25.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/55 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2046
tal-24 ta’ Ottubru 2022
li jemenda l-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013 fir-rigward tal-adattament tagħhom biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Protokoll tiegħu dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1) |
L-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (2) jistabbilixxu l-ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis mogħtija lil kull Stat Membru lil impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali msemmija, rispettivament, fl-Artikolu 3(3) u fl-Artikolu 3(3a) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), li l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali minnu, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. |
(3) |
Il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li matulu d-dritt tal-Unjoni baqa’ fil-biċċa l-kbira applikabbli għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih, intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. |
(4) |
Madankollu, l-Artikolu 10 tal-Protokoll jipprevedi li ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 5 ta’ dak il-Protokoll għandhom japplikaw għar-Renju Unit fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 huwa elenkat fost dawk id-dispożizzjonijiet. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Protokoll, jeħtieġ li l-ammonti kumulattivi massimi għar-Renju Unit kollu stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013 jiġu sostitwiti bl-ammonti korrispondenti għall-Irlanda ta’ Fuq biss. |
(7) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, l-ammonti kumulattivi massimi għall-Irlanda ta’ Fuq jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istess metodu ta’ kalkolu bħal dak li ntuża għall-Istati Membri fiż-żmien meta ġew stabbiliti dawk l-Annessi. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1408/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1(1) (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Billi f’konformità mal-Artikolu 10 u l-Anness 5 tal-Protokoll tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 384, I, 12.11.2019), ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit, kwalunkwe referenza għal Stat Membru f’dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għal Stat Membru jew għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq” " |
(2) |
fl-Anness I, ir-ringiela li tistabbilixxi l-ammont kumulattiv massimu tal-għajnuna de minimis għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq 29 741 417 ”; |
(3) |
fl-Anness II, ir-ringiela li tistabbilixxi l-ammont kumulattiv massimu tal-għajnuna de minimis għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq 35 689 700.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).