21.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/70 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 243 tal-20 ta’ Settembru 2022 )
Fil-paġna 32, l-Artikolu 31, il-punt 1:
minflok:
“1. |
Materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat miksuba permezz ta’ proċess ta’ riċiklaġġ ibbażat fuq teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa li għaliha dan ir-Regolament jirrikjedi l-awtorizzazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ u li għaliha tkun ġiet sottomessa applikazzjoni valida lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 282/2008, jew li għaliha tiġi sottomessa applikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 17(1) jew 22(1) ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, jew sakemm il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni tal-proċess ta’ riċiklaġġ skont l-Artikolu 19(1).”, |
aqra:
“1. |
Materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat miksuba permezz ta’ proċess ta’ riċiklaġġ ibbażat fuq teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa li għaliha dan ir-Regolament jirrikjedi l-awtorizzazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ u li għaliha tkun ġiet sottomessa applikazzjoni valida lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 282/2008, jew li għaliha tiġi sottomessa applikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 17(1) jew 22(1) ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-10 ta’ Lulju 2023 jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, jew sakemm il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni tal-proċess ta’ riċiklaġġ skont l-Artikolu 19(1).”. |