8.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1481

tas-7 ta’ Settembru 2022

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mit-8 ta’ Settembru 2022

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-metodu ta’ kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE (2), jistabbilixxi metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għall-importazzjonijiet tar-ross meħluf.

(2)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tinnota li l-liċenzji ta’ importazzjoni għar-ross meħluf tal-Kodiċi NM 1006 20, għajr il-liċenzji ta’ importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta’ 531 635 tunnellata għall-perjodu mil-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022. Għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat id-dazju tal-importazzjoni għar-ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr ir-ross Basmati, iffissat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/386 (3).

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/386 jitħassar.

(4)

Id-dazju applikabbli għandu jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu referenzjarju. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA[T] DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal kull tunnellata ta’ ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr il-varjetajiet tar-ross imfesdaq Basmati msemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 (4), id-dazju tal-importazzjoni għandu jkun ta’ EUR 65.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/386 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Wolfgang BURTSCHER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE tal-21 ta’ Ġunju 2005 rigward il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka rigward il-metodu ta’ kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf u li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/617/KE, 2004/618/KE u 2004/619/KE (ĠU L 170, 1.7.2005, p. 67).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/386 tal-Kummissjoni (UE) tas-7 ta’ Marzu 2022 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mit-8 ta’ Marzu 2022, (ĠU L 78, 8.3.2022, p. 36).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 tad- 29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 53).