|
8.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/43 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1480
tas-7 ta’ Settembru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-fenilfenol (u l-imlieħ tiegħu, bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bensulfuron, bifenoks, klormekwat, klorotoluron, klofenteżina, klomażon, daminożidu, deltametrina, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, fludiossonil, flufenaset, flumetralin, fostijażat, lenasil, MCPA, MCPB, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, propakwiżafop, prosulfokarb, kwiżalofop-P-etil, kwiżalofop-P-tefuril, 5-nitrogwajakolat tas-sodju, o-nitrofenolat tas-sodju, p-nitrofenolat tas-sodju, kubrit, tebufenpirad, tetrakonażol, tri-allat, triflusulfuron, u tritosulfuron
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu, tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusa li kienu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, filwaqt li l-Parti B ta’ dak l-Anness tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u l-Parti E tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala kandidati għas-sostituzzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1449 (3) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorotoluron, klomażon, daminożidu, deltametrina, fludiossonil, flufenaset, fostijażat, MCPA, MCPB u prosulfokarb sal-31 ta Ottubru 2022, tas-sustanzi attivi klormekwat, propakwiżafop, kwiżalofop-P-etil, kwiżafop-P-tefuril, u tritosulfuron sat-30 ta’ Novembru 2022, u tas-sustanzi attivi 2-fenilfenol, 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenoks, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, etofenproks, fonoksaprop-P, fenpropidin, lenasil, penkonażol, pikloram, kubrit, tetrakonażol, tri-allat u triflusulfuron sal-31 ta’ Diċembru 2022. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/555 (4) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi bensufluron, 5-nitrogwajakolat tas-sodju, o-nitrofenolat tas-sodju, p-nitrofenolat tas-sodju, u tebufenpirad sal-31 ta’ Ottubru 2022. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/291 (5) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva proeżadjon sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva esfenvalerat se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2047 (6). |
|
(4) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenpirażammina se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 595/2012 (7). |
|
(5) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva flumetralin se tiskadi fil-11 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2105 (8). |
|
(6) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (9). Għalkemm ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (10), id-dispożizzjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 844/2012, għadhom japplikaw skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. |
|
(7) |
Minħabba l-fatt li l-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi se jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk, il-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jeħtieġ jiġu estiżi biex jingħata ż-żmien meħtieġ ħalli titlesta l-valutazzjoni. |
|
(8) |
Barra minn hekk, estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni hija meħtieġa għas-sustanzi attivi amidosulfuron, klomażon, daminożidu difenkonażol, diflufenikan, fenoksaprop-P, fludiossonil, flufenaset, u tritosulfuron, biex jingħata biżżejjed żmien biex issir valutazzjoni b’rabta mal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali ta’ dawk is-sustanzi attivi f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. |
|
(9) |
Meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni trid tiffissa d-data ta’ skadenza li tkun l-istess data ta’ qabel dan ir-Regolament, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tara li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli. |
|
(10) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1449 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-Fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenox, chlormequat, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dikamba, etofenprox, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, żjut tal-paraffin, żejt tal-paraffin, penconazole, picloram, propaquizafop, prosulfocarb, kwiżalofop-P-etil, kwiżalofop-P-tefuril, kubrit, tetraconazole, tri-allate, triflusulfuron, u tritosulfuron (ĠU L 313, 6.9.2021, p. 20).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/555 tal-24 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ diversi sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta’ tiġdid AIR IV) (ĠU L 80, 25.3.2017, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/291 tad-19 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, akrinatrina, ażossistrobina, fluważifop p, fluroksipir, imażalil, kreżoksim-metil, ossifluworfen, prokloraż, proeżadjon, spiroksamina, teflutrin u terbutilażina (ĠU L 48, 20.2.2019, p. 17).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2047 tas-16 ta’ Novembru 2015 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva esfenvalerat, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011. (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 8).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 595/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 li japprova s-sustanza attiva fenpirażammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 176, 6.7.2012, p. 46).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2105 tal-20 ta’ Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva flumetralin bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 31).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
(b) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
|
(c) |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|