni possibbli biex iħeġġu lill-importaturi, lit-trasportaturi u lil operaturi kkonċernati oħra tagħhom biex iżommu lura milli jagħmlu tranżazzjonijiet f’tonn u speċijiet simili għat-tonn maqbuda minn bastimenti li jwettqu attivitajiet tas-sajd b’bandiera ta’ konvenjenza, u jittrażbordawhom; |
|
(c) |
jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali tagħhom dwar l-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti ta’ skala kbira tas-sajd bil-konz tat-tonn b’FOCs u li jnaqqsu l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-IOTC, u jħeġġu lill-pubbliku ġenerali tagħhom biex ma jixtrix ħut maqbud minn bastimenti bħal dawn; |
|
(d) |
iħeġġu lill-manifatturi tagħhom u lil negozjanti kkonċernati oħra jwaqqfu l-bastimenti u t-tagħmir jew l-irkaptu tagħhom milli jintuża f’operazzjonijiet tas-sajd bil-konz b’bandiera ta’ konvenjenza; u |
|
(e) |
jimmonitorjaw u jiskambjaw informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ bastimenti tas-sajd b’bandiera ta’ konvenjenza, inkluż l-attivitajiet ta’ kampjunar fil-port imwettqa mis-Segretarjat tal-IOTC. |
KAPITOLU V
DATA DWAR IL-QABDA
Artikolu 39
Rekord tad-data dwar il-qbid u l-isforz
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord elettroniku biex jirreġistraw data li tinkludi, bħala rekwiżiti minimi, l-informazzjoni u d-data stipulati fl-Anness 1.
2. Il-ġurnal ta’ abbord għandu jimtela mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd u għandu jiġi ppreżentat lill-Istat Membru tal-bandiera, kif ukoll lill-Istat kostali f’liema ŻEE jkun stad il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni. Hija biss il-parti tal-ġurnal ta’ abbord li tikkorrispondi għall-attività eżerċitata fiż-ŻEE tal-Istat kostali li għandha tiġi pprovduta lill-Istat kostali.
3. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data kollha għal kwalunkwe sena partikolari fuq bażi aggregata fir-rapporti annwali tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 51(1).
Artikolu 40
Ċertifikat tal-qbid tat-tonn obeż
1. It-tonn obeż kollu importat fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jkun akkumpanjat minn Dokument ta’ Statistika dwar it-Tonn Obeż tal-IOTC, kif previst fl-Anness 8, jew ċertifikat ta’ riesportazzjoni tat-tonn obeż tal-IOTC li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 9.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, it-tonn obeż li jinqabad minn bastimenti bit-tartarun tal-borża jew bil-qasab u x-xlief (lixka) u li huwa destinat prinċipalment għall-impjanti ta’ konfezzjoni fiż-Żona mhuwiex soġġett għal dan ir-rekwiżit statistiku.
3. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalidati f’konformità mal-format stipulat fl-Anness IV tas-CMM 03/03 u r-regoli li ġejjin:
|
(a) |
id-dokument ta’ statistika tat-tonn obeż tal-IOTC għandu jiġi vvalidat mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li jkun qabad it-tonn, jew jekk il-bastiment ikun qed jopera skont arranġament ta’ noleġġ, mill-Istat li jkun esporta t-tonn; |
|
(b) |
iċ-ċertifikat ta’ riesportazzjoni tat-tonn obeż tal-IOTC għandu jiġi vvalidat mill-Istat li jkun esporta t-tonn mill-ġdid; |
|
(c) |
id-dokumenti ta’ statistika għat-tonn obeż li jinqabad mill-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jiġu vvalidati mill-Istat Membru fejn il-prodotti jinħattu l-art, dment li l-kwantitajiet korrispondenti tat-tonn obeż jiġu esportati barra mill-Unjoni mit-territorju tal-Istati Membri tal-ħatt l-art. |
4. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u sal-15 ta’ Settembru ta’ kull sena, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju tas-sena attwali, l-Istati Membri li jimportaw it-tonn obeż għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data miġbura skont il-programm ta’ dokumenti ta’ statistika dwar it-tonn obeż, bl-użu tal-format stipulat fl-Anness III tas-CMM 03/03. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni u għandha tibgħatha lis-Segretarjat tal-IOTC sal-1 ta’ April u l-1 ta’ Ottubru, rispettivament.
5. L-Istati Membri li jesportaw it-tonn obeż għandhom jeżaminaw id-data dwar l-esportazzjoni malli jirċievu d-data dwar l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u għandhom jirrapportaw ir-riżultati lill-Kummissjoni kull sena, f’konformità mal-Artikolu 51(5).
KAPITOLU VI
MIŻURI TAL-ISTAT TAL-PORT, SPEZZJONI, INFURZAR U IUU
TAQSIMA 1
Miżuri tal-Istat tal-port
Artikolu 41
Punti ta’ kuntatt u portijiet magħżula
1. Stat Membru li jixtieq jagħti aċċess għall-portijiet tiegħu lil bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li jġorru speċijiet tal-IOTC maqbuda fiż-Żona jew prodotti tas-sajd li joriġinaw minn speċijiet tal-IOTC li ma jkunux għadhom inħattu l-art jew ġew ittrażbordati għandu:
|
(a) |
jagħżel il-port fejn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiż terz jistgħu jitolbu dħul skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008; |
|
(b) |
jagħżel punt ta’ kuntatt għall-fini ta’ ksib ta’ avviż minn qabel skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008; |
|
(c) |
jagħżel punt ta’ kuntatt għall-fini ta’ ksib ta’ rapporti ta’ spezzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu kull tibdil fil-lista tal-portijiet u tal-punti ta’ kuntatt magħżula lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, mill-inqas 30 jum qabel ma jsiru effettivi t-tibdiliet. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC mill-inqas 15-il jum qabel ma jsiru effettivi t-tibdiliet.
Artikolu 42
Notifika minn qabel
1. B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port jew immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjonijiet tas-sajd, jekk id-distanza ta’ ħin għall-port tkun inqas minn 24 siegħa.
2. B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi jew mir-rappreżentanti tagħhom għandha tkun dik meħtieġa skont l-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament li għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat tal-qbid ivvalidat f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jekk dawk il-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiż terz iġorru abbord prodotti tas-sajd tal-IOTC.
3. L-avviż minn qabel imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jintbagħtu elettronikament permezz tal-applikazzjoni e-PSM.
4. L-Istati Membri tal-port jistgħu jitolbu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali sabiex jiddeterminaw jekk il-bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 kinux involuti f’sajd IUU jew f’attivitajiet relatati.
Artikolu 43
Awtorizzazzjoni għad-dħul, għall-ħatt u għat-trażbord fil-portijiet
1. Wara li jirċievi l-informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 42, Stat Membru tal-port għandu jiddeċiedi jekk jawtorizzax jew jiċħadx lil bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz id-dħul u l-użu tal-portijiet tiegħu. Meta bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ikun ġie miċħud milli jidħol, l-Istat Membru tal-port għandu jinforma lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandha tibgħat l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC mingħajr dewmien. L-Istati Membri tal-port għandhom jiċħdu d-dħul lill-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC, dik ta’ kwalunkwe RFMO oħra jew fuq il-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni.
2. Meta avviż minn qabel ikun ġie riċevut permezz tal-applikazzjoni e-PSM, l-Istat Membru tal-port għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li jawtorizza jew jiċħad id-dħul fil-port permezz tal-istess applikazzjoni.
3. Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, fil-każ ta’ bastimenti tal-ġarr, id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-IOTC hija meħtieġa u għandha tiġi ppreżentata mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin maħsub tal-ħatt l-art. Sabiex jiżguraw li l-ħatt l-art ikun konsistenti mal-ammont tal-qbid irrappurtat ta’ kull bastiment tas-sajd tal-qbid, l-Istati Membri fejn għandhom jinħattu l-qabdiet trażbordati għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni li tasal u għandhom jikkooperaw mal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-ġarr, kwalunkwe Stat tal-port involut fit-trażbordi li għandhom jinħattu l-art u l-Istati tal-bandiera tal-bastimenti tas-sajd tal-qbid involuti. Dik il-verifika għandha titwettaq b’mod li l-bastiment tal-ġarr ikollu l-inqas interferenza u inkonvenjenza possibbli, u li ma jikkawżax deterjorament tal-kwalità tal-ħut.
4. Meta dikjarazzjoni tal-ħatt l-art jew tat-trażbord tasal għand l-Istat Membru tal-port minn bastiment tas-sajd tal-qbid skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri tal-port għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni riċevuta u għandhom jikkooperaw mal-PKK tal-bandiera biex jiżguraw li l-ħatt u/jew it-trażbordi jkunu konsistenti mal-ammont ta’ qbid irrappurtat għal kull bastiment tal-qbid.
5. Kull Stat Membru tal-port għandu jippreżenta lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-lista ta’ bastimenti tas-sajd li ma jtajrux il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru tal-port, u li jkunu ħattew fil-portijiet tagħhom tonn u speċijiet simili għat-tonn maqbuda fiż-Żona fis-sena kalendarja preċedenti. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-mudell xieraq tar-rapport tal-IOTC u għandha tagħti dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-qbid skont il-piż u l-ispeċijiet li jinħattu l-art. Il-Kummissjoni għandha teżamina rapporti bħal dawn u tibgħathom lis-Segretarjat tal-IOTC sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
TAQSIMA 2
Spezzjoni
Artikolu 44
Spezzjoni fil-port
1. Kull sena, kull Stat Membru tal-port għandu jispezzjona fil-portijiet magħżula tiegħu mill-inqas 5 % tal-ispeċijiet tal-IOTC li jinħattu l-art jew jiġu ttrażbordati minn bastimenti tas-sajd li ma jtajrux il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru tal-port.
2. L-ispezzjonijiet għandhom jinvolvu l-monitoraġġ tal-ħatt l-art jew tat-trażbord kollu u jinkludu kontroverifika bejn il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, irreġistrati fl-avviż minn qabel u l-kwantitajiet skont l-ispeċi li fil-fatt jinħattu l-art jew jiġu ttrażbordati. Meta l-ħatt jew it-trażbord jitlesta, l-ispettur għandu jivverifika u jinnota l-kwantitajiet skont l-ispeċi ta’ ħut li jibqgħu abbord.
Artikolu 45
Proċedura ta’ spezzjoni
1. Dan l-Artikolu għandu japplika flimkien mar-regoli dwar il-proċedura ta’ spezzjoni stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
2. L-ispetturi mill-Istati Membri tal-port għandhom ikunu spetturi kkwalifikati kif xieraq awtorizzati għal dak il-għan, u għandu jkollhom dokument validu tal-identità li għandhom jippreżentaw lill-kaptan tal-bastiment li għandu jiġi spezzjonat.
3. Bħala standard minimu, l-Istati Membri tal-port għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom iwettqu l-kompiti stipulati fl-Anness II tas-CMM 16/11. L-Istati Membri tal-port, fit-twettiq ta’ spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom, għandhom jirrikjedu lill-kaptan tal-bastiment jagħti lill-ispetturi l-assistenza u l-informazzjoni kollha meħtieġa, u jippreżenta materjal u dokumenti rilevanti kif jista’ jkun meħtieġ, jew kopji ċċertifikati tagħhom.
4. Fir-rapport bil-miktub tar-riżultati ta’ kull spezzjoni, kull Stat Membru tal-port għandu, bħala minimu, jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III tas-CMM 16/11. Fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol mit-tlestija tal-ispezzjoni, l-Istat Membru tal-port għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u, fuq talba, kopja oriġinali jew iċċertifikata tiegħu, lill-kaptan tal-bastiment spezzjonat, lill-Istat tal-bandiera, lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu minnufih l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC.
5. Sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, kull Stat Membru tal-port għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti tas-sajd li ma jtajrux il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru tal-port li jkunu ħattew fil-portijiet tiegħu tonn u speċijiet simili għat-tonn maqbuda fiż-żona tal-IOTC fis-sena kalendarja preċedenti. Dik l-informazzjoni għandha tagħti dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-qbid skont il-piż u l-ispeċijiet li jinħattu l-art. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
TAQSIMA 3
Infurzar
Artikolu 46
Proċedura fil-każ ta’ evidenza ta’ ksur tal-miżuri tal-IOTC matul l-ispezzjonijiet fil-port
1. Jekk l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjoni tipprovdi evidenza li bastiment tas-sajd ikun wettaq ksur tal-miżuri tal-IOTC, dan l-Artikolu għandu japplika flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port għandhom jibagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jittrażmettu dak ir-rapport lis-Segretarjat tal-IOTC u lill-punt ta’ kuntatt tal-PKK tal-bandiera mingħajr dewmien.
3. L-Istati Membri tal-port għandhom jinnotifikaw minnufih l-azzjoni meħuda f’każ ta’ ksur lill-awtorità kompetenti tal-PKK tal-bandiera u lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC.
Artikolu 47
Allegat ksur irrappurtat mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, billi jużaw il-formola ta’ rappurtar tal-Anness I tas-CMM 18/03, kwalunkwe informazzjoni dokumentata li tindika każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità minn kwalunkwe bastiment tas-sajd mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-IOTC fiż-Żona matul l-aħħar sentejn mill-inqas 80 jum qabel il-laqgħa annwali tal-IOTC. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik l-informazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tibgħatha lis-Segretarjat tal-IOTC mill-inqas 70 jum qabel il-laqgħa tal-kumitat ta’ konformità.
2. L-informazzjoni dokumentata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni dwar l-attività tas-sajd IUU ta’ kull wieħed mill-bastimenti elenkati, inkluż:
|
(a) |
rapporti dwar l-allegata attività ta’ sajd IUU relatata mas-CMMs fis-seħħ; |
|
(b) |
informazzjoni kummerċjali miksuba abbażi ta’ statistika kummerċjali rilevanti bħal dik minn dokumenti statistiċi u statistika nazzjonali jew internazzjonali verifikabbli oħra; |
|
(c) |
kwalunkwe informazzjoni miksuba minn sorsi oħra jew miġbura minn żoni tas-sajd, bħal:
|
Artikolu 48
Allegat ksur irrappurtat mill-PKK u mis-Segretarjat tal-IOTC
1. Jekk il-Kummissjoni tirċievi mingħand PKK jew is-Segretarjat tal-IOTC kwalunkwe informazzjoni li tindika allegati attivitajiet ta’ sajd IUU minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni, hija għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bis-sejbiet ta’ kull investigazzjoni li ssir b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, u jirrapporta kull azzjoni li titwettaq biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, tal-inqas 45 jum qabel il-laqgħa annwali tal-IOTC. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-IOTC mill-inqas 15-il jum qabel il-laqgħa annwali.
Artikolu 49
Abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC
1. Jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika uffiċjali dwar l-inklużjoni ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC mis-Segretarjat tal-IOTC, hija għandha tibgħat dik in-notifika, inkluż l-evidenza ta’ sostenn u kwalunkwe informazzjoni dokumentata oħra pprovduta mis-Segretarjat tal-IOTC, lill-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kummenti mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-laqgħa annwali tal-Kumitat ta’ Konformità tal-IOTC. Il-Kummissjoni għandha teżamina u tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-IOTC mill-inqas 15-il jum qabel il-laqgħa annwali tal-Kumitat ta’ Konformità.
3. Ladarba jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat għandhom:
|
(a) |
jinnotifikaw lis-sid u lill-operaturi tal-bastiment tas-sajd bl-inklużjoni tiegħu fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC u bil-konsegwenzi possibbli li jistgħu jirriżultaw mill-konferma ta’ dik l-inklużjoni fil-lista ta’ bastimenti IUU adottata mill-IOTC; u |
|
(b) |
jissorveljaw mill-qrib il-bastimenti inklużi fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC, biex jiddeterminaw l-attivitajiet tagħhom u jiskopru bidliet possibbli fl-ismijiet, fil-bnadar, jew fis-sid irreġistrat ta’ dawk il-bastimenti. |
Artikolu 50
Lista proviżorja ta’ bastimenti IUU tal-IOTC
1. Sabiex jiġi evitat li bastiment tas-sajd tal-Unjoni inkluż fl-abbozz tal-lista tal-bastimenti IUU tal-IOTC, kif imsemmi fl-Artikolu 49, jiġi inkluż fil-lista proviżorja tal-bastimenti IUU tal-IOTC, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni li turi li:
|
(a) |
il-bastiment kien, f’kull ħin rilevanti, konformi mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu u:
|
|
(b) |
ttieħdet azzjoni punittiva effettiva b’reazzjoni għall-attivitajiet tas-sajd IUU inkwistjoni, inkluż il-prosekuzzjoni u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ta’ severità adegwata biex l-iżgurar tal-konformità u l-iskoraġġiment ta’ aktar ksur ikunu effettivi. |
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tibgħatha lis-Segretarjat tal-IOTC mingħajr dewmien.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 51
Rappurtar ta’ data
1. Mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, bl-użu tat-tabella li tinsab fl-Anness II tas-CMM 18/07, l-informazzjoni għas-sena kalendarja preċedenti, dwar l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
stimi tal-qabda totali skont l-ispeċi u l-irkaptu, jekk possibbli kull tliet xhur, separati, kull meta jkun possibbli, skont il-qabdiet miżmuma f’piż ħaj u l-iskartar f’piż ħaj jew għadd, għall-ispeċijiet kollha taħt il-mandat tal-IOTC kif ukoll l-ispeċijiet elażmobranki komunement l-aktar maqbuda skont ir-rekords tal-qabdiet u tal-inċidenti; |
|
(b) |
id-data totali tal-qabdiet li tikkonċerna ċ-ċetaċji, il-fkieren tal-baħar u d-data dwar l-għasafar tal-baħar kif imsemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22, rispettivament; |
|
(c) |
għas-sajd bit-tartarun tal-borża u bil-qasba u x-xlief, id-data dwar il-qabdiet u l-isforz imqassma skont il-modalità tas-sajd u estrapolata biex turi l-qabdiet nazzjonali totali ta’ kull xahar għal kull irkaptu; għandhom jiġu sottomessi wkoll b’mod regolari dokumenti li jiddeskrivu l-proċeduri ta’ estrapolazzjoni; |
|
(d) |
għas-sajd bil-konz, id-data dwar il-qabdiet skont l-ispeċi, f’għadd jew piż, u l-isforz bħala l-għadd ta’ snanar użati pprovduta b’żona maqsuma bi grilja ta’ 5° u bis-saffi tax-xahar; għandhom jiġu sottomessi wkoll b’mod regolari dokumenti li jiddeskrivu l-proċeduri ta’ estrapolazzjoni; |
|
(e) |
sommarju tal-qabdiet tat-tonn isfar l-aktar reċenti f’konformità mal-Artikolu 39; |
|
(f) |
qabdiet żero, li għandhom jiġu rrappurtati bl-użu tat-tabella li tinsab fl-Anness II tas-CMM 18/07. |
2. Barra mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data li ġejja dwar l-isforz tas-sajd mill-flotta bit-tartarun tal-borża bl-użu ta’ bastimenti tal-provvista u l-FADs:
|
(a) |
l-għadd u l-karatteristiċi tal-bastimenti tal-provvista bit-tartarun tal-borża, li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, jew li jassistu lill-bastimenti bit-tartarun tal-borża li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, jew liċenzjati biex joperaw fiż-ŻEE tagħhom, li jkunu ġew operati fiż-Żona; |
|
(b) |
l-għadd u l-jiem fuq il-baħar skont il-bastimenti bit-tartarun tal-borża u l-bastimenti tal-provvista bit-tartarun tal-borża b’żona maqsuma bi grilja ta’ 1° u tax-xahar li għandhom jiġu rrappurtati mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-provvista; |
|
(c) |
il-pożizzjonijiet, id-dati u l-ħin tal-kalar, l-identifikatur u t-tip tal-FAD, u l-karatteristiċi tad-disinn tal-FAD ta’ kull FAD. |
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għat-tip ta’ bastimenti u fir-rigward tad-data proviżorja u finali, għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fid-dati li ġejjin:
|
(a) |
id-data proviżorja għall-flotot tas-sajd bil-konz li joperaw fl-ibħra internazzjonali għas-sena ta’ qabel għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, id-data finali għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena; |
|
(b) |
id-data finali għall-flotot l-oħra kollha, inkluż il-bastimenti tal-provvista, għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena. |
4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni, u tibgħatha lis-Segretarjat tal-IOTC sal-iskadenzi speċifiċi previsti f’ dan ir-Regolament.
5. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni 75 jum qabel il-laqgħa annwali tal-IOTC, informazzjoni għas-sena kalendarja preċedenti, li jkun fiha l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda biex jimplimentaw l-obbligi ta’ rappurtar tagħhom għas-sajd kollu tal-IOTC, inkluż l-ispeċijiet ta’ klieb il-baħar maqbuda b’rabta mas-sajd tal-IOTC, b’mod partikolari l-passi meħuda biex itejbu l-ġbir tad-data tagħhom għal qabdiet diretti u inċidentali. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni f’rapport ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni u tibgħatha lis-Segretarjat tal-IOTC.
6. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jibagħtu kull sena rapport xjentifiku nazzjonali lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn 45 jum qabel is-sessjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC, f’data kkomunikata mill-Kummissjoni, li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
statistika ġenerali dwar is-sajd; |
|
(b) |
rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat; |
|
(c) |
il-progress miksub fit-twettiq tar-riċerka kif previst fl-Artikolu 15(3), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(4) u l-Artikolu 18(5); u |
|
(d) |
informazzjoni rilevanti oħra relatata mal-attivitajiet tas-sajd għal speċijiet tal-IOTC kif ukoll klieb il-baħar, prodotti sekondarji oħra u qabdiet inċidentali. |
7. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jiġi mfassal f’konformità mal-mudell preskritt mill-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri tal-bandiera l-mudell meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni fir-rapport, tikkompilaha f’rapport tal-Unjoni u tibgħatha lis-Segretarjat tal-IOTC.
Artikolu 52
Kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data
1. Id-data li tinġabar u tiġi skambjata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità f’konformità mal-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
2. Il-ġbir, it-trasferiment, il-ħżin jew l-ipproċessar b’xi mod ieħor ta’ kwalunkwe data skont dan ir-Regolament għandhom ikunu f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
3. Id-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn 10 snin, ħlief jekk id-data personali tkun meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ ksur, spezzjoni, jew proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dawk il-każijiet, id-data personali tista’ tinħażen għal 20 sena. Jekk id-data personali tinżamm għal perjodu itwal, dik id-data għandha tiġi anonimizzata.
Artikolu 53
Linji gwida
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri li għandhom opportunitajiet tas-sajd fis-sajd ġestit mill-IOTC kwalunkwe linji gwida żviluppati mill-IOTC, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
|
(a) |
gwidi ta’ identifikazzjoni u prattiki ta’ ġestjoni għall-klieb il-baħar; |
|
(b) |
proċeduri ta’ mmaniġġar għal raj tal-qrun; |
|
(c) |
il-linji gwida dwar l-aħjar prattika tal-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC għar-rilaxx u l-immaniġġar sikuri tal-klieb balena; |
|
(d) |
il-linji gwida dwar l-aħjar prattika tal-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC għar-rilaxx u t-trattament sikuri taċ-ċetaċji; u |
|
(e) |
linji gwida dwar l-immaniġġar tal-fkieren tal-baħar. |
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li dawk il-linji gwida jiġu pprovduti lill-kaptani tal-bastimenti tagħhom involuti fis-sajd ikkonċernat. Dawk il-kaptani għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex japplikaw dawn il-linji gwida.
Artikolu 54
Proċedura għall-emendi
1. Fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni l-emendi jew is-supplimenti għar-riżoluzzjonijiet eżistenti tal-IOTC li jsiru vinkolanti fuq l-Unjoni, u dment li l-emendi għad-dritt tal-Unjoni ma jmorrux lil hinn mir-riżoluzzjonijiet tal-IOTC, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 55 bil-għan li temenda:
|
(a) |
id-deskrizzjoni tal-FADs fl-Artikolu 10; |
|
(b) |
il-portijiet tal-PKK li għandhom jintużaw għat-trażbord fl-Artikolu 12; |
|
(c) |
l-informazzjoni għal kull bastiment għal-lista ta’ bastimenti attivi għat-tonn u għall-pixxispad stabbilita fl-Artikolu 24(3); |
|
(d) |
il-perċentwal tal-kopertura tal-osservaturi stabbilit fl-Artikolu 30(1); |
|
(e) |
il-kopertura ta’ dawk li jieħdu l-kampjuni fuq il-post għas-sajd artiġjanali stabbilita fl-Artikolu 32(1); |
|
(f) |
il-kondizzjonijiet tan-noleġġ stabbiliti fl-Artikolu 35(1); |
|
(g) |
il-perċentwal ta’ spezzjonijiet għall-ħatt l-art fil-port stabbilit fl-Artikolu 44(1); |
|
(h) |
l-iskadenzi tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 29(1) u (3), l-Artikolu 45(5) u l-Artikolu 51; |
|
(i) |
l-Annessi 1 sa 10; |
|
(j) |
referenzi għal atti internazzjonali stabbiliti fl- Artikolu 9(3), il-punt (a), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 27(3), l-Artikolu 40(3) u (4), l-Artikolu 42(3), l-Artikolu 45(3) u (4), l-Artikolu 47(1) u l-Artikolu 51(1). |
2. Kwalunkwe emenda adottata f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun strettament limitata għall-implimentazzjoni fid-dritt tal-Unjoni ta’ emendi għar-riżoluzzjonijiet tal-IOTC ikkonċernati li huma vinkolanti għall-Unjoni, u ta’ supplimenti tagħhom.
Artikolu 55
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 54 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Diċembru 2022. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 54 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 54 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 56
Emendi għar-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003, u (KE) Nru 520/2007
1. L-Artikolu 2, il-punt (b) u l-Artikoli 20, 20a, 20b, 20c, 20d, 20e, 21 u 21a tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 huma mħassra.
2. L-Artikolu 1, il-punt (b), l-Artikolu 8, il-punt (b), u l-Annessi VII, XII, XIV, u XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1984/2003 huma mħassra.
3. L-Artikolu 4(2)u l-Artikoli 18, 19, u 20 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 huma mħassra.
Artikolu 57
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Novembru 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU C 341, 24.8.2021. p. 106.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2022.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 li għandha x’taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14.).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/399/KE tat-18 ta’ Settembru 1995 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (ĠU L 236, 5.10.1995, p. 24).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(11) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(12) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 tat-8 ta’ April 2003 li jintroduċi sistema għall-monitoraġġ ta’ statistika tal-kummerċ fit-tonn aħmar, pixxispad u tonn alalunga fi ħdan il-Komunità (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 1).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001 (ĠU L 123, 12.5.2007, p. 3).
(16) Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).
ANNESS 1
Irreġistra darba għal kull kalata/operazzjoni
Nota: għall-irkapti kollha f’dan l-Anness uża l-format li ġej għad-data u l-ħin
Għad-data: meta tiġi rreġistrata d-data tal-kalata/operazzjoni: irreġistra s-SSSS/XX/JJ
Għall-ħin: irreġistra ħin ta’ 24 siegħa bħala l-ħin lokali, GMT jew il-ħin nazzjonali u speċifika b’mod ċar liema ħin intuża.
OPERAZZJONI
Għall-konz:
Data tal-kalata
Pożizzjoni f’latitudni u f’lonġitudni: jew il-pożizzjoni f’nofsinhar jew il-pożizzjoni tal-bidu tal-irkaptu jew tal-kodiċi taż-żona tal-operazzjoni (eż. ż-ŻEE tas-Seychelles, ibħra internazzjonali, eċċ.) jistgħu jintużaw b’mod fakultattiv
Ħin tal-bidu tal-kalar u, fejn possibbli, l-irkupru tal-irkaptu
Għadd ta’ snanar bejn is-sufruni: jekk ikun hemm għadd ta’ snanar differenti bejn is-sufruni f’kalata waħda, irreġistra l-aktar numru rappreżentattiv (medju)
Għadd totali ta’ snanar użati fil-kalata
Għadd ta’ bsaten tad-dawl użati fil-kalata
Tip ta’ lixka użata fil-kalata: eż. ħut, klamar, eċċ.
B’mod fakultattiv, it-temperatura tas-superfiċje tal-baħar f’nofsinhar b’punt deċimali wieħed (XX.XoC)
Għat-tartarun tal-borża:
Data tal-kalata
Tip ta’ avveniment: kalata tas-sajd jew użu ta’ rkaptu ġdid biex jinġemal-ħut (FAD)
Pożizzjoni f’latitudni u lonġitudni u l-ħin tal-avveniment, jew jekk l-ebda avveniment matul il-jum, f’nofsinhar
Jekk kalata tas-sajd: speċifika jekk il-kalata kinitx ta’ suċċess, id-durata tagħha, x’kalata ntużat, it-tip ta’ ġliba (ħieles jew assoċjat mal-FAD). Jekk assoċjat mal-FAD, speċifika t-tip (eż. zokk maqtugħ jew oġġett naturali ieħor, irkaptu mitluq għal riħu biex jinġemal-ħut, FAD ankrat, eċċ.). Irreferi għas-CMM 18/08
Proċeduri dwar pjan ta’ ġestjoni ta’ FADs, inkluż limitazzjoni fuq l-għadd ta’ FADs, speċifikazzjoni aktar dettaljata tar-rappurtar tal-qbid minn kalar tal-FAD, u l-iżvilupp ta’ disinji mtejba tal-FAD li jnaqqsu l-inċidenza ta’ tħabbil ta’ speċijiet mhux fil-mira (jew kwalunkwe Riżoluzzjoni ta’ sostituzzjoni sussegwenti)
B’mod fakultattiv, it-temperatura tas-superfiċje tal-baħar f’nofsinhar b’punt deċimali wieħed (XX.XoC)
Għall-għażel:
Data tal-kalar: irreġistra d-data għal kull kalata jew jum fuq il-baħar (għal jiem mingħajr kalar)
Tul totali tax-xibka (metri): tul tal-lett tas-sufruni użat għal kull kalata f’metri
Ħin tal-bidu tas-sajd: irreġistra l-ħin meta tibda kull kalata u, meta jkun possibbli, l-irkupru tal-irkaptu
Pożizzjoni tal-bidu u tat-tmiem f’latitudni u f’lonġitudni: irreġistra l-latitudni u l-lonġitudni tal-bidu u tat-tmiem li jirrappreżentaw iż-żona fejn huwa kalat l-irkaptu tiegħek jew, jekk ma jkunx hemm kalata, irreġistra l-latitudni u l-lonġitudni f’nofsinhar għal jiem mingħajr kalar
Fond li fih tiġi kalata x-xibka (metri): fond approssimattiv li fih jiġi kalat l-għażel
Għal Sajd bil-Qasba u x-Xlief:
Informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd fil-ġurnali ta’ abbord għandha tiġi rreġistrata kuljum. Informazzjoni dwar il-qbid fil-ġurnali ta’ abbord għandha tiġi rreġistrata skont il-vjaġġ jew, meta jkun possibbli, skont il-jum tas-sajd.
Data tal-operazzjoni: irreġistra l-jum jew id-data
Pożizzjoni f’latitudni u f’lonġitudni f’nofsinhar
Għadd ta’ qasab tas-sajd użati matul dak il-jum
Ħin tal-bidu tas-sajd (irreġistra l-ħin eżatt wara li jitlesta s-sajd bil-lixka u l-bastiment imur fl-oċean għas-sajd. Għal diversi jiem, għandu jiġi rreġistrat il-ħin li fih tibda t-tiftixa) u l-ħin tat-tmiem tas-sajd (irreġistra l-ħin eżatt wara li s-sajd ikun tlesta mill-aħħar ġliba; għal diversi jiem dan huwa l-ħin li s-sajd jitwaqqaf mill-aħħar ġliba). Għal diversi jiem, hemm bżonn li jiġi rreġistrat l-għadd ta’ jiem tas-sajd.
Tip ta’ ġliba: Ġliba assoċjata mal-FAD jew ħielsa minnu
QBID
Piż tal-qbid (kg) jew l-għadd skont l-ispeċi għal kull kalata/shot/avveniment tas-sajd għal kull waħda mill-ispeċijiet u l-forma tal-ipproċessar fit-taqsima “Speċi” hawn taħt:
Għall-konz skont l-għadd u l-piż
Għat-tartarun tal-borża skont il-piż
Għall-għażel skont il-piż
Għall-qasba u x-xlief skont il-piż jew l-għadd
SPEĊI
Għall-konz:
|
Speċi primarja |
Kodiċi FAO |
Speċijiet oħrajn |
Kodiċi FAO |
|
Tonna tan-Nofsinhar (Thunnus maccoyii) |
SBF |
Pastardella (Tetrapturus angustirostris) |
SSP |
|
Alonga (Thunnus alalunga) |
ALB |
Ħuta kaħla (Prionace glauca) |
BSH |
|
Tonn obeż (Thunnus obesus) |
BET |
Pixxitondu (Isurus spp.) |
MAK |
|
Tonna safra (Thunnus albacares) |
YFT |
Pixxiplamtu (Lamna nasus) |
POR |
|
Palamit (Katsuwonus pelamis) |
SKJ |
Kurazzi (Sphyrna spp.) |
SPN |
|
Pixxispad (Xiphias gladius) |
SWO |
Kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis) |
FAL |
|
Marlin bil-faxxa (Tetrapturus audax) |
MLS |
Ħut ieħor bl-għadam |
MZZ |
|
Marlin blu (Makaira nigricans) |
BUM |
Klieb il-baħar oħrajn |
SKH |
|
Marlin iswed (Istiompax indica) |
BLM |
Għasafar tal-baħar (għadd) (1) |
|
|
Pixxivela tal-Indo-Paċifiku (Istiophorus platypterus) |
SFA |
Mammiferi tal-baħar (għadd) |
MAM |
|
|
|
Fkieren tal-baħar (għadd) |
TTX |
|
|
|
Pixxivolpi (Alopias spp.) |
THR |
|
|
|
Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) |
OCS |
|
|
|
Speċijiet fakultattivi li għandhom jiġu rreġistrati |
|
|
|
|
Tiger shark (Galeocerdo cuvier) |
TIG |
|
|
|
Kelb kukkudrill (Pseudocarcharias kamoharai) |
PSK |
|
|
|
Kelb abjad (Carcharodon carcharias) |
WSH |
|
|
|
Manti u raj tal-qrun (Mobulidae) |
MAN |
|
|
|
Boll vjola (Pteroplatytrygon violacea) |
PLS |
|
|
|
Raja oħra |
|
Għat-tartarun tal-borża:
|
Speċi primarja |
Kodiċi FAO |
Speċijiet oħrajn |
Kodiċi FAO |
|
Alonga (Thunnus alalunga) |
ALB |
Fkieren tal-baħar (għadd) |
TTX |
|
Tonn obeż (Thunnus obesus) |
BET |
Mammiferi tal-baħar (għadd) |
MAM |
|
Tonna safra (Thunnus albacares) |
YFT |
Kelb balena (Rhincodon typus) (għadd) |
RHN |
|
Palamit (Katsuwonus pelamis) |
SKJ |
Pixxivolpi (Alopias spp.) |
THR |
|
Speċijiet oħra tal-IOTC |
|
Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) |
OCS |
|
|
|
Kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis) |
FAL |
|
|
|
Speċijiet fakultattivi li għandhom jiġu rreġistrati |
Kodiċi FAO |
|
|
|
Manti u raj tal-qrun (Mobulidae) |
MAN |
|
|
|
Klieb il-baħar oħrajn |
SKH |
|
|
|
Raja oħra |
|
|
|
|
Ħut ieħor bl-għadam |
MZZ |
Għall-għażel:
|
Speċi primarja |
Kodiċi FAO |
Speċijiet oħrajn |
Kodiċi FAO |
|
Alonga (Thunnus alalunga) |
ALB |
Pastardella (Tetrapturus angustirostris) |
SSP |
|
Tonn obeż (Thunnus obesus) |
BET |
Ħuta kaħla (Prionace glauca) |
BSH |
|
Tonna safra (Thunnus albacares) |
YFT |
Pixxitondu (Isurus spp.) |
MAK |
|
Palamit (Katsuwonus pelamis) |
SKJ |
Pixxiplamtu (Lamna nasus) |
POR |
|
Tonn ta’ denbu twil (Thunnus tonggol) |
LOT |
Kurazzi (Sphyrna spp.) |
SPN |
|
Tumbrell (Auxis thazard) |
FRI |
Klieb il-baħar oħrajn |
SKH |
|
Żgamirru (Auxis rochei) |
BLT |
Ħut ieħor bl-għadam |
MZZ |
|
Kubrita tal-Indo-Paċifiku tal-Punent (Euthynnus affinis) |
KAW |
Fkieren tal-baħar (għadd) |
TTX |
|
Kavall Spanjol bi strixxi dojoq (Scomberomorus commerson) |
COM |
Mammiferi tal-baħar (għadd) |
MAM |
|
Kavall sultan tal-Indo-Paċifiku (Scomberomorus guttatus) |
GUT |
Kelb balena (Rhincodon typus) (għadd) |
RHN |
|
Pixxispad (Xiphias gladius) |
SWO |
Għasafar tal-baħar (għadd) (2) |
|
|
Pixxivela tal-Indo-Paċifiku (Istiophorus platypterus) |
SFA |
Pixxivolpi (Alopias spp.) |
THR |
|
Marlin (Tetrapturus spp, Makaira spp.) |
BIL |
Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) |
OCS |
|
Tonna tan-Nofsinhar (Thunnus maccoyii) |
SBF |
Speċijiet fakultattivi li għandhom jiġu rreġistrati |
|
|
|
|
Tiger shark (Galeocerdo cuvier) |
TIG |
|
|
|
Kelb kukkudrill (Pseudocarcharias kamoharai) |
PSK |
|
|
|
Manti u raj tal-qrun (Mobulidae) |
MAN |
|
|
|
Boll vjola (Pteroplatytrygon violacea) |
PLS |
|
|
|
Raja oħra |
|
Għal Sajd bil-qasba u x-xlief:
|
Speċi Primarja |
Kodiċi FAO |
Speċijiet oħrajn |
Kodiċi FAO |
|
Alonga (Thunnus alalunga) |
ALB |
Ħut ieħor bl-għadam |
MZZ |
|
Tonn obeż (Thunnus obesus) |
BET |
Klieb il-baħar |
SKH |
|
Tonna safra (Thunnus albacares) |
YFT |
Raja |
|
|
Palamit (Katsuwonus pelamis) |
SKJ |
Fkieren tal-baħar (għadd) |
TTX |
|
Tumbrell u żgamirru (Auxis spp.) |
FRZ |
|
|
|
Kubrita tal-Indo-Paċifiku tal-Punent (Euthynnus affinis) |
KAW |
|
|
|
Tonn ta’ denbu twil (Thunnus tonggol) |
LOT |
|
|
|
Kavall Spanjol bi strixxi dojoq (Scomberomorus commerson) |
COM |
|
|
|
Speċijiet oħra tal-IOTC |
|
|
|
KUMMENTI
Hemm bżonn li r-rimi ta’ tonn, ta’ ħut simili għat-tonn u ta’ klieb il-baħar jiġi rreġistrat skont l-ispeċi bil-piż (kg) jew l-għadd għall-irkapti kollha fil-kummenti.
Hemm bżonn li kwalunkwe interazzjoni ma’ klieb balena (Rhinocodon typus), ma’ mammiferi tal-baħar, u ma’ għasafar tal-baħar tiġi rreġistrata fil-kummenti.
Informazzjoni oħra għandha tinkiteb ukoll fil-kummenti.
Nota: L-ispeċijiet inklużi fil-ġurnali ta’ abbord huma meqjusa bħala rekwiżit minimu. B’mod fakultattiv, hemm bżonn li jiżdiedu speċijiet oħra ta’ klieb il-baħar u/jew ta’ ħut li jinqabdu ta’ spiss kif meħtieġ f’żoni u sajd differenti.
(1) Meta PKK tkun qed timplimenta bis-sħiħ il-programm ta’ osservatur, il-forniment ta’ data dwar l-għasafar tal-baħar huwa fakultattiv
(2) Meta PKK tkun qed timplimenta bis-sħiħ il-programm ta’ osservatur, il-forniment ta’ data dwar l-għasafar tal-baħar huwa fakultattiv
ANNESS 2
Linji gwida għall-preparazzjoni tal-pjanijiet ta’ Ġestjoni għall-irkaptu mitluq għall-riħu biex jinġema’ l-ħut (DFADs)
Sabiex jiġu rrispettati l-obbligi b’rispett tal-pjan ta’ ġestjoni għad-DFAD (DFAD - MP) li jrid jitressaq lill-Kummissjoni mill-Istati Membri bil-flotot li jistadu fiż-żona ta’ kompetenza tal-IOTC, assoċjati mad-DFADs, hemm bżonn li d-DFAD-MP jinkludi:
|
1. |
Objettiv |
|
2. |
Kamp ta’ Applikazzjoni
Deskrizzjoni tal-applikazzjoni b’rispett ta’:
|
|
3. |
Arranġamenti istituzzjonali għall-ġestjoni tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni għad-DFADs:
|
|
4. |
speċifikazzjonijiet u rekwiżiti għall-kostruzzjoni ta’ DFADs:
|
|
5. |
Żoni applikabbli:
dettalji ta’ kwalunkwe żona jew perjodu magħluq eż. ibħra territorjali, rotot marittimi, qrubija għal sajd artiġjanali, eċċ. |
|
6. |
Perjodu applikabbli għad-DFAD-MP. |
|
7. |
Mezzi għall-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-implimentazzjoni tad-DFAD-MP. |
|
8. |
Mudell tal-ġurnal ta’ abbord ta’ DFAD (id-data li trid tinġabar hija speċifikata fl-Anness 3). |
Linji gwida għat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ġestjoni għall-irkaptu ankrat biex jinġema’ l-ħut (AFAD)
Sabiex jiġu appoġġati l-obbligi fir-rigward tal-Pjan ta’ Ġestjoni għall-AFAD (AFAD - MP) li jrid jitressaq lis-Segretarjat tal-IOTC mill-PKK bil-flotot li jistadu fiż-żona ta’ kompetenza tal-IOTC, assoċjati mal-AFADs, hemm bżonn li l-AFAD-MP jinkludi:
|
1. |
Objettiv |
|
2. |
Kamp ta’ Applikazzjoni:
Deskrizzjoni tal-applikazzjoni fir-rigward ta’:
|
|
3. |
Arranġamenti istituzzjonali għall-ġestjoni tal-AFAD–MP:
|
|
4. |
speċifikazzjonijiet u rekwiżiti għall-kostruzzjoni ta’ AFADs:
|
|
5. |
Żoni applikabbli:
|
|
6. |
Mezzi għall-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-AFAD-MP. |
|
7. |
Mudell tal-ġurnal ta’ abbord ta’ AFAD (id-data li trid tinġabar hija speċifikata fl-Anness IV4). |
ANNESS 3
Ġbir ta’ data għall-irkapti mitluqa għal riħhom biex jinġema’ l-ħut (DFADs) u irkapti ankrati biex jinġema’ l-ħut (AFADs)
ĠBIR TA’ DATA GĦAD-DFADs
|
(a) |
Għal kull attività fuq DFAD, kemm jekk segwita minn kalata kif ukoll jekk le, kull bastiment tas-sajd, ta’ appoġġ u ta’ provvista għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(b) |
Jekk wara ż-żjara ssir kalata, ir-riżultati tal-kalar f’termini tal-qbid u l-qbid inċidentali, kemm jekk dan jinżamm jew jiġi skartat, ikunx ħaj jew mejjet. Il-PKK għandhom jirrapportaw din id-data aggregata għal kull bastiment fi grad 1*1 (fejn applikabbli) u kull xahar lis-Segretarjat |
ĠBIR TA’ DATA GĦALL-AFADs
|
(a) |
Kwalunkwe attività madwar AFAD. |
|
(b) |
Għal kull attività fuq AFAD (tiswija, intervent, konsolidazzjoni, eċċ.), kemm jekk segwita minn kalata jew le, jew attivitajiet oħra tas-sajd:
|
|
(c) |
Jekk wara ż-żjara ssir kalata jew attivitajiet oħra tas-sajd, ir-riżultati tal-kalata f’termini tal-qbid u l-qbid inċidentali, kemm jekk dan jinżamm jew jiġi skartat, ikunx ħaj jew mejjet. |
ANNESS 4
Miżuri ta’ mitigazzjoni għall-għasafar tal-baħar fis-sajd bil-konz
|
Mitigazzjoni |
Deskrizzjoni |
Speċifikazzjoni |
||||||||||
|
Il-kalar billejl bl-inqas dawl possibbli fuq il-gverta |
L-ebda kalar bejn iż-żerniq nawtiku u l-għabex nawtiku. Id-dawl tal-gverta għandu jinżamm minimu. |
L-għabex nawtiku u ż-żerniq nawtiku huma ddefiniti kif stipulat fit-tabelli tal-Almanakk Nawtiku għal-latitudni, il-ħin u d-data lokali rilevanti. Jenħtieġ li d-dawl minimu tal-gverta ma jiksirx l-istandards minimi għas-sikurezza u n-navigazzjoni. |
||||||||||
|
Lettijiet bl-infafar (lettijiet Tori) |
Il-lettijiet bl-infafar għandhom jintużaw matul il-kalar tal-konz sħiħ biex jiskoraġġixxu lill-għasafar milli javviċinaw il-brazzol. |
Għal bastimenti akbar minn jew ugwali għal 35 m:
|
||||||||||
|
|
|
Għal bastimenti ta’ inqas minn 35 m:
Linji gwida addizzjonali dwar id-disinn u l-użu għal-lettijiet bl-infafar huma pprovduti fl-Anness 5 ta’ dan ir-regolament. |
||||||||||
|
L-immażrar tal-lettijiet |
Il-lett immażrat għandu jintuża fuq il-brazzol qabel ma jiġi kalat. |
Aktar minn total ta’ 45 g imwaħħal sa 1 m mis-sunnara jew; Aktar minn total ta’ 60 g imwaħħal sa 3.5 m mis-sunnara jew; Aktar minn piż totali ta’ 98 g imwaħħal sa 4 m mis-sunnara. |
ANNESS 5
Linji Gwida supplimentari għad-Disinn u l-Użu tal-Lettijiet Tori
Preambolu
L-istandards tekniċi minimi għall-użu tal-lettijiet tori jinsabu fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament, u mhumiex ripetuti hawnhekk. Dawn il-linji gwida supplimentari huma mfassla biex jgħinu fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar il-lettijiet tori għall-bastimenti tas-sajd bil-konz. Filwaqt li dawn il-linji gwida huma relattivament espliċiti, huwa mħeġġeġ titjib fl-effettività tal-lettijiet tori permezz ta’ esperimentazzjoni, fi ħdan ir-rekwiżiti tal-Anness 4 tar-Regolament. Il-linji gwida jqisu varjabbli ambjentali u operazzjonali bħall-kundizzjonijiet tat-temp, il-veloċità tal-kalar u d-daqs tal-bastiment, li kollha jinfluwenzaw il-prestazzjoni tal-lett tori u d-disinn fil-protezzjoni tal-lixki mill-għasafar. Id-disinn u l-użu tal-lett tori jistgħu jinbidlu biex jitqiesu dawn il-varjabbli dment li l-prestazzjoni tal-lett ma tiġix kompromessa. Huwa previst titjib kontinwu fid-disinn tal-lettijiet tori u konsegwentement hemm bżonn li ssir reviżjoni ta’ dawn il-linji gwida fil-futur.
Disinn tal-lett tori (ara l-Illustrazzjoni 1)
|
1. |
Apparat irmunkat xieraq fuq il-parti tal-lett tori fl-ilma jista’ jtejjeb il-firxa tal-ajru. |
|
2. |
Hemm bżonn li l-parti tal-lett ’il fuq mill-ilma tkun ħafifa biżżejjed li l-moviment tagħha ma jkunx prevedibbli biex tiġi evitata l-abitwazzjoni mill-għasafar u tkun tqila biżżejjed biex tiġi evitata devjazzjoni tal-lett mir-riħ. |
|
3. |
Il-lett l-aħjar ikun imqabbad mal-bastiment ma’ tornikett ċilindriku sod biex jiġi evitat li jitħabbel. |
|
4. |
Hemm bżonn li l-infafar ikunu ta’ materjal li jiġbed l-għajn u li jipproduċi ċaqliq vivaċi u imprevedibbli (eż. xlief fin b’saħħtu miksi b’tubu tal-poliuteran aħmar) imdendel minn tornikett bi tliet fergħat (li jkompli jnaqqas it-tagħqid) imqabbad mal-lett tori. |
|
5. |
Hemm bżonn li kull nuffara tkun tikkonsisti f’żewġ linji jew aktar. |
|
6. |
Hemm bżonn li kull par infafar ikun jista’ jiżżarma permezz ta’ klipp sabiex l-istivar tal-lettijiet tori jkun aktar effiċjenti. |
Użu tal-lettijiet tori
|
1. |
Hemm bżonn li l-lett jiġi sospiż minn arblu li jitwaħħal mal-bastiment. Hemm bżonn li l-arblu tori jiġi ssettjat għoli kemm jista’ jkun sabiex il-lett jipproteġi l-lixka distanza tajba lejn il-poppa tal-bastiment u din ma titgħaqqadx mal-irkaptu tas-sajd. Aktar ma jkun għoli l-arblu aktar tkun protetta l-lixka. Pereżempju, għoli ta’ madwar 7 m ’l fuq mil-livell tal-ilma jista’ jagħti madwar 100 m protezzjoni tal-lixka. |
|
2. |
Jekk il-bastimenti jużaw lett tori wieħed biss, hemm bżonn li dan jiġi kalat fin-naħa minn fejn ikun ġej ir-riħ lejn il-lixki mgħaddsa. Jekk is-snanar bil-lixka jkunu kalati ’l barra mit-tranja, hemm bżonn li l-punt fejn jintrabat il-lett bl-infafar mal-bastiment jkun għadd sew ta’ metri ’l barra mill-ġenb tal-bastiment fejn jintużaw il-lixki. Jekk il-bastimenti jużaw żewġ lettijiet tori, hemm bżonn li s-snanar bil-lixki jintużaw fiż-żona delimitati miż-żewġ lettijiet tori. |
|
3. |
L-użu ta’ diversi lettijiet tori huwa mħeġġeġ biex il-lixki jiġu protetti saħansitra aktar mill-għasafar. |
|
4. |
Billi hemm ċans li l-lettijiet jinqasmu jew jitħabblu, hemm bżonn li jkun hemm lettijiet tori żejda abbord biex jitpoġġew minflok il-lettijiet imħassra u biex l-operazzjonijiet tas-sajd ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin mingħajr interruzzjonijiet. Fil-lett tori jistgħu jiġu inkorporati partijiet li jinkisru biex jitnaqqsu l-problemi ta’ sikurezza u problemi fl-operazzjoni f’każ li wieħed mill-konzijiet tal-wiċċ jitgħaqqad mal-parti ta’ taħt l-ilma ta’ lett bl-infafar jew jitħabbel fiha. |
|
5. |
Meta s-sajjieda jużaw wadab tal-għalf mekkanizzat (BCM), iridu jiżguraw li l-lett tori u l-wadab jkunu kkoordinati billi: i) jiżguraw li l-BCM jixħet direttament taħt iż-żona tal-protezzjoni tal-lett tori, u ii) meta jużaw BCM (jew għadd ta’ BCMs) li jippermetti/u li jintefgħu lixkiet kemm fil-bordi tax-xellug kif ukoll fil-bord tal-lemin, hemm bżonn li jintużaw żewġ lettijiet tori. |
|
6. |
Meta jkunu qegħdin ikalaw il-brazzoli bl-idejn, hemm bżonn li s-sajjieda jiżguraw li s-snanar bil-lixka u l-partijiet tal-brazzoli li jitfgħu mkebbin jintefgħu taħt iż-żona ta’ protezzjoni tal-lett tori filwaqt li jevitaw it-turbolenza tal-iskrun li tista’ tnaqqas ir-rata ta’ veloċità tagħhom biex jinżlu taħt il-baħar. |
|
7. |
Is-sajjieda huma mħeġġa jinstallaw winċijiet manwali, elettriċi jew idrawliċi biex iħaffu l-użu tal-lettijiet tori u l-irkupru tagħhom fuq il-bastiment.
Konz (Konfigurazzjoni tal-Irkaptu): Tul medju tal-brazzol (metri): tul dritt f’metri bejn is-snap u s-sunnara. Traduzzjoni:
|
ANNESS 6
Dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim ta’ noleġġ
Il-ftehim ta’ noleġġ għandu jkun fih il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-PKK tal-bandiera tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub għall-ftehim ta’ noleġġ;
It-tul ta’ żmien tal-operazzjonijiet tas-sajd skont il-ftehim ta’ noleġġ ma jaqbiżx it-12-il xahar fi kwalunkwe sena kalendarja.
Il-bastimenti tas-sajd li ser jiġu noleġġati għandhom jiġu rreġistrati mal-partijiet kontraenti responsabbli u mal-partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw, li jaqblu b’mod espliċitu li japplikaw miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-IOTC u jinfurzawhom fuq il-bastimenti tagħhom. Il-partijiet kontraenti kollha tal-bandiera jew il-partijiet mhux kontraenti kollha tal-bandiera li jikkooperaw ikkonċernati għandhom jeżerċitaw b’mod effettiv id-dmir tagħhom li jikkontrollaw il-bastimenti tas-sajd tagħhom biex jiżguraw konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-IOTC.
Il-bastimenti tas-sajd li ser jiġu noleġġati għandhom ikunu fuq ir-reġistru tal-IOTC tal-bastimenti awtorizzati li joperaw fiż-Żona ta’ Kompetenza tal-IOTC.
Mingħajr preġudizzju għad-dmirijiet tal-PKK tan-noleġġ, il-PKK tal-bandiera għandha tiżgura li l-bastiment noleġġat jikkonforma kemm mal-leġiżlazzjoni tal-PKK tan-noleġġ kif ukoll mal-PKK tal-bandiera, u għandha tiżgura konformità minn bastimenti noleġġati mal-Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni rilevanti stabbiliti mill-IOTC, f’konformità mad-drittijiet, l-obbligi u l-ġuriżdizzjoni tal-PKK tal-bandiera taħt id-dritt internazzjonali. Jekk il-bastiment noleġġat ikollu l-permess mill-PKK tan-noleġġ biex imur jistad fl-ibħra internazzjonali, il-PKK tal-bandiera hija mbagħad responsabbli għall-kontroll tas-sajd fl-ibħra internazzjonali mwettaq skont l-arranġament tan-noleġġ. Il-bastiment noleġġat għandu jirrapporta d-data tal-VMS u tal-qbid kemm lill-PKK (tan-noleġġ u tal-bandiera) kif ukoll lis-Segretarjat tal-IOTC.
Il-qbid kollu (storiku u attwali/futur), inkluż il-qbid inċidentali u l-qbid skartat, meħud skont il-ftehim tan-noleġġ, għandu jingħadd mal-kwota jew il-possibbiltajiet tas-sajd tal-PKK tan-noleġġ. Il-kopertura tal-osservatur (storika, attwali/futura) abbord tali bastimenti għandha tinqatgħa wkoll mir-rata ta’ kopertura tal-PKK tan-noleġġ għat-tul ta’ żmien li l-bastiment jistad skont il-Ftehim dwar in-Noleġġ.
Il-PKK tan-noleġġ għandha tirrapporta lill-IOTC il-qbid kollu, inkluż il-qbid inċidentali u l-qbid skartat, u informazzjoni oħra meħtieġa mill-IOTC, u skont l-Iskema ta’ Notifika tan-Noleġġ deskritta fil-Parti IV tas-CMM 19/07.
Għandhom jintużaw Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u, kif xieraq, għodod għad-differenzjazzjoni taż-żoni tas-sajd, bħal tikketti jew marki tal-ħut, skont il-Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni rilevanti tal-IOTC, għal ġestjoni effettiva tas-sajd.
Għandu jkun hemm kopertura tal-osservaturi ta’ mill-inqas 5 % tal-isforz tas-sajd.
Il-bastimenti noleġġati għandu jkollhom liċenzja tas-sajd maħruġa mill-PKK tan-noleġġ, u ma għandhomx ikunu fuq il-lista IUU tal-IOTC, u/jew il-lista IUU ta’Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd oħra.
Meta joperaw skont il-ftehimiet tan-noleġġ, il-bastimenti noleġġati ma għandhomx, sa fejn ikun possibbli, jiġu awtorizzati jużaw il-kwota (jekk ikun hemm) jew l-intitolament tal-Partijiet Kontraenti tal-bandiera jew tal-Partijiet mhux Kontraenti li Jikkooperaw. Fl-ebda każ, il-bastiment ma għandu jkun awtorizzat jistad taħt iktar minn ftehim ta’ noleġġ wieħed fl-istess ħin.
Dment li ma jkunx previst speċifikament fil-ftehim tan-noleġġ, u b’mod konsistenti mal-liġi u mar-regolamentazzjoni domestiċi rilevanti, il-qbid tal-bastimenti noleġġati għandu jinħatt esklużivament fil-portijiet tal-Parti Kontraenti tan-noleġġ jew taħt is-superviżjoni diretta tagħha sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-bastimenti noleġġati ma jxekklux il-Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni tal-IOTC.
Il-bastiment noleġġat għandu dejjem iġorr kopja tad-dokumentazzjoni tan-noleġġ.
ANNESS 7
Dikjarazzjoni tat-Trażbord tal-IOTC
|
Bastiment tal-Ġarr |
Bastiment tas-Sajd |
|
Isem il-Bastiment u Sinjal tas-Sejħa bir-Radju: Bandiera: Numru tal-liċenzja tal-Istat tal-Bandiera: Numru ta’ Reġistrazzjoni nazzjonali, jekk disponibbli: Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-IOTC, jekk disponibbli: |
Isem il-Bastiment u Sinjal tas-Sejħa bir-Radju: Bandiera: Numru tal-liċenzja tal-Istat tal-Bandiera: Numru ta’ Reġistrazzjoni nazzjonali, jekk disponibbli: Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-IOTC, jekk disponibbli: |
|
|
Jum |
Xahar |
Siegħa |
Sena |
|
Isem l-aġent: |
Isem il-kaptan tal-LSTV: |
Isem il-kaptan tat-Trasportatur: |
|
Tluq |
|
|
|
minn |
|
|
|
|
|
Ritorn |
|
|
|
lejn |
|
Firma: |
Firma: |
Firma: |
|
Trażbord |
|
|
|
|
|
|
|
|
Indika l-piż f’kilogrammi jew l-unità użata (eż. kaxxa, basket) u l-piż li nħatt l-art f’kilogrammi ta’ din l-unità: ________kilogrammi
POST TAT-TRAŻBORD
|
Speċi |
Port |
Baħar |
Tip ta’ prodott |
||||||||
|
|
|
|
|
Sħiħ |
Imnaddaf |
Bla ras |
Filitjat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk it-trażbord isir fuq il-baħar, l-Isem u l-Firma tal-Osservatur tal-IOTC:
ANNESS 8
Dokument Statistiku dwar it-Tonn Obeż tal-IOTC
|
NUMRU TAD-DOKUMENT |
DOKUMENT STATISTIKU DWAR IT-TONN OBEŻ TAL-IOTC |
|||||||||
|
TAQSIMA DWAR L-ESPORTAZZJONI
|
||||||||||
|
||||||||||
|
||||||||||
|
||||||||||
|
||||||||||
|
|
|
|
|||||||
|
||||||||||
|
||||||||||
|
Tip ta’ prodott (*1) |
Żmien il-Qbid (xx/ss) |
Kodiċi tal-irkaptu (*2) |
Piż Nett (Kg) |
|||||||
|
F/FR |
D/GG/DR/FL/OT |
|||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
||||||
|
||||||||||
|
||||||||||
|
||||||||||
|
TAQSIMA DWAR L-IMPORTAZZJONI:
|
||||||||||
|
NOTA: Jekk tintuża lingwa oħra għajr l-Ingliż jew il-Franċiż biex timtela din il-formola, jekk jogħġbok żid traduzzjoni bl-Ingliż ta’ dan id-dokument. |
||||||||||
STRUZZJONIJIET:
NUMRU TAD-DOKUMENT: Kaxxa biex il-Pajjiż emittenti jindika Numru tad-Dokument bil-kodiċi tal-pajjiż.
(1)
PAJJIŻ/ENTITAJIET/ENTITAJIET TAS-SAJD TAL-BANDIERA: Imla l-isem tal-pajjiż tal-bastiment li qabad it-tonn obeż fil-vjeġġ u ħareġ dan id-Dokument. Skont ir-Rakkomandazzjoni, huwa biss l-istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun qabad it-tonn obeż fil-vjeġġ li jista’ joħroġ dan id-Dokument jew, jekk il-bastiment ikun qed jopera taħt arranġament ta’ noleġġ, l-istat esportatur.
(2)
DESKRIZZJONI TAL-BASTIMENT(jekk applikabbli): Imla l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni, it-tul totali (LOA) u n-numru tar-reġistru tal-IOTC tal-bastiment li ġabar it-tonn obeż fil-vjeġġ.
(3)
NASES (jekk applikabbli): Imla l-isem tan-nassa li qabdet it-tonn obeż fil-vjeġġ.
(4)
PUNT TAL-ESPORTAZZJONI: Identifika l-Belt, l-Istat jew il-Provinċja, u l-Pajjiż li minnu ġie esportat it-tonn obeż.
(5)
ŻONA TAL-QBID: Ivverifika ż-żona tal-qbid. (Jekk ġew immarkati (b) jew (c), il-punti 6 u 7 hawn taħt ma għandhomx għalfejn jimtlew.)
(6)
DESKRIZZJONI TAL-ĦUT: L-esportatur irid jipprovdi, sal-ogħla grad ta’ preċiżjoni, l-informazzjoni li ġejja.
NOTA: Ringiela waħda għandha tiddeskrivi tip wieħed ta’ prodott
(1)
Tip ta’ Prodott: Identifika t-tip ta’ prodott li qed jiġi ttrasportat bħala jew FRISK jew inkella FFRIŻAT, u fil-forma PIŻ QABEL L-IPPROĊESSAR, BLA GARĠI U MNADDAF, PIŻ MANIPULAT, FLETT jew OĦRA. Għal OĦRA, iddeskrivi t-tip ta’ prodotti fil-vjeġġ.
(2)
Żmien il-Qbid: Imla żmien il-qbid (bix-xahar u s-sena) tat-tonn obeż fil-vjeġġ
(3)
Kodiċi tal-Irkaptu: Identifika t-tip ta’ rkaptu li ntuża għall-qbid tat-tonn obeż bl-użu tal-lista ta’ hawn taħt. Għal TIP IEĦOR, iddeskrivi t-tip ta’ rkaptu, inkluż it-trobbija.
(4)
Piż nett tal-prodott: f’kilogrammi.
(5)
ĊERTIFIKAZZJONI TAL-ESPORTATUR: Il-persuna jew il-kumpannija li tesporta l-vjeġġ tat-tonn obeż trid tipprovdi isimha, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz, il-firma, id-data meta l-vjeġġ ġie esportat, u n-numru tal-liċenzja tan-negozjant (jekk applikabbli).
(6)
VALIDAZZJONI TAL-GVERN: Imla l-isem u t-titlu sħiħ tal-uffiċjal li jiffirma d-Dokument. L-uffiċjal għandu jkun impjegat minn awtorità kompetenti tal-gvern tal-istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun qabad it-tonn obeż li jidher fuq id-Dokument jew individwu jew istituzzjoni oħra awtorizzata mill-istat tal-bandiera. Meta jkun xieraq, dan ir-rekwiżit jiġi rinunzjat skont il-validazzjoni tad-dokument minn uffiċjal tal-gvern, jew jekk il-bastiment ikun qed jopera taħt arranġament ta’ noleġġ, minn uffiċjal tal-gvern jew individwu awtorizzat ieħor jew istituzzjoni tal-istat esportatur. Il-piż totali tal-vjeġġ għandu jiġi speċifikat ukoll f’din il-kaxxa.
(7)
ĊERTIFIKAZZJONI TAL-IMPORTATUR: Il-persuna jew il-kumpannija li timporta t-tonn obeż trid tipprovdi isimha, l-indirizz, il-firma, id-data li fiha ġie importat it-tonn obeż, in-numru tal-liċenzja (jekk applikabbli), u l-punt finali tal-importazzjoni. Dan jinkludi importazzjonijiet f’pajjiżi intermedji/entitajiet intermedji/entitajiet tas-sajd intermedji. Għall-prodotti friski u mkessħa, il-firma tal-importatur tista’ tiġi sostitwita minn persuna ta’ kumpannija ta’ żdoganar tal-merkanzija meta l-awtorità għall-firma tkun akkreditata lilha b’mod xieraq mill-importatur.
KODIĊI TAL-IRKAPTU:
|
KODIĊI TAL-IRKAPTU |
TIP TAL-IRKAPTU, |
|
BB |
DGĦAJSA TAS-SAJD BIL-LIXKA |
|
GILL |
GĦAŻEL |
|
HAND |
XLIEF |
|
HARP |
ĦARPUN |
|
LL |
KONZ |
|
MWT |
XIBKA TAT-TKARKIR PELAĠIKU |
|
PS |
TARTARUN TAL-BORŻA |
|
RR |
QASBA U RUKKELL |
|
SPHL |
XLIEF SPORTIV |
|
SPOR |
SAJD SPORTIV MHUX IKKLASSIFIKAT |
|
SURF |
SAJD TAL-WIĊĊ MHUX IKKLASSIFIKAT |
|
TL |
XLIEF IKKURAT |
|
TRAP |
NASSA |
|
TROL |
XLIEF BIR-RIXA |
|
UNCL |
METODI MHUX SPEĊIFIKATI |
|
OT |
TIP IEĦOR |
IBGĦAT LURA KOPJA TAD-DOKUMENT KOMPLUT LIL: (l-isem tal-uffiċċju tal-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera).
ANNESS 9
Ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid tat-tonn obeż tal-IOTC
|
NUMRU TAD-DOKUMENT |
ĊERTIFIKAT TA’ ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID TAT-TONN OBEŻ TAL-IOTC |
|||||
|
TAQSIMA DWAR L-ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID:
|
||||||
|
||||||
|
||||||
|
Tip ta’ Prodott(*) |
Piż Nett (Kg) |
Pajjiż/Entità/Entità tas-Sajd tal-Bandiera |
Data tal-Importazzjoni |
|||
|
F/FR |
RD/GG/DR/FL/OT |
|||||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
||||||
|
Tip ta’ Prodott(*) |
Piż Nett (Kg) |
|
||||
|
F/FR |
RD/GG/DR/FL/OT |
|||||
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|
|||
|
||||||
|
||||||
|
||||||
|
TAQSIMA DWAR L-IMPORTAZZJONI:
|
||||||
|
NOTA: Jekk tintuża lingwa oħra għajr l-Ingliż jew il-Franċiż biex timtela din il-formola, jekk jogħġbok żid traduzzjoni bl-Ingliż ta’ dan id-dokument. |
||||||
STRUZZJONIJIET
NUMRU TAD-DOKUMENT: Kaxxa biex il-Pajjiż emittenti/Entità/Entità tas-Sajd jindikaw numru tad-dokument bil-kodiċi tal-Pajjiż/Entità/Entità tas-Sajd.
(1)
PAJJIŻ/ENTITÀ/ENTITÀ TAS-SAJD LI QED JESPORTAW MILL-ĠDIDImla l-isem tal-Pajjiż/Entità/Entità tas-Sajd li jesportaw mill-ġdid it-tonn obeż fil-vjeġġ u li ħarġu dan iċ-Ċertifikat. Skont ir-Rakkomandazzjoni, huwa biss il-Pajjiż/l-Entità/l-Entità tas-Sajd li qed jesportaw mill-ġdid li jistgħu joħorġu dan iċ-Ċertifikat.
(2)
PUNT TAL-ESPORTAZZJONI MILL-ĠDIDIdentifika l-Belt/il-Provinċja tal-Istat u l-Pajjiż/l-Entità/l-Entità tas-Sajd li minnhom ġie esportat mill-ġdid it-tonn obeż.
(3)
DESKRIZZJONI TAL-ĦUT IMPORTATL-esportatur irid jipprovdi, sal-ogħla grad ta’ preċiżjoni, l-informazzjoni li ġejja: NOTA: Ringiela waħda għandha tiddeskrivi tip wieħed ta’ prodott. (1) Tip ta’ prodott: Identifika t-tip ta’ prodott li qed jiġi ttrasportat bħala jew FRISK jew inkella FRIŻAT, u fil-forma PIŻ QABEL L-IPPROĊESSAR, BLA GARĠI U MNADDAF, PIŻ MANIPULAT, FLETT jew OĦRA. Għal OĦRA, iddeskrivi t-tip ta’ prodotti fil-vjeġġ. (2) Piż nett: Piż nett tal-prodott f’kilogrammi. (3) Pajjiż/Entità/Entità tas-Sajd tal-Bandiera: l-isem tal-Pajjiż/Entità/Entità tas-Sajd tal-bastiment li qabdu t-tonn obeż fil-vjeġġ. (4) Data tal-importazzjoni: Data tal-importazzjoni.
(4)
DESKRIZZJONI TAL-ĦUT GĦALL-ESPORTAZZJONI MILL-ĠDIDL-esportatur irid jipprovdi, sal-ogħla grad ta’ preċiżjoni, l-informazzjoni li ġejja: NOTA: Ringiela waħda għandha tiddeskrivi tip wieħed ta’ prodott. (1) Tip ta’ prodott: Identifika t-tip ta’ prodott li qed jiġi ttrasportat bħala jew FRISK jew inkella FFRIŻAT, u fil-forma PIŻ QABEL L-IPPROĊESSAR, BLA GARĠI U MNADDAF, PIŻ MANIPULAT, FLETT jew OĦRA. Għal OĦRA, iddeskrivi t-tip ta’ prodotti fil-vjeġġ. (2) Piż nett: Piż nett tal-prodott f’kilogrammi.
(5)
ĊERTIFIKAZZJONI TAL-ESPORTATUR MILL-ĠDIDIl-persuna jew il-kumpannija li tesporta mill-ġdid il-vjeġġ tat-tonn obeż trid tipprovdi isimha, l-indirizz, il-firma, id-data meta l-vjeġġ ġie esportat mill-ġdid, u n-numru tal-liċenzja tal-esportatur mill-ġdid (jekk applikabbli).
(6)
VALIDAZZJONI TAL-GVERNImla l-isem u t-titlu sħiħ tal-uffiċjal li jiffirma d-Dokument. L-uffiċjal irid ikun impjegat minn awtorità governattiva kompetenti tal-Pajjiż/Entità/Entità tas-Sajd tal-esportazzjoni mill-ġdid li jidhru fuq iċ-Ċertifikat, jew individwu jew istituzzjoni oħra awtorizzata biex tivvalida dawn iċ-ċertifikati mill-awtorità governattiva kompetenti.
(7)
ĊERTIFIKAZZJONI TAL-IMPORTATURIl-persuna jew il-kumpannija li timporta t-tonn obeż trid tipprovdi isimha, l-indirizz, il-firma, id-data li fiha ġie importat it-tonn obeż, in-numru tal-liċenzja (jekk applikabbli) u l-punt finali tal-importazzjoni. Dan jinkludi importazzjonijiet f’Pajjiżi intermedji/Entitajiet intermedji/Entitajiet tas-Sajd intermedji. Għall-prodotti friski u mkessħa, il-firma tal-importatur tista’ tiġi sostitwita minn persuna ta’ kumpannija ta’ żdoganar tal-merkanzija meta l-awtorità għall-firma tkun akkreditata lilha b’mod xieraq mill-importatur.
IBGĦAT LURA KOPJA TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLUT LIL: (l-isem tal-uffiċċju tal-awtorità kompetenti tal-Pajjiż/Entità/Entità tas-Sajd tal-esportazzjoni mill-ġdid).
ANNESS 10
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bil-quddiem mill-bastimenti li qed jitolbu li jidħlu fil-port
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
Le |
Iva: Nazzjonali |
Iva: RFMO(s) |
Tip: |
|||||||||
|
Tul |
|
Wisgħa |
|
Pixka |
|
|||||||
|
|
||||||||||||
|
|||||||||||||
|
Identifikatur |
Maħruġa minn |
Validità |
Żona/i tas-sajd |
Speċi |
Irkaptu |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|||||||||||||
|
Identifikatur |
|
Maħruġa minn |
|
Validità |
|
||||||||
|
Identifikatur |
|
Maħruġa minn |
|
Validità |
|
||||||||
|
|
||||||||||||
|
Data |
Post |
Isem |
Stat tal-Bandiera |
Numru tal-ID |
Speċi |
Forma tal-prodott |
Żona tal-qbid |
Kwantità |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||
|
|
||||||||||||
|
Speċi |
Forma tal-prodott |
Żona tal-qbid |
Kwantità |
Kwantità |
|||||||||
|
|
|
|
|
|
|||||||||
|
|
|
|
|
|
|||||||||