|
(1)
|
L-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista intitolata "A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4a":
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-inklużjoni fil-lista
|
|
"66.
|
Kan Zaw (magħruf ukoll bħala Dr. Kan Zaw)
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 11.10.1954;
Post tat-twelid: Salin Township, Magwe Region, Myanmar;
Sess: raġel
|
Kan Zaw ilu l-Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin mid-19 ta' Awwissu 2022. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f'idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta' Frar 2021. Qabel kien inħatar mill-SAC bħala l-Awditur Ġenerali tal-Unjoni wara l-kolp ta' stat tal-1 ta' Frar 2021.
Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta' stat militari u waqqa' l-mexxejja eletti b'mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin, huwa responsabbli milli jgħin lin-negozji u jiffaċilita l-investimenti fil-Myanmar/Burma u l-kooperazzjoni ma' sħab barranin. F'dik il-kapaċità, Kan Zaw jieħu rwol attiv fl-appoġġ tal-isforzi tal-militar biex jiġbed investiment barrani, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Għaldaqstant, huwa responsabbli għall-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u għall-involviment f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, huwa assoċjat ma' diversi figuri ta' livell għoli tar-reġim militari, inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.
|
8.11.2022
|
|
67.
|
Htun Htun Oo
(magħruf ukoll bħala Tun Tun Oo)
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 28.7.1956;
Sess: raġel
|
Htun Htun Oo huwa l-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema fil-Myanmar/Burma, kif ikkonfermat f'dik il-pożizzjoni mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing fit-2 ta' Frar 2021, wara l-kolp ta' stat tal-1 ta' Frar 2021.
Il-Qorti Suprema, taħt it-tmexxija ta' Htun Htun Oo, kienet involuta fil-prosekuzzjoni ta' mexxejja eletti demokratikament u esponenti tal-oppożizzjoni, u naqset milli twettaq id-dmirijiet tagħha bħala l-ogħla ġuriżdizzjoni responsabbli għad-difiża tal-istat tad-dritt u l-garanzija tal-indipendenza tal-ġudikatura. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Prim Imħallef tal-Qorti Suprema, Htun Htun Oo huwa involut f'attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, mill-konferma tiegħu bħala l-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema, Htun Htun Oo ġie assoċjat ma' figuri ta' livell għoli tar-reġim militari, inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.
|
8.11.2022
|
|
68.
|
Swe Swe Aung (magħruf ukoll bħala Dr. Swe Swe Aung)
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 1960;
Sess: mara
|
Swe Swe Aung hija d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Legali, maħtura mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fil-31 ta' Marzu 2022.
Id-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni, taħt it-tmexxija ta' Swe Swe Aung, kien involut f'diversi kawżi ġudizzjarji kontra mexxejja eletti demokratikament u esponenti tal-oppożizzjoni li twettqu bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal proċess ġust, inkluż il-proċedimenti li wasslu għall-eżekuzzjoni ta' erba' esponenti favur id-demokrazija. Għalhekk, fil-kapaċità tagħha bħala Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni, Swe Swe Aung hija involuta f'attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, Swe Swe Aung hija assoċjata ma' diversi figuri u mexxejja tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u oħrajn maħtura mill-armata bħall-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Avukat Ġenerali Dr Thida Oo.
|
8.11.2022
|
|
69.
|
Zaw Min
(magħruf ukoll bħala U Zaw Min)
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 1970;
Sess: raġel
|
Zaw Min huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fl-4 ta' Frar 2021. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-ħabsijiet fil-Myanmar/Burma.
Taħt it-tmexxija ta' Zaw Min, id-Dipartiment tal-Ħabsijiet kien involut f'diversi każijiet ta' ġestjoni ħażina tal-ħabsijiet u d-detenuti kienu soġġetti għal vjolenza, swat, tortura u trattament inuman ieħor fil-ħabsijiet. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-ħabs kisru d-drittijiet tad-difiża ta' persuni detenuti. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet, Zaw Min huwa involut f'attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, Zaw Min huwa assoċjat ma' diversi figuri u mexxejja tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u oħrajn maħtura mill-armata bħall-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Ministru għall-Affarijiet Interni Logutenent Ġeneral Soe Htut.
|
8.11.2022
|
|
70.
|
U Zaw Lin Aung
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
U Zaw Lin Aung huwa ex uffiċjal militari u Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet tar-Reġjun ta' Yangon mill-aħħar tal-2021. Barra minn hekk, U Zaw Lin Aung huwa inkarigat mill-Ħabs ta' Insein.
Taħt it-tmexxija tiegħu, il-priġunieri politiċi detenuti fil-Ħabs ta' Insein kienu soġġetti għal vjolenza, swat, tortura u trattament inuman ieħor imwettqa mill-persunal tal-ħabs. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet tar-Reġjun ta' Yangon u responsabbli tal-Ħabs ta' Insein, U Zaw Lin Aung huwa involut f'attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
71.
|
U Than Swe
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 1957 jew 1965;
Sess: raġel
|
U Than Swe huwa l-President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fid-19 ta' Awwissu 2022.
Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, taħt it-tmexxija ta' U Than Swe, implimentat politiki bil-għan li jilleġittimizzaw il-kolp ta' stat militari, inkluż l-involviment tagħha fi proċedimenti kontra mexxejja eletti demokratikament, bħat-tressiq ta' akkużi ta' korruzzjoni kontra l-Kunsillier tal-Istat Daw Aung San Suu Kyi. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, U Than Swe huwa involut f'attivitajiet u politiki li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
72.
|
Ko Ko Lwin
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 1972 jew 1982;
Sess: raġel
|
Ko Ko Lwin huwa membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC), maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fl-1 ta' April 2022. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b'mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta' Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta' frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Ko Ko Lwin kien involut direttament f'azzjonijiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
73.
|
Min Min Oo
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 1962 jew 1967;
Sess: raġel
|
Min Min Oo huwa membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC), maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fit-2 ta' Mejju 2022. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b'mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta' Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta' frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Min Min Oo kien involut direttament f'azzjonijiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
74.
|
Htun Aung
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 1967;
Sess: raġel
|
Il-Ġeneral Htun Aung huwa l-Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar, maħtur mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar, il-Ġeneral ta' Livell Għoli Min Aung Hlaing fit-12 ta' Jannar 2022. F'dik il-kapaċità, Htun Aung jikkmanda u jikkontrolla l-forzi tal-ajru fil-Myanmar.
Il-Forza tal-Ajru tal-Myanmar wettqet attakki kontra miri ċivili fil-Myanmar, u qatlet u għamlet ħsara liċ-ċivili, inkluż tfal u persuni minn minoranzi etniċi u reliġjużi. Skejjel, postijiet ta' qima u faċilitajiet tas-saħħa pubblika kienu wkoll fil-mira.
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar, il-Ġeneral Htun Aung huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
Barra minn hekk, il-Ġeneral Htun Aung jieħu sehem fil-governanza tal-MEHL, konglomerat li huwa proprjetà militari li jipprovdi lill-militar tal-Myanmar b'riżorsi ekonomiċi u materjali li jippermettu l-operazzjonijiet tagħhom.
Għalhekk, huwa jipprovdi appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
75.
|
Phone Myat
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Phone Myat ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 3 (BSO 3) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn April 2021.
Qabel, huwa serva bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni bejn Lulju 2020 u April 2021, u kien il-kmandant tal-Kmand tal-Punent bejn Mejju 2019 u Lulju 2020.
Bħala kmandant tal-BSO 3, Phone Myat jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari tal-Kmand tal-Lbiċ (Ayeyarwaddy), il-Kmand tan-Nofsinhar (Bago u Magway) u l-Kmand tal-Punent (Rakhine u Chin).
Il-forzi militari taħt il-kmand tiegħu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, delitti u atroċitajiet, inkluż qtil, attakki fuq l-art u mill-ajru kontra persuni ċivili u massakri fir-reġjun tal-Magway, l-Istat ta' Chin u r-reġjun ta' Bago.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-BSO 3, Phone Myat huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
76.
|
Aung Soe
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Aung Soe ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 4 (BSO 4) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Jannar 2021. Qabel, kien il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni sa Marzu 2018, imbagħad il-Kap tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 6.
Bħala kmandant tal-BSO 4, Aung Soe jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari tal-Kmand Kostali fid-Diviżjoni ta' Tanintharyi u l-Kmand tax-Xlokk fl-Istat ta' Mon u Karen.
Il-forzi militari taħt il-kmand tiegħu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, delitti u atroċitajiet, inkluż qtil, attakki fuq l-art u mill-ajru kontra persuni ċivili, arresti illeġittimi u l-użu tal-artillerija. L-Istat ta' Kayin/Karen, wieħed mir-reġjuni taħt il-kmand ta' Aung Soe, irreġistra 3993 inċident vjolenti mill-kolp ta' stat sa Lulju 2022.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-BSO 4, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
77.
|
Thet Pon
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Thet Pon ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 5 (BSO 5) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ġunju 2020. Qabel, kien Kmandant tal-Kmand tal-Majjistral sal-2017 u l-Kmandant Reġjonali ta' Yangon bejn l-2017 u Ġunju 2020.
Bħala Kmandant ta' BSO 5, Thet Pon jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari u t-tribunali militari fir-Reġjun ta' Yangon.
F'Marzu 2021, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat introduċa l-liġi marzjali fil-Myanmar, fejn ittrasferixxa s-setgħa eżekuttiva u ġudizzjarja lill-kap tal-kmandi militari reġjonali rilevanti. Sa Lulju 2022, tribunali militari fir-Reġjun ta' Yangon ikkundannaw 119-il individwu għal mewt, ħafna minnhom għal raġunijiet politiċi, inklużi erba' membri tal-oppożizzjoni demokratika li ġew ġustizzjati fir-Reġjun ta' Yangon.
Barra minn hekk, il-forzi militari fir-reġjun ta' Yangon wettqu atti vjolenti u qtil kontra dimostranti paċifiċi, bħall-użu ta' forza letali matul protesti kontra l-ġunta fit-township ta' Hlaing Tharyar ta' Yangon fl-14 ta' Marzu 2021.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-BSO 5, Thet Pon huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
78.
|
Htein Win
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
Il-Maġġur Ġeneral Htein Win huwa Kmandant tal-Kmand tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala kmandant reġjonali, huwa jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fir-reġjuni ta' Bago u Magway.
Il-forzi militari f'dawk ir-reġjuni wettqu attakki mill-ajru, rejds, ħruq, għadd kbir ta' qtil u l-użu ta' tarki umani . Magway hija hotspot partikolari għal operazzjonijiet brutali kontra l-oppożizzjoni mmexxija mill-militar, bl-użu ta' strateġija "Oqtol Kollox, Aħraq Kollox, Israq Kollox" (Kill All, Burn All, Loot All) fir-Reġjun ta' Magway.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tan-Nofsinhar, Htein Win huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
79.
|
Htin Latt Oo
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
Il-Maġġur Ġeneral Htin Latt Oo ilu Kmandant tal-Kmand tal-Punent tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Lulju 2020. Bħala kmandant reġjonali, huwa jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fir-reġjuni ta' Rakhine tal-Punent u Chin.
Il-forzi militari f'dawk ir-reġjuni wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti, inkluż attakki mill-ajru, stupru, użu ta' tarki umani, ħruq ta' djar, massakri u arresti illegali.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Punent, Htin Latt Oo huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
80.
|
Than Htike
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Sess: raġel
Numru tal-karta tal-identità militari: Kyi-28146
|
Il-Brigadier Ġeneral Than Htike ilu Kmandant tal-Kmand tal-Majjistral tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) mis-6 ta' Jannar 2022. Bħala kmandant reġjonali, huwa jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fir-Reġjun ta' Sagaing.
Il-forzi militari taħt il-kmand tiegħu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, użu eċċessiv ta' forza u azzjonijiet brutali kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-attakk militari kontra skola f'Depeyin Township fir-Reġjun ta' Sagaing, li qatel mill-inqas 13-il persuna inkluż 11-il tifel u tifla. Fir-Reġjun ta' Sagaing, il-forzi militari ħarqu aktar minn 20 000 dar mill-kolp ta' stat militari.
Fil-kapaċità tiegħu bħala kmandant reġjonali tal-Kmand tan-Nofsinhar, Than Htike huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
81.
|
Nyunt Win Swe
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Sess: raġel
|
Il-Maġġur Ġeneral Nyunt Win Swe ilu Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar fir-Reġjun ta' Yangon (Tatmadaw) minn Ġunju 2020. F'dik il-kapaċità, Nyunt Win Swe jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fir-Reġjun ta' Yangon u, flimkien mal-Kap tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 5, il-Logutenent Ġenerali Thet Pon, jissorvelja t-tribunali militari għar-Reġjun ta' Yangon.
F'Marzu 2021, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat introduċa l-liġi marzjali fil-Myanmar, fejn ittrasferixxa s-setgħa eżekuttiva u ġudizzjarja lill-kap tal-kmandi militari reġjonali rilevanti. Sa Lulju 2022, tribunali militari fir-Reġjun ta' Yangon ikkundannaw 119-il individwu għal mewt, ħafna minnhom għal raġunijiet politiċi, inklużi erba' membri tal-oppożizzjoni demokratika li ġew ġustizzjati fir-Reġjun ta' Yangon.
Barra minn hekk, il-forzi militari fir-Reġjun ta' Yangon wettqu atti vjolenti u qtil kontra dimostranti paċifiċi, bħall-użu ta' forza letali matul protesti kontra l-ġunta fit-township ta' Hlaing Tharyar ta' Yangon fl-14 ta' Marzu 2021.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant għar-Reġjun ta' Yangon, Nyunt Win Swe huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
82.
|
U Tay Za
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 18.7.1964;
Post tat-twelid: Yangon, Myanmar;
Sess: raġel
|
U Tay Za huwa l-fundatur u l-President ta' Htoo Group of Companies, konglomerat privat li jopera f'diversi setturi, inkluż il-kummerċ, il-banek, il-minjieri, it-turiżmu u l-avjazzjoni. U Tay Za għandu rabta mill-qrib mat-tmexxija ewlenija tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).
Permezz ta' Htoo Group of Companies, U Tay Za ipprovda appoġġ finanzjarju lit-Tatmadaw fl-2017 f'avveniment ta' ġbir ta' fondi b'rabta mal-"operazzjonijiet ta' tindif" ta' Rakhine. Barra minn hekk, U Tay Za aġixxa bħala intermedjarju għall-forniment ta' tagħmir militari li ntuża kontra l-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti fil-pajjiż kollu.
Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar li jwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili, kif ukoll li jwettaq attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, U Tay Za appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
83.
|
Aung Moe Myint
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 9.6.1971 jew 28.9.1969
Sess: raġel
Numru tal-passaport: 12/YAKANA(N)006981
|
Aung Moe Myint huwa d-Direttur ta' Dynasty International Company Ltd (DICL) li topera fis-settur tal-kummerċ. Huwa l-Konslu Onorarju tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Myanmar. Abbażi tal-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu, inkluż ir-rabtiet politiċi u kummerċjali mill-qrib tiegħu mal-Belarussja, Aung Moe Myint iffaċilita l-akkwist ta' armi tan-nar, armi, oġġetti ristretti u b'użu doppju għall-militar tal-Myanmar, li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti fil-pajjiż kollu.
Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar li jwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili, kif ukoll li jwettaq attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, Aung Moe Myint appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022
|
|
84.
|
Naing Htut Aung
|
Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 27.1.1968;
Sess: raġel
Numru tal-passaport: 12/MAKAYA 118765
|
Naing Htut Aung huwa d-Direttur ta' International Group of Companies (IGGC) li topera fis-settur tal-kummerċ.
Permezz tal-IGGC, Naing Htut Aung ipprovda appoġġ finanzjarju lit-Tatmadaw fl-2017 f'avveniment ta' ġbir ta' fondi b'rabta mal-"operazzjonijiet ta' tindif" ta' Rakhine. Barra minn hekk, Naing Htut Aung aġixxa bħala importatur u sensar ta' armi, tagħmir militari u oġġetti b'użu doppju għall-militar tal-Myanmar, li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti fil-pajjiż kollu.
Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar li jwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili, kif ukoll li jwettaq attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, Naing Htut Aung appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
8.11.2022"
|
|