26.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/1


REGOLAMENT (UE) 2022/2056 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2022

li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli fiż-Żona tal-Konvenzjoni dwar is-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Objettiv tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa li jiġi żgurat l-isfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin b’tali mod li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (4), l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE (5), irratifikat il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 li għandu x’jaqsam mal-konservazzjoni u ġestjoni tal-istokks tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi, li fihom il-prinċipji u r-regoli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Fil-kuntest tal-obbligi internazzjonali aktar ġenerali tagħha, l-Unjoni tieħu sehem fl-isforzi li jsiru fl-ibħra internazzjonali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u tirsisti biex issaħħaħ il-governanza tal-oċeani fil-livell globali u tippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tas-sajd.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/75/KE (6), il-Komunità Ewropea approvat l-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (il-“Konvenzjoni”), li tistabbilixxi l-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC).

(4)

Id-WCPFC għandha l-awtorità li tadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti (“Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni” jew “CMMs”) għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd taħt ir-responsabbiltà tagħha. Dawk id-deċiżjonijiet huma primarjament indirizzati lill-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni, iżda jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi privati (pereżempju għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd).

(5)

Mad-dħul fis-seħħ tagħhom, is-CMMs ikunu vinkolanti fuq il-partijiet kontraenti kollha tal-Konvenzjoni, inkluża l-Unjoni.

(6)

Filwaqt li d-dispożizzjonijiet ewlenin rilevanti tas-CMMs jiġu implimentati fuq bażi annwali fil-kuntest tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd, id-dispożizzjonijiet li jifdal ġew implimentati l-aħħar skont it-Titolu V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 (7). Għalhekk hemm bżonn li jiġi żgurat li s-CMMs adottati mid-WCPFC jiġu implimentati f’waqthom u bis-sħiħ fil-liġi tal-Unjoni u, għalhekk, jiġu implimentati b’mod uniformi u effettiv fl-Unjoni u jagħtu ċarezza u prevedibbiltà lill-operaturi ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

(7)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-attivitajiet tal-Unjoni fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi tas-sajd jiġu ġestiti skont l-objettivi tal-PKS, partikolarment biex jiġi żgurat li l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ikun ambjentalment sostenibbli fit-tul u jreġġa’ lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, biex jiġu pprovduti kundizzjonijiet għal industrija tas-sajd u l-ipproċessar kompetittiva u ekonomikament vijabbli u għal attività relatata mas-sajd ibbażata fuq l-art u jingħata kontribut għad-disponibbiltà ta’ provvisti tal-ikel sostenibbli.

(8)

Skont ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tassisti lill-Unjoni u lill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali reġjonali tas-sajd li l-Unjoni hija membru tagħhom. F’konformità ma’ dak ir-Regolament, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Unjoni, l-EFCA għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tikkoordina l-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri abbażi ta’ programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni, li jistgħu jinkludu programmi implimentati fis-CMMs tad-WCPFC. L-EFCA tista’ tfassal, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, programmi operattivi konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza għal dak il-għan billi tistabbilixxi pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti. Għalhekk huwa xieraq li f’dan ir-Regolament jiġu adottati dispożizzjonijiet li jinkludu lill-EFCA, ladarba tkun maħtura mill-Kummissjoni, bħala l-korp maħtur mill-Kummissjoni biex jirċievi mingħand l-Istati Membri, u jibgħat lis-Segretarjat tad-WCPFC, l-informazzjoni marbuta mal-kontroll u l-ispezzjoni, bħal rapporti ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar u notifiki rilevanti fl-ambitu tal-Programm ta’ Osservaturi Reġjonali (“ROP”) tad-WCPFC.

(9)

B’kont meħud li s-CMMs x’aktarx jiġu emendati ulterjorment fil-ġejjieni waqt il-laqgħat annwali tad-WCPFC, sabiex dawn is-CMMs jiġu implimentati malajr fil-liġi tal-Unjoni, sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet ekwi u tkompli tiġi appoġġjata l-ġestjoni sostenibbli fit-tul tal-istokkijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dan li ġej: is-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar il-bastimenti, ir-rekwiżiti tal-Iskema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (“VMS”), il-perċentwal tal-iskema ta’ kopertura tal-osservaturi taħt l-ROP, id-drittijiet u l-obbligi tal-osservaturi, id-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi, il-kaptani u l-ekwipaġġ tal-bastimenti, l-iskadenzi għar-rapportar u l-Annessi minn I sa VI li jkopru miżuri ta’ mitigazzjoni għall-għasafar, l-immarkar u speċifikazzjonijiet oħra għall-bastimenti, l-istandards minimi għall-Komunikaturi Awtomatiċi tal-Pożizzjoni użati fil-VMS tad-WCPFC, id-Dikjarazzjoni ta’ Trażbord tad-WCPFC u r-rappreżentazzjoni tal-kalamenti tal-klieb il-baħar. B’mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9). B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jindirizzaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(10)

Jenħtieġ li s-setgħat delegati previsti f’dan ir-Regolament ma jaffettwawx l-implimentazzjoni fil-liġi tal-Unjoni ta’ tibdil futur fis-CMMs skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

(11)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ta l-kummenti formali tiegħu fl-14 ta’ Ġunju 2021. Id-data personali pproċessata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ttrattata skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u r-Regolament (UE) 2018/1725. Sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-obbligi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-data personali tinħażen għal perjodu ta’ 10 snin. F’każ li d-data personali inkwistjoni tkun meħtieġa għas-segwitu ta’ ksur, spezzjoni jew proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi, dik id-data tista’ tinħażen għal perjodu ta’ aktar minn 10 snin, iżda mhux għal aktar minn 20 sena.

(12)

Jenħtieġ li l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 jitħassru peress li dan ir-Regolament jimplimenta l-miżuri kollha tad-WCPFC,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni u ta’ konservazzjoni relatati mas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent, li l-Unjoni aderiet magħha bid-Deċiżjoni 2005/75/KE, u fir-rigward tal-ispeċijiet ta’ ħut taħt il-kompetenza ta’ dik il-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent, kif emendata minn żmien għal żmien;

(2)

“iż-Żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona li għaliha tapplika l-Konvenzjoni kif deskritt fl-Artikolu 3(1) tagħha;

(3)

“WCPFC” tfisser il-Kummissjoni għas-Sajd fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent stabbilita taħt il-Konvenzjoni;

(4)

“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, li jintuża jew li huwa maħsub biex jintuża għall-fini ta’ sajd, fosthom vapuri ta’ sostenn, bastimenti tal-ġarr u kwalunkwe bastiment ieħor direttament involut f’tali sajd;

(5)

“sajd” tfisser:

(a)

it-tiftix, il-qbid, it-teħid jew il-ġbir tal-ħut;

(b)

it-tentattiv ta’ tiftix, ta’ qbid, ta’ teħid jew ta’ ġbir ta’ ħut;

(c)

l-involviment fi kwalunkwe attività oħra li tista’ raġonevolment tkun mistennija li twassal għal-lokalizzazzjoni, għall-qbid, għat-teħid jew għall-ġbir ta’ ħut għal kwalunkwe għan;

(d)

it-tfigħ, it-tiftix jew l-irkupru ta’ rkaptu biex jinġemal-ħut jew ta’ tagħmir elettroniku assoċjat bħal sinjali bir-radju;

(e)

kwalunkwe operazzjoni fuq il-baħar direttament b’appoġġ, jew bi tħejjija għal xi attività deskritta fil-punti minn (a) sa (d), inkluż it-trażbord; jew

(f)

l-użu ta’ kwalunkwe bastiment, vettura, inġenju tal-ajru jew hovercraft, għal kwalunkwe attività deskritta fil-punti minn (a) sa (d) ħlief għal emerġenzi li jinvolvu s-saħħa u s-sikurezza tal-ekwipaġġ jew is-sikurezza ta’ bastiment;

(6)

“CMM” tfisser il-Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni applikabbli adottati mid-WCPFC;

(7)

“opportunitajiet tas-sajd” tfisser kwoti tas-sajd, sforz ta’ sajd allokat lil Stat Membru jew perjodi magħluqa għas-sajd, kif previst f’att legali tal-Unjoni fis-seħħ għaż-Żona tal-Konvenzjoni;

(8)

“mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem”:

(a)

tfisser, iżda mhijiex limitata għal, ħut li:

(i)

ikun ġie mmaljat jew tfarrak fix-xibka tat-tartarun tal-borża;

(ii)

ikun tħassar minħabba depredazzjoni minn klieb il-baħar jew balieni; jew

(iii)

ikun miet u tħassar fix-xibka fejn ħsara fl-irkaptu tkun impediet kemm l-irkupru normali tax-xibka u tal-qabda kif ukoll l-isforzi biex il-ħut jinħeles ħaj; u

(b)

ma tinkludix ħut li:

(i)

ma jkunx meqjus tajjeb f’termini ta’ daqs, kummerċjabbiltà jew kompożizzjoni tal-ispeċi; jew

(ii)

ikun tħassar jew ġie kkontaminat bħala riżultat ta’ att jew ommissjoni tal-ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd.

(9)

“rkaptu biex jinġemal-ħut” jew “FAD” tfisser kwalunkwe oġġett jew grupp ta’ oġġetti, ta’ kwalunkwe daqs, li jkun intuża jew le, li jkun ħaj jew mejjet, inkluż, iżda mhux limitat għal, bagi, sufruni, xbieki, ċinturini, plastik, bambu, zkuk u klieb il-baħar baliena li jżommu f’wiċċ l-ilma jew qrib il-wiċċ tal-ilma li l-ħut jista’ jassoċja miegħu;

(10)

“kalar fil-baxx” tfisser sajd li fih il-maġġoranza tas-snanar tas-sajd jiġu kalati f’fond ta’ inqas minn 100 metru;

(11)

“reġistru” tfisser ir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd tad-WCPFC;

(12)

“WIN” tfisser in-numru ta’ identifikazzjoni tad-WCPFC;

(13)

“VMS” tfisser Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti;

(14)

“ROP” tfisser il-Programm ta’ Osservaturi Reġjonali stabbilit mid-WCPFC biex tinġabar data verifikata dwar il-qbid, data xjentifika oħra u informazzjoni addizzjonali relatata mas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tas-CMMs;

(15)

“baga strumentata” hija baga b’numru ta’ referenza mmarkat b’mod ċar li jippermetti li tiġi identifikata u li tkun mgħammra b’sistema ta’ lokalizzazzjoni bis-satellita biex timmonitorja l-pożizzjoni tagħha;

(16)

“baga tad-data” tfisser apparat li jżomm f’wiċċ l-ilma, li jew jkun mitluq għal riħu jew li jkun ankrat, li jintuża minn organizzazzjonijiet jew entitajiet governattivi jew xjentifiċi rikonoxxuti għall-finijiet tal-ġbir elettroniku u tal-kejl ta’ data ambjentali, u mhux għall-finijiet ta’ attivitajiet ta’ sajd;

(17)

“Dikjarazzjoni ta’ Trażbord tad-WCPFC” tfisser dokument li fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness IV;

(18)

“Żona Ġeografika tal-Ibħra Internazzjonali tal-Lvant” tfisser iż-żona tal-ibħra internazzjonali mdawra biż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Gżejjer Cook lejn il-Punent, il-Polineżja Franċiża lejn il-Lvant u Kiribati lejn it-Tramuntana bil-koordinati ġeografiċi u kif murija fil-mappa indikata fl-Anness V;

(19)

“raj manta” tfisser speċi tal-familja Mobulidae, li tinkludi r-raj manta u r-raja mobula;

(20)

“komunikatur awtomatiku tal-pożizzjoni” jew “ALC” tfisser trażmettitur li jistabbilixxi l-pożizzjoni bis-satellita kważi f’ħin reali;

(21)

“qbid skartat” tfisser qabdiet li jintefgħu lura l-baħar;

(22)

“spettur awtorizzat” tfisser spettur ta’ parti kontraenti għall-Konvenzjoni li l-identità tiegħu tkun ġiet ikkomunikata lid-WCPFC;

(23)

“spettur awtorizzat tal-Unjoni” tfisser spettur tal-Unjoni li l-identità tiegħu tkun ġiet ikkomunikata lid-WCPFC f’konformità ma’ kwalunkwe att adottat skont l-Artikolu 79(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (12).

Artikolu 4

Awtorizzazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għas-sajd u l-livell tas-sajd f’konformità mal-opportunitajiet tas-sajd.

2.   Kull awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi għall-bastiment tas-sajd tal-Unjoni li tinħareġ għalih:

(a)

iż-żoni, l-ispeċi u l-perjodi ta’ żmien speċifiċi li għalihom l-awtorizzazzjoni hija valida;

(b)

l-attivitajiet li l-bastiment tas-sajd tal-Unjoni huwa awtorizzat iwettaq;

(c)

il-projbizzjoni fuq sajd, żamma abbord, trażbord jew ħatt mill-bastiment tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat ieħor ħlief skont il-liċenzji, il-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet li jkunu meħtieġa minn tali Stat ieħor;

(d)

rekwiżit li l-bastiment tas-sajd tal-Unjoni jżomm abbord l-awtorizzazzjoni maħruġa skont dan il-paragrafu, jew kopja ċertifikata tagħha, u kull liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni, jew kopja ċertifikata tagħhom, maħruġa minn Stat kostali, kif ukoll ċertifikat validu ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment.

KAPITOLU II

Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni

Artikolu 5

Żamma ta’ qabdiet fis-sajd tat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni bit-tartarun tal-borża li jistadu f’żoni ekonomiċi esklużivi u fl-ibħra internazzjonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni f’delimitazzjoni ta’ 20°N u 20°S (20° Tramuntana u 20° Nofsinhar) għandhom iżommu abbord il-qabdiet kollha tat-tonn obeż, tal-palamit, u tat-tonna safra, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta, fil-kalar finali ta’ vjaġġ, ma jkunx hemm biżżejjed spazju għall-ħżin biex jakkomoda l-ħut kollu maqbud f’dak il-kalar; f’dak il-każ, il-ħut żejjed maqbud f’dak l-aħħar sett jista’ jiġi ttrasferit lejn bastiment ieħor tas-sajd bit-tartarun tal-borża u jinżamm fuqu, sakemm dan ma jkunx ipprojbit bil-liġi applikabbli;

(b)

jekk il-ħut ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem; u

(c)

f’każ ta’ ħsara serja fit-tagħmir.

2.   Meta l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni jiddetermina li ħuta jenħtieġ li ma tittellax abbord għal raġunijiet relatati mad-daqs, mal-kummerċjabbiltà jew mal-kompożizzjoni tal-ispeċi, il-ħuta għandha tinħeles qabel max-xibka tkun inġibdet lura kompletament u aktar min-nofs ix-xibka tkun għadha fl-ilma.

3.   Meta l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni jiddetermina li jenħtieġ li ħuta ma tittellax abbord minħabba li tkun inqabdet matul l-aħħar sett ta’ vjaġġ meta ma jkunx hemm biżżejjed spazju għall-ħżin biex jakkomoda l-ħut kollu maqbud f’dak il-kalar, il-ħuta tista’ tiġi skartata dment li:

(a)

il-kaptan u l-ekwipaġġ jippruvaw jirrilaxxaw il-ħuta ħajja malajr kemm jista’ jkun; u

(b)

ma jsir l-ebda sajd ieħor wara l-iskartar sakemm il-ħut abbord il-bastiment tas-sajd ikun inħatt jew ġie ttrażbordat.

4.   Il-ħut għandu jintrema mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni biss wara li osservatur tal-ROP ikun stima li l-kompożizzjoni tal-ispeċi tal-ħut li trid tiġi skartata.

5.   Fi żmien 48 siegħa wara kwalunkwe skartar, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jippreżenta rapport lis-Segretarjat tad-WCPFC, u kopja tiegħu lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-Kummissjoni, li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, il-bandiera u l-WIN tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni u l-isem u n-nazzjonalità tal-kaptan;

(b)

in-numru tal-liċenzja;

(c)

l-isem tal-osservatur abbord;

(d)

id-data, il-ħin u l-post (il-latitudni/il-lonġitudni) tal-iskartar;

(e)

id-data, il-ħin, il-post (il-latitudni/il-lonġitudni) u t-tip (FAD galleġġjanti, FAD ankrat, ġlejjeb liberi eċċ.) tas-sett;

(f)

ir-raġuni għaliex il-ħut ikun ġie skartat, inkluż dikjarazzjoni tal-istatus tal-ħut mal-irkupru jekk il-ħut ikun ġie skartat għax ma kienx tajjeb għall-konsum mill-bniedem;

(g)

stima tat-tunnellaġġ u tal-kompożizzjoni tal-ispeċi tal-ħut skartat;

(h)

stima tat-tunnellaġġ u tal-kompożizzjoni tal-ispeċi tal-ħut miżmum minn dak is-sett;

(i)

jekk il-ħut ikun ġie skartat f’konformità mal-paragrafu 3, dikjarazzjoni li mhux se jsir aktar sajd sakemm il-qabda abbord tkun inħattet; u

(j)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

6.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jipprovdi, fl-istess ħin li tintbagħat lis-Segretarjat tad-WCPFC, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lil osservatur tal-ROP abbord.

Artikolu 6

Monitoraġġ u kontroll fis-sajd tat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża

1.   Minkejja l-Artikolu 26, il-frekwenza li biha jiġi ċċekkjat l-istatus tal-VMS tat-trażmissjoni tal-pożizzjoni tal-bastiment għandha tiżdied għal kull nofs siegħa matul il-perjodi magħluqa għas-sajd b’FAD kif definit fir-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd.

2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni bit-tartarun tal-borża ma għandhomx joperaw taħt rapportar manwali matul il-perjodi magħluqa għas-sajd b’FAD.

3.   Jekk is-Segretarjat tad-WCPFC ma jibqax jirċievi b’mod awtomatiku l-pożizzjonijiet tal-VMS tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, il-bastiment ma għandux jingħata struzzjoni biex idur lura lejn il-port sakemm is-Segretarjat tad-WCPFC ma jkunx ħa l-passi raġonevoli kollha biex jerġa’ jistabbilixxi r-riċeviment awtomatiku normali tal-pożizzjonijiet tal-VMS.

4.   Il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni għandhom iġorru osservatur tal-ROP jekk dak il-bastiment ikun qiegħed jistad fiż-żona fil-limiti ta’ 20°N u 20°S (20° Tramuntana u 20° Nofsinhar):

(a)

fl-ibħra internazzjonali;

(b)

fl-ibħra internazzjonali u fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat kostali wieħed jew aktar; jew

(c)

f’ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ żewġ Stati kostali jew aktar.

Artikolu 7

FAD u bagi strumentati fis-sajd tat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża

1.   Id-disinn u l-bini tal-FADs li jkunu se jintużaw jew li jintelqu għal riħhom fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandhom ikunu skont l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-parti li żżomm fil-wiċċ jew iċ-ċattra galleġġjanti (struttura ċatta jew irrumblata) tal-FAD tkun miksija b’xibka tal-malja, id-daqs ta’ din il-malja mġebbda għandu jkun ta’ inqas minn 7 cm u x-xibka tal-malja għandha tkun imgeżwra sew madwar iċ-ċattra kollha sabiex ma jkunx hemm xbieki mdendlin taħt l-FAD meta jiġi biex jintuża;

(b)

jekk tintuża xibka tal-malja, id-daqs tal-malja mġebbda għandu jkun ta’ inqas minn 7 cm jew trid tkun marbuta b’rabta ssikkata f’qatet jew f’forma ta’ “zalzett” b’piż biżżejjed fit-tarf biex ix-xibka tinżamm stirata ’l isfel fil-kolonna tal-ilma. Inkella, jista’ jintuża pannell ippeżat wieħed fejn id-daqs tax-xibka tal-malja mġebbda jew il-folja solida (bħall-kanvas jew in-nylon) ma jaqbiżx 7 cm.

2.   Matul il-perjodi magħluqa għas-sajd b’FAD stabbiliti mill-atti tal-Unjoni dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni bit-tartarun tal-borża, inkluż kwalunkwe rkaptu jew bastimenti tal-ġarr (tenders) tagħhom, li jkunu qed iwettqu kalar ma jistgħux ikunu f’distanza ta’ inqas minn mil nawtiku minn FAD.

3.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jintużaw biex jattiraw il-ħut, jew biex iċaqilqu l-ħut li jkun inġema’, inkluż billi jużaw dwal ta’ taħt l-ilma u jagħlfu bil-bċejjeċ tal-ħut.

4.   Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux jirkupraw FADs jew tagħmir elettroniku assoċjat matul il-perjodu magħluq għas-sajd b’FADs sakemm:

(a)

il-FADs jew it-tagħmir elettroniku assoċjat ma jiġix irkuprat u jinżamm abbord il-bastiment sakemm jinħatt l-art jew sakemm jispiċċa l-perjodu magħluq għas-sajd b’FADs; u

(b)

il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jwettaq ebda kalar jew għal perjodu ta’ sebat ijiem wara l-irkupru jew f’raġġ ta’ 50 mil nawtiku mill-punt tal-irkupru ta’ xi FAD.

5.   Minbarra l-paragrafu 4, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx joperaw f’kooperazzjoni ma’ xulxin sabiex jaqbdu l-ħut li jkun inġema’.

6.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhom iwettqu l-ebda kalar matul il-perjodu magħluq għas-sajd f’żona ta’ inqas minn mil nawtiku minn punt fejn FAD ikun ġie rkuprat minn bastiment ieħor fi żmien 24 siegħa qabel is-sett, jekk il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni jkun jaf bil-lokalizzazzjoni u l-ħin ta’ dak l-irkupru ta’ FAD.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li joperaw fl-ilmijiet ta’ Stat kostali josservaw il-liġijiet ta’ dak l-Istat kostali relatati mal-ġestjoni ta’ FADs, inkluż l-intraċċar ta’ FADs.

Artikolu 8

Bagi strumentati

Il-bagi strumentati għandhom jiġu attivati esklussivament abbord il-bastiment bit-tartarun tal-borża.

Artikolu 9

Bagi tad- data

1.   Sajd f’raġġ ta’ inqas minn mil nawtiku minn baga tad-data jew sajd li jinteraġixxi ma’ baga tad-data għandu jkun ipprojbit. Dik il-projbizzjoni għandha tinkludi l-iċċirkondar ta’ baga tad-data b’irkaptu tas-sajd, l-irbit jew l-ankrar tal-bastiment, jew ta’ xi rkaptu tas-sajd, ta’ xi parti jew biċċa mill-bastiment, ma’ baga tad-data jew mal-irmiġġ tagħha, u l-qtugħ ta’ linja ta’ ankraġġ tal-baga tad-data.

2.   Meta bastiment tas-sajd tal-Unjoni jitħabbel ma’ baga tad-data, l-irkaptu tas-sajd imħabbel għandu jitneħħa bl-inqas ħsara possibbli lill-baga tad-data.

3.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-Istat Membru tal-bandiera l-inċidenti kollha ta’ tħabbil, u jipprovdi d-data, il-post u n-natura tat-tħabbil, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni ta’ identifikazzjoni li tinsab fuq il-baga tad-data. Dak l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat ir-rapport minnufih lill-Kummissjoni.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, il-programmi ta’ riċerka xjentifika notifikati lill-Kummissjoni u awtorizzati minnha jistgħu joperaw bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’żona ta’ inqas minn mil nawtiku minn baga tad-data, sakemm ma jinteraġixxux ma’ dawk il-bagi tad-data fil-mod imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 10

Żona ta’ ġestjoni speċjali taż-Żona Ġeografika tal-Ibħra Internazzjonali tal-Lvant

1.   Kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-Żona Ġeografika tal-Ibħra Internazzjonali tal-Lvant għandhom jirrapportaw ilmiħ ta’ kwalunkwe bastiment tas-sajd lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha, u lis-Segretarjat tad-WCPFC. L-informazzjoni rrappurtata għandha tinkludi: id-data u l-ħin (UTC), il-pożizzjoni (gradi reali tal-latitudni u l-lonġitudni), l-orjentazzjoni, sinjali ta’ navigazzjoni, il-veloċità (mil tal-baħar) u t-tip ta’ bastiment. Il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi trażmessa fi żmien sitt sigħat mill-ilmiħ.

2.   L-Istati jew it-territorji kostali kontigwi għandhom jirċievu data tal-VMS kontinwa qrib il-ħin reali.

Artikolu 11

Trażbord

1.   It-trażbordi kollha li jsiru fiż-Żona tal-Konvenzjoni dwar speċi migratorji ħafna koperti mill-Konvenzjoni għandhom isiru f’port u għandhom jiġu ppeżati f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni trażbordi li jsiru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, sakemm il-bastiment ma jkunx qed jiġi operat b’noleġġ, b’kiri jew b’mekkaniżmu simili ieħor, bħala parti integrali mill-flotta domestika ta’ Stat kostali fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

3.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jħott prodotti tas-sajd ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna koperti mill-Konvenzjoni u li jkunu nqabdu fiż-Żona tal-Konvenzjoni matul trażbord f’port jew barra miż-Żona tal-Konvenzjoni, għandu jimla d-Dikjarazzjoni ta’ Trażbord tad-WCPFC għal kull trażbord ta’ qabda miż-Żona tal-Konvenzjoni. Id-Dikjarazzjoni ta’ Trażbord tad-WCPFC għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

4.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jirċievi prodotti tas-sajd ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna koperti mill-Konvenzjoni u li jkunu nqabdu fiż-Żona tal-Konvenzjoni matul trażbord f’port jew barra miż-Żona tal-Konvenzjoni, għandu jimla d-Dikjarazzjoni ta’ Trażbord tad-WCPFC għal kull trażbord ta’ qabda miż-Żona tal-Konvenzjoni. Id-Dikjarazzjoni ta’ Trażbord tad-WCPFC għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

5.   L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jivvalidaw dik id-data skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u, fejn possibbli, għandhom jikkoreġu informazzjoni li tkun ġejja minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni involuti f’operazzjonijiet ta’ trażbord, billi jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli bħal data dwar il-qbid u l-isforz, data dwar il-pożizzjoni, rapporti tal-osservaturi u data dwar il-monitoraġġ fil-port.

Artikolu 12

Trażbord lejn u minn bastimenti ta’ partijiet mhux kontraenti

1.   Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’operazzjonijiet ta’ trażbord lejn jew minn bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ parti mhux kontraenti sakemm dak il-bastiment ma jkunx ġie awtorizzat b’deċiżjoni tad-WCPFC, bħal pereżempju:

(a)

bastiment tal-ġarr ta’ parti mhux kontraenti li jkun fuq ir-Reġistru; jew

(b)

bastiment tas-sajd ta’ parti mhux kontraenti li huwa liċenzjat jistad fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ parti kontraenti f’konformità mad-deċiżjoni tad-WCPFC.

2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kaptan ta’ bastiment tal-ġarr tal-Unjoni jew tal-Istat Membru noleġġatur għandu jibgħat id-Dikjarazzjoni ta’ Trażbord tad-WCPFC lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera u għandu japplika l-Artikolu 11(5).

KAPITOLU III

Protezzjoni tal-Ispeċijiet tal-Baħar

Artikolu 13

Raj manta

1.   Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd immirat jew kalar intenzjonali għar-raj manta (ġeneru Mobula).

2.   Għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħatt l-art jew l-offerta ta’ bejgħ ta’ xi parti minn karkassa jew tal-karkassa sħiħa ta’ raj manta.

3.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiżguraw li r-raj manta jinħelsu fil-pront, ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ebda ħsara, u għandhom jagħmlu dan b’mod li jirriżulta fl-inqas ħsara possibbli għall-ispeċi maqbuda, filwaqt li jqisu s-sikurezza tal-ekwipaġġ.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, fil-każ ta’ raj manta li jinqabdu u li jinħattu b’mod mhux intenzjonat bħala parti minn operazzjoni ta’ bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża, il-bastiment għandu, fil-punt tal-ħatt l-art jew tat-trażbord, iċedi r-raj manta kollha lill-awtoritajiet responsabbli jew, fejn possibbli, jiskartahom. Ir-raj manta ċeduti b’dak il-mod ma għandhomx jinbiegħu jew jitpartu iżda jistgħu jingħataw bħala donazzjoni għall-finijiet ta’ konsum domestiku mill-bniedem.

5.   Il-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-informazzjoni rrapportata għandha tinkludi l-istat tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin).

Artikolu 14

Miżura ġenerali għall-protezzjoni tal-klieb il-baħar

Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni bil-konz li jistadu direttament għat-tonn u għall-kastardella ma għandhomx jużaw brazzoli taċ-ċomb li jkunu mwaħħlin direttament mal-knuz pelaġiċi jew mill-imtielaq, magħrufa bħala kalamenti tal-klieb il-baħar kif muri fl-Anness VI.

Artikolu 15

Klieb il-Baħar tal-Qarnuna Bajda Oċeaniċi

1.   Iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin fuq bastiment tas-sajd, il-ħatt l-art jew l-offerta ta’ bejgħ ta’ xi parti minn karkassa jew tal-karkassa sħiħa ta’ kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) għandhom ikunu pprojbiti.

2.   Kwalunkwe kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku li jinqabad għandu jinħeles malajr kemm jista’ jkun wara li l-kelb il-baħar jinġieb qrib il-bastiment qabel ma jinħall, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-ispeċi, b’mod li jirriżulta fl-inqas ħsara possibbli għall-kelb il-baħar.

3.   L-osservaturi tal-ROP għandhom jitħallew jiġbru kampjuni bijoloġiċi minn klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi li jkunu mejtin meta jittellgħu lura, sakemm il-kampjunar ikun parti minn proġett ta’ riċerka approvat mill-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC.

4.   Il-qabdiet inċidentali ta’ klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-informazzjoni rrapportata għandha tinkludi l-istat tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin).

Artikolu 16

Klieb il-baħar baliena

1.   Għandu jkun ipprojbit li jsir kalar permezz ta’ tartarun tal-borża fuq ġliba tonn assoċjata ma’ kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus), jekk il-kelb il-baħar baliena jintlemaħ qabel jibda l-kalar.

2.   F’każ li kelb il-baħar baliena jiġi mdawwar bi żball mit-tartarun tal-borża, il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu:

(a)

jiżgura li jittieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiġi żgurat il-ħelsien sigur tiegħu; u

(b)

jirrapporta l-inċident lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera, u jinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta’ individwi, id-dettalji ta’ kif u għaliex seħħ it-tidwir, fejn seħħ, il-passi li ttieħdu biex jiġi żgurat il-ħelsien sikur, u valutazzjoni tal-istat tal-ħajja tal-kelb il-baħar baliena mar-rilaxx (inkluż jekk l-annimal inħelisx ħaj iżda mietx sussegwentement).

3.   Il-qabdiet inċidentali ta’ klieb il-baħar baliena għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-informazzjoni rrapportata għandha tinkludi l-istat tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin).

Artikolu 17

Tawri seta

1.   Iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin fuq bastiment tas-sajd jew il-ħatt l-art ta’ xi parti minn karkassa jew tal-karkassa sħiħa ta’ tawru seta (Carcharhinus falciformis) huma pprojbiti.

2.   Tawri seta li jinqabdu għandhom jinħelsu malajr kemm jista’ jkun wara li l-kelb il-baħar jinġieb qrib il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni qabel ma jinħall, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-ispeċi, b’mod li jirriżulta fl-inqas ħsara possibbli għall-kelb il-baħar.

3.   Il-qabdiet inċidentali ta’ tawri seta għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-informazzjoni rrapportata għandha tinkludi l-istat tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin).

4.   L-Istati Membri għandhom jistmaw, permezz ta’ data miġbura minn programmi ta’ osservazzjoni u permezz ta’ mezzi oħra bħal ġurnali ta’ abbord tas-sajd jew monitoraġġ elettroniku, l-għadd ta’ rilaxxi ta’ tawri seta maqbuda, inkluż l-istatus tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin), u jirrapportaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 38(3), punt (d).

5.   L-Osservaturi tal-ROP għandhom jitħallew jiġbru kampjuni bijoloġiċi minn tawri seta maqbuda li jkunu mejtin meta jittellgħu lura, sakemm il-kampjunar ikun parti minn proġett ta’ riċerka approvat mill-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC.

Artikolu 18

Ċetaċji

1.   Għandu jkun ipprojbit li jsir kalar permezz ta’ tartarun tal-borża fuq ġliba tonn assoċjata ma’ ċetaċju (infraordni Cetacea), jekk l-annimal jintlemaħ qabel jibda l-kalar.

2.   F’każ li ċetaċju jiġi mdawwar bi żball minn tartarun tal-borża, il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jiżgura li jittieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiġi żgurat ir-rilaxx sikur tiegħu. Dan għandu jinkludi t-twaqqif tat-tkebbib tax-xibka u t-twaqqif tal-operazzjonijiet tas-sajd sakemm l-annimal ikun ġie rilaxxat u ma jkunx għadu f’riskju li jerġa’ jinqabad.

3.   Il-qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-informazzjoni rrapportata għandha tinkludi l-istat tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin).

Artikolu 19

Miżuri ta’ mitigazzjoni għat-tjur tal-baħar

1.   Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni bil-konz li jistadu fi- 30°S (30° Nofsinhar) għandhom jużaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

mill-inqas tnejn mill-miżuri ta’ mitigazzjoni li ġejjin: brazzoli mmażrati, kalar billejl jew letti bl-infafar (letti li jgerrxu lill-għasafar); jew

(b)

kuperċi tas-sunnara.

2.   Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni bil-konz li jistadu bejn il-paralleli ta’ 25°S (25° Nofsinhar) u ta’ 30°S (30° Nofsinhar), għandhom jużaw waħda mill-miżuri ta’ mitigazzjoni li ġejjin: brazzoli mmażrati, letti bl-infafar jew kuperċi tas-sunnara.

3.   Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni bil-konz b’tul totali ta’ aktar minn 24 metru li jistadu fit-Tramuntana ta’ 23°N (23° Tramuntana) għandhom jużaw mill-inqas tnejn mill-miżuri ta’ mitigazzjoni tat-Tabella 1 tal-Anness I, inkluż mill-inqas waħda mill-Kolonna A ta’ dik it-tabella.

4.   Il-letti bl-infafar jistgħu jintużaw biss f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness I.

5.   Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-informazzjoni rrapportata għandha tinkludi l-istat tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin).

Artikolu 20

Fkieren tal-baħar

1.   Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom itellgħu abbord kwalunkwe fekruna tal-baħar bil-qoxra iebsa (familja Cheloniidae) li tinqabad li tkun mitlufa minn sensiha jew li ma tkunx qed tiċċaqlaq, malajr kemm jista’ jkun wara li tinqabad, u għandhom jgħinuha tirkupra, inkluż permezz ta’ risuxxitazzjoni, qabel jerġgħu jniżżluha fl-ilma. Kaptani u operaturi ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-ekwipaġġ ikun konxju u juża tekniki xierqa ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni.

2.   Bastimenti tal-Unjoni bit-tartarun tal-borża għandhom:

(a)

jevitaw li jdawru l-fkieren tal-baħar fi xbieki tad-tidwir u, jekk fekruna tal-baħar tinqabad jew titħabbel bi żball, jieħdu miżuri prattikabbli biex jirrilaxxaw il-fekruna b’mod sikur;

(b)

jirrilaxxaw il-fkieren tal-baħar kollha li jindunaw li jkunu tħabblu f’FADs jew f’irkaptu tas-sajd;

(c)

f’każ li fekruna tal-baħar titħabbel fix-xibka, jiżguraw li t-tkebbib tax-xibka jitwaqqaf malli l-fekruna toħroġ mill-ilma; iħollu l-fekruna mingħajr ma jweġġgħuha qabel ma jerġgħu jibdew it-tkebbib tax-xibka u, sa fejn ikun prattikabbli, jgħinu lill-fekruna tirkupra qabel ma jerġgħu jniżżluha lura fl-ilma;

(d)

meta jkun xieraq, iġorru u jużaw koppijiet biex jimmaniġġjaw il-fkieren.

3.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu bil-kalar fil-baxx għandhom jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi li ġejjin biex inaqqsu mill-qbid tal-fkieren tal-baħar:

(a)

l-użu biss ta’ snanar kbar tondi, li huma snanar li ġeneralment ikollhom forma tonda jew ovali u li oriġinarjament huma ddisinjati u mmanifatturati biex il-ponta tħares lura b’mod perpendikolari lejn il-qasba. L-ispostament ta’ dawn is-snanar ma għandux jaqbeż l-10 gradi;

(b)

l-użu biss ta’ ħut bil-pinen bħala lixka;

(c)

l-użu ta’ kwalunkwe miżura, pjan ta’ mitigazzjoni jew attività oħra li tkun ġiet riveduta mill-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC u mill-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità tad-WCPFC u approvata mid-WCPFC bħala li tkun kapaċi tnaqqas ir-rata ta’ interazzjoni (għadd osservat għal kull sunnara mistada) ta’ fkieren f’sajd bil-kalar fil-baxx.

4.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għas-sajd bil-kalament għall-kalar fil-baxx li fih ir-rati ta’ interazzjoni medji tal-fkieren tal-baħar osservati jkunu iktar baxxi minn 0,019 fkieren tal-baħar (l-ispeċijiet kollha flimkien) għal kull 1 000 sunnara fuq it-tliet snin konsekuttivi preċedenti u l-livell ta’ kopertura ta’ osservatur jkun ta’ mill-inqas 10 % waqt kull waħda minn dawn it-tliet snin.

Artikolu 21

Tniġġis tal-baħar

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu kwalunkwe plastik, żejt, prodotti tal-fjuwil jew residwi żejtnija, skart, skart tal-ikel, skart domestiku, irmied tal-inċineraturi u drenaġġ fil-baħar. Dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għal irkaptu tas-sajd jew apparat ta’ appoġġ għas-sajd, bħal FADs, rilaxxati fl-ilma għas-sajd.

Kapitolu IV

Rekwiżiti marbutin mal-Bastimenti u man-Noleġġ

Artikolu 22

Reġistru

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu elenkati fir-Reġistru f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunx elenkat fir-Reġistru għandu jitqies bħala mhux awtorizzat biex jistad, biex iżomm abbord, jittrażborda, jittrasporta jew iħott l-art stokkijiet ta’ ħut migratorji ħafna fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni fattwali li turi li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li bastiment li mhuwiex elenkat fir-Reġistru jkun qed jistad jew kien involut f’sajd jew fit-trażbord ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

Artikolu 23

Preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-bastimenti

1.   Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jippreżenta b’mod elettroniku lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni fuq ir-Reġistru:

(a)

isem il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni, il-WIN, l-ismijiet preċedenti (jekk ikunu magħrufa), u l-port tar-reġistrazzjoni;

(b)

l-isem u l-indirizz tas-sid jew tas-sidien;

(c)

l-isem u n-nazzjonalità tal-kaptan;

(d)

il-bandiera preċedenti (jekk ikun hemm);

(e)

is-sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju;

(f)

it-tipi u n-numri tal-komunikazzjoni tal-bastiment (in-numri Inmarsat A, B u C u n-numru tat-telefon bis-satellita);

(g)

ritratt bil-kulur tal-bastiment;

(h)

fejn u meta nbena l-bastiment;

(i)

it-tip ta’ bastiment;

(j)

l-għadd tipiku ta’ membri tal-ekwipaġġ;

(k)

it-tip ta’ metodu jew metodi ta’ sajd;

(l)

it-tul (speċifika t-tip u l-metrika);

(m)

il-fond iffurmat (speċifika l-metrika);

(n)

il-wisa’ (speċifika l-metrika);

(o)

it-tunnellaġġ gross reġistrat (GRT) jew it-tunnellaġġ gross (GT);

(p)

il-qawwa tal-magna jew tal-magni prinċipali (speċifika l-metrika);

(q)

il-kapaċità ta’ ġarr, inkluż it-tip, il-kapaċità u l-ammont ta’ friża, il-kapaċità tal-istiva tal-ħut u l-kapaċità tal-kompartimenti tal-friża (speċifika l-metrika);

(r)

il-forma u n-numru tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Istat Membru tal-bandiera inkluż kwalunkwe żona, speċi u perjodu ta’ żmien speċifiċi li għalihom hija valida; u

(s)

in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali jew in-numru tar-Reġistru ta’ Lloyd’s.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u bi kwalunkwe bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jrid jiżdied jew jitneħħa mir-Rekord fi żmien 12-il jum minn tali bidla li tkun saret u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sebat ijiem mill-bidu tal-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-bastiment ikkonċernat.

3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba minnha fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni elenkati fir-Reġistru mhux aktar tard minn sebat ijiem wara tali talba.

4.   Qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni lista tal-bastimenti kollha li xi darba jew oħra kienu elenkati fir-Reġistru matul is-sena kalendarja preċedenti, flimkien mal-WIN ta’ kull bastiment u indikazzjoni ta’ jekk kull bastiment ikunx stad għal stokkijiet ta’ ħut migratorji ħafna fiż-Żona tal-Konvenzjoni lil hinn miż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tiegħu. L-indikazzjoni għandha tiġi espressa kif ġej, skont il-każ: il-bastiment (a) stad, jew (b) ma stadx.

5.   L-Istati Membri li joperaw bastimenti mikrijin, noleġġati jew li jkollhom arranġamenti simili li jwasslu sabiex l-obbligi ta’ rapportar tad-data jingħataw lil parti oħra minbarra l-Istat tal-bandiera għandhom jagħmlu arranġamenti biex jiżguraw li l-Istat tal-bandiera jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 4.

6.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw data kompluta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd lill-Kummissjoni li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-istruttura u tal-format tad-Dokument Mehmuż 1 tas-CMM 2014-03, u jissottomettu ritratti tal-bastimenti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument Mehmuż 2 tas-CMM 2014-03.

7.   Il-preżentazzjoni tad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta’ bastimenti lill-Kummissjoni għandha tkun f’forma elettronika li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet elettroniċi tal-ifformattjar tad-Dokument Mehmuż 3 tas-CMM 2014-03.

Artikolu 24

Bunkering

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jipprovdu bunkering, jingħataw bunkering jew inkella jingħataw appoġġ biss minn dawn li ġejjin:

(a)

bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ partijiet kontraenti;

(b)

bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ partijiet mhux kontraenti jekk dawn il-bastimenti jkunu elenkati fir-Reġistru; jew

(c)

bastimenti tas-sajd operati minn partijiet mhux kontraenti taħt arranġamenti ta’ noleġġ, kiri jew arranġamenti simili u jikkonformaw mas-CMMs.

Artikolu 25

Immarkar u identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandhom jiġu mmarkati biex jiġu identifikati bis-Sinjal tas-Sejħa bir-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (IRCS).

2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom josservaw l-immarkar u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra l-previsti fl-Anness II.

Artikolu 26

Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS)

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandhom jużaw żewġ sistemi ta’ monitoraġġ:

(a)

VMS stabbilita skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u kwalunkwe att adottat skont dan; u

(b)

il-VMS li tirċievi d-data direttament minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fl-ibħra internazzjonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni, li jew tkun amministrata mid-WCPFC jew li tirrapporta lill-Aġenzija tal-Forum tas-Sajd tal-Gżejjer Paċifiċi, u li għall-finijiet tagħha l-Istati Membri għandhom:

(i)

jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tagħhom fl-ibħra internazzjonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni huma konformi mar-rekwiżiti tal-VMS stabbiliti mid-WCPFC u jkunu mgħammra b’ALCs li għandhom jikkomunikaw tali data kif determinat mid-WCPFC;

(ii)

jiżguraw li t-tagħmir tal-VMS fuq il-bastimenti tas-sajd tagħhom huwa konformi mal-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni previsti fl-Anness III;

(iii)

jikkooperaw biex jiżguraw il-kompatibbiltà bejn il-VMSs tal-ibħra nazzjonali u dawk internazzjonali;

(iv)

jiżguraw li l-ALC installat abbord il-bastimenti tas-sajd tagħhom ikun konformi mal-istandards minimi stabbiliti fl-Anness III;

(v)

jiżguraw li r-rata ta’ rapportar tal-pożizzjoni prestabbilita hija ta’ 4 sigħat meta tkun fiż-Żona tal-Konvenzjoni (sitt rapporti dwar il-pożizzjoni kuljum);

(vi)

jiżguraw li bastimenti li joħorġu miż-Żona tal-Konvenzjoni jirrapportaw il-pożizzjoni tagħhom darba kuljum.

Artikolu 27

Skema ta’ notifika ta’ noleġġ

1.   Fi żmien 20 jum jew, fi kwalunkwe każ, fi żmien 96 siegħa qabel il-bidu ta’ attivitajiet tas-sajd taħt arranġament ta’ noleġġ, l-Istat Membru noleġġatur għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bastiment li għandu jiġi identifikat bħala noleġġat billi jippreżenta b’mod elettroniku l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull bastiment noleġġat:

(a)

isem il-bastiment tas-sajd;

(b)

il-WIN;

(c)

l-isem u l-indirizz tas-sid jew sidien;

(d)

l-isem u l-indirizz tan-noleġġatur;

(e)

it-tul tal-arranġament ta’ noleġġ; u

(f)

l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd.

2.   Malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lis-Segretarjat tad-WCPFC b’dan.

3.   Kull Stat Membru noleġġatur għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat tal-bandiera, fi żmien 20 jum jew, fi kwalunkwe każ, fi żmien 96 siegħa qabel il-bidu tal-attivitajiet ta’ sajd taħt arranġament ta’ noleġġ dwar:

(a)

kwalunkwe bastiment noleġġat addizzjonali, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ kull bastiment noleġġat; u

(c)

it-terminazzjoni tan-noleġġ ta’ kwalunkwe bastiment preċedentement notifikat skont il-paragrafu 1.

4.   Il-bastimenti elenkati fir-Reġistru biss għandhom ikunu eliġibbli għan-noleġġ.

5.   Bastimenti fuq il-Lista ta’ Bastimenti IUU (sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat) tad-WCPFC, jew fuq il-Lista IUU ta’ Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd oħra ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jiġu noleġġati.

6.   Il-qabdiet u l-isforz tas-sajd tal-bastimenti notifikati bħala noleġġati għandhom jiġu attribwiti lill-Istati Membri jew il-partijiet kontraenti noleġġaturi. L-Istat Membru noleġġatur għandu jibgħat rapport annwali lill-Kummissjoni dwar il-qbid u l-isforz tas-sajd tal-bastimenti noleġġati matul is-sena preċedenti.

7.   Il-paragrafu 6 ma għandux japplika għas-sajd tat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża, li għalih il-qbid u l-isforz tas-sajd għandhom jiġu attribwiti lil-Istat tal-bandiera.

KAPITOLU V

Programm ta’ osservaturi reġjonali

Artikolu 28

ROP

1.   L-objettiv tal-ROP hu li jiġbor data verifikata dwar il-qabdiet, data xjentifika oħra u informazzjoni addizzjonali relatata mas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni u jimmonitorja l-implimentazzjoni tas-CMMs.

2.   L-ROP għandu japplika għall-bastimenti li jistadu:

(a)

esklużivament fl-ibħra internazzjonali;

(b)

fl-ibħra internazzjonali u fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat kostali wieħed jew aktar; u

(c)

fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ żewġ Stati kostali jew aktar.

3.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jilħqu l-livell ta’ kopertura ta’ osservazzjoni kif stabbilit mid-WCPFC.

4.   L-Istati Membri għandhom jiksbu kopertura annwali ta’ osservazzjoni ta’ 100 % minn osservaturi tal-ROP għas-sajd bit-tartarun tal-borża fiż-żona delimitata minn 20°N u 20°S (20° Tramuntana u 20° Nofsinhar), u mill-inqas kopertura annwali ta’ 5 % minn osservaturi tal-ROP għal sajd ieħor.

5.   Id-dmirijiet tal-osservaturi li joperaw taħt l-ROP għandhom jinkludu l-ġbir ta’ data dwar il-qabdiet u data xjentifika oħra, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CMMs u l-ġbir ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relatata mas-sajd li tista’ tiġi deċiża mid-WCPFC.

6.   L-osservaturi tal-ROP għandhom jibqgħu josservaw b’attenzjoni u jiġbru informazzjoni dwar prattiki li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent, skont is-CMM applikabbli.

7.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandhom jaċċettaw abbord osservatur tal-ROP.

8.   L-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura mill-osservaturi għall-fini ta’ investigazzjonijiet dwar każijiet potenzjali ta’ nonkonformità, u għandhom jikkooperaw fl-iskambju ta’ tali informazzjoni inkluż billi, b’mod proattiv, jitolbu kopji ta’ rapporti tal-osservaturi u billi jwieġbu u jiffaċilitaw it-twettiq ta’ talbiet bħal dawn, f’konformità mal-istandards adottati mid-WCPFC.

9.   Id-drittijiet tal-osservaturi għandhom jinkludu:

(a)

aċċess u użu sħiħ għall-faċilitajiet u għat-tagħmir kollu tal-bastiment li l-osservatur jista’ jiddetermina li huma meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, inkluż aċċess sħiħ għall-pont, għall-ħut abbord, u għaż-żoni li jistgħu jintużaw għaż-żamma, għall-ipproċessar, għall-użin jew għall-ħżin tal-ħut;

(b)

aċċess sħiħ għar-rekords tal-bastiment inkluż għar-reġistri u għad-dokumentazzjoni tiegħu bil-għan li r-reġistri jiġu spezzjonati u kkupjati, aċċess raġonevoli għat-tagħmir tan-navigazzjoni, għaċ-ċarts u għar-radji u għal informazzjoni oħra relatata mas-sajd;

(c)

fuq talba, aċċess għal u użu tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni u għall-ekwipaġġ għad-dħul, għat-trażmissjoni u għar-riċeviment ta’ data jew ta’ informazzjoni relatata max-xogħol;

(d)

aċċess għal kwalunkwe tagħmir addizzjonali preżenti abbord sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-osservatur waqt li jkun abbord il-bastiment, bħal binokulari b’potenza qawwija, mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, eċċ.;

(e)

aċċess għall-gverta waqt li x-xbieki jew il-lettijiet ikunu qed jinġibdu lura u għall-kampjuni (ħajjin jew mejtin) sabiex jiġbru u jneħħu kampjuni;

(f)

avviż ta’ mill-inqas kwarta qabel tibda l-proċedura ta’ tniżżil jew kalar tax-xbieki, sakemm l-osservatur speċifikament jitlob biex ma jiġix notifikat;

(g)

aċċess għall-ikel, għall-akkomodazzjoni, għall-faċilitajiet mediċi u għall-faċilitajiet sanitarji ta’ standard raġonevoli ekwivalenti għal dawk normalment disponibbli għal uffiċjal abbord il-bastiment;

(h)

il-provvista ta’ spazju adegwat fuq il-pont jew f’żona oħra ddeżinjata għal xogħol klerikali u spazju adegwat fuq il-gverta għal dmirijiet ta’ osservazzjoni;

(i)

il-libertà li jwettqu d-dmirijiet tagħhom mingħajr ma jiġu attakkati, ostakolati, reżistiti, imdewma, intimidati jew imfixkla waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

10.   L-obbligi tal-osservaturi huma dawn li ġejjin:

(a)

ikunu kapaċi jwettqu d-dmirijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament u mis-CMMs applikabbli;

(b)

jaċċettaw u josservaw ir-regoli u l-proċeduri ta’ kunfidenzjalità miftiehma fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ sajd tal-bastimenti u tas-sidien tal-bastimenti;

(c)

iżommu l-indipendenza u l-imparzjalità f’kull ħin waqt il-qadi ta’ dmirijiethom fl-ambitu tal-ROP;

(d)

josservaw il-protokolli tal-ROP għall-osservaturi tal-ROP abbord bastiment;

(e)

josservaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-parti kontraenti u l-parti mhux kontraenti li tikkoopera, kif definit mill-Konvenzjoni, li jeżerċitaw ġuriżdizzjoni fuq il-bastiment;

(f)

jirrispettaw il-ġerarkija u r-regoli ġenerali ta’ mġiba li japplikaw għall-ekwipaġġ kollu tal-bastiment;

(g)

iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod li ma jfixkilx bla bżonn l-operazzjonijiet legali tal-bastiment, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-rekwiżiti operazzjonali tal-bastiment, u jikkomunikaw regolarment mal-kaptan tal-bastiment għal dak il-għan;

(h)

ikunu familjari mal-proċeduri ta’ emerġenza abbord il-bastiment, inkluż il-post fejn jinsabu ċ-ċattri tas-salvataġġ, l-apparat tat-tifi tan-nar u l-kaxxi għall-ewwel għajnuna;

(i)

jikkomunikaw b’mod regolari mal-kaptan tal-bastiment dwar kwistjonijiet u dmirijiet rilevanti tal-osservaturi;

(j)

josservaw it-tradizzjonijiet etniċi tal-ekwipaġġ u d-drawwiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment;

(k)

jaderixxu mal-kodiċi ta’ kondotta applikabbli għall-osservaturi;

(l)

jiktbu rapporti minnufih u jibagħtuhom lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċeduri adottati mid-WCPFC;

(m)

ma jfixklux bla bżonn l-operazzjonijiet legali tal-bastiment fit-twettiq ta’ dmirijiethom b’kunsiderazzjoni xierqa tar-rekwiżiti operazzjonali tal-bastiment u, sakemm ikun prattikabbli, jimminimizzaw tfixkil fl-operat tal-bastimenti li jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

Artikolu 29

Drittijiet u obbligi tal-operaturi tal-bastimenti, il-kaptani u l-ekwipaġġi

1.   Id-drittijiet tal-operaturi u tal-kaptani tal-bastimenti għandhom jinkludu:

(a)

perjodu raġonevoli ta’ notifika minn qabel tat-tqegħid ta’ osservatur tal-ROP;

(b)

il-konformità ta’ dak l-osservatur mar-regoli ġenerali ta’ mġiba, ġerarkija, liġijiet u regolamenti applikabbli; u

(c)

l-opportunità li jiġi rieżaminat ir-rapport tal-osservatur tal-ROP u jsiru kummenti dwaru, u d-dritt li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali meqjusa rilevanti jew dikjarazzjoni personali.

2.   L-operaturi tal-bastimenti tas-sajd, inklużi l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd, għandhom jikkonformaw mal-obbligi li ġejjin:

(a)

jaċċettaw abbord il-bastiment kwalunkwe persuna identifikata bħala osservatur tal-ROP meta meħtieġ mid-WCPFC;

(b)

jgħarrfu lill-ekwipaġġ dwar il-ħin tal-imbark tal-osservatur tal-ROP kif ukoll dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu meta osservatur tal-ROP jitla’ abbord il-bastiment;

(c)

jassistu lill-osservatur tal-ROP biex jimbarka u jiżbarka minn fuq il-bastiment b’mod sikur f’post u f’ħin miftiehma;

(d)

jagħtu lill-osservatur tal-ROP avviż ta’ mill-inqas kwarta qabel jibda t-tniżżil jew il-kalar tax-xbieki abbord, sakemm l-osservatur speċifikament jitlob li ma jiġix notifikat;

(e)

jippermettu u jassistu lill-osservatur tal-ROP biex iwettaq id-dmirijiet kollha b’mod sikur;

(f)

jagħtu lill-osservatur tal-ROP aċċess sħiħ għar-rekords tal-bastiment inkluż għar-reġistri u għad-dokumentazzjoni tal-bastiment biex ikun jista’ jispezzjona u jikkopja r-rekords;

(g)

jagħtu lill-osservatur tal-ROP aċċess raġonevoli għat-tagħmir tan-navigazzjoni, għaċ-ċarts u għar-radji, u informazzjoni oħra relatata mas-sajd;

(h)

jippermettu aċċess għal kwalunkwe tagħmir addizzjonali preżenti sabiex jiffaċilitaw ix-xogħol tal-osservatur tal-ROP waqt li jkun abbord il-bastiment, bħal binokulari b’potenza qawwija, mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, eċċ.;

(i)

jippermettu u jassistu lill-osservatur tal-ROP sabiex ikun jista’ jneħħi u jaħżen kampjuni tal-qabda;

(j)

jipprovdu ikel, akkomodazzjoni u faċilitajiet sanitarji adegwati lill-osservatur tal-ROP waqt li jkun abbord il-bastiment, mingħajr ma jitolbu ebda ħlas mingħand l-osservatur jew mingħand il-fornitur tal-osservatur tal-ROP jew lil xi gvern li jipprovdi l-osservaturi, kif ukoll jipprovdu faċilitajiet mediċi ta’ standard raġonevoli ekwivalenti għal dawk normalment disponibbli għal uffiċjal abbord il-bastiment;

(k)

jipprovdu kopertura tal-assigurazzjoni lill-osservatur tal-ROP waqt li jkun abbord il-bastiment, għat-tul kollu tal-perjodu li l-osservatur jibqa’ abbord;

(l)

jippermettu u jassistu lill-osservatur tal-ROP biex ikollu aċċess u użu sħiħ għall-faċilitajiet u għat-tagħmir kollu tal-bastiment li l-osservatur jista’ jiddetermina li huma meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, inkluż aċċess sħiħ għall-pont, għall-ħut abbord, u għaż-żoni li jistgħu jintużaw biex għaż-żamma, għall-ipproċessar, għall-użin jew għall-ħżin tal-ħut;

(m)

jiżguraw li l-osservatur tal-ROP ma jiġix attakkat, ostakolat, reżistit, imdewwem, intimidat, imfixkel, influwenzat, imxaħħam jew jiġi soġġett għal tentattiv ta’ tixħim fil-qadi ta’ dmirijietu;

(n)

jiżguraw li l-osservatur tal-ROP ma jiġix sfurzat jew persważ biex jonqos mir-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha.

3.   Id-drittijiet tal-ekwipaġġ tal-bastimenti tas-sajd jinkludu:

(a)

il-konformità tal-osservatur tal-ROP mar-regoli ġenerali ta’ mġiba, ġerarkija, liġijiet u regolamenti applikabbli;

(b)

perjodu raġonevoli ta’ notifika minn qabel tat-tqegħid ta’ osservatur tal-ROP mogħti mill-kaptan tal-bastiment; u

(c)

privatezza fiż-żoni personali tal-ekwipaġġ.

4.   Il-membri tal-ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd għandhom jirrispettaw l-obbligi li ġejjin:

(a)

iżommu lura milli jfixklu jew idewmu lill-osservatur fil-qadi ta’ dmirijietu u milli jġiegħlu jew jikkonvinċu lill-osservatur tal-ROP biex jonqos mir-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha;

(b)

jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, ma’ regolamenti u proċeduri stabbiliti skont il-Konvenzjoni, u linji gwida, regolamenti jew kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq il-bastiment;

(c)

jippermettu, u jassistu fil-forniment ta’, aċċess u użu bis-sħiħ tal-faċilitajiet u t-tagħmir kollu tal-bastiment li l-osservatur jista’ jiddetermina li huma meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, inkluż aċċess sħiħ għall-pont, għall-ħut abbord, u għaż-żoni li jistgħu jintużaw għaż-żamma, għall-ipproċessar, għall-użin jew għall-ħżin tal-ħut;

(d)

jippermettu u jassistu lill-osservatur tal-ROP biex iwettaq id-dmirijiet kollha b’mod sikur;

(e)

jippermettu u jassistu lill-osservatur tal-ROP sabiex ikun jista’ jneħħi u jaħżen kampjuni tal-qabda;

(f)

jikkonformaw mad-direzzjonijiet mogħtija mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd fir-rigward tad-dmirijiet tal-osservaturi tal-ROP.

Artikolu 30

Sikurezza tal-osservaturi

1.   F’każ li osservatur tal-ROP jisfa nieqes jew jiġi preżunt li waqa’ l-baħar, il-kaptan tal-bastiment għandu:

(a)

iwaqqaf minnufih l-operazzjonijiet kollha ta’ sajd;

(b)

jibda minnufih proċeduri ta’ tiftix u salvataġġ u jkompli t-tfittxija għal mill-inqas 72 siegħa, sakemm il-force majeure tobbliga lill-Istati Membri tal-bandiera jippermettu lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom iwaqqfu l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ qabel ma jkunu għaddew it-72 siegħa jew sakemm ma jingħatax struzzjonijiet mill-Istat Membru tal-bandiera biex ikompli jfittex lil hinn mil-limitu ta’ żmien ta’ 72 siegħa;

(c)

jinnotifika minnufih lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu;

(d)

javża minnufih lil bastimenti oħra fil-qrib billi juża kull mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli;

(e)

jikkooperaw b’mod sħiħ fi kwalunkwe operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ;

(f)

kemm jekk it-tiftix jirnexxi kif ukoll jekk le, jirritorna l-bastiment għal aktar investigazzjonijiet fl-eqreb port, kif miftiehem bejn l-Istat Membru tal-bandiera u l-fornitur tal-osservatur;

(g)

jipprovdi rapport dwar l-inċident lill-fornitur tal-osservatur u lill-awtoritajiet xierqa dwar l-inċident; u

(h)

jikkoopera b’mod sħiħ f’kull investigazzjoni uffiċjali, u jippreżerva kwalunkwe evidenza potenzjali u l-oġġetti personali u l-kwartieri tal-osservatur deċedut jew nieqes.

2.   Il-paragrafu 1, il-punti (a), (c) u (h) għandhom japplikaw ukoll fil-każ li osservatur tal-ROP imut. Barra minn hekk, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li l-ġisem jiġi ppreżervat tajjeb għall-finijiet ta’ awtopsja u investigazzjoni.

3.   F’każ li osservatur tal-ROP isofri minn marda serja jew korriment ta’ theddida għas-saħħa jew għas-sigurtà tiegħu, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu:

(a)

iwaqqaf minnufih l-operazzjonijiet tas-sajd;

(b)

jinnotifika minnufih lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu;

(c)

jieħu ħsieb l-osservatur u jipprovdi kwalunkwe trattament mediku disponibbli u possibbli abbord il-bastiment;

(d)

jassisti fl-iżbark u fit-trasport tal-osservatur lejn faċilità medika mgħammra biex tipprovdi l-kura meħtieġa, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mad-direzzjonijiet tal-Istat Membru tal-bandiera jew, f’nuqqas ta’ tali direzzjonijiet, mad-direzzjoni pprovduti mill-fornitur tal-osservatur tal-ROP; u

(e)

jikkoopera b’mod sħiħ f’kull investigazzjoni uffiċjali dwar il-kawża tal-marda jew tal-korriment.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi minn 1 sa 3, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li ċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tas-salvataġġ marittimu xieraq, il-fornitur tal-osservatur tal-ROP u s-Segretarjat tad-WCPFC jiġu nnotifikati minnufih.

5.   F’każ li jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li osservatur tal-ROP ikun ġie attakkat, intimidat, mhedded, jew iffastidjat b’tali mod li jipperikola s-saħħa jew is-sikurezza tiegħu jew tagħha u l-osservatur tal-ROP jew il-fornitur tal-osservatur tal-ROP jindika lill-Istat Membru tal-bandiera li jixtieq li l-osservatur jitneħħa mill-bastiment tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-kaptan ta’ dak il-bastiment tas-sajd:

(a)

jieħu azzjoni immedjata biex jippreżerva s-sikurezza tal-osservatur tal-ROP u jimmitiga u jsolvi s-sitwazzjoni abbord;

(b)

javża lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-fornitur tal-osservatur tal-ROP bis-sitwazzjoni, inklużi l-istatus u l-pożizzjoni tal-osservatur, malajr kemm jista’ jkun;

(c)

jgħin fl-iżbark sigur tal-osservatur b’mod u f’post kif miftiehem bejn l-Istat Membru tal-bandiera u mill-fornitur tal-osservatur tal-ROP, li jiffaċilita l-aċċess għal kwalunkwe kura medika meħtieġa; u

(d)

jikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjonijiet uffiċjali kollha dwar l-inċident.

6.   F’każ li jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li osservatur tal-ROP ikun ġie attakkat, intimidat, mhedded, jew ingħata fastidju iżda la l-osservatur u lanqas il-fornitur tal-osservatur ma jkun jixtieq li l-osservatur jitneħħa minn fuq il-bastiment tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-kaptan tal-bastiment tas-sajd:

(a)

jieħu azzjoni biex jippreżerva s-sikurezza tal-osservatur tal-ROP u jimmitiga u jsolvi s-sitwazzjoni abbord mill-aktar fis possibbli;

(b)

jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-fornitur tal-osservatur tal-ROP bis-sitwazzjoni mill-aktar fis possibbli; u

(c)

jikkoopera b’mod sħiħ fl-investigazzjonijiet uffiċjali kollha dwar l-inċident.

7.   Jekk, wara l-iżbark fil-port ta’ osservatur tal-ROP minn bastiment tas-sajd, fornitur ta’ osservatur tal-ROP jidentifika ksur possibbli li jinvolvi attakk jew fastidju lill-osservatur tal-ROP waqt li kien abbord il-bastiment tas-sajd, il-fornitur tal-osservatur tal-ROP għandu jinnotifika, bil-miktub, lill-Istat Membru tal-bandiera u lis-Segretarjat tad-WCPFC. Dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, bin-notifika riċevuta.

8.   Wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 7, l-Istat Membru tal-bandiera għandu:

(a)

jinvestiga l-avveniment abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-fornitur tal-osservatur tal-ROP u jieħu kwalunkwe azzjoni xierqa b’reazzjoni għar-riżultati tal-investigazzjoni;

(b)

jikkoopera bis-sħiħ fi kwalunkwe investigazzjoni mwettqa mill-fornitur tal-osservatur tal-ROP, inkluż billi jippreżenta r-rapport tal-inċident lill-fornitur tal-osservatur tal-ROP u lill-awtoritajiet xierqa; u

(c)

jinforma lill-fornitur tal-osservatur u lis-Segretarjat tad-WCPFC, b’kopja lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tiegħu u kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri nazzjonali tal-osservaturi tagħhom:

(a)

jinfurmaw immedjatament lill-Istat Membru f’każ li osservatur tal-ROP imut, jisfa nieqes jew ikun preżunt li waqa’ l-baħar waqt il-qadi ta’ dmirijietu ta’ osservatur;

(b)

jikkooperaw b’mod sħiħ fi kwalunkwe operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ;

(c)

jikkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjonijiet uffiċjali kollha dwar kwalunkwe inċident li jkun jinvolvi osservatur tal-ROP;

(d)

jassistu fl-iżbark u fis-sostituzzjoni ta’ osservatur tal-ROP f’sitwazzjoni li tinvolvi l-mard jew il-korriment serju ta’ dak l-osservatur malajr kemm jista’ jkun;

(e)

jassistu fl-iżbark ta’ osservatur tal-ROP fi kwalunkwe sitwazzjoni li tinvolvi t-theddid, jew l-attakk, l-intimidazzjoni jew il-fastidju lil dak l-osservatur f’każ li l-osservatur ikun jixtieq jitneħħa mill-bastiment mill-aktar fis possibbli; u

(f)

jipprovdu, fuq talba, lill-Istat Membru kopja tar-rapport tal-osservatur tal-ROP dwar l-allegat ksur li jinvolvi lill-osservatur tal-ROP ta’ dak il-fornitur.

10.   L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jiżguraw li l-bastimenti ta’ spezzjoni awtorizzati tagħhom jikkooperaw, fi kwalunkwe operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ li tinvolvi osservatur tal-ROP.

KAPITOLU VI

Imbark u Spezzjoni

Artikolu 31

L-obbligi tal-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni waqt spezzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu tal-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni matul l-ispezzjoni previst fi kwalunkwe att adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, matul l-imbark u t-twettiq ta’ spezzjoni l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu:

(a)

isegwi prinċipji aċċettati fuq livell internazzjonali ta’ tbaħħir tajjeb sabiex jiġu evitati riskji għas-sikurezza tal-bastimenti u tal-ispetturi ta’ spezzjoni awtorizzati;

(b)

jaċċetta u jiffaċilita l-imbark fil-pront u sikur minn spetturi awtorizzati;

(c)

jikkoopera ma’ u jassisti fl-ispezzjoni tal-bastiment skont il-proċeduri tal-imbark u tal-ispezzjoni tad-WCPFC;

(d)

jevita milli jostakola jew idewwem bla bżonn l-ispetturi awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom;

(e)

jippermetti lill-ispetturi awtorizzati jikkomunikaw mal-ekwipaġġ tal-bastiment ta’ spezzjoni, mal-awtoritajiet tal-bastiment ta’ spezzjoni, kif ukoll mal-awtoritajiet tal-bastiment tas-sajd li jkun qed jiġi spezzjonat;

(f)

jipprovdu lill-ispetturi awtorizzati faċilitajiet raġonevoli, ekwivalenti għal dawk normalment disponibbli għal uffiċjal abbord il-bastiment, inkluż, fejn xieraq, ikel u akkomodazzjoni; u

(g)

jiffaċilita l-iżbark sikur tal-ispetturi awtorizzati.

2.   Jekk il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni jirrifjuta li jippermetti lil spettur awtorizzat milli jwettaq attività ta’ imbark u ta’ spezzjoni f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, dak il-kaptan għandu jispjega r-raġuni għal tali rifjut. L-awtoritajiet tal-bastiment ta’ spezzjoni għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet tal- Istati Membri tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, kif ukoll lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, bir-rifjut tal-kaptan u bi kwalunkwe spjegazzjoni pprovduta. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lis-Segretarjat tad-WCPFC b’tali notifika.

3.   Meta jiġu mgħarrfa b’rifjut skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera ta’ bastiment tas-sajd għandhom jidderieġu lill-kaptan biex jaċċetta l-imbark u l-ispezzjoni sakemm regolamenti, proċeduri u prattiki internazzjonali ġeneralment aċċettati relatati mas-sikurezza fuq il-baħar jagħmluha neċessarja li l-imbark u l-ispezzjoni jiġu posposti.

4.   Jekk il-kaptan ma jimxix ma’ direzzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi l-awtorizzazzjoni ta’ sajd tal-bastiment u jordna lill-bastiment idur lura minnufih lejn il-port. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika minnufih lill-awtoritajiet tal-bastiment ta’ spezzjoni u lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, dwar l-azzjoni li jkun ħa.

Artikolu 32

Proċedura fil-każ ta’ ksur serju

1.   Malli jirċievi notifika ta’ ksur serju possibbli kif imsemmi fl-Artikolu 33 minn spettur awtorizzat ta’ parti kontraenti, l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat għandu mingħajr dewmien:

(a)

jassumi l-obbligu tiegħu li jinvestiga f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (13) u, jekk l-evidenza titlob, jieħu azzjoni ta’ infurzar kontra l-bastiment tas-sajd ikkonċernat u jgħarraf lill-awtoritajiet tal-ispettur awtorizzat, lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, u lis-Segretarjat tad-WCPFC tiegħu; jew

(b)

jawtorizza lill-awtoritajiet tal-ispettur awtorizzat biex ilestu l-investigazzjoni dwar il-ksur possibbli u jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, u lis-Segretarjat tad-WCPFC tiegħu.

2.   L-ispetturi awtorizzati tal-Unjoni għandhom jittrattaw ir-rapporti tal-ispezzjoni f’konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.   Fil-każ tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-ispettur awtorizzat għandhom jippreżentaw l-evidenza speċifika miġbura mill-ispetturi awtorizzati, flimkien mar-riżultati tal-investigazzjoni tagħhom, lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd immedjatament malli titlesta l-investigazzjoni. Malli jirċievi notifika skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jwieġeb mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol.

Artikolu 33

Ksur serju

1.   Kull wieħed mill-każijiet ta’ ksur li ġejjin jikkostitwixxi ksur serju fis-sens tal-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009:

(a)

is-sajd mingħajr liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera;

(b)

in-nuqqas ta’ żamma ta’ reġistri ta’ data suffiċjenti dwar il-qbid u relatata mal-qbid skont ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti f’dan ir-Regolament jew rappurtar ħażin sinifikanti ta’ data bħal din dwar il-qbid jew relatata mal-qbid;

(c)

sajd f’żona magħluqa;

(d)

sajd waqt staġun magħluq;

(e)

it-teħid jew iż-żamma intenzjonali ta’ speċijiet bi ksur ta’ kwalunkwe CMM applikabbli u ta’ dan ir-Regolament;

(f)

ksur sinifikanti tal-limiti ta’ qbid jew ta’ kwoti fl-opportunitajiet tas-sajd;

(g)

l-użu ta’ rkaptu pprojbit;

(h)

il-falsifikazzjoni jew il-ħabi intenzjonali tal-marki, tal-identità jew tar-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd;

(i)

il-ħabi, it-tbagħbis jew ir-rimi ta’ evidenza relatata ma’ investigazzjoni dwar ksur;

(j)

diversi avvenimenti ta’ ksur li meħuda flimkien jikkostitwixxu nuqqas ta’ osservanza serju tal-miżuri skont dan ir-Regolament;

(k)

l-ostakolar biex jiġi aċċettat imbark jew spezzjoni;

(l)

l-ostakolar jew id-dewmien bla bżonn ta’ spettur awtorizzat;

(m)

intimidazzjoni jew attakki fiżiċi fuq l-osservatur tal-ROP;

(n)

it-tbagħbis jew id-diżattivazzjoni intenzjonali tal-VMS;

(o)

sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni mhux elenkati fir-Reġistru;

(p)

sajd qrib baga tad-data jew it-teħid abbord ta’ baga tad-data bi ksur tal-Artikolu 9(1) jew (2).

2.   Fejn ġie stabbilit li bastiment tas-sajd tal-Unjoni ġie involut fil-kummissjoni ta’ ksur serju, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-liċenzja ta’ dak il-bastiment u jiżgura lima jsirx sajd minn dak il-bastiment f’dik iż-żona tal-Konvenzjoni sakemm is-sanzjonijiet imposti mill-Istat Membru tal-bandiera fir-rispett tal-ksur ikunu qed jiġu rrispettati.

Artikolu 34

Infurzar

1.   L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom iqisu tfixkil min-naħa tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom, jew mill-kaptan jew mill-ekwipaġġ ta’ tali bastimenti, ma’ spettur awtorizzat jew ma’ bastiment ta’ spezzjoni awtorizzat bl-istess mod bħal kwalunkwe tfixkil simili li jseħħ fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tagħhom.

2.   Waqt li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet biex jiġu implimentati l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-ispetturi awtorizzati tal-Unjoni għandhom iwettqu sorveljanza bil-għan li jidentifikaw bastimenti tas-sajd ta’ partijiet mhux kontraenti, jew bastimenti tas-sajd apparentement mingħajr nazzjonalità, li jkunu qed iwettqu attivitajiet ta’ sajd fl-ibħra internazzjonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni. Kwalunkwe bastiment bħal dan li jiġi identifikat għandu jiġi rrappurtat minnufih lill-Istat Membru tal-bandiera, lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, u lis-Segretarjat tad-WCPFC.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-bastimenti tas-sajd tal-partijiet mhux kontraenti msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, u lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat.

KAPITOLU VII

Miżuri tal-Istat tal-Port

Artikolu 35

Miżuri tal-Istat tal-Port

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jikkoopera mal-awtoritajiet tal-port ta’ kwalunkwe parti kontraenti fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Istat tal-port skont il-Konvenzjoni u dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Proċedura fil-każ ta’ suspett ta’ sajd IUU

Fejn, wara spezzjoni fil-port, Stat Membru jirċievi rapport ta’ spezzjoni li jindika li hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu kien involut f’sajd IUU jew f’attivitajiet relatati mas-sajd b’appoġġ għas-sajd IUU, huwa għandu jinvestiga l-kwistjoni minnufih u bis-sħiħ f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni.

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 37

Linji gwida

1.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri li jkollhom opportunitajiet ta’ sajd fis-sajd ġestit mid-WCPFC, bi kwalunkwe linja gwida adottata mid-WCPFC, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)

il-prattiki ta’ ġestjoni għar-raj manta;

(b)

l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni tal-klieb il-baħar baliena u klieb il-baħar oħra;

(c)

il-ġestjoni tal-fkieren tal-baħar; u

(d)

ir-rilaxx sikur taċ-ċetaċji.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 jiġu pprovduti lill-kaptani tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom impenjati f’dak is-sajd. Dawk il-kaptani għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex japplikaw dawn il-linji gwida.

Artikolu 38

Rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-20 ta’ April ta’ kull sena, data xjentifika f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ rapportar fir-rigward ta’ data xjentifika tad-WCPFC u sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar tad-WCPFC fl-ambitu tas-CMMs, inkluż kwalunkwe kontroll li jkunu imponew fuq il-flotot tagħhom u kwalunkwe miżura ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ konformità li jkunu waqqfu sabiex jiżguraw il-konformità ma’ tali kontrolli.

2.   Il-qbid u l-isforzi ta’ sajd mill-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiġu rrapportati f’konformità mas-CMMs applikabbli skont il-gruppi ta’ speċijiet li ġejjin: l-alonga, it-tonn obeż, il-palamit, it-tonna safra, il-pixxispad, kastardelli oħra, u l-klieb il-baħar. Għandhom jiġu pprovduti wkoll stimi tal-qbid skartat u rilaxxat għal kull waħda minn dawk l-ispeċijiet. Għandhom jiġu pprovduti wkoll stimi tal-qbid għal speċijiet oħra kif determinat mill-Kummissjoni.

3.   Ir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

il-livelli tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jkunu qabdu marlin irrigat (Kajikia audax) bħala qabda inċidentali kif ukoll l-għadd u l-livelli tal-qabdiet tal-bastimenti li jistadu għall-marlin irrigat fiż-żona tal-Konvenzjoni fi 15°S (15° Nofsinhar);

(b)

il-livelli ta’ qbid annwali meħuda minn kull wieħed mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jkun qabad l-alonga tal-Paċifiku tan-Nofsinhar (Thunnus alalunga), kif ukoll l-għadd ta’ bastimenti li jistadu b’mod attiv għall-alonga tal-Paċifiku tan-Nofsinhar fiż-Żona tal-Konvenzjoni fi 20°S (20° Nofsinhar);

(c)

il-progress tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar, inkluża informazzjoni miġbura dwar l-interazzjonijiet mal-fkieren tal-baħar fis-sajd ġestit skont il-Konvenzjoni;

(d)

stima, permezz ta’ data miġbura minn programmi ta’ osservazzjoni u mezzi oħra, tal-għadd ta’ rilaxxi ta’ tawri seta u klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi, inkluż l-istatus tal-ħajja mar-rilaxx (mejtin jew ħajjin);

(e)

l-għadd tad-dikjarazzjonijiet ta’ trażbord tad-WCPFC riċevuti skont l-Artikolu 11(3) u (4), li jkunu bagħtu lill-Kummissjoni;

(f)

kwalunkwe każ li fih il-klieb il-baħar balena jkunu ġew mdawra bix-xbieki tat-tartarun tal-borża tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, inkluż id-dettalji meħtieġa skont l-Artikolu 16(2), il-punt (b);

(g)

kwalunkwe każ li fih iċ-ċetaċji jkunu ġew mdawra bix-xbieki tat-tartarun tal-borża tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, skont l-Artikolu 18(2);

(h)

l-operazzjonijiet kollha ta’ trażbord koperti mill-Artikolu 11, f’konformità mal-linji gwida fl-Anness II tas-CMM 2009-06;

(i)

dikjarazzjoni annwali ta’ miżuri ta’ konformità skont l-Artikolu 25(8) tal-Konvenzjoni dwar l-azzjoni li jkunu ħadu b’reazzjoni għal kwalunkwe allegat ksur ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-imbark u l-ispezzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li rriżultaw fl-osservazzjoni ta’ allegat ksur, inkluż kwalunkwe proċediment mibdi u s-sanzjonijiet applikati.

4.   L-Istati Membri, bħala parti mir-rapport annwali tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jirrappurtaw ukoll lill-Kummissjoni l-għadd totali ta’ bastimenti li jkunu stadu għall-pixxispad u l-qabda totali ta’ pixxispad (Xiphias gladius) għal:

(a)

bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fin-Nofsinhar ta’ 20°S (20° Nofsinhar), minbarra bastimenti li joperaw taħt noleġġ, kiri jew mekkaniżmu simili ieħor bħala parti mis-sajd domestiku ta’ parti kontraenti oħra;

(b)

bastimenti li joperaw taħt noleġġ, kiri jew mekkaniżmu simili ieħor bħala parti mis-sajd domestiku tagħhom fin-Nofsinhar ta’ 20°S (20° Nofsinhar); u

(c)

kwalunkwe bastiment ieħor li jistad fl-ilmijiet tagħhom fin-Nofsinhar ta’ 20°S (20° Nofsinhar).

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, malajr kemm jista’ jkun kwalunkwe ilmiħ ta’ bastimenti tas-sajd li jidhru li huma mingħajr nazzjonalità, li jistgħu jkunu qed jistadu fl-ibħra internazzjonali taż-Żona tal-Konvenzjoni għall-ispeċijiet koperti mill-Konvenzjoni.

Artikolu 39

Allegat nuqqas ta’ konformità rrapportat mid-WCPFC

1.   Jekk il-Kummissjoni tirċievi xi informazzjoni mingħand id-WCPFC li tindika suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Konvenzjoni jew ma’ CMM minn Stat Membru jew minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien.

2.   L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, bis-sejbiet ta’ kwalunkwe investigazzjoni li ssir b’rabta mal-allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew kwalunkwe azzjoni li tittieħed biex jiġi indirizzat tħassib dwar il-konformità fi żmien xahar minn mindu tasal l-informazzjoni mill-Kummissjoni kif msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat is-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 2 lill-WCPFC mill-anqas 60 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità tad-WCPFC.

Artikolu 40

Kunfidenzjalità u protezzjoni tad- data

1.   Minbarra l-obbligi stipulati fl-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha skont dan ir-Regolament, għandhom jiżguraw it-trattament kunfidenzjali ta’ rapporti u messaġġi elettroniċi trażmessi lejn u riċevuti mingħand is-Segretarjat tad-WCPFC.

2.   Id-data personali kollha miġbura, ittrasferita u maħżuna skont dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.

3.   Id-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn 10 snin, għajr jekk dik id-data personali tkun meħtieġa biex ikun jista’ jsir is-segwitu ta’ xi ksur jew spezzjoni, jew għal skopijiet ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dawk il-każijiet, id-data personali tista’ tinħażen għal 20 sena. Jekk id-data personali tinżamm għal perjodu itwal, id-data għandha tiġi anonimizzata.

Artikolu 41

Proċedura għall-emendi

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 42 sabiex temenda dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni dwar il-bastimenti li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 23(1);

(b)

ir-rekwiżiti tal-VMS previsti fl-Artikolu 26;

(c)

il-perċentwal tal-kopertura tal-osservatur fl-ambitu tal-ROP imsemmi fl-Artikolu 28(4);

(d)

id-drittijiet u l-obbligi tal-osservaturi tal-ROP imsemmija fl-Artikolu 28(9) u (10);

(e)

id-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi tal-bastimenti, il-kaptani u l-ekwipaġġi msemmija fl-Artikolu 29;

(f)

l-iskadenzi għar-rapportar għall-obbligu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 38(1);

(g)

l-Annessi I sa VI.

2.   Is-setgħat delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu strettament limitati għall-implimentazzjoni tal-emendi għas-CMMs, jew is-sostituzzjoni tagħhom, li huma vinkolanti fuq l-Unjoni, fil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 42

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 41 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-15 ta’ Novembru 2022. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 41 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 41 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 43

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 520/2007

L-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 tħassru.

Artikolu 44

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU C 341, 24.8.2021, p. 108.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2022.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 li għandha x’taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-stokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/75/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (ĠU L 32, 4.2.2005, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001 (ĠU L 123, 12.5.2007, p. 3).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).

(9)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).


ANNESS I

MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI GĦALL-GĦASAFAR

Tabella 1: Miżuri ta’ Mitigazzjoni

Kolonna A

Kolonna B

Kalar mill-ġenb b’purtiera għat-tnaffir tal-għasafar u brazzoli mmażrati (1)

Lett tori (2)

Kalar billejl bl-inqas dawl possibbli fuq il-gverta

Lixka miżbugħa blu

Lett tori

Wadab tas-sajd għall-kalar fil-fond

Brazzoli mmażrati

Ġestjoni tal-fdalijiet tal-ġewwieni

Kuperċi tas-sunnara (3)

 

Speċifikazzjonijiet

1.

Lettijiet tori (fin-Nofsinhar ta’ 25° fin-Nofsinhar)

(a)

Għal bastimenti ≥ 35 m tul totali

(i)

Uża mill-inqas lett wieħed tori. Fejn dan ikun prattiku, il-bastimenti huma mħeġġa li jużaw it-tieni lett tori fi żminijiet meta jkun hemm ħafna għasafar jew ħafna attività mill-għasafar; iż-żewġ lettijiet tori għandhom jintużaw fl-istess ħin, wieħed ma’ kull naħa tal-konz li jkun qed jiġi kalat. Jekk il-bastimenti jużaw żewġ lettijiet tori, is-snanar bil-lixki għandhom jitqiegħdu fiż-żona maż-żewġ lettijiet tori.

(ii)

Għandu jintuża lett tori li tuża nfafar twal u qosra. L-infafar għandhom ikunu: ikkuluriti b’kuluri jgħajtu, taħlita ta’ nfafar twal u qosra.

(1)

L-infafar twal għandhom jitqiegħdu f’intervalli ta’ mhux aktar minn 5 m, u l-infafar twal għandhom jitwaħħlu mal-linja b’swivels li ma jħallux lill-infafar jitgeżwru madwar il-linja. Iridu jintużaw infafar ta’ tul suffiċjenti biex tintlaħaq is-superfiċje tal-baħar f’kundizzjonijiet kalmi.

(2)

L-infafar qosra (itwal minn 1 m) għandhom jitqiegħdu mhux aktar minn 1 m bogħod minn xulxin.

(iii)

Il-bastimenti għandhom jiskjeraw il-lett tori biex jiksbu firxa tal-ajru mixtieqa ta’ 100 m jew aktar. Biex tintlaħaq din il-firxa tal-ajru, il-lett tori għandu jkollu tul minimu ta’ 200 m, u għandu jitwaħħal ma’ arblu għal-lett tori > 7 m ’il fuq mill-wiċċ tal-baħar li jkun jinsab qrib il-poppa kif ikun prattiku.

(iv)

Jekk il-bastimenti jużaw lett tori wieħed biss, dan għandu jiġi kalat fin-naħa minn fejn ikun ġej ir-riħ lejn il-lixki mgħaddsa.

(b)

Għall-bastimenti < tul totali ta’ 35 m

(i)

Għandu jintuża lett tori wieħed li juża nfafar twal u qosra, inkella għandhom jintużaw infafar qosra biss.

(ii)

L-infafar għandhom ikunu: b’kulur jgħajjat twil u/jew qasir (iżda itwal minn 1 m); in-naffara għandhom jintużaw u jitqiegħdu f’intervalli kif ġej:

(1)

Infafar twal imqiegħda f’intervalli ta’ mhux aktar minn 5 m għall-ewwel 75 m tal-lett tori.

(2)

Infafar qosra mqiegħda f’intervalli ta’ mhux aktar minn 1 m.

(iii)

Jenħtieġ li l-infafar twal ikunu mqabbda mal-linja b’mod li jipprevjeni lill-infafar milli jitħabblu fil-linja. L-infafar it-twal kollha għandhom jilħqu l-wiċċ tal-baħar f’kundizzjonijiet kalmi. L-infafar jistgħu jiġu modifikati matul l-ewwel 15 m biex jiġi evitat it-tħabbil.

(iv)

Il-bastimenti għandhom jiskjeraw il-lett tori biex jiksbu firxa tal-ajru ta’ 75 m. Biex tintlaħaq din il-firxa tal-ajru, il-lett tori għandu jitwaħħal ma’ arblu għal-lett tori > 6 m ’il fuq mill-wiċċ tal-baħar li jkun jinsab qrib il-poppa kif ikun prattiku. Għandha tinħoloq reżistenza suffiċjenti biex timmassimizza l-firxa mill-ajru u żżomm il-linja direttament wara l-bastiment meta jkun hemm irjieħ trasversali. Biex jiġi evitat it-tħabbil, dan jinkiseb l-aħjar b’sezzjoni twila fl-ilma ta’ ħabel jew monofilament.

(v)

Jekk jintużaw żewġ lettijiet tori, iż-żewġ linji jridu jintużaw fuq naħat opposti tal-kalament.

2.

Lettijiet tori (fit-Tramuntana ta’ 23° fit-Tramuntana)

(a)

Infafar twal

(i)

Tul minimu: 100 m

(ii)

Trid titqabbad mal-bastiment biex tkun sospiża minn punt minimu ta’ 5 m ’il fuq mill-ilma mal-poppa fin-naħa minn fejn ikun ġej ir-riħ tal-punt fejn il-kalament jidħol fl-ilma

(iii)

Trid titqabbad sabiex il-firxa tal-ajru tinżamm fuq is-snanar bil-lixka mgħaddsa.

(iv)

L-infafar iridu jkunu inqas minn 5 m bogħod minn xulxin, iridu jkunu jużaw tornikett u jkunu twal biżżejjed sabiex ikunu qrib tal-ilma kemm jista’ jkun.

(v)

Jekk jintużaw żewġ lettijiet tori, (jiġifieri f’pari), iż-żewġ lettijiet iridu jintużaw fuq naħat opposti tal-kalament.

(b)

Nuffara qasira (Għal bastimenti ≥ 24 m tul totali)

(i)

Trid titqabbad mal-bastiment biex tkun sospiża minn punt minimu ta’ 5 m ’il fuq mill-ilma mal-poppa fin-naħa minn fejn ikun ġej ir-riħ ta’ punt fejn il-kalament jidħol fl-ilma

(ii)

Trid titqabbad sabiex il-firxa tal-ajru tinżamm fuq is-snanar bil-lixka mgħaddsa.

(iii)

L-infafar iridu jkunu inqas minn 1 m bogħod minn xulxin u jkunu mill-inqas 30 cm twal.

(iv)

Jekk jintużaw żewġ lettijiet tori, (jiġifieri f’pari), iż-żewġ lettijiet iridu jintużaw fuq naħat opposti tal-kalament.

(c)

Nuffara qasira (Għal bastimenti < tul totali ta’ 24 m)

Dan id-disinn għandu jiġi rieżaminat mill-ġdid mhux iktar tard minn tliet snin mid-data ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ data xjentifika.

(i)

Trid titqabbad mal-bastiment biex tkun sospiża minn punt minimu ta’ 5 m ’il fuq mill-ilma mal-poppa fin-naħa minn fejn ikun ġej ir-riħ ta’ punt fejn il-kalament jidħol fl-ilma.

(ii)

Trid titqabbad sabiex il-firxa tal-ajru tinżamm fuq is-snanar bil-lixka mgħaddsa.

(iii)

Jekk jintużaw l-infafar, huwa mħeġġeġ li jintużaw l-infafar iddisinjati li jkunu inqas minn 1 m bogħod minn xulxin u jkunu mill-inqas 30 cm twal.

(iv)

Jekk jintużaw żewġ lettijiet tori, (jiġifieri f’pari), iż-żewġ lettijiet iridu jintużaw fuq naħat opposti tal-kalament.

3.

Kalar mill-ġenb b’purtiera għat-tnaffir tal-għasafar u brazzoli mmażrati

(a)

Kalament użat minn bord ix-xellug jew minn bord il-lemin ’il bogħod mill-poppa kemm jista’ jkun (mill-inqas 1 m), u jekk jintuża wadab tas-sajd tal-linja prinċipali, irid jiġi mmuntat mill-inqas 1 m quddiem il-poppa.

(b)

Meta l-għasafar tal-baħar ikunu preżenti, it-tagħmir irid jiżgura li l-kalament jiġi kalat laxk sabiex is-snanar bil-lixka jibqgħu taħt l-ilma.

(c)

Il-purtiera għat-tnaffir tal-għasafar trid tintuża:

(i)

l-arblu ppożizzjonat lura mill-wadab tas-sajd ikun twil tal-anqas 3 m;

(ii)

minimu ta’ tliet naffara ewlenin imwaħħla mal-ogħla 2 m ta’ arblu;

(iii)

dijametru tan-nuffara ewlenija minimu ta’ 20 mm;

(iv)

infafar sekondarji mat-tarf ta’ kull nuffara prinċipali twal biżżejjed biex jiddendlu fuq l-ilma (mingħajr riħ) – dijametru minimu ta’ 10 mm

4.

Kalar billejl

(a)

L-ebda kalar bejn iż-żerniq nawtiku u qabel l-għabex nawtiku.

(b)

L-għabex u s-sebħ nawtiċi huma ddefiniti skont kif stabbilit fit-tabelli fl-Almanakk Nawtiku għal-latitudni, għall-ħin lokali u għad-data rilevanti.

(c)

Id-dawl fuq il-gverta għandu jinżamm kemm jista’ jkun baxx. Id-dawl minimu fuq il-gverta jenħtieġ li ma jmurx kontra l-istandards minimi tas-sikurezza u tan-navigazzjoni.

5.

Brazzoli mmażrati

Huma meħtieġa l-ispeċifikazzjonijiet minimi tal-piż li ġejjin:

(a)

piż wieħed 40 g jew akbar f’50 cm mis-sunnara;

(b)

total ta’ 45 g jew itqal marbutin mhux iżjed minn 1 m mis-sunnara;

(c)

total ta’ 60 g jew itqal marbutin mhux iżjed minn 3,5 mis-sunnara; jew

(d)

total ta’ 98 g jew itqal marbutin mhux iżjed minn 4 m mis-sunnara.

6.

Kuperċi tas-sunnara

Il-kuperċi tas-sunnara jiksu l-ponta u l-garġi tas-snanar bil-lixka biex jipprevjenu attakki ta’ tjur tal-baħar waqt l-issettjar tal-linji. L-apparati li ġejjin ġew approvati għall-użu fis-sajd tad-WCPFC:

Pods tas-sunnara, li jikkonformaw mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni li ġejjin:

(a)

l-apparat jesponi l-ponta u l-garġa tas-sunnara sakemm jilħaq fond ta’ mill-inqas 10 metri jew ikun ġie mgħaddas għal mill-inqas 10 minuti;

(b)

l-apparat jissodisfa l-istandards minimi attwali għall-ippeżar tal-brazzol kif speċifikat f’dan l-Anness; u

(c)

l-apparat huwa ddisinjat biex jinżamm fuq l-irkaptu tas-sajd u biex ma jintilifx.

7.

Ġestjoni tal-fdalijiet tal-ġewwieni

(a)

jew ebda tnixxija ta’ ġewwieni waqt il-kalar jew l-irfigħ;

(b)

jew skart strateġiku tal-ġewwieni min-naħa opposta tad-dgħajsa sal-kalar/l-irfigħ biex l-għasafar jiġu mħeġġa b’mod attiv jitbiegħdu mis-snanar bil-lixka.

8.

Lixka miżbugħa blu

(a)

Jekk tintuża lixka miżbugħa blu trid tinħall kompletament meta tinżebaħ.

(b)

Is-Segretarjat tad-WCPFC għandu jqassam plakard standardizzata tal-kulur.

(c)

Il-lixkiet kollha għandhom jinżebgħu skont il-kulur li jidher fil-plakard.

9.

Wadab tas-sajd għall-kalar fil-fond

(a)

Wadab tas-sajd irid jintuża b’tali mod li s-snanar ikunu kalati tabilħaqq aktar fil-fond milli kieku ma jintużax il-wadab tas-sajd, u b’tali mod li l-biċċa l-kbira tas-snanar jilħqu fond ta’ mill-inqas 100 m.


(1)  Jekk jintuża kalar mill-ġenb b’purtiera għat-tnaffir tal-għasafar u l-brazzoli mmażrati mill-Kolonna A, dan jgħodd bħala żewġ miżuri ta’ mitigazzjoni.

(2)  Jekk jintgħażel lett tori kemm mill-Kolonna A kif ukoll mill-Kolonna B, dan ifisser l-użu simultanju ta’ żewġ lettijiet tori (jiġifieri f’pari).

(3)  Il-kuperċi tas-sunnara jistgħu jintużaw bħala miżura waħidha.


ANNESS II

L-IMMARKAR U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI OĦRA TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD

1.   

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom juru l-WIN bil-lingwa Ingliża b’mod prominenti f’kull ħin:

(a)

fuq il-qoxra jew is-sovrastruttura tal-bastiment, il-bord tax-xellug u il-bord tal-lemin. L-operaturi jistgħu jqiegħdu ġiggijiet li jkunu inklinati f’angolu mal-ġenb jew mas-sovrastruttura tal-bastiment sakemm l-angolu tal-inklinazzjoni ma jipprevjenix li s-sinjal jintlemaħ minn bastiment ieħor jew mill-ajru;

(b)

fuq gverta, ħlief kif previst fil-paragrafu 3. Jekk jitpoġġa tarpolin jew għata oħra temporanja sabiex tgħatti l-marka fuq gverta, it-tarpolin jew l-għata għandhom jiġu mmarkati wkoll. Dawn il-marki jenħtieġ li jitpoġġew trasversalment bil-parti ta’ fuq tan-numri jew tal-ittri lejn il-pruwa.

2.   

Il-WIN għandu jitqiegħed:

(a)

għoli kemm jista’ jkun ’il fuq mil-linja tal-ilma fuq iż-żewġ naħat tal-bastiment u għandu jiġi żgurat li dawk il-partijiet tal-qoxra bħall-battillar tal-pruwa u tal-poppa jiġu evitati;

(b)

b’mod li ma jippermettix li l-marki jitgħattew mill-irkaptu tas-sajd kemm jekk ikun stivat kif ukoll jekk ikun qed jintuża;

(c)

b’mod li jkunu ħielsa mill-fluss minn imbrunali jew skariki fuq il-bastiment inklużi żoni li jistgħu jkunu suxxettibbli li jagħmlu ħsara jew li jitilfu l-kulur tal-qabda ta’ ċerti tipi ta’ speċijiet; u

(d)

sabiex ma jestendux taħt il-linja tal-ilma.

3.   

Bastimenti mingħajr gverta ma għandhomx ikunu meħtieġa juru l-WIN fuq wiċċ orizzontali. Madankollu, l-operaturi huma mħeġġa jinstallaw bord li fuqu jitqiegħed il-WIN sabiex ikun jista’ jidher b’mod ċar mill-ajru.

4.   

Id-dgħajjes, l-iskiffs u l-inġenji li jinġarru mill-bastiment għall-operazzjonijiet tas-sajd għandu jkollhom l-istess WIN bħall-bastiment ikkonċernat.

5.   

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej meta jqiegħdu l-WIN fuq il-bastiment:

(a)

jintużaw ittri u numri kapitalizzati kullimkien;

(b)

il-wisa’ tal-ittri u n-numri jkunu proporzjonali mal-għoli;

(c)

l-għoli (h) tal-ittri u n-numri jkun proporzjonali mad-daqs tal-bastiment u f’konformità ma’ dan li ġej:

(i)

biex il-WIN jitqiegħed fuq il-qoxra, is-sovrastruttura u/jew l-uċuħ inklinati: it-tul totali tal-bastiment (LOA) għandu jintwera f’metri (m); l-għoli tal-ittri u n-numri f’metri (m) ma għandux ikun inqas minn: 1,0 m (għall-bastimenti ta’ 25 m jew iktar), 0,8 m (għall-bastimenti ta’ mill-inqas 20 m iżda inqas minn 25 m), 0,6 m (għall-bastimenti ta’ mill-inqas 15-il m iżda inqas minn 20 m), 0,4 m (għall-bastimenti ta’ mill-inqas 12-il m iżda inqas minn 15-il m) 0,3 m (għall-bastimenti ta’ mill-inqas 5 m iżda inqas minn 12-il m), 0,1 m (għall-bastimenti ta’ inqas minn 5 m);

(ii)

biex il-WIN jitqiegħed fuq il-gverta: l-għoli ma għandux ikun inqas minn 0,3 m għall-klassijiet kollha ta’ bastimenti ta’ 5 m u aktar;

(d)

it-tul tas-sing huwa nofs l-għoli tal-ittri u n-numri;

(e)

il-wisa’ tal-ħxuna tal-ittri, tan-numri kollha u tas-sing hija h/6;

(f)

l-ispazju bejn l-ittri u/jew in-numri ma jaqbiżx h/4 u lanqas ma għandu jkun inqas minn h/6;

(g)

l-ispazju bejn l-ittri biswit xulxin li jkollhom ġnub inklinati ma għandux jaqbeż h/8 u lanqas ikun inqas minn h/10;

(h)

il-WIN huwa abjad fuq sfond iswed, jew iswed fuq sfond abjad;

(i)

l-isfond għandu jestendi biex jipprovdi fruntiera madwar il-WIN ta’ mhux inqas minn h/6;

(j)

tintuża żebgħa tal-baħar ta’ kwalità tajba;

(k)

il-WIN jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet meta jintużaw sustanzi retroriflettivi jew li jiġġeneraw is-sħana; u

(l)

l-WIN u l-isfond jinżammu f’kundizzjoni tajba f’kull ħin.


ANNESS III

STANDARDS MINIMI GĦALL-KOMUNIKATURI AWTOMATIĊI TA’ LOKALIZZAZZJONI (ALCS) UŻATI FIS-SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI TAD-WCPFC

1.   

L-ALC għandu awtomatikament u indipendentement minn kwalunkwe intervent fuq il-bastiment jikkomunika d-data li ġejja:

(i)

l-identifikatur uniku statiku ALC;

(ii)

il-pożizzjoni ġeografika attwali (latitudni u lonġitudni) tal-bastiment; u

(iii)

id-data u l-ħin (espressi f’ħin universali koordinat [UTC]) tal-iffissar tal-pożizzjoni tal-bastiment imsemmi fil-punt (ii).

2.   

Id-data msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (ii) u (iii), għandha tinkiseb minn sistema ta’ pożizzjonament bis-satellita.

3.   

L-ALCs armati fuq bastimenti tas-sajd għandhom ikunu kapaċi jittrasmettu d-data msemmija fil-paragrafu 1, kull siegħa.

4.   

Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tasal għand id-WCPFC fi żmien 90 minuta minn meta tiġi ġġenerata mill-ALC, f’kundizzjonijiet operattivi normali.

5.   

L-ALCs imwaħħla mal-bastimenti tas-sajd għandhom jiġu protetti sabiex jiġu ppreservati s-sigurtà u l-integrità tad-data msemmija fil-paragrafu 1.

6.   

Il-ħżin tal-informazzjoni fi ħdan l-ALC għandha tkun sikura, sigura u integrata taħt kundizzjonijiet normali ta’ operazzjoni.

7.   

Ma għandux ikun raġonevolment possibbli għal xi ħadd għajr l-awtorità ta’ monitoraġġ li jbiddel kwalunkwe data ta’ dik l-awtorità maħżuna fl-ALC, inkluża l-frekwenza tar-rappurtar tal-pożizzjoni lil dik l-awtorità.

8.   

Kwalunkwe karatteristika mibnija fl-ALC jew fis-software terminali biex tgħin fis-servizz ta’ manutenzjoni ma għandhiex tippermetti aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe żona tal-ALC li potenzjalment tista’ tikkomprometti t-tħaddim tal-VMS.

9.   

L-ALCs għandhom jiġu installati fuq il-bastimenti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u l-istandards applikabbli tagħhom.

10.   

F’kundizzjonijiet normali ta’ operazzjoni tan-navigazzjoni bis-satellita, il-pożizzjonijiet derivati mid-data mibgħuta għandhom ikunu preċiżi sa mhux aktar minn 100 metru kwadru ta’ Għerq tal-Medja tal-kwadrati tad-Distanza (DRMS) (jiġifieri 98 % tal-pożizzjonijiet iridu jkunu f’din il-medda).

11.   

L-ALC u/jew il-fornitur tas-servizz ta’ trażmissjoni għandhom ikunu jistgħu jappoġġaw il-kapaċità li d-data tintbagħat lil diversi destinazzjonijiet indipendenti.

12.   

Id-dekodifikatur u t-trażmettitur tan-navigazzjoni satellitari għandhom ikunu integrati bis-sħiħ u jinżammu fl-istess post fiżiku magħluq li ma jkunx jista’ jintmess.

13.   

Format standard għar-rappurtar manwali tal-pożizzjoni fil-każ ta’ Malfunzjoni jew Ħsara fl-ALC huwa kif ġej:

(a)

il-WIN

(b)

Isem il-Bastiment

(c)

Data: jj/xx/ss

(d)

Ħin: format 24 siegħa HH.MM (UTC)

(e)

Latitudni – DD-MM-SS (N/S)

(f)

Lonġitudni – DDD-MM-SS (E/W)

(g)

Attività (Sajd/Tiftix/Tranżitu/Trażbord)


ANNESS IV

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DIKJARAZZJONI TA’ TRAŻBORD TAD-WCPFC

1.

Identifikatur tad-dokument uniku

2.

L-isem tal-bastiment tas-sajd u l-WIN tiegħu

3.

L-isem tal-bastiment tal-ġarr u l-WIN tiegħu

4.

It-tagħmir tas-sajd użat biex jittieħed il-ħut

5.

Il-kwantità ta’ prodott (1) (inklużi l-ispeċi u l-istat ipproċessat tiegħu (2)) li għandu jiġi ttrażbordat

6.

L-istat tal-ħut (frisk jew iffriżat)

7.

Il-kwantità ta’ prodott sekondarju (3) li għandu jiġi trażbordat

8.

Il-pożizzjoni ġeografika (4) tal-qabdiet tal-istokkijiet tal-ħut li jpassi ħafna

9.

Id-data u l-post (5) tat-trażbord

10.

Jekk applikabbli, l-isem u l-firma tal-osservatur tad-WCPFC

11.

Il-kwantità ta’ prodott diġà abbord il-bastiment riċevitur u l-oriġini ġeografika (6) ta’ dak il-prodott.


(1)  Tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn.

(2)  Sħiħ; imnaddaf u mingħajr ir-ras; imnaddaf u mingħajr ir-ras u d-denb; imnaddaf biss, u bil-garġi; bil-garġi maqlugħa u mnaddaf; bil-garġi maqlugħa, imnaddaf u mingħajr id-denb; pinen tal-klieb il-baħar.

(3)  Speċijiet li la huma tonn u lanqas jixbhuh.

(4)  Il-pożizzjoni ġeografika tal-qabda tfisser biżżejjed informazzjoni biex jiġi identifikat liema proporzjon tal-qabda nqabad fiż-żoni li ġejjin: ibħra internazzjonali, barra miż-Żona tal-Konvenzjoni, ŻEE (elenkati separatament). Il-post tal-qabdiet mhux meħtieġ għall-bastiment riċevitur.

(5)  Il-post tat-trażbord għandu jkun f’latitudni u lonġitudni deċimali sal-eqreb 0,1 grad u akkumpanjat minn deskrizzjoni tal-post, bħal ibħra internazzjonali, barra miż-Żona tal-Konvenzjoni jew f’ŻEE msemmija.

(6)  L-oriġini tal-prodott għandha tiġi rrappurtata skont iż-żona tal-RFMO u se tinkludi l-kwantità ta’ prodott minn kull żona differenti.


ANNESS V

Il-koordinati u l-mappa taż-Żona Ġeografika tal-Ibħra Internazzjonali tal-Lvant

LONĠITUDNI

LATITUDNI

-155.495308

-11.375548

-155.498321

-11.391248

-155.375667

-11.6652

-155.144789

-12.031226

-155.087069

-12.286791

-155.011312

-12.527927

-154.988916

-12.541928

-155.011131

-12.528155

-155.4405

-12.58823

-155.8398

-12.7045

-156.3396

-12.96024

-156.748

-13.26971

-157.0805

-13.57845

-157.4277

-13.99567

-157.6434

-14.37697

-157.7986

-14.73752

-157.9131

-15.11709

-157.962

-15.46605

-158.039622

-15.653761

-158.122829

-15.877123

-158.127739

-15.869203

-158.231024

-15.803568

-158.36955

-15.745447

-158.496828

-15.694033

-158.661362

-15.634953

-158.821586

-15.583395

-159.026918

-15.539192

-159.190663

-15.503491

-159.372631

-15.472738

-159.548569

-15.453715

-159.736692

-15.448871

-159.90316

-15.449959

-160.083542

-15.463548

-160.226654

-15.480612

-160.365423

-15.495182

-160.451319

-15.514117

-160.406016

-15.448192

-160.316351

-15.338878

-160.217964

-15.213622

-160.156932

-15.110787

-160.074995

-14.978629

-160.011413

-14.890788

-159.926847

-14.750107

-159.87787

-14.621808

-159.79653

-14.407807

-159.75968

-14.275899

-159.711458

-14.113648

-159.682425

-13.98575

-159.655144

-13.863674

-159.621745

-13.726376

-159.619708

-13.634445

-159.616001

-13.561895

-159.614094

-13.509574

-159.561966

-13.476838

-159.464666

-13.417237

-159.323121

-13.349332

-159.212807

-13.287211

-159.104174

-13.209011

-158.983445

-13.143509

-158.882253

-13.049931

-158.744371

-12.94646

-158.649624

-12.872332

-158.560938

-12.795621

-158.495677

-12.723884

-158.424306

-12.639442

-158.333838

-12.548261

-158.2853

-12.45563

-158.071642

-12.43816

-157.8909

-12.42376

-157.747379

-12.436771

-157.631174

-12.428707

-157.4811

-12.39678

-157.229515

-12.356368

-157.039477

-12.306157

-156.868471

-12.243143

-156.665366

-12.174288

-156.495214

-12.106995

-156.3649

-12.01769

-156.25113

-11.967768

-156.113903

-11.894359

-156.012144

-11.844092

-155.895851

-11.761728

-155.77415

-11.66355-

-155.688884

-11.572012

-155.593209

-11.478779

-155.495308

-11.375548

Image 1

Didaskalija:

1.

Żona Ġeografika tal-Ibħra Internazzjonali tal-Lvant (E-HSP)

2.

Ibħra Internazzjonali

3.

Kiribati

4.

Il-Gżejjer Cook

5.

Il-Polineżja Franċiża

ANNESS VI

DIJAGRAMMA SKEMATIKA TA’ KALAMENTI TAL-KLIEB IL-BAĦAR

Image 2

Didaskalija:

1.

Konz

2.

Sufrun

3.

Lett tas-sufruni

4.

Kalament tal-klieb il-baħar

5.

Kalament

6.

Brazzoli