11.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/59


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards, il-formati, il-frekwenza u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 262 tas-7 ta’ Ottubru 2022 )

F’paġna 76, l-Artikolu 10,

minflok:

“Artikolu 10

Id-data sa meta l-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu rrapportati

Kontroparti f’derivattiv li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2(2) fi XX ta’ XX 20XX jew l-entità responsabbli għar-rapportar għandha tirrapporta d-dettalji kollha ta’ dak id-derivattiv meħtieġa f’konformità mal-Anness billi tressaq rapport bit-tip ta’ event “Aġġornament” fi żmien 180 jum kalendarju minn [Data tal-applikazzjoni tal-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni], dment li dawn ma jkunux ressqu rapport bit-tip ta’ azzjoni “Modifika” jew “Korrezzjoni” għal dak id-derivattiv waqt dan il-perjodu.”,

aqra:

“Artikolu 10

Id-data sa meta l-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu rrapportati

Kontroparti f’derivattiv li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2(2) fid-29 ta’ April 2024 jew l-entità responsabbli għar-rapportar għandha tirrapporta d-dettalji kollha ta’ dak id-derivattiv meħtieġa f’konformità mal-Anness billi tressaq rapport bit-tip ta’ event “Aġġornament” fi żmien 180 jum kalendarju mid-29 ta’ April 2024, dment li dawn ma jkunux ressqu rapport bit-tip ta’ azzjoni “Modifika” jew “Korrezzjoni” għal dak id-derivattiv waqt dan il-perjodu.”