1.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2339
tat-28 ta’ Novembru 2022
li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2022. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-aringa fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2022. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tal-aringa għall-2022 fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N imsemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1, mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, għandhom ikunu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut ta’ dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rilokat, trażbordat jew li jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).
ANNESS
Nru |
10/TQ109 |
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha) |
Stokk |
HER/*4N-S62 |
Speċi |
Aringa (Clupea harengus) |
Żona: |
L-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N |
Data tal-Għeluq |
28.10.2022 |