25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/48


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2042

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 tintroduċi modifika fit-titolu tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK.

(3)

Għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 tingħata effett, b’mod partikolari bil-ħsieb li tkun aċċertata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-titolu tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  Ara paġna 74 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Guinea (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26).