25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/50


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2043

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/1755.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tliet persuni jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2), jitħassru l-entrati li ġejjin:

daħla1 (Godefroid BIZIMANA);

daħla 2 (Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA);

daħla 4 (Léonard NGENDAKUMANA).