5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1459
tat-2 ta’ Settembru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/804 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
L-użu tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 bħala addittiv tal-għalf ġie awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/804 (2). |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex toħroġ opinjoni dwar jekk l-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 bħala addittiv tal-għalf tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jekk tiġi modifikata kif propost mill-applikant. Dik il-modifika tikkonsisti fiż-żieda tal-konċentrazzjoni minima tas-selenju fl-addittiv fl-għalf. Flimkien mat-talba, intbagħtet id-data ta’ sostenn rilevanti. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2021 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni proposta mill-applikant ma timmodifikax il-konklużjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet preċedenti dwar is-sikurezza tal-ispeċijiet fil-mira, il-konsumaturi, l-ambjent u l-effikaċja tal-addittiv fl-għalf. L-awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa perikoluż meta jinġibed man-nifs, mhuwiex irritanti għall-għajnejn, għall-ġilda u mhuwiex sensitizzatur tal-ġilda. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Għalhekk, fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-modifika tal-awtorizzazzjoni proposta mill-applikant turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/804 jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/804, l-entrata 3b810 għall-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/804 tas-17 ta' Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 (ĠU L 132, 20.5.2019, p. 28).
(3) EFSA Journal 2021;19(12):6979
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
Selenju f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi |
|||||||||||||||||||||||||||
“3b810 |
- |
Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, inattivata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ selenju organiku:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
|
0,50 (total) |
|
id-9 ta’ Ġunju 2029 |
||||||||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenometjonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 Formula kimika: C5H11NO2Se |
|||||||||||||||||||||||||||
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
|||||||||||||||||||||||||||
3b810i |
- |
Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, inattivata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ selenju organiku:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
|
0,50 (total) |
|
id-9 ta’ Ġunju 2029” |
||||||||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenometjonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 Formula kimika: C5H11NO2Se |
|||||||||||||||||||||||||||
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en