|
|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“108.
|
ABNOUSH Salar
سالار آبنوش
|
Data tat-twelid: 2.5.1962
Post tat-twelid: Hamedan, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: Viċi Kmandant tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij
|
Salar Abnoush huwa l-Viċi Kmandant tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij (elenkata fl-UE).
Il-Basij hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-IRGC b’fergħat madwar l-Iran. Hija inkarigata milli tidderieġi l-appoġġ popolari għar-reġim Iranjan.
Il-Basij hija magħrufa għar-reklutaġġ ta’ voluntiera, ħafna minnhom tfal adolexxenti u għal attakki b’mewġ uman matul il-gwerra bejn l-Iran u l-Iraq. Wara l-elezzjonijiet presidenzjali Iranjani kkontestati tal-2009, il-Basij waqqfet brutalment il-protesti u attakkat dormitorji tal-istudenti. Il-Basij għandha żewġ missjonijiet: li tipprovdi taħriġ militari difensiv biex tipproteġi r-reġim minn invażjoni barranija, u li trażżan l-attività domestika kontra r-reġim permezz tal-vjolenza fit-toroq u l-intimidazzjoni.
Il-Basij hija waħda mill-forzi li ngħatat ordni mill-gvern biex twaqqaf il-protesti ta’ Settembru/Ottubru 2022. Hija darbet u qatlet diversi dimostranti. Sorsi jindikaw li membri tal-Basij taħt il-kmand ta’ Salar Abnoush wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
109.
|
REZAEI Qasem (magħruf ukoll bħala REZAEI Ghasem)
رضایی قاسم
|
Data tat-twelid: 27.9.1961
Post tat-twelid: Abhar, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Numru tal-identità nazzjonali: D10005996 (Iran)
Kariga: Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF)
|
Qasem Rezaei huwa l-Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF).
Huwa ssorvelja direttament atti ta’ vjolenza kontra detenuti, inkluż tortura u swat. Huwa ġġustifika l-azzjonijiet tal-forzi tas-sigurtà wara l-użu letali ta’ forza kontra dimostranti Iranjani u ħeġġeġ biex titkompla l-vjolenza kontra d-dimostranti f’Mejju 2022.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
110.
|
AMANOLLAHI Manouchehr (magħruf ukoll bħala AMANOLLAHI BAHARVAND Manouchehr)
منوچهر امن اللهي
|
Data tat-twelid: Marzu 1965 jew 1966
Post tat-twelid: Khorramabad, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Chaharmahal u Bakhtiari
|
Manouchehr Amanollahi huwa l-Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi elenkati mill-UE tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Chaharmahal u Bakhtiari.
Matul il-mandat tiegħu, il-LEF rażżan protesti fl-2021 minħabba nuqqas ta’ ilma fil-provinċja, u fl-2022 minħabba r-razzjonar tal-ikel. L-unitajiet tal-LEF taħt il-kmand ta’ Amanollahi użaw munizzjon attiv kontra d-dimostranti meta rażżnu l-protesti, li rriżultaw f’diversi mwiet. Bħala konsulent għat-tmexxija tal-LEF, Amanollahi kien involut ukoll fir-rispons tal-LEF għall-protesti nazzjonali f’Novembru 2019, li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ dimostranti.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
111.
|
HEIDARI Kiyumars (magħruf ukoll bħala HEYDARI Kioumars, HEYDARI Amir Kyomarth)
حیدری کیومرث
|
Data tat-twelid: 1964
Post tat-twelid: Kermanshah, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Armata Iranjana
|
Il-Brigadier Ġeneral Kiyumars Heidari huwa l-Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Armata Iranjana u jirrapporta direttament lill-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
Huwa ammetta pubblikament l-involviment tiegħu u tal-forza tiegħu fir-rispons vjolenti għall-protesti ta’ Novembru 2019, li wasslu għall-mewt ta’ mijiet ta’ dimostranti. Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi – fosthom tfal – ġie dokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet indarbu serjament. Il-Forzi tal-Art tal-Armata, li huma taħt il-kontroll ta’ Heidari, kienu involuti fit-trażżin tal-protesti u qatlu mill-inqas persuna waħda. Heidari stess iddikjara li l-forzi tiegħu ntużaw biex jaffrontaw il-protesti tal-2022.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
112.
|
MAJID Vahid Mohammad Naser
وحید مجید
|
Data tat-twelid: 15.8.1964
Post tat-twelid: Isfahan, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Numru tal-identità nazzjonali: 3874409929 (Iran)
Kariga: Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana
|
Vahid Mohammad Naser Majid huwa l-kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkata fl-UE).
Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana tinfluwenza u tirrestrinġi l-aċċess għall-Internet fl-Iran u tarresta b’mod arbitrarju lin-nies talli jesprimu kritika online kontra r-reġim Iranjan. Il-Pulizija Ċibernetika hija involuta f’sensiela ta’ arresti u prosekuzzjonijiet fil-pajjiż kollu. Tagħti appoġġ lir-reġim Iranjan fir-rispons vjolenti tiegħu għall-protesti fil-pajjiż kollu kontra persuni li jsemmgħu leħinhom biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom.
Fil-kariga tiegħu ta’ Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana, Vahid Mohammad Naser Majid huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
113.
|
NEJAT Hossein (magħruf ukoll bħala ZIBAYINEJAD Mohammad-Hossein)
حسین نجات
|
Data tat-twelid: 1955
Post tat-twelid: Shiraz, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Viċi Kmandant ta’ Sarallah (magħruf ukoll bħala Tharullah, Thar-Allah, Tharallah, Tharallollah)
|
Il-Brigadier Ġeneral Hossein Nejat ilu l-Viċi Kmandant ta’ Sarallah, apparat tas-sigurtà ddedikat ibbażat f’Tehran, konness mal-IRGC, tal-istat Iranjan sa mill-21 ta’ Ġunju 2020.
Sarallah huwa essenzjali għas-sigurtà ta’ Tehran, peress li l-kwartieri ġenerali huma responsabbli għall-protezzjoni tal-kapitali u l-istituzzjonijiet governattivi kontra kull theddida bħal kolpi ta’ stat jew protesti kontra l-gvern.
It-truppi ta’ Sarallah taħt il-kmand dirett ta’ Nejat huma inkarigati milli jwaqqfu protesti kontra l-gvern, fosthom it-trażżin vjolenti tal-protesti paċifiċi fl-2022.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
114.
|
MAROUFI Hossein
حسین معروفی
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Ġeneral
Kariga: Viċi Kap tal-Mobilizzazzjoni tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi (IRGC) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Ġeneral Sardar Hossein Maroufi huwa l-Viċi Kap tal-Mobilizzazzjoni tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Bħala tali, huwa membru ewlieni tal-IRGC f’din il-provinċja.
Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż il-forzi tal-IRGC, matul il-mewġa ta’ protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat madwar it-talb tal-Ġimgħa. Huwa stmat li ġie sparat fuq mill-inqas 70 dimostrant u dawn ġew maqtula. Minn dakinhar ’l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar ’il quddiem.
Sardar Hossein Maroufi huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, b’mod partikolari madwar “il-Ġimgħa mdemmija”.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
115.
|
ABSALAN Parviz
آبسالان پرویز
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Ġeneral
Kariga: Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Ġeneral Parviz Absalan huwa l-Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. L-IRGC huwa element ċentrali tal-forzi tas-sigurtà Iranjani f’dik il-provinċja, fejn jissejjaħ ukoll l-“Armata ta’ Salman”.
Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.
Bħala Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Parviz Absalan huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
116.
|
SHAFAHI Ahmad (magħruf ukoll bħala SHAFAI Ahmad)
احمد شفاهی
|
Data tat-twelid: 21.5.1968
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: kmandant u uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Shafahi huwa kmandant tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, u huwa responsabbli għar-relazzjonijiet pubbliċi. L-IRGC huwa element ċentrali tal-forzi tas-sigurtà Iranjani f’dik il-provinċja, fejn jissejjaħ ukoll l-“Armata ta’ Salman”.
Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.
Bħala Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Sardar Ahmed Shafahi huwa għaldaqstant responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
117.
|
KOCHZAEI Ebrahim (magħruf ukoll bħala KOCHZAI Ebrahim, KOUCHAKZAEI Ebrahim)
کوچزایی ابراهیم
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-belt ta’ Chabahar fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Kurunell Ebrahim Kochzaei huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-belt ta’ Chabahar fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.
Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, inkluż f’Chabahar, ilhom jużaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.
Kochzaei huwa wkoll imsemmi bħala l-awtur tal-istupru ta’ tifla ta’ 15-il sena f’Settembru 2022, li nżammet taħt detenzjoni mill-pulizija f’Chabahar.
Ebrahim Kochzaei għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
118.
|
TAHERI Ahmad
طاهری احمد
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Brigadier Ġeneral Ahmed Taheri huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan tal-Iran.
Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.
Bħala l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fis-Sistan u l-provinċja ta’ Baluchestan, Ahmed Taheri huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
119.
|
HOSSEINI Seyed Sadegh
سید صادق حسینی
|
Data tat-twelid: 1963 jew 1964
Post tat-twelid: Dehloran, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Ġeneral
Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja tal-Kurdistan
|
Il-Ġeneral Seyed Sadegh Hosseini huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja tal-Kurdistan.
Il-provinċja tal-Kurdistan rat vjolenza ħarxa mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, kontra l-mewġa ta’ protesti tal-2022. Barra minn hekk, l-IRGC juża l-provinċja tal-Kurdistan bħala bażi biex iwettaq operazzjonijiet militari kontra l-Kurdestan Iraqqin, li wasslu għall-mewt ta’ aktar minn tnax-il persuna mhux kombattenti.
Seyed Sadegh Hosseini huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja tal-Kurdistan. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
120.
|
RAJABPOUR Sereng Hossein
رجبپور سرنگ حسین
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: kmandant tal-forza Beit al-Maqdis (l-IRGC fil-Kurdistan) fil-belt ta’ Sanandaj
|
Il-Kurunell Sereng Hossein Rajabpour huwa l-kmandant tal-forza Beit al-Maqdis (l-IRGC fil-Kurdistan) fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan.
Il-provinċja tal-Kurdistan rat vjolenza ħarxa mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, kontra l-mewġa ta’ protesti tal-2022, speċjalment fil-belt ta’ Sanadaj.
Sereng Hossein Rajabpour huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti fil-provinċja tal-Kurdistan. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
121.
|
ASL Gholamhossein Mohammadi
اصل غلامحسین محمدی
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Ardabil
|
Gholamhossein Mohammadi Asl huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Ardabil – provinċja b’minoranza etnika Azeri.
Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Ardabil matul il-protesti tal-2022. Ir-rapporti juru li tifla tal-iskola Iranjana bl-isem ta’ Asra Panahi ġiet imsawta għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà talli rrifjutat li tkanta l-innu favur ir-reġim.
Gholamhossein Mohammadi Asl għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
122.
|
ABDI Shakar
عبدی شکار
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: viċi kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Ardabil
|
Il-Kurunell Shakar Abdi huwa l-viċi kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Ardabil – provinċja b’minoranza etnika Azeri.
Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Ardabil matul il-protesti tal-2022. Ir-rapporti juru li tifla tal-iskola Iranjana bl-isem ta’ Asra Panahi ġiet imsawta għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà talli rrifjutat li tkanta l-innu favur ir-reġim.
Shakar Abdi għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
123.
|
HASSANZADEH Hasan
حسنزاده حسن
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Tehran
|
Il-Brigadier Ġeneral Hassan Hassanzadeh huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Tehran.
Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Tehran matul il-protesti tal-2022.
Hasan Hassanzadeh għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
124.
|
AGHAEI Morteza Mir (magħruf ukoll bħala MIRAGHAEI Morteza)
آقایی مرتضا میر
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: kap tal-Basij fil-belt ta’ Sanandaj
|
Il-Kurunell Morteza Mir Aghaei huwa l-kap tal-Basij fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan.
Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC u l-Basij tiegħu, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’Sanandaj matul il-protesti tal-2022.
Morteza Mir Aghaei għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
125.
|
MOHAMMADIAN Abbas-Ali
محمدیان عباس-علی
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Alborz (Karaj)
|
Abbas-Ali Mohammadian ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Alborz (Karaj) sa mill-2017.
Alborz (Karaj) hija provinċja fejn ilhom iseħħu dimostrazzjonijiet kbar minn Settembru 2022 li ntlaqgħu bi vjolenza eċċessiva mill-pulizija. Il-forzi tas-sigurtà spiss sparaw direttament fuq dimostranti paċifiċi, u dan wassal għal ħafna mwiet, fosthom tfal.
Bħala kap tal-LEF f’Alborz (Karaj), Abbas-Ali Mohammadian huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
126.
|
JAHANBAKHSH Rahim
جهانبخش رحیم
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent
|
Il-Brigadier Ġenerali Rahim Jahanbakhsh hu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.
L-Ażerbajġan tal-Punent huwa provinċja fejn ilhom iseħħu dimostrazzjonijiet kbar minn Settembru 2022 li ntlaqgħu bi vjolenza eċċessiva mill-pulizija.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
127.
|
SHEIKHNEJAD Hassan
شیخنژاد حسن
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Urumeh (magħrufa wkoll bħala Ouroumieh) fil-kapitali tal-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.
|
Il-Kurunell Hassan Sheikhnejad huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Urumeh, il-kapitali tal-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.
F’Urumeh, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
128.
|
SAADATI Mahmoud
سعادتی محمود
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Kurunell Mahmoud Saadati huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.
F’Zahedan, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.
Mahmoud Saadati għalhekk huwa responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
129.
|
MIRZAI Morteza
میرزای مرتضا
|
Post tat-twelid: Khorram Abad, l-Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja ta’ Mazandaran.
|
Il-Brigadier Ġeneral Morteza Mirzai huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Mazandaran.
Fil-provinċja ta’ Mazandaran, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.
Morteza Mirzai għalhekk huwa responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
130.
|
MALIKI Azizullah
عزیزالله ملکی
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Ġeneral
Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Gilan
|
Il-Ġeneral Azizullah Maliki huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja ta’ Gilan.
Fl-2022, Azizullah Maliki mexxa r-repressjoni vjolenti kontra l-protesti fil-provinċja ta’ Gilan. Huwa semma leħnu fil-mezzi tax-xandir, u ddefenda bil-qawwa r-reazzjoni vjolenti tal-forzi tas-sigurtà kontra l-protesti f’Settembru u Ottubru 2022.
Bħala kap tal-LEF fil-provinċja ta’ Gilan, Azizullah Maliki huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
131.
|
MORADI Ali-Reza
مرادی علی-رضا
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Sanandaj
|
Ali-Reza Moradi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan minn Diċembru 2018.
F’dik il-kariga, Ali-Reza Moradi jirrapporta lill-istat maġġur tal-forzi armati fl-Iran, direttament taħt l-awtorità tal-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
Moradi kien responsabbli għall-arrest tal-massa ta’ dimostranti u ordna l-użu ta’ armi letali kontra dimostranti mhux armati matul il-protesti nazzjonali ta’ Novembru 2019 f’Sanandaj, li rriżultaw fil-mewt ta’ mill-inqas żewġ dimostranti.
Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tal-pulizija f’Samandaj, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi – fosthom tfal, ġie ddokumentat minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.
Moradi ppromwova pubblikament ukoll approċċ aħrax għal persuni li jipparteċipaw fil-protesti. Sa mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet tal-2022, il-forzi tal-pulizija ddetenew b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti.
Ali-Reza Moradi għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
132.
|
RAFIEI Enayatollah
رفیعی عنایاتولله
|
Data tat-twelid: 1970
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kaptan
Kariga: kmandant tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini
|
Il-Kaptan Enayatollah Rafiei huwa membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Huwa l-kmandant tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.
Fit-13 ta’ Settembru 2022, Rafiei u tliet membri oħra tal-iskwadra tiegħu arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini tal-età ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset il-ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.
Bħala kmandant tal-iskwadra, il-Kaptan Enayatollah Rafiei huwa responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
133.
|
KHOSHNAMVAND Ali
خوشناموند علی
|
Data tat-twelid: 1995
Post tat-twelid: Khoshnamvand, (Khushnamvand) fid-distrett ta Kouhdasht tal-provinċja ta’ Lorestan fl-Iran tal-Punent
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Surġent
Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini
|
Is-Surġent Ali Khoshnamvand huwa membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Huwa wieħed mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.
Fit-13 ta’ Settembru 2022, Khoshnamvand u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.
Bħala wieħed mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, is-Surġent Ali Khoshnamvand huwa responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
134.
|
GHORBAN-HOSSEINI Fatemeh
قربان-حسینی فاطمه
|
Data tat-twelid: 1995
Post tat-twelid: Tehran, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: mara
Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini
|
Fatemeh Ghorban-Hosseini hija membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Hija waħda mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.
Fit-13 ta’ Settembru 2022, Ghorban-Hosseini u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.
Bħala wieħed mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, Fatemeh Ghorban-Hosseini hija responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022
|
|
135.
|
SAFARI Parastou
سفری پرستو
|
Data tat-twelid: 1986
Post tat-twelid: Kermanshah, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: mara
Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini
|
Parastou Safari hija membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Hija waħda mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.
Fit-13 ta’ Settembru 2022, Safari u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.
Bħala waħda mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, Parastou Safari hija responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
14.11.2022”
|