26.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/37


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2057

tat-13 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1706 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2021–2023

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-provvisti tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-preżent jiddependu mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. F’dawn l-aħħar deċennji, l-Unjoni saret aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet biex tissodisfa l-konsum tal-prodotti tas-sajd. Sabiex ma titqiegħedx f’periklu l-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd fl-Unjoni u sabiex tiġi żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu jew li jiġu sospiżi d-dazji tal-importazzjoni għal għadd ta’ prodotti tas-sajd fil-kuntest ta’ kwoti tariffarji ta’ volum xieraq.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 (1) jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu mill-2021 sal-2023. Ġew stabbiliti volumi xierqa għal kull kwota tariffarja sabiex ikun żgurat li l-industrija tal-iproċessar tal-Unjoni jkollha provvista adegwata għal dak il-perjodu.

(3)

Fid-19 ta’ Lulju 2021, ir-Regolament (UE) 2020/1706 ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill 2021/1203 (2) billi, fost l-oħrajn, żdiedu kwoti ġodda li huma validi sal-31 ta’ Ottubru 2022, minħabba li skadew il-protokolli bilaterali mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġjali kienu jipprevedu l-kwoti għal ċertu ħut u għal ċerti prodotti tas-sajd.

(4)

Madankollu, in-negozjati ta’ protokolli ġodda addizzjonali mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja li jipprevedu kwoti għal ċertu ħut u għal ċerti prodotti tas-sajd mhumiex ser ikunu konklużi qabel il-31 ta’ Ottubru 2022.

(5)

Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kwoti ġodda li jibqgħu validi sa tmiem l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1706.

(6)

Għal raġunijiet ta’ urġenza sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ materjali tas-sajd mingħajr dazju għall-ipproċessar fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) 2020/1706 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

P. BLAŽEK


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 tat-13 ta’ Novembru 2020 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2021-2023 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 3).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1203 tad-19 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 rigward l-inklużjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd (ĠU L 261, 22.7.2021, p. 1).


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness għar-Regolament (UE) 2020/1706, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Nru tal-ordni

Kodiċi NM

Kodiċi tat-TARIC

deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota (f’tunnellati) (1)

Dazju fuq il-kwota

Perjodu tal-kwota

09.2509

ex 1604 12 91

13

Aringi, imħawra u/jew ippreservati fil-ħall, fis-salmura, għall-ipproċessar

17 500 (piż nett mingħajr likwidu)

0  %

1.11.2022–31.12.2023

93

ex 1604 12 99

16

17

09.2510

ex 0303 51 00

10

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, għall-ipproċessar (2)

11 670

0  %

1.11.2022–31.12.2023

20

09.2512

 

 

Ħut iffriżat, għall-ipproċessar

3 850

0  %

1.11.2022–31.12.2023

0303 55 30

10

Sawrell taċ-Ċilì (Trachurus murphyi)

ex 0303 55 90

95

Ħut ieħor ta’ Trachurus spp., minbarra Trachurus trachurus, Trachurus murphyi u s-sawrella komuni (scad) (Caranx trachurus)

0303 56 00

10

Cobia (Rachycentron canadum)

0303 69 90

10

Ħut ieħor

0303 89 90

11

21

30

91

0303 82 00

10

Raj u rebekkini (Rajidae)

0303 89 55

10

Awrat (Sparus aurata)

09.2513

0304 86 00

20

Qatgħat tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, għall-ipproċessar

29 170

0  %

1.11.2022–31.12.2023

ex 0304 99 23

10

Ġwienaħ tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii) (miftuħin ktieb), iffriżati, għall-ipproċessar  (2)

20

09.2514

0304 49 50

10

Qagħtat ta’ redfish (Sebastes spp.), friski jew imkessħin, għall-ipproċessar

1 520

0  %

1.11.2022–31.12.2023


(1)  Mogħti f’piż nett, sakemm ma jingħadx mod ieħor.

(2)  Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju, ma għandhiex tingħata tgawdija tal-kwota tariffarja għall-prodotti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.