6.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1466

tal-5 ta’ Settembru 2022

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3), il-lista ta’ sustanzi aromatizzanti ġiet adottata u mdaħħla fl-Anness I, il-Parti A tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u tal-materjali tas-sors stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 fiha, fost l-oħrajn, għadd ta’ sustanzi aromatizzanti li għalihom, fil-mument tal-adozzjoni tal-lista bir-Regolament (UE) Nru 872/2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ma kinitx kapaċi teskludi riskju ta’ sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur fuq il-bażi tad-data disponibbli u, għalhekk, qieset li kienet meħtieġa data addizzjonali biex titlesta l-evalwazzjoni tagħhom. Dawk is-sustanzi kienu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi aromatizzanti iżda bil-kundizzjoni li d-data dwar is-sikurezza li tindirizza t-tħassib imlissen mill-Awtorità tressqet qabel ma skadew l-iskadenzi speċifiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Madankollu, l-operaturi responsabbli għat-tqegħid fis-suq tas-sustanzi li ġejjin bħala sustanzi aromatizzanti ma ressqux id-data meħtieġa u rtiraw l-applikazzjonijiet rispettivi tagħhom: 1-(4-metossifenil)pent-1-en-3-on (Nru tal-FL 07.030); Vanillilidene aċeton (Nru tal-FL 07.046); 1-(4-Metossifenil)-4-metilpent-1-en-3-on (Nru tal-FL 07.049); 4-(2,3,6-Trimetilfenil)but-3-en-2-on (Nru tal-FL 07.206); 6-Metil-3-etten-2-on (Nru tal-FL 07.258); 5,6-Diidro-3,6-dimetil-benżofuran-2 (4H)-on (Nru tal-FL 10.034); 5,6,7,7a-Tetraidro-3,6-dimetilbenżofuran-2(4H)-on (Nru tal-FL 10.036); 3,4-Dimetil-5-pentiliden-furan-2(5H)-on (Nru tal-FL 10.042); 2,7-Dimetilotta-5(trans),7-dieno-1,4-latton (Nru tal-FL 10.043); Eż-2-eno-1,4-latton (Nru tal-FL 10.046); Non-2-eno-1,4-latton (Nru tal-FL 10.054); 2-Deken-1,4-latton (Nru tal-FL 10.060); 5-Pentil-3H-furan-2-on (Nru tal-FL 10.170); Allil 2-furoat (Nru tal-FL 13.004); 3-(2-furil)akrilaldeid (FL Nru 13.034); Furfuriliden-2-butanal (Nru tal-FL 13.043); 4-(2-Furil)but-3-en-2-on (Nru tal-FL 13.044); 3-(2-Furil)-2-metilprop-2-enal (FL Nru 13.046); 3-Aċetil-2,5-dimetilfuran (Nru tal-FL 13.066); 2-Butilfuran (FL Nru 13.103), 3-(2-Furil)-2-fenilprop-2-enal (Nru FL 13.137) u 3-(5-Metil-2-furil) prop-2-enal (FL Nru 13.150).

(5)

Għalhekk jenħtieġ li dawk is-sustanzi jitneħħew mil-lista ta’ sustanzi aromatizzanti tal-Unjoni.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jiġi emendat skont dan.

(7)

Jenħtieġ li l-ikel li miegħu ġiet miżjuda kwalunkwe waħda mis-sustanzi kkonċernati u li tqiegħed fis-suq fl-Unjoni jew li ntbagħat minn pajjiżi terzi u li kien fi tranżitu lejn l-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jitħalla jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew sad-data sa meta jrid jintuża. Jenħtieġ li din il-miżura tranżitorja ma tapplikax għal preparazzjonijiet li magħhom tkun inżiedet kwalunkwe waħda mis-sustanzi kkonċernati u li mhumiex maħsuba biex jiġu kkunsmati f’dak l-istat, peress li l-manifatturi ta’ prodotti tal-ikel li jużaw dawk il-preparazzjonijiet bħala ingredjenti, jafu l-kompożizzjoni tagħhom meta jużawhom.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1334/2008

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-ikel li miegħu tkun inżiedet kwalunkwe waħda mis-sustanzi aromatizzanti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u li tqiegħed legalment fis-suq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jkompli jiġi kkummerċjalizzat sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew sad-data sa meta jrid jintuża.

2.   L-ikel impurtat fl-Unjoni li miegħu tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda mis-sustanzi aromatizzanti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi kkumerċjalizzat sad-data tad-durabilità minima tiegħu jew sad-data ta’ meta jrid jintuża jekk l-importatur ta’ dan l-ikel ikun jista’ juri li ntbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u kien fit-tranżitu lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-miżuri tranżizzjonali previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal preparazzjonijiet, mhux maħsuba biex jiġu kkunsmati fl-istess stat li jkunu, li magħhom tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda mis-sustanzi aromatizzanti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-preparazzjonijiet għandhom jinftiehmu bħala taħlitiet ta’ aromatizzant wieħed jew aktar li magħhom jistgħu jiġu inkorporati wkoll ingredjenti oħra tal-ikel bħal addittivi tal-ikel, enzimi jew trasportaturi biex jiffaċilitaw il-ħżin, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista tas-sustanzi aromatizzanti stipulata bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness I, il-Parti A tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jitħassru dawn l-entrati:

“07.030

1-(4-Metossifenil)pent-1-en-3-on

104-27-8

826

164

 

 

2

EFSA

07.046

Vanilliliden aċeton

1080-12-2

732

691

 

 

2

EFSA

07.049

1-(4-Metossifenil)-4-metilpent-1-en-3-on

103-13-9

829

719

 

 

2

EFSA

07.206

4-(2,3,6-Trimetilfenil)but-3-en-2-on

56681-06-2

 

 

 

 

2

EFSA

07.258

6-Metil-3-etten-2-on

2009-74-7

 

 

 

 

1

EFSA

10.034

5,6-Diidro-3,6-dimetilbenżofuran-2(4H)-on

80417-97-6

1163

 

 

 

2

EFSA

10.036

5,6,7,7a-Tetraidro-3,6-dimetilbenżofuran-2(4H)-on

13341-72-5

1162

 

 

 

2

EFSA

10.042

3,4-Dimetil-5-pentiliden-furan-2(5H)-on

774-64-1

 

11873

Mill-anqas 93 %; komponent sekondarju 1-2 % aċidu 3,4-dimetil 5-ketobutanojku gamma-latton

 

2

EFSA

10.043

2,7-Dimetilotta-5(trans),7-dieno-1,4-latton

78548-56-8

 

 

 

 

2

EFSA

10.046

Eż-2-eno-1,4-latton

2407-43-4

 

 

 

 

2

EFSA

10.054

Non-2-eno-1,4-latton

21963-26-8

 

 

 

 

2

EFSA

10.060

2-Deken-1,4-latton

2518-53-8

 

 

 

 

2

EFSA

10.170

5-Pentil-3H-furan-2-on

51352-68-2

1989

 

Taħlita ta’ isomeri-3H u -5H (2:1)

 

2

EFSA

13.004

Allil 2-furoat

4208-49-5

21

360

 

 

2

EFSA

13.034

3-(2-furil)akrilaldeid

623-30-3

1497

 

 

 

1

EFSA

13.043

Furfuriliden-2-butanal

770-27-4

1501

11885

 

 

1

EFSA

13.044

4-(2-Furil)but-3-en-2-on

623-15-4

1511

11838

 

 

1

EFSA

13.046

3-(2-Furil)-2-metilprop-2-enal

874-66-8

1498

11878

 

 

1

EFSA

13.066

3-Aċetili-2,5-dimetilfuran

10599-70-9

1506

10921

 

 

4

EFSA

13.103

2-Butilfuran

4466-24-4

1490

10927

 

 

3

EFSA

13.137

3-(2-Furil)-2-fenilprop-2-enal

65545-81-5

1502

11928

 

 

1

EFSA

13.150

3-(5-Metil-2-furil)prop-2-enal

5555-90-8

1499

 

 

 

1

EFSA”