|
26.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1426
tal-5 ta’ Awwissu 2022
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (ADS) ta’ vetturi awtomatizzati kompletament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament, b’mod partikolari s-sistemi elenkati fil-punti (a), (b), (d) u (f) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2144. F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2144 jenħtieġ li s-sistemi ta’ monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq ma japplikawx għal vetturi awtomatizzati kompletament. Barra minn hekk, il-format armonizzat għall-iskambju tad-data, pereżempju għall-platooning ta’ vetturi ta’ ditti differenti, għadu soġġett għal attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u f’dan l-istadju ma għandux jiġi inkluż f’dan ir-Regolament. Finalment l-approvazzjoni tas-sistemi tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati jenħtieġ li ma tkunx koperta b’dan ir-Regolament peress li hija maħsuba biex tkoprihom b’referenza għar-Regolament tan-NU Nru 157 dwar sistemi awtomatizzati ta’ żamma tal-karreġġata (2) fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 li jelenka r-regolamenti tan-NU li għandhom japplikaw fuq bażi obbligatorja fl-UE. |
|
(2) |
Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa ta’ vetturi awtomatizzati kompletament, l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat tagħhom skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi kkomplementata bir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Bħala l-istadju li jmiss, il-Kummissjoni se tkompli x-xogħol biex tkompli tiżviluppa u tadotta sa Lulju 2024 ir-rekwiżiti meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa tal-UE ta’ vetturi awtomatizzati kompletament prodotti f’serje mhux limitata. |
|
(3) |
Il-valutazzjoni tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament, kif proposta b’dan ir-Regolament, tiddependi ħafna fuq ix-xenarji tat-traffiku li huma rilevanti għall-każijiet tal-użu differenti ta’ vetturi awtomatizzati kompletament. Għalhekk jeħtieġ li jiġu definiti dawk il-każijiet tal-użu differenti. Ir-rieżami ta’ dawk il-każijiet tal-użu, u l-emendar għalihom jekk ikun meħtieġ, biex jiġu koperti każijiet tal-użu addizzjonali jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi regolari. |
|
(4) |
Id-dokument ta’ informazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/858 li għandu jiġi pprovdut mill-manifattur għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-mudell stabbilit għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (4). Madankollu, sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, jeħtieġ li jiġu estratti l-entrati tad-dokument ta’ informazzjoni li huma rilevanti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tas-sewqan awtomatizzat tal-vettura awtomatizzata kompletament. |
|
(5) |
Minħabba l-kumplessità tas-sistemi tas-sewqan awtomatizzat, jeħtieġ li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni u t-testijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati b’dokumentazzjoni tal-manifattur li turi li s-sistema tas-sewqan awtomatizzat hija ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għas-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u ta’ utenti oħra tat-triq fix-xenarji rilevanti u matul il-ħajja tal-ADS. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li tiġi stabbilita s-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza li għandha tiddaħħal fis-seħħ mill-manifatturi, biex għall-manifatturi u għall-awtoritajiet jiġu stabbiliti l-parametri li għandhom jintużaw għax-xenarji tat-traffiku rilevanti għas-sistema tas-sewqan awtomatizzat, biex jiġu stabbiliti kriterji biex jiġi vvalutat jekk il-kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur jindirizzax ix-xenarji tat-traffiku, il-perikli u r-riskji rilevanti, u biex jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu vvalutati r-riżultati tal-validazzjoni mill-manifattur b’mod partikolari r-riżultati tal-validazzjoni minn ktajjen tal-għodod virtwali. Finalment, jeħtieġ li tiġi speċifikata d-data rilevanti waqt l-użu li għandha tiġi rrapportata mill-manifattur lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
(6) |
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-addendum tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, li għandhom jinħarġu għas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament, jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-mudelli rispettivi stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683. Madankollu, sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, jeħtieġ li jiġu estratti l-entrati taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u tal-addendum tiegħu għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat tal-vetturi awtomatizzati kompletament. |
|
(7) |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/858 u kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw iċ-ċirkolazzjoni u s-sikurezza tal-operat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament fit-traffiku u s-sikurezza tal-operat ta’ dawk il-vetturi fis-servizzi tat-trasport lokali. Skont dan ir-Regolament l-Istati Membri mhumiex obbligati jiddefinixxu minn qabel iż-żoni, ir-rotot jew il-faċilitajiet tal-parkeġġ. Il-vetturi bil-mutur koperti b’dan ir-Regolament jistgħu joperaw biss fi ħdan l-ambitu tal-Artikolu 1. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi awtomatizzati kompletament tal-kategoriji M u N, fir-rigward tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat tagħhom, għall-każijiet tal-użu li ġejjin:
|
(a) |
Vetturi awtomatizzati kompletament, inkluż vetturi b’modalità doppja, iddisinjati u mibnija għall-ġarr tal-passiġġieri jew għall-ġarr tal-oġġetti f’żona predefinita. |
|
(b) |
“Hub-to-hub”: vetturi awtomatizzati kompletament, inkluż vetturi b’modalità doppja, iddisinjati u mibnija għall-ġarr tal-passiġġieri jew għall-ġarr tal-oġġetti fuq rotta predefinita b’punti fissi tal-bidu u tat-tmiem ta’ vjaġġ/traġitt. |
|
(c) |
“Parkeġġ valet awtomatizzat”: vetturi b’modalità doppja li jkollhom modalità tas-sewqan awtomatizzat kompletament għal applikazzjonijiet tal-parkeġġ f’faċilitajiet tal-parkeġġ predefiniti. Is-sistema tista’ tuża jew ma tużax infrastruttura esterna (eż. markaturi tal-lokalizzazzjoni, sensuri tal-perċezzjoni, eċċ.) tal-faċilità tal-parkeġġ biex twettaq il-kompitu tas-sewqan dinamiku. |
Skont dan ir-Regolament, il-manifattur jista’ japplika għall-approvazzjoni individwali jew għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat tal-vetturi definiti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2018/858, diment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2018/858 u fir-Regolament (UE) 2019/2144, għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“Sistema tas-Sewqan Awtomatizzat” (ADS - Automated Driving System) tfisser il-hardware u s-software li kollettivament kapaċi jwettqu d-DDT kollu fuq bażi sostnuta, f’dominju tad-disinn operattiv (ODD) speċifiku. |
|
2. |
“karatteristika tal-ADS” tfisser applikazzjoni ta’ hardware u ta’ software tal-ADS iddisinjata għal użu speċifiku f’ODD. |
|
3. |
“funzjoni tal-ADS” tfisser applikazzjoni ta’ hardware u ta’ software tal-ADS iddisinjata biex jitwettaq porzjon speċifiku tad-DDT. |
|
4. |
“kompitu tas-sewqan dinamiku (“DDT”)” tfisser il-funzjonijiet operattivi kollha f’ħin reali u l-funzjonijiet tattiċi meħtieġa għall-operat tal-vettura, eskluż il-funzjonijiet strateġiċi bħall-iskedar tat-traġitt u l-għażla ta’ destinazzjonijiet u ta’ waypoints u inkluż mingħajr limitazzjoni s-sottokompiti li ġejjin:
|
|
5. |
“funzjonijiet operattivi” tad-DDT tfisser il-funzjonijiet li jitwettqu fuq kostant tal-ħin ta’ millisekondi u li jinkludu kompiti bħall-inputs tal-għoti tad-direzzjoni għaż-żamma f’karreġġata jew l-ibbrejkjar biex jiġi evitat periklu emerġenti. |
|
6. |
“funzjonijiet tattiċi” tad-DDT tfisser il-funzjonijiet li jitwettqu fuq kostant tal-ħin ta’ sekondi u li jinkludu kompiti bħall-għażla tal-karreġġata, l-aċċettazzjoni tad-distakk, u l-azzjoni li taqla’ vetturi oħra. |
|
7. |
“ħsara” tfisser kundizzjoni anormali li tista’ tikkawża nuqqas ta’ operat kif suppost. Din tista’ tikkonċerna l-hardware jew is-software. |
|
8. |
“nuqqas ta’ operat kif suppost” tfisser it-terminazzjoni ta’ mġiba maħsuba ta’ komponent jew ta’ sistema tal-ADS minħabba manifestazzjoni ta’ ħsara. |
|
9. |
“monitoraġġ waqt is-servizz” tfisser id-data miġbura mill-manifattur u d-data minn sorsi oħra, biex tinkiseb evidenza dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza waqt is-servizz tal-ADS fl-operat. |
|
10. |
“rapportar waqt is-servizz” tfisser id-data rrapportata mill-manifattur biex tintwera l-evidenza dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza waqt is-servizz tal-ADS fl-operat. |
|
11. |
“tul tal-ħajja tas-sistema” tfisser il-perjodu ta’ żmien li matulu s-sistema tal-ADS tkun disponibbli fuq il-vettura. |
|
12. |
“ċiklu tal-ħajja tal-ADS” tfisser il-perjodu ta’ żmien li jikkonsisti mill-fażijiet tad-disinn, tal-iżvilupp, tal-produzzjoni, tal-operat, tas-servizz u tad-dekummissjonar. |
|
13. |
“imġiba ta’ funzjonament ħażin” tfisser nuqqas ta’ operat kif suppost jew imġiba mhux maħsuba ta’ komponent jew ta’ sistema tal-ADS fir-rigward tad-disinn maħsub tiegħu/tagħha. |
|
14. |
“manuvra ta’ riskju minimu (“MRM”)” tfisser manuvra mmirata biex timminimizza r-riskji fit-traffiku billi twaqqaf il-vettura f’kundizzjoni sikura (jiġifieri kundizzjonijiet ta’ riskju minimu). |
|
15. |
“kundizzjoni ta’ riskju minimu (“MRC”)” tfisser stat stabbli u mwaqqaf tal-vettura li jnaqqas ir-riskju ta’ ħabta. |
|
16. |
“dominju tad-disinn operattiv (“ODD”)” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi li ADS partikolari tkun iddisinjata speċifikament biex tiffunzjona fihom, inkluż ir-restrizzjonijiet ambjentali, ġeografiċi, u tal-ħin tal-ġurnata, u/jew il-preżenza jew l-assenza meħtieġa ta’ ċerti karatteristiċi tat-traffiku jew tat-triq, iżda mhux limitati għalihom. |
|
17. |
“detezzjoni u rispons ta’ oġġetti u ta’ eventi” (“OEDR”) tfisser is-sottokompiti tal-kompitu tas-sewqan dinamiku li jinkludu l-monitoraġġ tal-ambjent tas-sewqan u t-twettiq ta’ rispons xieraq. Tinkludi d-detezzjoni, ir-rikonoxximent u l-klassifikazzjoni ta’ oġġetti u ta’ eventi u t-tħejjija u t-twettiq ta’ risponsi kif meħtieġ. |
|
18. |
“xenarju” tfisser sekwenza jew kombinament ta’ sitwazzjonijiet użati biex jiġu vvalutati r-rekwiżiti tas-sikurezza għal ADS. |
|
19. |
“xenarji tat-traffiku nominali” tfisser is-sitwazzjonijiet raġonevolment prevedibbli li l-ADS tiltaqa’ magħhom meta topera fl-ODD tagħha. Dawn ix-xenarji jirrappreżentaw l-interazzjonijiet mhux kritiċi tal-ADS ma’ parteċipanti oħra tat-traffiku u jiġġeneraw l-operat normali tal-ADS. |
|
20. |
“xenarji kritiċi” tfisser ix-xenarji relatati ma’ każijiet estremi (eż. kundizzjonijiet mhux mistennija bi probabbiltà eċċezzjonalment baxxa ta’ okkorrenza) u insuffiċjenzi operattivi, mhux limitati għall-kundizzjonijiet tat-traffiku iżda li jinkludu wkoll il-kundizzjonijiet ambjentali (eż. xita qawwija jew kameras b’riflessjoni baxxa tad-dawl tax-xemx), il-fatturi umani, il-konnettività u l-komunikazzjoni ħażina li jwasslu għall-operat ta’ emerġenza tal-ADS. |
|
21. |
“xenarji ta’ nuqqas ta’ operat kif suppost” tfisser ix-xenarji relatati ma’ nuqqas ta’ operat kif suppost tal-ADS u/jew tal-komponenti tal-vettura li jistgħu jwasslu għall-operat normali jew ta’ emerġenza tal-ADS skont jekk il-livell minimu ta’ sikurezza jiġix ippreservat. |
|
22. |
“operat normali” tfisser l-operat tal-ADS fil-limiti u fil-kundizzjonijiet operattivi speċifikati biex titwettaq l-attività ddisinjata. |
|
23. |
“operat ta’ emerġenza” tfisser l-operat tal-ADS minħabba l-okkorrenza ta’ eventi li jeħtieġu azzjoni fil-pront biex jittaffew konsegwenzi avversi fuq is-saħħa tal-bniedem jew danni materjali. |
|
24. |
“operatur abbord” tfisser, fejn applikabbli għall-kunċett tas-sikurezza tal-ADS, persuna li tkun tinsab fil-vettura awtomatizzata kompletament li:
Fis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-operatur abbord ma għandux isuq il-vettura awtomatizzata kompletament u l-ADS għandha tkompli twettaq id-DDT. |
|
25. |
“operatur ta’ intervent mill-bogħod” tfisser, fejn applikabbli għall-kunċett tas-sikurezza tal-ADS, persuna/i li tkun/jkunu tinsab/jinsabu barra mill-vettura awtomatizzata kompletament li mill-bogħod jistgħu jwettqu l-kompiti tal-operatur abbord, diment li dan isir fis-sikurezza. L-operatur ta’ intervent mill-bogħod ma għandux isuq il-vettura awtomatizzata kompletament u l-ADS għandha tkompli twettaq id-DDT. |
|
26. |
“kapaċitajiet potenzjali mill-bogħod” tfisser il-kapaċitajiet potenzjali ddisinjati speċifikament biex jappoġġaw interventi mill-bogħod. |
|
27. |
“R2022/1426 Numru ta’ Identifikazzjoni tas-Software (R2022/1426SWIN)” tfisser identifikatur apposta, definit mill-manifattur, li jirrappreżenta l-informazzjoni dwar is-software rilevanti għall-approvazzjoni tat-tip tal-ADS li tikkontribwixxi għall-karatteristiċi rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip tal-ADS. |
|
28. |
“riskju mhux raġonevoli” tfisser il-livell kumplessiv ta’ riskju għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħra tat-triq li jiżdied meta mqabbel ma’ vettura misjuqa manwalment f’servizzi u f’sitwazzjonijiet tat-trasport komparabbli fid-dominju tad-disinn operattiv. |
|
29. |
“sikurezza funzjonali”: tfisser l-assenza ta’ riskji mhux raġonevoli fl-okkorrenza ta’ perikli kkawżati minn imġiba ta’ funzjonament ħażin. |
|
30. |
“sikurezza operattiva” tfisser l-assenza ta’ riskju mhux raġonevoli fl-okkorrenza ta’ perikli li jirriżultaw minn insuffiċjenzi funzjonali tal-funzjonalità maħsuba (eż. detezzjoni falza/nieqsa), disturbi operattivi (eż. kundizzjonijiet ambjentali bħal ċpar, xita, dellijiet, dawl tax-xemx, infrastruttura) jew minn użu ħażin/żbalji raġonevolment prevedibbli mill-okkupanti tal-vettura u minn utenti oħra tat-triq (jiġifieri perikli għas-sikurezza — mingħajr ħsarat fis-sistema). |
|
31. |
“strateġija ta’ kontroll” tfisser strateġija li tiżgura operat robust u sikur tal-ADS b’rispons għal sett speċifiku ta’ kundizzjonijiet ambjentali u/jew operattivi (bħall-kundizzjoni tas-superfiċe tat-triq, utenti oħra tat-triq, kundizzjonijiet tat-temp avversi, riskju imminenti ta’ kolliżjoni, nuqqas ta’ operat kif suppost, ilħuq tal-konfini tal-ODD, eċċ.). Din tista’ tinkludi restrizzjonijiet temporanji fuq il-prestazzjoni (eż. tnaqqis fil-veloċità operattiva massima, eċċ.), manuvri MRM, evitar jew mitigazzjoni tal-kolliżjonijiet, intervent mill-bogħod, eċċ. |
|
32. |
“Ħin sal-Kolliżjoni” (TTC - Time to Collision) tfisser il-ħin qabel ma sseħħ kolliżjoni bejn il-vetturi/l-oġġetti/is-soġġetti involuti jekk il-veloċitajiet tagħhom ma jinbidlux u filwaqt li jitqiesu l-mogħdijiet tagħhom. Għal sitwazzjonijiet purament lonġitudinali b’veloċitajiet kostanti, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-test, it-TTC jinkiseb billi d-distanza lonġitudinali (fid-direzzjoni tal-ivvjaġġar tal-vettura tat-test) bejn il-vettura tat-test u l-vetturi/l-oġġetti/is-soġġetti l-oħra tiġi diviża bil-veloċità relattiva lonġitudinali tal-vettura tat-test u l-vetturi/l-oġġetti/is-soġġetti l-oħra. Għal sitwazzjonijiet ta’ qsim puri b’veloċitajiet kostanti, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-test, dan jinkiseb billi d-distanza lonġitudinali bejn il-vettura tat-test u l-linja laterali tal-moviment tal-vetturi/tal-oġġetti/tas-soġġetti l-oħra tiġi diviża bil-veloċità lonġitudinali tal-vettura tat-test. |
|
33. |
“tip ta’ vettura fir-rigward tal-ADS” tfisser vetturi awtomatizzati kompletament li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħalma huma:
|
|
34. |
“vetturi b’modalità doppja” tfisser il-vetturi awtomatizzati kompletament b’sit tas-sewwieq iddisinjati u mibnija:
Għall-vetturi b’modalità doppja, it-tranżizzjoni bejn il-modalità tas-sewqan manwali u l-modalità awtomatizzata kompletament, kif ukoll it-tranżizzjoni bejn il-modalità awtomatizzata kompletament u l-modalità manwali, tista’ sseħħ biss meta l-vettura tkun wieqfa, mhux meta l-vettura tkun miexja. |
|
35. |
“operatur ta’ servizz tat-trasport” tfisser l-entità li tipprovdi servizz tat-trasport bl-użu ta’ vettura awtomatizzata kompletament waħda jew iktar. |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet amministrattivi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament
1. L-entrati rilevanti tad-dokument ta’ informazzjoni, ippreżentat f’konformità mal-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/858 mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vettura awtomatizzata kompletament, għandhom jikkonsistu mill-informazzjoni rilevanti għal dik is-sistema kif tinsab fl-Anness I.
2. L-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi tas-sewqan awtomatizzat ta’ vetturi awtomatizzati kompletament għandha tkun soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew mis-servizzi tekniċi tagħhom f’konformità mal-Anness III.
3. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta’ sistema tas-sewqan awtomatizzat ta’ vettura awtomatizzata kompletament, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, għandu jitfassal f’konformità mal-Anness IV.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).
ANNESS I
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi awtomatizzati kompletament fir-rigward tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat tagħhom
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ vettura awtomatizzata kompletament fir-rigward tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (ADS).
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġija jew stampa għandha tiġi pprovduta fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. F’każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu f’dettall suffiċjenti.
|
0. |
ĠENERALI |
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.2.2 |
Għal vetturi approvati f’diversi stadji, informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura fl-istadju bażiku/preċedenti, elenka l-informazzjoni għal kull stadju. (Dan jista’ jsir b’matriċi)
Tip: Varjant(i): Verżjoni(jiet): In-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż in-numru tal-estensjoni … |
|
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-marka: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem tal-kumpanija u indirizz tal-manifattur: |
|
0.5.1 |
Għal vetturi approvati f’diversi stadji, l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-manifattur tal-vettura fl-istadju/i bażiku/bażiċi jew preċedenti: … |
|
0.6. |
Il-pożizzjoni tal-pjanċi statutorji u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom u l-pożizzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: … |
|
0.6.1. |
Fuq ix-xażi: … |
|
0.6.2. |
Fuq il-karozzerija: … |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): |
|
17. |
SISTEMA TAS-SEWQAN AWTOMATIZZAT (ADS) |
|
17.1. |
Deskrizzjoni ġenerali tal-ADS |
|
17.1.1. |
Kundizzjonijiet tad-dominju tad-disinn operattiv/tal-konfini |
|
17.1.2. |
Prestazzjoni Bażika (eż. Detezzjoni u Rispons għal Oġġetti u Avvenimenti, ippjanar, eċċ.) |
|
17.2. |
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet tal-ADS |
|
17.2.1. |
Funzjonijiet ewlenin tal-ADS (arkitettura funzjonali) |
|
17.2.1.1. |
Funzjonijiet interni tal-vettura |
|
17.2.1.2. |
Funzjonijiet esterni tal-vettura (eż. infrastruttura ta’ back-end, mhux abbord meħtieġa, miżuri operattivi meħtieġa) |
|
17.3. |
Ħarsa ġenerali lejn il-komponenti ewlenin tal-ADS |
|
17.3.1. |
Unitajiet ta’ kontroll |
|
17.3.2. |
Sensuri u installazzjoni tas-sensuri fuq il-vettura |
|
17.3.3. |
Attwaturi |
|
17.3.4. |
Mapep u pożizzjonament |
|
17.3.5. |
Hardware ieħor |
|
17.4. |
It-tqassim u l-iskematika tal-ADS |
|
17.4.1. |
Tqassim skematiku tas-sistema (eż. dijagramma bi blokki) |
|
17.4.2. |
Lista u ħarsa ġenerali skematika tal-interkonnessjonijiet |
|
17.5. |
Speċifikazzjonijiet |
|
17.5.1. |
Speċifikazzjonijiet fit-tħaddim normali |
|
17.5.2. |
Speċifikazzjonijiet fit-tħaddim ta’ emerġenza |
|
17.5.3. |
Kriterji ta’ aċċettazzjoni |
|
17.5.4 |
Dimostrazzjoni ta’ konformità |
|
17.6. |
Kunċett ta’ sikurezza |
|
17.6.1. |
Dikjarazzjoni tal-Manifattur li l-vettura hija ħielsa minn riskji mhux raġonevoli |
|
17.6.2. |
Dijagramma deskrittiva tal-arkitettura tas-software (eż. dijagramma bi blokki) |
|
17.6.3. |
Mezzi li bihom tiġi ddeterminata r-realizzazzjoni tal-loġika tal-ADS |
|
17.6.4. |
Spjegazzjoni ġenerali tal-provvedimenti tad-disinn prinċipali mibnija fl-ADS sabiex jiġġeneraw tħaddim sikur f’kundizzjonijiet ta’ ħsara, taħt disturbi operattivi u l-okkorrenza ta’ kundizzjonijiet li jaqbżu l-ODD |
|
17.6.5 |
Deskrizzjoni ġenerali tal-prinċipji ewlenin għall-ġestjoni tal-ħsarat, l-istrateġija fil-livell ta’ riżerva, inkluża l-istrateġija ta’ mitigazzjoni tar-riskju (manuvra ta’ riskju minimu) |
|
17.6.6. |
Kundizzjonijiet għall-iskattar ta’ talba lill-operatur abbord jew lill-operatur tal-intervent mill-bogħod |
|
17.6.7. |
Kunċett ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magna mal-okkupanti ta’ vettura, l-operatur abbord u l-operatur ta’ intervent mill-bogħod, inkluża l-protezzjoni kontra attivazzjoni/tħaddim u Interventi mhux awtorizzati sempliċi |
|
17.7. |
Verifika u validazzjoni mill-manifattur tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni, inklużi l-OEDR, l-HMI, ir-rispett tar-regoli tat-traffiku u l-konklużjoni li s-sistema hija mfassla b’tali mod li tkun ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq |
|
17.7.1. |
Deskrizzjoni tal-approċċ adottat |
|
17.7.2. |
Għażla ta’ xenarji nominali, kritiċi u ta’ ħsara |
|
17.7.3. |
Deskrizzjoni tal-metodi u l-għodod użati (software, laboratorju, oħrajn) u sommarju tal-valutazzjoni tal-kredibbiltà |
|
17.7.4. |
Deskrizzjoni tar-riżultati |
|
17.7.5. |
Inċertezza tar-riżultati |
|
17.7.6. |
Interpretazzjoni tar-riżultati |
|
17.7.7. |
Dikjarazzjoni tal-manifattur:
Il-manifattur(i) … jafferma(w) li l-ADS hija ħielsa minn riskji ta’ sikurezza mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq. |
|
17.8. |
Elementi tad-data tal-ADS |
|
17.8.1. |
Tip ta’ data maħżuna |
|
17.8.2. |
Post tal-ħażna |
|
17.8.3. |
Okkorrenzi u elementi tad-data rreġistrati |
|
17.8.4. |
Mezzi sabiex jiġu żgurati s-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data |
|
17.8.5. |
Mezzi biex tiġi aċċessata d-data |
|
17.9. |
Aġġornament taċ-ċibersigurtà u tas-software |
|
17.9.1. |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip taċ-Ċibersigurtà: |
|
17.9.2. |
Numru taċ-ċertifikat ta’ konformità għas-sistema tal-ġestjoni taċ-ċibersigurtà: |
|
17.9.3. |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-aġġornament tas-software: |
|
17.9.4. |
In-numru taċ-ċertifikat ta’ konformità għas-sistema ta’ ġestjoni tal-aġġornament tas-software |
|
17.9.5. |
Identifikazzjoni tas-Software tal-ADS: |
|
17.9.5.1. |
Informazzjoni dwar kif għandhom jinqraw l-RxSWIN jew il-verżjoni(jiet) tas-software f’każ li l-RxSWIN ma tinżammx fuq il-vettura. |
|
17.9.5.2. |
Jekk applikabbli, elenka l-parametri rilevanti li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ dawk il-vetturi li jistgħu jiġu aġġornati bis-software rappreżentat mill-RxSWIN taħt l-entrata 17.9.4.1. |
|
17.10. |
Manwal tal-operat (għandu jiġi anness mad-dokument ta’ informazzjoni) |
|
17.10.1. |
Deskrizzjoni funzjonali tal-ADS u r-rwol mistenni tas-sid, tal-operatur tas-servizz tat-trasport, tal-operatur abbord, tal-operatur tal-intervent mill-bogħod, eċċ. |
|
17.10.2. |
Miżuri tekniċi għal tħaddim sikur (eż. deskrizzjoni tal-infrastruttura meħtieġa mhux abbord, it-twaqqit, il-frekwenza u l-mudell tal-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni); |
|
17.10.3. |
Restrizzjonijiet operattivi u ambjentali |
|
17.10.4. |
Miżuri operattivi (eż. jekk ikun meħtieġ operatur abbord jew operatur ta’ intervent mill-bogħod) |
|
17.10.5. |
Struzzjonijiet f’każ ta’ ħsarat u talba għall-ADS (miżuri ta’ sikurezza mill-okkupanti tal-vettura, mill-operatur tas-servizz tat-trasport, mill-operatur abbord u mill-operatur ta’ intervent mill-bogħod u mill-awtoritajiet pubbliċi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ ħsara fl-operat) |
|
17.11. |
Mezzi li jippermettu testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali
Lista ta’ Illustrazzjonijiet/Tabelli Akronimi Anness I - Manwal ta’ Simulazzjoni Anness II - Manwal tat-Tħaddim Nota ta’ spjegazzjoni Dan id-dokument ta’ informazzjoni jinkludi l-informazzjoni rilevanti għas-sistema tas-sewqan awtomatizzat u għandu jimtela f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683. |
ANNESS II
Rekwiżiti tal-prestazzjoni
1. DDT taħt xenarji ta’ traffiku nominali
|
1.1. |
L-ADS għandha tkun kapaċi twettaq id-DDT kollu. |
|
1.1.1. |
Il-kapaċità tal-ADS li twettaq id-DDT kollu għandha tiġi ddeterminata fil-kuntest tal-ODD tal-ADS. |
|
1.1.2. |
Bħala parti mid-DDT, l-ADS għandha tkun kapaċi:
|
|
1.1.3. |
Is-sistema għandha turi mġiba antiċipatorja f’interazzjoni ma’ utent(i) ieħor/oħrajn tat-triq, sabiex tiġi żgurata mġiba stabbli, b’dinamika baxxa u lonġitudinali u mġiba li timminimizza r-riskju meta sitwazzjonijiet kritiċi jistgħu jsiru imminenti, pereżempju, b’utenti vulnerabbli tat-toroq (persuni bil-mixi, ċiklisti, eċċ.) ostakolati u mhux ostakolati jew b’vetturi oħrajn li jaqsmu jew jagħmlu manuvra ta’ dħul ’il ġewwa quddiem il-vettura awtomatizzata kompletament. |
|
1.1.4. |
Ir-rekwiżiti relatati mad-DDT għandhom jiġu ssodisfati fid-direzzjoni inversa jekk il-ger tar-rivers ikun meħtieġ mill-ODD jew iddikjarat minnu, |
|
1.2. |
L-ADS għandha tindividwa u tirrispondi b’mod xieraq għal oġġetti u avvenimenti rilevanti għad-DDT fi ħdan l-ODD.
L-oġġetti u l-avvenimenti jistgħu jinkludu, iżda ma humiex limitati għal:
|
|
1.3. |
L-ADS għandha tkun konformi mar-regoli tat-traffiku tal-pajjiż tal-operat |
|
1.3.1. |
L-ADS għandha tinteraġixxi b’mod sikur ma’ utenti oħrajn tat-triq f’konformità mar-regoli tat-traffiku, bħal permezz ta’:
|
|
1.3.2. |
Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi tat-traffiku, il-vetturi b’ADS maħsuba biex iġorru okkupanti tal-vettura bilwieqfa jew mhux marbuta ma għandhomx jaqbżu aċċellerazzjoni orizzontali kkombinata ta’ 2,4 m/s2 (f’valur assolut u kkalkolata bħala l-kombinament ta’ aċċellerazzjoni laterali u lonġitudinali), u rata ta’ bidla tal-aċċellerazzjoni ta’ 5 m/s3.
Skont il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskju għall-okkupanti u għal utenti oħrajn tat-triq, jista’ jkun xieraq li jinqabżu dawn il-limiti, bħal fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza. |
2. DDT f’xenarji kritiċi tat-traffiku (operazzjoni ta’ emerġenza).
|
2.1. |
L-ADS għandha tkun kapaċi twettaq id-DDT għax-xenarji kritiċi tat-traffiku raġonevolment prevedibbli kollha fl-ODD. |
|
2.1.1. |
L-ADS għandha tkun kapaċi tindividwa r-riskju ta’ kolliżjoni ma’ utenti oħrajn tat-triq, jew ostaklu li jidher f’daqqa (debris, tagħbija mitlufa) u għandha tkun kapaċi twettaq awtomatikament operazzjoni ta’ emerġenza xierqa (ibbrejkjar, dawrien evażiv) biex jiġu evitati kolliżjonijiet raġonevolment prevedibbli u jiġu minimizzati r-riskji għas-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u ta’ utenti oħrajn tat-triq. |
|
2.1.1.1. |
Fil-każ ta’ riskju alternattiv inevitabbli għall-ħajja tal-bniedem, l-ADS ma għandha tipprevedi l-ebda ponderazzjoni abbażi tal-karatteristiċi personali tal-bnedmin. |
|
2.1.1.2. |
Il-protezzjoni ta’ ħajja umana oħra barra mill-vettura awtomatizzata kompletament ma għandhiex tkun subordinata għall-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem fil-vettura awtomatizzata kompletament. |
|
2.1.2. |
Il-vulnerabbiltà tal-utenti tat-toroq involuti għandha titqies mill-istrateġija ta’ evitar/mitigazzjoni. |
|
2.1.3. |
Wara l-manuvra evażiva, il-vettura għandu jkollha l-għan li tkompli b’moviment stabbli malajr kemm jista’ jkun teknikament. |
|
2.1.4. |
Is-sinjal biex jiġu attivati d-dwal ta’ twissija ta’ periklu għandu jiġi ġġenerat awtomatikament f’konformità mar-regoli tat-traffiku. Jekk il-vettura awtomatizzata kompletament terġa’ ssuq b’mod awtomatiku, is-sinjal biex jiġu diżattivati d-dwal ta’ twissija ta’ periklu għandu jiġi ġġenerat b’mod awtomatiku. |
|
2.1.5. |
Fil-każ ta’ aċċident tat-traffiku li jinvolvi vettura awtomatizzata kompletament, l-ADS għandu jkollha l-għan li twaqqaf il-vettura awtomatizzata kompletament u jkollha l-għan li twettaq Manuvra ta’ Riskju Minimu biex tilħaq il-Kundizzjoni ta’ Riskju Minimu. Ma għandux ikun possibbli li l-ADS terġa’ tibda topera b’mod normali qabel ma l-istat operattiv tal-vetturi awtomatizzati kompletament jkun ġie kkonfermat permezz ta’ awtokontrolli tal-ADS u/jew tal-operatur abbord (jekk applikabbli) jew tal-operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk applikabbli). |
3. DDT fil-konfini tal-ODD
|
3.1. |
L-ADS għandha tirrikonoxxi l-kundizzjonijiet u l-konfini tal-ODD tagħha. |
|
3.1.1. |
L-ADS għandha tkun kapaċi tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-ADS humiex issodisfati. |
|
3.1.2. |
L-ADS għandha tindividwa u tirrispondi meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet tal-ODD ma jkunux issodisfati jew ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
|
3.1.3. |
L-ADS għandha tkun kapaċi tantiċipa l-ħruġ mill-ODD |
|
3.1.4. |
Il-kundizzjonijiet u l-konfini tal-ODD għandhom jiġu stabbiliti mill-manifattur. |
|
3.1.4.1. |
Il-kundizzjonijiet tal-ODD li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-ADS jinkludu:
|
|
3.1.5. |
Meta l-ADS tilħaq il-konfini tal-ODD, hija għandha twettaq MRM biex tilħaq MRC u għandha twissi lill-operatur abbord (jekk applikabbli)/operatur mill-bogħod (jekk applikabbli) kif xieraq. |
4. DDT f’xenarji ta’ ħsara
|
4.1. |
L-ADS għandha tindividwa u tirrispondi għall-imġiba ta’ ħsara tal-ADS u/jew tal-vettura. |
|
4.1.1. |
L-ADS għandha tagħmel awtodijanjożi tal-ħsarat. |
|
4.1.2. |
L-ADS għandha tevalwa l-kapaċità tagħha li tissodisfa d-DDT kollu. |
|
4.1.2.1. |
L-ADS għandha tirrispondi b’mod sikur għal ħsarat fl-ADS li ma jikkompromettux b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-ADS. |
|
4.1.2.2. |
L-ADS għandha teżegwixxi MRM biex tikseb MRC fil-każ ta’ ħsara fl-ADS u/jew f’sistema oħra ta’ vettura li tipprevjeni lill-ADS milli twettaq id-DDT. |
|
4.1.2.3. |
L-ADS għandha, immedjatament mal-individwazzjoni, tindika ħsarat kbar u l-istatus operattiv li jirriżulta lill-okkupanti tal-vettura, lill-operatur abbord (jekk disponibbli) jew lill-operatur tal-intervent mill-bogħod (jekk rilevanti), kif ukoll lil utenti oħrajn tat-triq f’konformità mar-regoli tat-traffiku (eż. l-attivazzjoni tad-dwal ta’ twissija ta’ periklu). |
|
4.1.2.4. |
Jekk il-ħsarat jaffettwaw il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar jew tal-istering tal-vettura, l-MRM għandha titwettaq b’kunsiderazzjoni għall-prestazzjoni li jifdal. |
5. Manuvra ta’ riskju minimu (MRM) u Kundizzjoni ta’ Riskju Minimu (MRC)
|
5.1. |
Matul l-MRM, il-vettura awtomatizzata kompletament bl-ADS għandha tnaqqas il-veloċità tagħha, bil-għan li tinkiseb domanda għad-deċellerazzjoni ta’ mhux aktar minn 4,0 m/s2, għal waqfien sħiħ fl-aktar post sikur possibbli, filwaqt li jitqiesu t-traffiku tal-madwar u l-infrastruttura tat-toroq. Huma permessi valuri ogħla tad-domanda għad-deċellerazzjoni fil-każ ta’ ADS severa jew ħsara severa f’vettura awtomatizzata kompletament. |
|
5.2. |
L-ADS għandha tindika l-intenzjoni tagħha li tqiegħed il-vettura awtomatizzata kompletament f’MRC għall-okkupanti tal-vettura awtomatizzata kompletament, kif ukoll għal utenti oħrajn tat-triq f’konformità mar-regoli tat-traffiku (eż. billi tattiva d-dwal ta’ twissija ta’ periklu) |
|
5.3. |
Il-vettura awtomatizzata kompletament għandha tħalli l-MRC biss wara konferma permezz ta’ awtokontrolli tal-ADS u/jew mill-operatur abbord (jekk applikabbli) jew mill-operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk applikabbli) li l-kawża/i tal-MRM ma għadhiex/għadhomx preżenti. |
6. Interazzjoni bejn il-bniedem u l-magna
|
6.1. |
Għandha tingħata informazzjoni adegwata lill-okkupanti tal-vettura awtomatizzata kompletament kull meta jkun meħtieġ għat-tħaddim sikur u fir-rigward tal-perikli għas-sikurezza. |
|
6.2. |
Jekk operatur ta’ intervent mill-bogħod ikun parti mill-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS, il-vettura awtomatizzata kompletament għandha tipprovdi mezzi għall-okkupanti tal-vettura biex isejħu operatur ta’ intervent mill-bogħod permezz ta’ interfaċċa awdjoviżiva fil-vettura awtomatizzata kompletament. Għandhom jintużaw sinjali mhux ambigwi għall-interfaċċa awdjoviżiva (eż. ISO 7010 E004) |
|
6.3. |
L-ADS għandha tipprovdi lill-okkupanti tal-vettura b’mezzi biex jitolbu manuvra ta’ riskju minimu biex iwaqqfu l-vettura awtomatizzata kompletament. F’każ ta’ emerġenza:
|
|
6.4. |
Jekk operatur ta’ intervent mill-bogħod ikun parti mill-kunċett tas-sikurezza tal-ADS, il-vettura awtomatizzata kompletament għandha tipprovdi sistemi ta’ viżjoni (eż. kameras f’konformità mal-Kapitolu 6 tal-ISO16505:2019) tal-ispazju għall-okkupanti ġewwa l-vettura u tal-madwar tal-vettura sabiex l-operatur ta’ intervent mill-bogħod ikun jista’ jivvaluta s-sitwazzjoni ġewwa u barra l-vettura. |
|
6.5. |
Jekk operatur ta’ intervent mill-bogħod ikun parti mill-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS, għandu jkun possibbli għall-operatur ta’ intervent mill-bogħod li jiftaħ il-bieb tas-servizz imħaddem bl-enerġija mill-bogħod. |
|
6.6. |
L-ADS għandha tattiva s-sistemi rilevanti tal-vettura meta jkun meħtieġ u applikabbli (eż. il-ftuħ tal-bibien, l-attivazzjoni tal-wajpers f’każ ta’ xita, sistema tat-tisħin, eċċ.) |
7. Sikurezza funzjonali u operattiva
|
7.1. |
Il-manifattur għandu juri li jkun ingħata grad aċċettabbli ta’ kunsiderazzjoni lis-sikurezza funzjonali u operattiva għall-ADS matul il-proċessi tad-disinn u tal-iżvilupp tagħha. Il-miżuri stabbiliti mill-manifattur għandhom jiżguraw li l-vettura awtomatizzata kompletament tkun ħielsa minn riskji ta’ sikurezza mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq matul il-ħajja tal-vettura meta mqabbla ma’ servizzi u sitwazzjonijiet tat-trasport komparabbli fil-qasam operattiv. |
|
7.1.1. |
Il-manifattur għandu jiddefinixxi l-kriterji ta’ aċċettazzjoni li minnhom jiġu derivati l-miri ta’ validazzjoni tal-ADS sabiex jevalwa r-riskju residwu għall-ODD filwaqt li jqis, meta disponibbli, id-data eżistenti dwar l-aċċidenti (1), id-data dwar il-prestazzjonijiet minn vetturi manwali misjuqa b’mod kompetenti u bir-reqqa u t-teknoloġija mill-aktar avvanzata. |
|
7.2. |
Il-manifattur għandu jkollu proċessi biex jiġġestixxi s-sikurezza u l-konformità kontinwa tal-ADS matul il-ħajja (it-tkagħbir bl-użu tal-komponenti, speċjalment għas-sensuri, xenarji ġodda tat-traffiku, eċċ.). |
8. Aġġornamenti taċ-ċibersigurtà u tas-software
|
8.1. |
L-ADS għandha tiġi protetta minn aċċess mhux awtorizzat f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru. 155 (2). |
|
8.2. |
L-ADS għandha tappoġġa l-aġġornamenti tas-software. L-effettività tal-proċeduri u tal-proċessi ta’ aġġornament tas-software li jikkonċernaw l-ADS għandha tintwera permezz ta’ konformità mar-Regolament tan-NU Nru. 156 (3). |
|
8.2.1 |
Kif speċifikat fir-Regolament dwar l-Aġġornament tas-Software u s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Aġġornament tas-Software, bl-iskop li jiġi żgurat li jkun jista’ jiġi identifikat is-software tas-Sistema, għandu jintuża R2022/1426SWIN. L-R2022/1426SWIN jista’ jinżamm fuq il-vettura jew, jekk ma jinżammx R2022/1426SWIN fuq il-vettura, il-manifattur għandu jiddikjara l-verżjoni(jiet) tas-software tal-vettura jew l-ECUs uniċi bil-konnessjoni mal-approvazzjonijiet tat-tip rilevanti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
8.2.2 |
Il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja fid-dokument ta’ informazzjoni:
|
|
8.2.3. |
Fid-dokument ta’ informazzjoni, il-manifattur jista’ jipprovdi lista tal-parametri rilevanti li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ dawk il-vetturi li jistgħu jiġu aġġornati bis-software rappreżentat mill-R2022/1426SWIN. L-informazzjoni pprovduta għandha tiġi ddikjarata mill-manifattur u ma tistax tiġi vverifikata minn awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
8.2.4. |
Il-manifattur jista’ jikseb approvazzjoni tat-tip ta’ vettura ġdida bl-iskop li jiddifferenzja l-verżjonijiet tas-software maħsuba biex jintużaw fuq vetturi diġà rreġistrati fis-suq mill-verżjonijiet tas-software li jintużaw fuq vetturi ġodda. Din tista’ tkopri s-sitwazzjonijiet fejn jiġu aġġornati r-regolamenti dwar l-approvazzjoni tat-tip, jew fejn isiru bidliet fil-hardware fuq vetturi fil-produzzjoni tas-serje. Bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, fejn ikun possibbli, għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni tat-testijiet. |
9. Ir-rekwiżiti tad-data tal-ADS u l-elementi speċifiċi tad-data għar-reġistratur tad-data tal-avvenimenti għal vetturi awtomatizzati kompletament
|
9.1. |
L-ADS għandha tirreġistra l-okkorrenzi li ġejjin kull meta tiġi attivata l-ADS: |
|
9.1.1. |
Attivazzjoni/inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-ADS (jekk applikabbli) |
|
9.1.2. |
Diżattivazzjoni tal-ADS (jekk applikabbli) |
|
9.1.3. |
Talba mibgħuta mill-ADS lill-operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk applikabbli) |
|
9.1.4. |
Talba/Input mibgħuta mill-operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk applikabbli) |
|
9.1.5. |
Il-bidu tal-operazzjoni ta’ emerġenza |
|
9.1.6. |
It-tmiem tal-operazzjoni ta’ emerġenza |
|
9.1.7. |
Involviment f’kolliżjoni identifikata |
|
9.1.8. |
Input li jiskatta r-Reġistratur tad-Data tal-Avveniment (Event Data Recorder - EDR) |
|
9.1.9. |
Attivazzjoni ta’ manuvra ta’ riskju minimu mill-ADS |
|
9.1.10. |
Kundizzjoni ta’ riskju minimu milħuqa mill-vettura awtomatizzata kompletament |
|
9.1.11. |
Ħsara fl-ADS (Deskrizzjoni) |
|
9.1.12. |
Falliment tal-vettura |
|
9.1.13. |
Bidu tal-proċedura ta’ tibdil tal-karreġġata |
|
9.1.14. |
Tmiem il-proċedura ta’ tibdil tal-karreġġata |
|
9.1.15. |
Abort tal-proċedura ta’ tibdil tal-karreġġata |
|
9.1.16. |
Bidu tal-qsim intenzjonat tal-karreġġata |
|
9.1.17. |
Tmiem il-qsim intenzjonat tal-karreġġata |
|
9.2. |
L-indikaturi tal-okkorrenzi għall-punti 9.1.13., 9.1.14., 9.1.16. u 9.1.17. iridu jinħażnu biss jekk iseħħu fi żmien 30 sekonda qabel l-okkorrenzi fil-punti 9.1.5., 9.1.7., 9.1.15. jew 9.1.8.: |
|
9.3. |
Elementi tad-Data tal-ADS |
|
9.3.1. |
Għal kull okkorrenza elenkata fil-punt 9.1., l-elementi tad-data li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati b’mod identifikabbli b’mod ċar: |
|
9.3.2. |
L-indikazzjoni tal-okkorrenza rreġistrata |
|
9.3.3. |
Ir-raġuni għall-okkorrenza, kif xieraq, |
|
9.3.4. |
Data (riżoluzzjoni: ssss/xx/jj); |
|
9.3.5. |
Pożizzjoni (koordinati tal-GPS) |
|
9.3.6. |
Kronogramma:
|
|
9.4. |
Għal kull okkorrenza rreġistrata, l-RXSWIN, jew il-verżjonijiet tas-software, li jindikaw is-software li kien preżenti meta seħħ l-avveniment, għandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar. |
|
9.5. |
Tista’ tiġi permessa kronogramma waħda għal diversi elementi rreġistrati simultanjament fi ħdan ir-riżoluzzjoni tal-ħin tal-elementi speċifiċi tad-data. Jekk ikun hemm aktar minn element wieħed irreġistrat bl-istess kronogramma, l-informazzjoni mill-elementi individwali għandha tindika l-ordni kronoloġiku. |
|
9.6. |
Disponibbiltà tad-data |
|
9.6.1. |
L-elementi tad-data tal-ADS għandhom ikunu disponibbli soġġett għar-rekwiżiti speċifikati fil-liġi nazzjonali jew fid-dritt tal-Unjoni (4). |
|
9.6.2. |
Ladarba l-kapaċità tal-ħżin tilħaq il-limitu tagħha, id-data eżistenti għandha tiġi sovraskritta biss billi tiġi segwita proċedura li dak li daħal l-ewwel joħroġ l-ewwel bil-prinċipju li jiġu rrispettati r-rekwiżiti rilevanti għad-disponibbiltà tad-data.
Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza dokumentata dwar il-kapaċità tal-ħżin. |
|
9.6.3. |
Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, l-elementi tad-data għandhom ikunu jistgħu jiġu rkuprati anki wara impatt ta’ livell ta’ severità stabbilit mir-Regolamenti tan-NU Nri. 94 (5), 95 (6) jew 137 (7). |
|
9.6.4. |
Għall-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, l-elementi tad-data elenkati fil-punt 9.2. għandhom ikunu jistgħu jiġu rkuprati anki wara impatt. Sabiex tintwera dik il-kapaċità, japplika dan li ġej:
Jew:
|
|
9.6.5. |
Jekk il-provvista tal-enerġija ewlenija tal-vettura abbord ma tkunx disponibbli, xorta għandu jkun possibbli li tiġi rkuprata d-data kollha rreġistrata. |
|
9.6.6. |
Id-data maħżuna għandha tkun tista’ tinqara faċilment b’mod standardizzat bl-użu ta’ interfaċċa ta’ komunikazzjoni elettronika, mill-inqas permezz tal-interfaċċa standard (port tal-OBD). |
|
9.7. |
Elementi speċifiċi tad-data għar-reġistratur tad-data dwar l-avvenimenti għal vetturi awtomatizzati kompletament |
|
9.7.1. |
Għall-vetturi mgħammra b’Reġistraturi tad-Data tal-Avvenimenti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2144, għandu jkun possibbli li jiġu rkuprati mill-interfaċċa standard (port tal-OBD) l-elementi tad-data tal-ADS kif imsemmija fil-punti 9.3.1. u 9.3.2. irreġistrati għal mill-inqas l-aħħar 30 sekonda qabel l-aħħar issettjar tal-indikatur tal-okkorrenza “input li jiskatta r-Reġistratur tad-Data tal-Avveniment (EDR)”, flimkien mal-elementi tad-data speċifikati fir-Regolament tan-NU Nru 160 (9), l-Anness 4 (data tal-EDR). |
|
9.7.2. |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe okkorrenza msemmija fil-punt 9.1. fl-aħħar 30 sekonda qabel l-aħħar issettjar tal-indikatur tal-okkorrenza “input li jiskatta r-Reġistratur tad-Data tal-Avveniment (EDR)”, għandu jkun possibbli li jiġi rkuprat, flimkien mad-data tal-EDR, l-element tad-data li jikkorrispondi għall-aħħar okkorrenzi fl-istess ċiklu tal-enerġija msemmi fil-punti 9.1.1. u 9.1.2., bħala minimu. |
|
9.7.3. |
L-elementi tad-data rkuprati f’konformità mal-punt 9.7.1. jew 9.7.2. ma għandhomx jinkludu d-data u l-kronogramma jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vettura, tal-utent jew tas-sid tagħha. Minflok, il-kronogramma għandha tiġi sostitwita b’informazzjoni li tirrappreżenta d-differenza fil-ħin bejn l-indikatur tal-okkorrenza “input li jiskatta r-Reġistratur tad-Data tal-Avveniment (EDR)” u l-indikatur tal-okkorrenza tal-element tad-data tal-ADS rispettiv. |
|
9.8. |
Il-manifattur għandu jipprovdi struzzjonijiet dwar kif tiġi aċċessata d-data. |
|
9.9. |
Protezzjoni kontra l-manipulazzjoni |
|
9.9.1. |
Għandha tiġi żgurata protezzjoni adegwata kontra l-manipulazzjoni (eż. it-tħassir tad-data) tad-data maħżuna, pereżempju, permezz ta’ disinn kontra t-tbagħbis |
10. Modalità ta’ sewqan manwali
|
10.1. |
Jekk l-ADS tippermetti sewqan manwali għall-finijiet ta’ manutenzjoni jew ta’ teħid ta’ kontroll wara li tiġi pprovduta manuvra ta’ riskju minimu fil-vettura awtomatizzata kompletament, il-vettura għandha tkun limitata għal 6 km/h u għandha tiġi pprovduta b’mezzi li jippermettu lill-persuna li ssuq il-vettura twettaq il-kompitu tas-sewqan b’mod sikur f’konformità mal-kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur. Ħlief f’każ ta’ ħsara, l-ADS għandha tkompli tiddetetta ostaklu (eż. vetturi, persuni bil-mixi) fiż-żona ta’ manuvrar u għandha tappoġġa lis-sewwieq biex iwaqqaf il-vettura minnufih biex tiġi evitata kolliżjoni. |
|
10.2. |
Jekk is-sewqan manwali jkun limitat għal 6 km/h, ma jkunx meħtieġ li s-sewwieq jibqa’ fil-vettura awtomatizzata kompletament. Il-kontroll jista’ jsir permezz ta’ kontroll mill-bogħod li jinsab qrib il-vettura, sakemm il-vettura tibqa’ fil-linja diretta tal-vista tas-sewwieq. Id-distanza massima li fuqha l-kontroll ikun possibbli permezz ta’ kontroll mill-bogħod ma għandhiex taqbeż l-10 metri. |
|
10.3. |
Jekk, waqt is-sewqan manwali, il-vettura tkun maħsuba li tiġi misjuqa f’veloċitajiet ogħla minn 6 km/h, il-vettura għandha titqies bħala vettura b’żewġ modalitajiet. |
11. Manwal operattiv
|
11.1. |
Il-manifattur għandu jfassal manwal operattiv. L-iskop tal-manwal operattiv huwa li jiżgura t-tħaddim sikur tal-vettura awtomatizzata kompletament permezz ta’ struzzjonijiet dettaljati lis-sid, lill-okkupanti tal-vettura, lill-operatur tas-servizz tat-trasport, lill-operatur abbord, lill-operatur ta’ intervent mill-bogħod u lil kwalunkwe awtorità nazzjonali rilevanti.
Meta l-vettura awtomatizzata kompletament tkun tinkludi l-possibbiltà ta’ sewqan manwali għall-fini ta’ manutenzjoni jew ta’ teħid ta’ kontroll wara manuvra ta’ riskju minimu, din għandha tkun koperta wkoll mill-manwal operattiv. |
|
11.2. |
Il-manwal operattiv għandu jinkludi d-deskrizzjoni funzjonali tal-ADS. |
|
11.3. |
Il-manwal operattiv għandu jinkludi l-miżuri tekniċi (eż. kontrolli u xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-vettura u tal-infrastruttura mhux abbord, ir-rekwiżiti tat-trasport u tal-infrastruttura fiżika bħall-markatur tal-lokalizzazzjoni u s-sensuri tal-perċezzjoni), ir-restrizzjonijiet operattivi (eż. limitu tal-veloċità, karreġġata ddedikata, separazzjoni fiżika mit-traffiku li jkun ġej), il-kundizzjonijiet ambjentali (eż. mingħajr borra) u l-miżuri operattivi (eż. operatur abbord jew operatur ta’ intervent mill-bogħod meħtieġ) li huma neċessarji biex tiġi żgurata s-sikurezza waqt it-tħaddim tal-vettura awtomatizzata kompletament. |
|
11.4. |
Il-manwal operattiv għandu jiddeskrivi l-istruzzjonijiet għall-okkupanti tal-vettura, għall-operatur tas-servizz tat-trasport, għall-operatur abbord (fejn applikabbli) u għall-operatur ta’ intervent mill-bogħod (fejn applikabbli) u għall-awtoritajiet pubbliċi f’każ ta’ ħsarat u talba għall-ADS. |
|
11.5. |
Il-manwal operattiv għandu jistabbilixxi regoli biex tiġi żgurata l-prestazzjoni xierqa tal-manutenzjoni, tat-testijiet ġenerali u ta’ aktar eżamijiet. |
|
11.6. |
Il-Manwal Operattiv għandu jiġi sottomess lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip u għandu jiġi anness maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
11.7. |
Il-Manwal Operattiv għandu jkun disponibbli għas-sid u, fejn applikabbli, għall-operatur tas-servizz tat-trasport, għall-operatur abbord (fejn applikabbli), għall-operatur ta’ intervent mill-bogħod (fejn applikabbli) u għal kwalunkwe awtorità nazzjonali rilevanti. |
12. Dispożizzjonijiet għal testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali
|
12.1. |
Għall-fini ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali, għandu jkun possibbli li jiġu vverifikati l-karatteristiċi li ġejjin tal-ADS: |
|
(a) |
L-istatus operattiv korrett tagħha, permezz ta’ osservazzjoni viżibbli tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara wara l-attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura u kwalunkwe kontroll tal-bozza. Fejn is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara jintwera fi spazju komuni (iż-żona li fuqha jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet/simboli ta’ informazzjoni jew aktar, iżda mhux fl-istess ħin), l-ewwel irid jiġi vverifikat li l-ispazju komuni jrid jiġi osservat li huwa funzjonali qabel il-verifika tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara; |
|
(b) |
Il-funzjonalità korretta tagħha u l-integrità tas-software, bl-użu ta’ interfaċċa elettronika tal-vetturi, bħal dik stabbilita fil-punt I.(14) tal-Anness III tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), fejn il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura jippermettu dan u meta tkun disponibbli d-data meħtieġa. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni teknika għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/621 (11). |
(1) Pereżempju, abbażi tad-data attwali dwar l-aċċidenti b’rabta max-xarabanks, il-kowċis u l-karozzi fl-UE, jistgħu jitqiesu kriterji ta’ aċċettazzjoni aggregati indikattivi ta’ 10-7 fatalitajiet fis-siegħa ta’ tħaddim għall-introduzzjoni fis-suq tal-ADSs għal servizzi u sitwazzjonijiet tat-trasport komparabbli. Il-manifattur jista’ juża metriċi u metodi oħra, sakemm ikun jista’ juri li dan iwassal għal nuqqas ta’ riskju għas-sikurezza mhux raġonevoli meta mqabbel ma’ servizzi u sitwazzjonijiet tat-trasport komparabbli fi ħdan id-dominju operattiv.
(4) Hija rakkomandata kapaċità ta’ ħżin ta’ 2 500 kronogrammi li tikkorrispondi għal perjodu ta’ użu ta’ 6 xhur.
(5) ĠU L 392, 5.11.2021, p. 1.
(6) ĠU L 392, 5.11.2021, p. 62.
(7) ĠU L 392, 5.11.2021, p. 130.
(8) ĠU L 449, 15.12.2021, p. 1.
(9) ĠU L 265, 26.7.2021, p. 3.
(10) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/621 tas-17 ta’ April 2019 dwar l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-oġġetti li jridu jiġu ttestjati, dwar l-użu tal-metodi ta’ ttestjar rakkomandati, u li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-format tad-data u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika rilevanti (ĠU L 108, 23.4.2019, p. 5).
ANNESS III
VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Il-valutazzjoni ġenerali tal-konformità tal-ADS hija bbażata fuq:
|
— |
Parti 1: Ix-xenarji tat-traffiku li għandhom jiġu kkunsidrati |
|
— |
Parti 2: Il-valutazzjoni tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS u l-awditjar tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-manifattur. |
|
— |
Parti 3: It-testijiet għall-aktar xenarji tat-traffiku rilevanti. |
|
— |
Parti 4: Il-prinċipji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà għall-użu tal-katina ta’ għodod virtwali għall-validazzjoni tal-ADS |
|
— |
Parti 5: Is-sistema stabbilita mill-manifattur biex jiġi żgurat ir-rapportar fis-servizz. |
Kwalunkwe rekwiżit fl-Anness II jista’ jiġi vverifikat permezz ta’ testijiet imwettqa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip (jew mis-servizz tekniku tagħha).
PARTI 1
XENARJI TAT-TRAFFIKU LI GĦANDHOM JIĠU KKUNSIDRATI
|
1. |
Sett minimu ta’ xenarji tat-traffiku |
|
1.1. |
Għandhom jintużaw ix-xenarji u l-parametri elenkati fil-punt 1, meta dawn ix-xenarji jkunu rilevanti għall-ODD tal-ADS.
Jekk il-manifattur jiddevja mill-parametri proposti fil-punt 1, il-metrika tal-prestazzjoni tas-sikurezza u s-suppożizzjonijiet inerenti użati mill-manifattur għandhom jiġu ddokumentati fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni. Il-metrika tal-prestazzjoni tas-sikurezza u s-suppożizzjonijiet inerenti magħżula għandhom juru li l-vettura awtomatizzata kompletament hija ħielsa minn riskji ta’ sikurezza mhux raġonevoli. Il-validità ta’ tali metriċi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u suppożizzjonijiet inerenti għandha tkun appoġġata minn data ta’ monitoraġġ waqt is-servizz. |
|
1.2. |
Parametri li għandhom jintużaw għax-xenarji ta’ tibdil tal-karreġġata mill-vettura awtomatizzata kompletament |
|
1.2.1. |
Ix-xenarji u l-parametri, fir-rigward tat-tibdil tal-karreġġata, għandhom jiġu applikati kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru. 157 (1). |
|
1.3. |
Il-parametri li għandhom jintużaw għax-xenarju tat-tidwir u tal-qsim mill-vettura awtomatizzata kompletament. |
|
1.3.1. |
Fin-nuqqas ta’ regoli tat-traffiku aktar speċifiċi, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-interazzjoni ma’ utenti oħrajn tat-triq involuti fil-moviment meta jkunu qed iduru u jaqsmu (ara l-Illustrazzjoni 1) f’kundizzjonijiet fejn is-superfiċje tat-triq hija niexfa u xierqa. |
|
1.3.2. |
Fil-każ meta l-vettura tingħaqad ma’ traffiku privileġġat waqt it-tidwir mad-direzzjoni opposta tat-traffiku u mingħajr ma tinqasam din id-direzzjoni, it-traffiku privileġġat fil-karreġġata fil-mira ma għandux ikollu bżonn inaqqas il-veloċità. Madankollu, irid jiġi żgurat li t-TTC tat-traffiku privileġġat li jkun qed joqrob fit-triq fil-mira (il-każ (a) fl-Illustrazzjoni 1) qatt ma jaqa’ taħt il-livell limitu TTC
dyn
definit bħala:
Bi:
|
|
1.3.3. |
Fil-każ ta’ manuvra ta’ tidwir li taqsam id-direzzjoni opposta tat-traffiku, meta jitqies it-traffiku li jkun ġej, it-traffiku privileġġat fil-karreġġata fil-mira ma għandux ikollu bżonn inaqqas il-veloċità. Madankollu, jekk ikun ġustifikat mid-densità tat-traffiku, irid jiġi żgurat – minbarra d-distanza mit-traffiku privileġġat li jkun qed joqrob fit-triq fil-mira – li t-TTC tat-traffiku privileġġat li jkun qed jaqsam sal-punt fittizju tal-kolliżjoni (il-punt ta’ intersezzjoni tat-trajettorji, il-każ (b) fl-Illustrazzjoni 1) qatt ma jaqa’ taħt il-livell limitu TTC
int
definit bħala:
Bi:
L-istess japplika għall-qsim bi traffiku privileġġat (il-każ (c) fl-Illustrazzjoni 1): It-TTC tat-traffiku privileġġat sal-punt immaġinarju tal-kolliżjoni (il-punt ta’ intersezzjoni tat-trajettorji) qatt ma għandu jaqa’ taħt il-livell limitu TTC int definit f’dan il-punt.
Illustrazzjoni 1: Il-viżwalizzazzjoni tad-distanzi waqt it-tidwir u l-qsim. Każ (a): Id-distanza għat-traffiku privileġġat li jkun qed joqrob fil-karreġġata fil-mira li għandha tiġi osservata matul it-tidwir ’il ġewwa u meta l-vettura tingħaqad ma’ traffiku privileġġat. Każ (b): Id-distanza għat-traffiku oppost privileġġat li għandha tiġi osservata meta l-vettura ddur billi taqsam id-direzzjoni opposta tat-traffiku. Każ (c): id-distanza għat-traffiku privileġġat li jkun qed jaqsam li għandha tiġi rrispettata meta l-vettura tkun qed taqsam. |
|
1.4. |
Il-parametri li għandhom jintużaw għax-xenarji ta’ manuvra ta’ emerġenza mill-vettura awtomatizzata kompletament (DDT taħt xenarji kritiċi) |
|
1.4.1. |
L-ADS għandha tevita kolliżjoni ma’ vettura li tkun miexja quddiem li tiddeċellera sal-prestazzjoni sħiħa tal-ibbrejkjar tagħha, diment li ma tkunx daħlet vettura oħra quddiem is-sistema. |
|
1.4.2. |
Il-kolliżjonijiet ma’ vetturi li jkunu deħlin ’il ġewwa, persuni bil-mixi u ċiklisti li jivvjaġġaw fl-istess direzzjoni, kif ukoll ma’ persuni bil-mixi li jistgħu jibdew jaqsmu t-triq, għandhom jiġu evitati mill-inqas fil-kundizzjonijiet iddeterminati mill-ekwazzjoni li ġejja.
Bi:
v rel tkun il-veloċità relattiva f’metri fis-sekonda [m/s] bejn il-vettura awtomatizzata kompletament u l-vettura li tagħmel manuvra ta’ dħul ’il ġewwa (pożittiva jekk l-ADS tkun aktar rapida mill-vettura li tagħmel manuvra ta’ dħul ’il ġewwa). β tkun id-deċellerazzjoni massima tal-vettura awtomatizzata kompletament u preżunta li hija ugwali għal:
Il-konformità ma’ din l-ekwazzjoni hija meħtieġa biss għall-utenti tat-triq li jkunu deħlin ’il ġewwa, u biss jekk l-utenti tat-triq li jkunu deħlin ’il ġewwa kienu viżibbli mill-inqas 0,72 sekondi qabel id-dħul ’il ġewwa: Dan jirriżulta f’evitar meħtieġ ta’ kolliżjonijiet meta utent ieħor tat-triq jidħol fil-karreġġata ego “ fuq mill-valuri tat-TTC li ġejjin (pereżempju, dawk murija għal veloċitajiet fi stadji ta’ 10 km/h). Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati indipendentement mill-kundizzjonijiet ambjentali.
Jekk issir bidla fil-karreġġata b’TTC aktar baxx lejn il-karreġġata tal-vettura awtomatizzata kompletament, ma jistax jibqa’ jiġi preżunt li ma jkunx hemm evitar ta’ kolliżjoni. L-istrateġija ta’ kontroll tal-ADS tista’ tinbidel bejn l-evitar u l-mitigazzjoni tal-kolliżjonijiet biss jekk il-manifattur ikun jista’ juri li din iżżid is-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u tal-utenti l-oħrajn tat-triq (eż. billi tingħata prijorità lill-ibbrejkjar fuq manuvra alternattiva). |
|
1.4.3. |
L-ADS għandha tevita kolliżjoni ma’ persuna bil-mixi li tkun qed taqsam jew ma’ ċiklist quddiem il-vettura. |
|
1.4.3.1. |
Il-kundizzjonijiet tas-sewqan urban u rurali |
|
1.4.3.1.1. |
L-ADS għandha tevita kolliżjoni, sa veloċità ta’ 60 km/h, ma’ persuna bil-mixi mhux ostakolata li tkun qed taqsam b’komponent ta’ veloċità laterali ta’ mhux aktar minn 5 km/h jew ma’ ċiklist mhux ostakolat li jkun qed jaqsam b’komponent ta’ veloċità laterali ta’ mhux aktar minn 15 km/h quddiem il-vettura. Dan għandu jiġi żgurat indipendentement mill-manuvra speċifika li tkun qed twettaq l-ADS. |
|
1.4.3.1.2. |
Fil-każ li l-persuna bil-mixi jew iċ-ċiklist jipproċedu b’veloċità ogħla mill-valuri msemmija hawn fuq u l-ADS ma tkunx tista’ tevita kolliżjoni aktar, l-istrateġija ta’ kontroll tal-ADS tista’ tinbidel bejn l-evitar u l-mitigazzjoni ta’ kolliżjoni biss jekk il-manifattur ikun jista’ juri li din iżżid is-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u tal-utenti l-oħrajn tat-triq (eż. billi tingħata prijorità lill-ibbrejkjar fuq manuvra alternattiva). |
|
1.4.3.1.3. |
L-ADS għandha ttaffi kolliżjoni ma’ persuna bil-mixi jew ċiklist ostakolati li jaqsmu quddiem il-vettura billi tnaqqas il-veloċità tagħha mal-impatt b’mill-inqas 20 km/h. Dan għandu jiġi żgurat indipendentement mill-manuvra speċifika li tkun qed twettaq l-ADS. |
|
1.4.3.1.4. |
Għall-fini li jintwera l-issodisfar tar-rekwiżiti preċedenti relatati mal-qsim tal-persuni bil-mixi u taċ-ċiklisti quddiem il-vettura, ix-xenarji ta’ ttestjar u ta’ valutazzjoni żviluppati bħala parti mill-Programm Ewropew ta’ Valutazzjoni tal-Karozzi Ġodda (Euro NCAP) jistgħu jitqiesu bħala gwida. |
|
1.4.3.2. |
Il-kundizzjonijiet tas-sewqan fl-awtostrada |
|
1.4.3.2.1. |
Ix-xenarji rilevanti, fir-rigward tal-qsim tal-persuni bil-mixi, għandhom jiġu applikati kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 157. |
|
1.4.3.2.2. |
Fil-każ li l-persuna bil-mixi taqsam b’valuri tal-parametri barra l-konfini speċifikati fir-Regolament tan-NU 157 u ma jibqax possibbli għall-ADS li tevita kolliżjoni, l-istrateġija ta’ kontroll tal-ADS tista’ tinbidel bejn l-evitar u l-mitigazzjoni tal-kolliżjonijiet biss jekk il-manifattur ikun jista’ juri li din iżżid is-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u tal-utenti l-oħrajn tat-triq (eż. billi tingħata prijorità lill-ibbrejkjar fuq manuvra alternattiva). |
|
1.5. |
Dħul fl-awtostrada
Il-vettura awtomatizzata kompletament għandha tkun tista’ tidħol b’mod sikur fl-awtostrada billi tadatta l-veloċità għall-fluss tat-traffiku, u tattiva l-indikatur tad-direzzjoni rilevanti skont ir-regoli tat-traffiku. L-indikatur tad-direzzjoni għandu jiġi diżattivat ladarba l-vettura tkun wettqet il-manuvra ta’ tibdil tal-karreġġata (’lane change manoeuvre’ - LCM). Għandhom jiġu applikati l-parametri użati fix-xenarju tat-tibdil tal-karreġġata. |
|
1.6. |
Ħruġ mill-awtostrada
Il-vettura awtomatizzata kompletament għandha tkun tista’ tantiċipa l-ħruġ mill-awtostrada fil-mira billi tinstaq fuq il-karreġġata maġenb il-karreġġata tal-ħruġ u ma għandhiex tiddeċellera bla bżonn qabel ma tibda l-LCM fil-karreġġata tal-ħruġ. Il-vettura awtomatizzata kompletament għandha tapplika l-indikatur tad-direzzjoni f’konformità mar-regoli tat-traffiku, u twettaq l-LCM fil-karreġġata tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. L-indikatur tad-direzzjoni għandu jiġi diżattivat ladarba l-LCM tkun tlestiet f’konformità mar-regoli tat-traffiku fil-pajjiż tal-operat. |
|
1.7. |
Mogħdija minn stazzjon tal-pedaġġ
Skont l-ODD, il-vettura awtomatizzata kompletament għandha tkun tista’ tagħżel il-passaġġ tad-dħul xieraq, u tadatta l-veloċità tagħha għal dawk il-limiti permessi fiż-żona tal-pedaġġ, filwaqt li tikkunsidra l-fluss tat-traffiku. |
|
1.8. |
Tħaddim fuq tipi oħrajn ta’ toroq għajr awtostradi
Skont l-ODD, għandu jiġi applikat ix-xenarju rilevanti definit fil-punti minn 1.2. sa 1.4. ta’ hawn fuq. |
|
1.9. |
Il-parametri li għandhom jintużaw għall-parkeġġ bil-valè awtomatizzat |
|
1.9.1. |
Skont l-ODD, għandu jiġi applikat ix-xenarju rilevanti definit fil-punti minn 1.3. sa 1.5. ta’ hawn fuq. Jista’ jkun hemm bżonn li l-parametri li għandhom jintużaw għal dawn ix-xenarji jiġu adattati biex iqisu l-veloċità limitata tas-sewqan u n-nuqqas ġenerali ta’ viżibbiltà li jista’ jkun hemm f’faċilità ta’ parkeġġ. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-evitar ta’ kolliżjoni ma’ persuni bil-mixi u, b’mod partikolari, ma’ tfal u prams. |
|
2. |
Xenarji mhux koperti mill-punt 1. |
|
2.1. |
Ix-xenarji li ma humiex elenkati fil-punt 1 għandhom jiġu ġġenerati sabiex ikopru sitwazzjonijiet kritiċi raġonevolment prevedibbli, inklużi l-ħsarat u l-perikli tat-traffiku fi ħdan il-qasam tad-disinn operattiv. |
|
2.2. |
Meta l-kapaċitajiet tal-ADS ikunu jiddependu fuq kapaċitajiet remoti, ix-xenarji għandhom jinkludu ħsarat u perikli tat-traffiku li jirriżultaw mill-kapaċitajiet remoti korrispondenti. |
|
2.3. |
Il-metodu biex jiġu ġġenerati xenarji li ma humiex elenkati fit-taqsima 1 għandu jsegwi l-prinċipji stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness. |
|
2.4. |
Il-metodu użat mill-manifattur biex jiġġenera xenarji li ma humiex elenkati fil-punt 1 għandu jiġi ddokumentat fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni li għandu jiġi pprovdut għall-valutazzjoni tal-ADS.
Appendiċi 1 Prinċipji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu derivati x-xenarji rilevanti għall-ODD tal-ADS
1. Il-ġenerazzjoni u l-klassifikazzjoni tax-xenarji Minn perspettiva kwalitattiva, ix-xenarji jistgħu jiġu kklassifikati f’Nominali/Kritiku/Ta’ Ħsara u jikkorrispondu għal operazzjoni normali jew ta’ emerġenza. Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, jistgħu jintużaw approċċ ibbażat fuq id-data u approċċ ibbażat fuq l-għarfien biex jiġu ġġenerati x-xenarji tat-traffiku korrispondenti. Approċċ ibbażat fuq l-għarfien juża għarfien espert biex jidentifika avvenimenti perikolużi b’mod sistematiku u joħloq xenarji. Approċċ ibbażat fuq id-data juża d-data disponibbli biex jidentifika u jikklassifika x-xenarji li jseħħu. Ix-xenarji għandhom jiġu derivati mill-ODD tal-vettura awtomatizzata kompletament. 2. Xenarji nominali Serje ta’ oqfsa analitiċi jistgħu jgħinu lill-manifattur jikseb xenarji nominali addizzjonali biex jiżgura kopertura għall-applikazzjoni speċifika. Dawn l-oqfsa huma maqsuma fi: 2.1. Analiżi tal-ODD ODD jikkonsisti f’elementi ta’ pajsaġġ (eż., infrastruttura fiżika), kundizzjonijiet ambjentali, elementi dinamiċi (eż., traffiku, utenti vulnerabbli tat-toroq) u restrizzjonijiet operattivi għall-applikazzjoni speċifika tal-ADS. L-għan ta’ din l-analiżi huwa li tidentifika l-karatteristiċi tal-ODD, talloka l-proprjetajiet u tiddefinixxi l-interazzjonijiet bejn l-oġġetti. Hawnhekk qed jiġi esplorat l-effett tal-ODD fuq il-kompetenzi tal-imġiba tal-ADS. Eżempju tal-analiżi huwa pprovdut fit-Tabella 1. Tabella 1 Elementi dinamiċi u l-proprjetajiet tagħhom
2.2. Analiżi tal-OEDR: Identifikazzjoni tal-kompetenza tal-imġiba Ladarba jkunu ġew identifikati l-oġġetti u l-proprjetajiet rilevanti, huwa possibbli li jiġi mmappjat ir-rispons xieraq tal-ADS. Ir-rispons tal-ADS huwa mudellat fuq ir-rekwiżiti funzjonali applikabbli u billi jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni ta’ dan ir-regolament u r-regoli tat-traffiku tal-pajjiż tal-operat. L-eżitu tal-analiżi tal-OEDR huwa wkoll sett ta’ kompetenzi li jistgħu jiġu mmappjati mal-kompetenzi tal-imġiba applikabbli għall-ODD, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji u legali rilevanti. It-Tabella 2 tipprovdi eżempju kwalitattiv ta’ avveniment ta’ tqabbil – rispons. Il-kombinament ta’ oġġetti, avvenimenti, u l-interazzjoni potenzjali tagħhom, bħala funzjoni fi ħdan l-ODD, jikkostitwixxu s-sett ta’ xenarji nominali pertinenti għall-ADS li qed tiġi analizzata. L-identifikazzjoni ta’ xenarji nominali tista’ tibbenefika minn kombinament imtejjeb ta’ deskritturi tax-xenarji li jkopru, fi ħdan l-ODD, eż. attributi tal-infrastruttura, karatteristiċi tal-oġġetti u tal-avvenimenti, perikli li jaffettwaw ir-reazzjonijiet (eż. it-temp, il-viżibbiltà). L-identifikazzjoni ta’ xenarji nominali ma hijiex limitata għall-kundizzjonijiet tat-traffiku, iżda tkopri wkoll il-kundizzjonijiet ambjentali, il-fatturi umani, il-konnettività u l-komunikazzjoni ħażina. Billi l-parametri (suppożizzjonijiet) għall-avvenimenti għadhom iridu jiġu definiti, ix-xenarji nominali derivati mill-applikazzjoni tal-analiżi għandhom jiġu kkunsidrati fis-saff tal-astrazzjoni funzjonali u loġika tagħhom. Tabella 2 Kompetenzi tal-imġiba għal avvenimenti partikolari
3. Xenarji kritiċi Ix-xenarji kritiċi jistgħu jiġu derivati jew billi jiġu kkunsidrati suppożizzjonijiet ta’ każ tat-tarf fuq xenarji tat-traffiku nominali (ibbażati fuq id-data) jew inkella billi jiġu applikati metodi standardizzati (ibbażati fuq l-għarfien) għall-evalwazzjoni tal-insuffiċjenzi operattivi (ara l-eżempju tal-metodi fil-punt 3.5.5. tal-Parti 2). L-identifikazzjoni ta’ xenarji kritiċi tista’ tibbenefika minn kombinament imtejjeb ta’ deskritturi tax-xenarji u valuri tat-tarf li jkopru, fi ħdan l-ODD, eż. attributi tal-infrastruttura, karatteristiċi tal-oġġetti u tal-avvenimenti, perikli li jaffettwaw ir-reazzjonijiet (eż. it-temp, maskri tal-viżibbiltà, interazzjonijiet ma’ utenti oħra tat-triq għajr l-oġġett jew l-avveniment skattat). L-identifikazzjoni ta’ xenarji kritiċi ma hijiex limitata għall-kundizzjonijiet tat-traffiku, iżda tkopri wkoll il-kundizzjonijiet ambjentali, il-fatturi umani, il-konnettività u l-komunikazzjoni ħażina. Ix-xenarji kritiċi jikkorrispondu għall-operat ta’ emerġenza tal-ADS. 4. Xenarji ta’ ħsara Dawn ix-xenarji għandhom l-għan li jivvalutaw kif l-ADS tirrispondi għal ħsara. Hemm metodi differenti disponibbli fil-letteratura (ara eżempju tal-metodi fil-punt 3.5.5. tal-Parti 2). Għal kull waħda mill-ħsarat relatati mal-imġiba u mill-effetti konsegwenzjali identifikati, il-manifattur għandu jistabbilixxi strateġiji rilevanti meta jiżviluppa l-ADS (jiġifieri, ta’ sikurezza). Meta jiġu applikati x-xenarji ta’ ħsara, l-objettiv huwa li tiġi vvalutata l-kapaċità tal-ADS li tikkonforma mar-rekwiżiti għal sitwazzjonijiet kritiċi għas-sikurezza, inklużi, pereżempju, “L-ADS għandha timmaniġġja sitwazzjonijiet ta’ sewqan kritiċi għas-sikurezza” u “L-ADS għandha timmaniġġja b’mod sikur il-modalitajiet ta’ ħsara” u s-subrekwiżiti rispettivi tagħhom. 5. Suppożizzjonijiet: Xenarji loġiċi għal konkreti Sabiex jiġi żgurat li x-xenarji identifikati fil-punti preċedenti jkunu lesti biex jiġu vvalutati permezz ta’ simulazzjoni jew ittestjar fiżiku, il-manifattur jista’ jkollu bżonn li jagħmilhom soġġetti għal parametrizzazzjoni koerenti billi japplika suppożizzjonijiet. Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza li tappoġġa s-suppożizzjonijiet magħmula, bħal kampanji ta’ ġbir tad-data mwettqa matul il-fażi ta’ żvilupp, l-aċċidentoloġija fid-dinja reali u evalwazzjonijiet realistiċi tal-imġiba waqt is-sewqan. Il-parametri użati għall-karatterizzazzjoni tax-xenarji kritiċi għandhom ikopru valuri raġonevolment prevedibbli fid-deskritturi tax-xenarji, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal valuri diġà osservati f’bażijiet tad-data dokumentati. |
PARTI 2
VALUTAZZJONI TAL-KUNĊETT TA’ SIKUREZZA TAL-ADS U AWDITJAR TAS-SISTEMA TA’ ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-MANIFATTUR
1. Ġenerali
|
1.1. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tagħti l-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li jaġixxi f’isimha għandha tivverifika, permezz ta’ kontrolli u testijiet immirati fuq il-post, b’mod partikolari kif speċifikat fil-punt 4 ta’ dan l-anness, li l-argumentazzjoni dwar is-sikurezza pprovduta mid-dokumentazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness II u li d-disinn u l-proċessi deskritti fid-dokumentazzjoni fil-fatt jiġu implimentati mill-manifattur. |
|
1.2. |
Filwaqt li abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, l-evidenzi pprovduti għall-awditjar tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza u l-valutazzjoni tal-kunċett tas-sikurezza tal-ADS imwettqa għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità ma’ dan ir-regolament, il-livell residwu ta’ riskju għas-sikurezza tal-ADS b’approvazzjoni tat-tip jitqies li huwa aċċettabbli għad-dħul fis-servizz tat-tip ta’ vettura, is-sikurezza ġenerali tal-ADS matul il-ħajja tal-ADS f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament tibqa’ r-responsabbiltà tal-manifattur li jitlob l-approvazzjoni tat-tip. |
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-anness,
|
2.1. |
“kunċett ta’ sikurezza” tfisser deskrizzjoni tal-miżuri ddisinjati fl-ADS, sabiex il-vettura awtomatizzata kompletament topera għax-xenarji u l-avvenimenti rilevanti għall-ODD b’tali mod li tkun ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għas-sikurezza għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq f’kundizzjonijiet meta jkun hemm ħsara (sikurezza funzjonali) u meta ma jkunx hemm ħsara (sikurezza operattiva). Il-possibbiltà ta’ riżerva għal tħaddim parzjali jew saħansitra għal sistema ta’ riżerva għal funzjonijiet vitali tal-ADS għandha tkun parti mill-kunċett ta’ sikurezza. |
|
2.2. |
“unitajiet” tfisser l-iżgħar diviżjonijiet tal-komponenti tas-sistema li se jiġu kkunsidrati f’dan l-anness, minħabba li dawn il-kombinamenti ta’ komponenti se jiġu ttrattati bħala entitajiet singoli għall-finijiet ta’ identifikazzjoni, analiżi jew sostituzzjoni. |
|
2.3. |
“links ta’ trażmissjoni” tfisser il-mezzi użati biex jiġu interkonnessi l-unitajiet distribwiti sabiex jitwasslu s-sinjali, id-data operattiva jew provvista tal-enerġija. Ġeneralment, dan it-tagħmir ikun elettriku iżda jista’, f’xi parti minnu, ikun mekkaniku, pnewmatiku jew idrawliku. |
|
2.4. |
“medda ta’ kontroll” tfisser varjabbli tal-output u tiddefinixxi l-medda li fuqha s-sistema x’aktarx teżerċita kontroll. |
|
2.5. |
“konfini tal-operat funzjonali” tfisser il-konfini tal-limiti fiżiċi esterni li fi ħdanhom l-ADS tkun tista’ twettaq il-kompiti dinamiċi tas-sewqan. |
3. Dokumentazzjoni dwar l-ADS
3.1. Rekwiżiti
Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tal-ADS u l-mezzi li bihom tkun konnessa ma’ sistemi oħrajn tal-vettura jew li bihom tikkontrolla direttament il-varjabbli tal-output, kif ukoll il-hardware/is-software mhux abbord u l-kapaċitajiet remoti.
Għandhom jiġu spjegati l-funzjoni(jiet) tal-ADS, inklużi l-istrateġiji ta’ kontroll, u l-kunċett ta’ sikurezza, kif stipulati mill-manifattur.
Id-dokumentazzjoni għandha tkun qasira, iżda għandha tipprovdi evidenza li d-disinn u l-iżvilupp kellhom il-benefiċċju ta’ għarfien espert mill-oqsma kollha tal-ADS li huma involuti.
Għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali, id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif jistgħu jiġu vverifikati l-istatus operattiv attwali tal-ADS u l-funzjonalità, kif ukoll l-integrità tas-software.
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta l-pakkett ta’ dokumentazzjoni li għandu juri li l-ADS:
|
(a) |
hija ddisinjata u ġiet żviluppata biex topera b’tali mod li tkun ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq fi ħdan l-ODD u l-konfini ddikjarati; |
|
(b) |
tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
ġiet żviluppata skont il-proċess/metodu ta’ żvilupp iddikjarat mill-manifattur. |
|
3.1.1. |
Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli fi tliet partijiet:
|
3.2. Deskrizzjoni ġenerali tal-ADS
|
3.2.1. |
Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni li tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-karatteristiċi operattivi tal-ADS u tal-karatteristiċi tal-ADS. |
|
3.2.2. |
Id-deskrizzjoni għandha tinkludi: |
|
3.2.2.1 |
il-qasam tad-disinn operattiv bħall-veloċità massima tal-operat, it-tip ta’ triq (eż. karreġġata ddedikata), il-pajjiż(i)/iż-żoni tal-operat, il-kundizzjonijiet tat-triq u l-kundizzjonijiet ambjentali meħtieġa (eż. l-ebda borra), eċċ.)/Il-kundizzjonijiet tal-konfini |
|
3.2.2.2 |
il-prestazzjoni bażika (eż. detezzjoni u rispons tal-oġġetti u tal-avvenimenti, l-infrastruttura mhux abbord meħtieġa matul l-operat) |
|
3.2.2.3. |
Interazzjoni ma’ utenti oħrajn tat-triq |
|
3.2.2.4. |
il-kundizzjonijiet ewlenin għall-manuvri ta’ riskju minimu. |
|
3.2.2.5. |
il-kunċett ta’ interazzjoni mal-okkupanti tal-vettura, mal-operatur abbord (jekk applikabbli) u mal-operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk applikabbli). |
|
3.2.2.6. |
il-mezzi biex tiġi attivata jew diżattivata l-ADS mill-operatur abbord (jekk rilevanti) jew mill-operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk rilevanti), mill-okkupanti tal-vettura (jekk rilevanti) jew minn utenti oħrajn tat-triq (jekk rilevanti). |
|
3.2.2.7. |
il-miżuri operattivi (eż. operatur abbord jew operatur ta’ intervent mill-bogħod meħtieġ) li għandhom jiġu ssodisfati biex tiġi żgurata s-sikurezza waqt it-tħaddim tal-vettura awtomatizzata kompletament. |
|
3.2.2.8. |
infrastruttura ta’ back-end, mhux abbord meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza waqt it-tħaddim tal-vettura awtomatizzata kompletament. |
3.3. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet tal-ADS
Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni li tagħti spjegazzjoni tal-funzjonijiet kollha, inklużi l-istrateġiji ta’ kontroll, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim robust u sikur tal-ADS u l-metodi użati biex jitwettqu l-kompiti dinamiċi tas-sewqan fi ħdan l-ODD, u l-konfini li fihom is-sistema tas-sewqan awtomatizzat tkun maħsuba biex topera, inkluża deskrizzjoni dwar kif dan jiġi żgurat.
Kwalunkwe funzjoni attivata jew diżattivata tas-sewqan awtomatizzat, li għaliha l-hardware u s-software jkunu preżenti fil-vettura fil-ħin tal-produzzjoni, għandha tiġi ddikjarata u tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan l-anness, kif ukoll tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, qabel jintużaw fil-vettura. Il-manifattur għandu jiddokumenta wkoll l-ipproċessar tad-data jekk jiġu implimentati algoritmi ta’ tagħlim kontinwu.
|
3.3.1. |
Għandha tiġi pprovduta lista tal-varjabbli kollha tal-input u dawk rilevati u għandha tiġi definita l-medda operattiva tagħhom, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kif kull varjabbli jaffettwa l-imġiba tal-ADS. |
|
3.3.2. |
Għandha tiġi pprovduta lista tal-varjabbli kollha tal-output li huma kkontrollati mill-ADS u, f’kull każ, għandha tingħata spjegazzjoni ta’ jekk il-kontroll ikunx dirett jew permezz ta’ sistema oħra tal-vettura. Għandha tiġi definita l-medda li fuqha l-ADS x’aktarx li teżerċita kontroll fuq kull varjabbli bħal dan. |
|
3.3.3. |
Fejn ikun xieraq għall-prestazzjoni tal-ADS, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti li jiddefinixxu l-konfini tal-operazzjoni funzjonali, inklużi l-limiti tal-ODD. |
|
3.3.4. |
Għandu jiġi spjegat il-kunċett tal-interazzjoni bniedem-magna (“human machine interaction” - HMI) mal-okkupanti tal-vettura/operatur abbord/operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk ikun hemm) meta jiġu avviċinati l-limiti tal-ODD u mbagħad milħuqa. L-ispjegazzjoni għandha tinkludi l-lista ta’ tipi ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-ADS se tiġġenera talba għall-appoġġ lill-operatur abbord/operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk applikabbli), il-mod kif issir it-talba, il-proċedura li tittratta talba li falliet u l-manuvra ta’ riskju minimu. Għandhom jiġu deskritti wkoll is-sinjali u l-informazzjoni mogħtija lill-operatur abbord/operatur ta’ intervent mill-bogħod, lill-okkupanti tal-vettura u lil utenti oħrajn tat-triq f’kull wieħed mill-aspetti ta’ hawn fuq. |
3.4. It-tqassim u l-iskematika tal-ADS
|
3.4.1. |
Inventarju tal-komponenti.
Għandha tiġi pprovduta lista, li tiġbor flimkien l-unitajiet kollha tal-ADS u li ssemmi s-sistemi l-oħrajn tal-vettura, kif ukoll il-hardware/is-software mhux abbord u l-kapaċitajiet remoti li huma meħtieġa biex tinkiseb il-prestazzjoni speċifikata tal-ADS li għandhom jiġu approvati skont l-ODD. Għandha tiġi pprovduta dijagramma skematika ġenerali li turi dawn l-unitajiet f’kombinament fejn kemm id-distribuzzjoni tat-tagħmir kif ukoll l-interkonnessjonijiet għandhom jiġu ċċarati. Din id-dijagramma deskrittiva għandha tinkludi:
|
|
3.4.2. |
Funzjonijiet tal-unitajiet
Il-funzjoni ta’ kull unità tal-ADS għandha tiġi deskritta fil-qosor u għandhom jintwerew is-sinjali li jikkonnettjawha ma’ unitajiet oħrajn jew ma’ sistemi oħrajn tal-vettura. Din għandha tinkludi sistemi mhux abbord li jappoġġaw l-ADS u sistemi oħrajn tal-vettura. Dan jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ dijagramma bi blokki ttikkettjata jew dijagramma skematika oħra, jew permezz ta’ deskrizzjoni megħjuna minn tali dijagramma. |
|
3.4.3. |
L-interkonnessjonijiet fi ħdan l-ADS għandhom jintwerew permezz ta’ dijagramma taċ-ċirkwiti għall-konnessjonijiet ta’ trażmissjoni elettrika, permezz ta’ dijagramma tal-pajpijiet għat-tagħmir tat-trażmissjoni pnewmatika jew idrawlika u permezz ta’ arranġament dijagrammatiku ssimplifikat għall-konnessjonijiet mekkaniċi. Il-konnessjonijiet tat-trażmissjoni kemm lejn kif ukoll minn sistemi oħrajn għandhom jintwerew ukoll. |
|
3.4.4. |
Għandu jkun hemm korrispondenza ċara bejn il-konnessjonijiet tat-trażmissjoni u s-sinjali ttrasportati bejn l-unitajiet. Il-prijoritajiet tas-sinjali fuq mogħdijiet multiplexed tad-data għandhom jiġu ddikjarati kull fejn il-prijorità tista’ tkun kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni jew is-sikurezza. |
|
3.4.5. |
Identifikazzjoni tal-unitajiet |
|
3.4.5.1. |
Kull unità għandha tkun identifikabbli b’mod ċar u mhux ambigwu (eż. b’immarkar għall-hardware, u b’immarkar jew b’output tas-software għall-kontenut tas-software) biex tkun ipprovduta assoċjazzjoni korrispondenti tal-hardware u tad-dokumentazzjoni. Meta l-verżjoni tas-software tkun tista’ tinbidel mingħajr il-ħtieġa li jiġi sostitwit l-immarkar jew il-komponent, l-identifikazzjoni tas-software trid issir biss permezz ta’ output tas-software. |
|
3.4.5.2. |
Meta l-funzjonijiet jiġu kkombinati f’unità waħda jew fil-fatt f’kompjuter wieħed, iżda jintwerew fi blokki multipli fid-dijagramma bi blokki għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ faċilità ta’ spjegazzjoni, għandu jintuża biss immarkar wieħed għall-identifikazzjoni tal-hardware. Bl-użu ta’ din l-identifikazzjoni, il-manifattur għandu jafferma li t-tagħmir ipprovdut jikkonforma mad-dokument korrispondenti. |
|
3.4.5.3. |
L-identifikazzjoni tiddefinixxi l-verżjoni tal-hardware u tas-software u, meta tal-aħħar jinbidel b’tali mod li jbiddel il-funzjoni tal-unità sa fejn huwa kkonċernat dan ir-Regolament, din l-identifikazzjoni għandha tinbidel ukoll. |
|
3.4.6. |
Installazzjoni ta’ komponenti tas-sistema ta’ detezzjoni
Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-għażliet ta’ installazzjoni għall-komponenti individwali li jinkludu s-sistema ta’ rilevament. Dawn l-għażliet għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, il-post tal-komponent fi/fuq il-vettura, il-materjal(i) madwar il-komponent, id-dimensjonar u l-ġeometrija tal-materjal madwar il-komponent, u l-finitura tal-wiċċ tal-materjali madwar il-komponent, ladarba jiġi installat fil-vettura. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll l-ispeċifikazzjonijiet tal-installazzjoni li huma kritiċi għall-prestazzjoni tal-ADS, eż. it-tolleranzi fuq l-angolu tal-installazzjoni. Il-bidliet fil-komponenti individwali tas-sistema ta’ rilevament, jew l-għażliet tal-installazzjoni, għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u jkunu soġġetti għal valutazzjoni ulterjuri. |
3.5. Il-kunċett tas-sikurezza tal-manifattur u l-validazzjoni tal-kunċett tas-sikurezza mill-manifattur
|
3.5.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tafferma li l-ADS hija ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq. |
|
3.5.2. |
Fir-rigward tas-software użat fl-ADS, għandha tiġi spjegata l-arkitettura ġenerali u għandhom jiġu identifikati l-metodi u l-għodod tad-disinn użati (ara 3.5.1.). Il-manifattur għandu juri evidenza tal-mezzi li bihom iddetermina r-realizzazzjoni tal-loġika tal-ADS matul il-proċess tad-disinn u tal-iżvilupp. |
|
3.5.3. |
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bi spjegazzjoni tal-provvedimenti tad-disinn inkorporati fl-ADS sabiex tiġi żgurata s-sikurezza funzjonali u operattiva. Provvedimenti tad-disinn possibbli fl-ADS huma, pereżempju:
|
|
3.5.3.1. |
Jekk il-provvediment magħżul jagħżel modalità ta’ tħaddim bi prestazzjoni parzjali f’ċerti kundizzjonijiet ta’ ħsara (eż. f’każ ta’ ħsarat severi), mela dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati (eż. it-tip ta’ ħsara) u għandhom jiġu definiti l-limiti tal-effettività li jirriżultaw (eż. il-bidu immedjat ta’ manuvra ta’ riskju minimu), kif ukoll l-istrateġija ta’ twissija lill-operatur/operatur mill-bogħod, lill-okkupanti u lil utenti oħrajn tat-triq (meta applikabbli). |
|
3.5.3.2. |
Jekk il-provvediment tad-disinn magħżul jagħżel mezz sekondarju (ta’ riżerva) jew diversi mezzi biex titwettaq il-prestazzjoni affettwata mill-ħsara, għandhom jiġu spjegati l-prinċipji tal-mekkaniżmu ta’ bidla, il-loġika u l-livell ta’ ridondanza u kwalunkwe karatteristika ta’ verifika inkorporata u għandhom jiġu definiti l-limiti tal-effettività li jirriżultaw. |
|
3.5.3.3. |
Jekk il-provvediment tad-disinn magħżul jagħżel it-tneħħija tal-funzjoni(jiet) tas-sewqan awtomatizzat, din għandha ssir f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-regolament. Is-sinjali ta’ kontroll tal-output korrispondenti kollha assoċjati ma’ din il-funzjoni għandhom jiġu inibiti. |
|
3.5.4. |
Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bi spjegazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza operattiva li għandhom jiġu stabbiliti għat-tħaddim sikur tal-ADS, bħal operatur abbord jew operatur ta’ intervent mill-bogħod, li jappoġġa l-infrastruttura mhux abbord, rekwiżiti tat-trasport u tal-infrastruttura fiżika, miżuri ta’ manutenzjoni, eċċ. |
|
3.5.5. |
Id-dokumentazzjoni għandha tkun appoġġata minn analiżi li turi kif l-ADS se taġixxi biex ittaffi jew tevita perikli li jista’ jkollhom effett fuq is-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u ta’ utenti oħrajn tat-triq. |
|
3.5.5.1. |
L-approċċ(i) analitiku/analitiċi magħżul(a) għandu/għandhom jiġi/u stabbilit(i) u miżmum(a) mill-manifattur u għandu/għandhom ikun(u) disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip u wara. |
|
3.5.5.2. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta l-applikazzjoni tal-approċċ(i) analitiku/analitiċi:
|
|
3.5.5.3. |
L-approċċ analitiku deskritt taħt 3.5.5.2. għandu jikkonferma li hija koperta mill-inqas kull waħda mill-entrati li ġejjin:
|
|
3.5.5.4. |
Il-valutazzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkonsisti f’kontrolli fuq il-post biex jiġi stabbilit li l-argumentazzjoni li tappoġġa l-kunċett tas-sikurezza tkun tinftiehem u tkun loġika u implimentata fil-funzjonijiet differenti tal-ADS. Il-valutazzjoni għandha tivverifika wkoll li l-pjanijiet ta’ validazzjoni jkunu robusti biżżejjed biex juru s-sikurezza (eż. kopertura raġonevoli tal-ittestjar tax-xenarji magħżula mill-għodda ta’ validazzjoni magħżula) u jkunu tlestew kif suppost. |
|
3.5.5.4.1. |
Hija għandha turi li t-tħaddim tal-vettura awtomatizzata kompletament huwa ħieles minn riskji mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq fil-qasam tad-disinn operattiv, jiġifieri permezz ta’:
|
|
3.5.5.5. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq jew għandha tesiġi li jitwettqu t-testijiet kif speċifikati fil-punt 4. ta’ dan l-Anness biex tivverifika l-kunċett ta’ sikurezza. |
|
3.5.5.6. |
Din id-dokumentazzjoni għandha telenka wieħed wieħed il-parametri li jkunu qed jiġu mmonitorjati u għandha tistabbilixxi, għal kull kundizzjoni ta’ ħsara tat-tip definit fil-punt 3.5.4. ta’ dan l-Anness, is-sinjal ta’ twissija li għandu jingħata lill-operatur/operatur mill-bogħod/okkupanti tal-vettura jew lil utenti oħrajn tat-triq u/jew lill-persunal tas-servizz/tal-ispezzjoni teknika. |
|
3.5.5.7. |
Din id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi wkoll il-miżuri fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-ADS tkun ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura, u għal utenti oħrajn tat-triq meta l-prestazzjoni tal-ADS tkun affettwata minn kundizzjonijiet ambjentali, eż. il-klima, it-temperatura, dħul tat-trab, dħul tal-ilma, il-preżenza ta’ silġ, temp ħażin. |
4. Verifika u testijiet
Filwaqt li tqis ir-riżultati tal-analiżi tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha titlob li t-testijiet jitwettqu jew jiġu attestati mis-Servizz Tekniku biex jiġu vverifikati punti speċifiċi li joħorġu mill-valutazzjoni.
|
4.1. |
It-tħaddim funzjonali tal-ADS, kif stipulat fid-dokumenti meħtieġa fil-punt 3, għandu jiġi ttestjat kif ġej: |
|
4.1.1. |
Verifika tal-funzjoni tal-ADS
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika l-ADS f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħsara billi tittestja fuq korsa għadd ta’ funzjonijiet magħżula, meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, minn fost dawk deskritti mill-manifattur, u billi tivverifika l-imġiba ġenerali tal-ADS f’kundizzjonijiet tas-sewqan reali, inkluża l-konformità mar-regoli tat-traffiku. Dawn it-testijiet għandhom jinkludu xenarji fejn l-ADS titwaqqaf b’mod awtomatiku mill-operatur ta’ intervent mill-bogħod (jekk applikabbli). Dawn it-testijiet jistgħu jkunu bbażati fuq ix-xenarji ta’ ttestjar elenkati fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness u/jew fuq xenarji addizzjonali mhux koperti mill-parti 3. |
|
4.1.1.1. |
Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jikkorrispondu għad-deskrizzjoni, inklużi l-istrateġiji ta’ kontroll, ipprovduti mill-manifattur fil-punt 3.2. u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.1.2. |
Il-verifika tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS
Ir-reazzjoni tal-ADS għandha tiġi vverifikata taħt l-influwenza ta’ ħsara fi kwalunkwe unità individwali bl-applikazzjoni ta’ sinjali tal-output korrispondenti għal unitajiet elettriċi jew elementi mekkaniċi sabiex jiġu simulati l-effetti ta’ ħsara interna fl-unità. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika li dawn it-testijiet ikunu jinkludu aspetti li jista’ jkollhom impatt fuq il-kontrollabbiltà tal-vettura u l-informazzjoni tal-utenti (aspetti tal-HMI, eż. interazzjoni mal-operatur/operatur mill-bogħod). |
|
4.1.2.1. |
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw ukoll għadd ta’ xenarji li huma kritiċi għad-Detezzjoni ta’ Oġġetti u Avvenimenti u Rispons (“Object and Event Detection and Response” - OEDR) u għall-Karatterizzazzjoni tal-funzjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tal-HMI tal-ADS (eż. oġġett diffiċli biex jiġi identifikat, meta l-ADS tilħaq il-konfini tal-ODD, ix-xenarji ta’ disturb tat-traffiku, kwistjoni ta’ konnettività, problema b’sistemi mhux abbord, kwistjonijiet ta’ kapaċitajiet remoti, eż. in-nuqqas tal-operatur ta’ intervent mill-bogħod) kif definiti f’dan ir-regolament. |
|
4.1.2.2. |
Ir-riżultati tal-verifika għandhom jikkorrispondu mas-sommarju ddokumentat tal-analiżi tal-periklu, sa livell ta’ effett ġenerali tali li l-kunċett u l-eżekuzzjoni tas-sikurezza jkunu kkonfermati bħala adegwati u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.2. |
Jistgħu jintużaw għodda ta’ simulazzjoni u mudelli matematiċi għall-verifika tal-kunċett ta’ sikurezza f’konformità mal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/858, b’mod partikolari għal xenarji li huma diffiċli fuq korsa tat-test jew f’kundizzjonijiet tas-sewqan reali. Il-manifatturi għandhom juru l-ambitu tal-għodda ta’ simulazzjoni, il-validità tagħha għax-xenarju kkonċernat, kif ukoll il-validazzjoni mwettqa għall-katina tal-għodda ta’ simulazzjoni (korrelazzjoni tal-eżitu mat-testijiet fiżiċi). Sabiex tintwera l-validità tal-katina ta’ għodod ta’ simulazzjoni, għandhom japplikaw il-prinċipji tal-Parti 4 ta’ dan l-Anness. Is-simulazzjoni ma għandhiex tkun sostitut għat-testijiet fiżiċi fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness. |
|
4.3. |
Il-manifattur għandu jkollu ċertifikat ta’ konformità validu għas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (“safety management system” - SMS) rilevanti għat-tip ta’ vettura li jkun qed jiġi approvat. |
5. Sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS)
|
5.1. |
Fir-rigward tal-ADS, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip f’termini ta’ sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS) li hemm proċessi, metodoloġiji, taħriġ u għodod effettivi fis-seħħ, aġġornati u li qed jiġu segwiti fi ħdan l-organizzazzjoni biex jiġu ġestiti s-sikurezza u l-konformità kontinwa matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-ADS. |
|
5.2. |
Il-proċess tad-disinn u l-iżvilupp għandu jiġi stabbilit u ddokumentat, inklużi s-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, il-ġestjoni tar-rekwiżiti, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti, l-ittestjar, it-traċċar tal-ħsarat, ir-rimedju u r-rilaxx. |
|
5.3. |
Il-manifattur għandu jiżgura mezzi ta’ komunikazzjoni effettivi bejn id-dipartimenti tal-manifattur responsabbli għas-sikurezza funzjonali/operattiva, iċ-ċibersigurtà u kwalunkwe dixxiplina rilevanti oħra relatata mal-kisba tas-sikurezza tal-vetturi. |
|
5.4. |
Il-manifattur għandu jkollu proċessi mmirati lejn il-ġbir tad-data tal-vetturi, u d-data minn sorsi oħrajn għall-monitoraġġ u l-analiżi ta’ inċidenti/aċċidenti rilevanti għas-sikurezza kkawżati mis-sistema tas-sewqan awtomatizzat involuta. Il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-Kummissjoni l-okkorrenzi rilevanti f’konformità mal-parti 5 ta’ dan l-Anness. |
|
5.4.1. |
Il-manifattur għandu jippermetti lill-operatur tas-servizz tat-trasport jipprovdi lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew lil awtoritajiet oħra maħtura mill-Istati Membri, id-data tal-vetturi f’konformità mal-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq, kif ukoll id-data tal-ADS u l-elementi speċifiċi tad-data għar-reġistratur tad-data tal-avvenimenti miġbura skont it-taqsima 9 tal-Anness II. |
|
5.5. |
Il-manifattur għandu jkollu proċessi biex jimmaniġġja l-lakuni potenzjali rilevanti għas-sikurezza wara r-reġistrazzjoni u biex jaġġorna l-vetturi, jekk ikun meħtieġ. |
|
5.6. |
Il-manifattur għandu juri li jitwettqu verifiki perjodiċi tal-proċessi interni indipendenti (eż. kull sentejn) sabiex jiġi żgurat li l-proċessi stabbiliti f’konformità mal-punti minn 5.1. sa 5.5. jiġu implimentati b’mod konsistenti. |
|
5.7. |
Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa (eż. arranġamenti kuntrattwali, interfaċċji ċari, sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità) mal-fornituri biex jiżguraw li s-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-fornitur tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 5.1. (ħlief għal aspetti relatati mal-vettura bħat-“tħaddim” u d-“dekummissjonar”), 5.2., 5.3. u 5.6. |
|
5.8. |
Ċertifikat ta’ konformità għas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza |
|
5.8.1. |
Applikazzjoni għal Ċertifikat ta’ Konformità għas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza għandha tiġi sottomessa mill-manifattur jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
5.8.2. |
Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mill-partikolarità li ġejja:
|
|
5.8.3. |
Meta din il-verifika tal-SMS tkun tlestiet b’mod sodisfaċenti u tkun irċeviet dikjarazzjoni ffirmata mill-manifattur skont il-mudell kif definit fl-Appendiċi 3, għandu jingħata ċertifikat imsejjaħ Ċertifikat ta’ Konformità għall-SMS kif deskritt fl-Appendiċi 4 (minn hawn ’il quddiem iċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-SMS) lill-manifattur. |
|
5.8.4. |
Iċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-SMS għandu jibqa’ validu għal massimu ta’ tliet snin mid-data tal-kunsinna taċ-ċertifikat, sakemm ma jiġix irtirat. |
|
5.8.5. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika li r-rekwiżiti għaċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-SMS ikomplu jiġu ssodisfati. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirtira ċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-SMS jekk jinstabu nuqqasijiet kbar ta’ konformità fil-konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u ma jiġux indirizzati minnufih. |
|
5.8.6. |
Il-manifattur għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew lis-servizz tekniku tagħha bi kwalunkwe bidla li se taffettwa r-rilevanza taċ-ċertifikat ta’ konformità għall-SMS. Wara konsultazzjoni mal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-Servizz Tekniku tagħha għandhom jiddeċiedu jekk humiex meħtieġa kontrolli ġodda. |
|
5.8.7. |
Fi żmien debitu, il-manifattur għandu japplika għal Ċertifikat ta’ Konformità ġdid għall-SMS jew għall-estensjoni ta’ dak eżistenti. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha, soġġetta għal verifika pożittiva, toħroġ Ċertifikat ta’ Konformità ġdid għas-SMS jew testendi l-validità tiegħu għal perjodu ulterjuri ta’ tliet snin. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika li s-SMS tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ ċertifikat ġdid f’każijiet fejn il-bidliet ikunu nġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-Servizz Tekniku tagħha u l-bidliet ikunu ġew ivvalutati mill-ġdid b’mod pożittiv. |
|
5.8.8. |
L-iskadenza jew l-irtirar taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-SMS tal-manifattur għandhom jiġu kkunsidrati, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi li għalihom kienet rilevanti l-SMS ikkonċernata, bħala modifika tal-approvazzjoni, li tista’ tinkludi l-irtirar tal-approvazzjoni jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
6. Dispożizzjoni dwar ir-rapportar
|
6.1. |
Ir-rapportar tal-valutazzjoni tas-sikurezza tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS, kif ukoll l-awditjar tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-manifattur għandhom jitwettqu b’tali mod li jippermetti t-traċċabbiltà, eż. il-verżjonijiet tad-dokumenti spezzjonati jiġu kkodifikati u elenkati fir-rekords tas-Servizz Tekniku. |
|
6.2. |
Eżempju ta’ tqassim għar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS mis-Servizz Tekniku lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip huwa pprovdut fl-Appendiċi 1 ta’ din il-parti. L-elementi elenkati f’dan l-Appendiċi huma deskritti bħala sett minimu ta’ elementi li jeħtieġ li jiġu koperti. |
|
6.3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip awtorizzanti għandha toħroġ ir-riżultati tal-valutazzjoni tas-sikurezza li għandhom jiġu annessi maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur, ir-rapport tal-valutazzjoni tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS mis-servizz tekniku u dwar l-eżiti tal-kampanji ta’ verifika u ttestjar imwettqa f’konformità mal-Parti 3 ta’ dan l-Anness. Eżempju ta’ tqassim possibbli għar-riżultati tal-valutazzjoni tas-sikurezza huwa mogħti fl-Appendiċi 4. |
7. Kompetenza tal-awdituri/assessuri
|
7.1. |
Il-valutazzjoni tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS u l-awditjar tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza taħt din il-parti għandhom jitwettqu biss minn assessuri/awdituri bl-għarfien tekniku u amministrattiv meħtieġ għal tali finijiet. B’mod partikolari, huma għandhom ikunu kompetenti bħala awditur/assessur għall-ISO 26262-2018 (Sikurezza Funzjonali - Vetturi tat-Triq), u għall-ISO/PAS 21448 (Sikurezza tal-Funzjonalità Intenzjonata tal-vetturi tat-triq); u għandhom ikunu kapaċi jagħmlu l-konnessjoni meħtieġa mal-aspetti taċ-ċibersigurtà f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155 u l-ISO/SAE 21434). Din il-kompetenza għandha tintwera permezz ta’ kwalifiki xierqa jew rekords ta’ taħriġ ekwivalenti oħrajn.
Appendiċi 1 Mudell għar-rapport ta’ valutazzjoni tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS Rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza Nru: 1. Identifikazzjoni 1.1. Għamla tal-vettura 1.2. Tip ta’ vettura 1.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ta’ vettura, jekk immarkat fuq il-vettura 1.4. Pożizzjoni ta’ dik il-marka 1.5. Isem u indirizz tal-manifattur 1.6. Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur 1.7. Pakkett ta’ dokumentazzjoni formali tal-manifatturNru tar-referenza tad-dokumentazzjoni: Data tal-ħruġ oriġinali: Data tal-aħħar aġġornament: 2. Metodu ta’ valutazzjoni 2.1. Deskrizzjoni tal-proċessi u tal-metodoloġiji tal-valutazzjoni 2.2. Kriterji ta’ aċċettabbiltà 3. Ir-riżultati tar-rieżami tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni 3.1. Rieżami tad-deskrizzjoni tal-ADS 3.2. Rieżami tal-kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur u l-analiżi tas-sikurezza tal-manifattur 3.3. Rieżami tal-Verifika u tal-Validazzjoni mwettqa mill-manifattur, b’mod partikolari l-kopertura tat-testijiet differenti u l-iffissar ta’ livelli limitu minimi tal-kopertura għal diversi metriċi 3.4. Rieżami tal-metodi u tal-għodod (software, laboratorju, oħrajn) u valutazzjoni tal-kredibbiltà 3.5. Rieżami tar-rekwiżiti tad-data tal-ADS u tal-elementi tad-data speċifiċi għar-reġistratur tad-data tal-avvenimenti għal vetturi awtomatizzati kompletament 3.6. Kontrolli taċ-ċertifikati taċ-Ċibersigurtà u tal-Aġġornamenti tas-Software qed ikopru l-ADS. 3.7. Rieżami tal-informazzjoni pprovduta fil-Manwal Operattiv 3.8. Rieżami tad-dispożizzjonijiet għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali tal-ADS 3.9. Rieżami ta’ informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fid-Dokument ta’ Informazzjoni 4. Verifika tal-funzjonijiet tal-ADS f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħsara (imsemmija fil-punt 4.1.1. tal-Anness III tal-Parti 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1426 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (ADS) ta’ vetturi awtomatizzati kompletament (2) 4.1. Ir-raġunament għall-għażla tax-xenarji tat-test 4.2. Xenarji tat-test magħżula 4.3. Rapporti tat-testijiet 4.3.1. Nru. tat-test (żid daqs kemm ikunu saru testijiet) 4.3.1.1. Objettivi tat-test 4.3.1.2. Kundizzjonijiet tat-test 4.3.1.3. Il-kwantitajiet imkejla u l-apparati tal-kejl 4.3.1.4 Kriterji ta’ aċċettabbiltà 4.3.1.5. Riżultati tat-test 4.3.1.6. Tqabbil mad-dokumentazzjoni fornuta mill-manifattur 5. Il-verifika tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS taħt ħsara (imsemmija fil-punt 4.1.2. tal-Anness III tal-Parti 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426) 5.1. Ir-raġunament għall-għażla tax-xenarji tat-test 5.2. Xenarji tat-test magħżula 5.3. Rapporti tat-testijiet 5.3.1. Nru. tat-test (żid daqs kemm ikunu saru testijiet) 5.3.1.1. Objettivi tat-test 5.3.1.2. Kundizzjonijiet tat-test 5.3.1.3. Il-kwantitajiet imkejla u l-apparati tal-kejl 5.3.1.4 Kriterji ta’ aċċettabbiltà 5.3.1.5. Riżultati tat-test 5.3.1.6. Tqabbil mad-dokumentazzjoni fornuta mill-manifattur 6. Ċertifikat tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (għandu jiġi mehmuż ma’ dan ir-rapport tat-test) 7. Data tal-valutazzjoni 8. Sentenza finali dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tas-sikurezza 9. Din il-valutazzjoni twettqet u r-riżultati ġew irrapportati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426Is-Servizz Tekniku li jwettaq il-valutazzjoni
10. Kummenti: Appendiċi 2 Mudell tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-ADS li għandhom jiġu annessi maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip 1. Identifikazzjoni 1.1. Għamla tal-vettura 1.2. Tip ta’ Vettura 1.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ta’ vettura, jekk immarkat fuq il-vettura 1.4. Pożizzjoni ta’ dik il-marka 1.5. Isem u indirizz tal-manifattur 1.6. Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur 1.7. Pakkett ta’ dokumentazzjoni formali tal-manifatturNru tar-referenza tad-dokumentazzjoni: Data tal-ħruġ oriġinali: Data tal-aħħar aġġornament: 2. Metodu ta’ valutazzjoni 2.1. Deskrizzjoni tal-proċessi u tal-metodoloġiji tal-valutazzjoni 2.2. Kriterji ta’ aċċettabbiltà 3. Verifika tal-funzjonijiet tal-ADS f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħsara (imsemmija fil-punt 4.1.1. tal-Anness III tal-Parti 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 3.1. Ir-raġunament għall-għażla tax-xenarji tat-test 3.2. Xenarji tat-test magħżula 4. Il-verifika tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS taħt ħsara waħda (imsemmija fil-punt 4.1.2. tal-Anness III tal-Parti 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 4.1. Ir-raġunament għall-għażla tax-xenarji tat-test 4.2. Xenarji tat-test magħżula 5. Ir-riżultati tal-valutazzjoni 5.1. Ir-riżultati tar-rieżami tad-Dokument ta’ Informazzjoni 5.2. Ir-riżultati tal-verifika tal-funzjonijiet tal-ADS f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħsara 5.3. Ir-riżultati tal-verifika tal-kunċett ta’ sikurezza tal-ADS taħt ħsara waħda 5.4. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza 5.5. Ir-riżultati tal-verifika tad-dispożizzjonijiet għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali 6. Sentenza finali dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tas-sikurezza Appendiċi 3 Mudell tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Manifattur għall-SMS Dikjarazzjoni tal-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti għas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza Isem tal-Manifattur: Indirizz tal-Manifattur: …(Isem tal-Manifattur) jattesta li l-proċessi meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti għas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 huma installati u se jinżammu. Magħmul fi: … (post) Data: Isem il-firmatarju: Funzjoni tal-firmatarju: (Timbru u firma tar-rappreżentant tal-manifattur) Appendiċi 4 Mudell taċ-Ċertifikat tal-Konformità għall-SMS Ċertifikat ta’ Konformità għas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 Numru taċ-ċertifikat [Numru ta’ referenza] [… Awtorità tal-approvazzjoni tat-tip] Jiċċertifika li Manifattur: … Indirizz tal-manifattur: konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426 Saru kontrolli fuq: minn (l-isem u l-indirizz tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-Servizz Tekniku): Numru tar-rapport:… Iċ-ċertifikat huwa validu sa […Data] Magħmul fi […Post] Fi […Data] […Firma] Hemżiet: deskrizzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza mill-manifattur. |
PARTI 3
TESTIJIET
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Il-kriterji ta’ suċċess u ta’ falliment biex tiġi vvalutata s-sikurezza tal-ADS għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u fuq ix-xenarju deskritt fil-Parti 1 ta’ dan l-anness. Ir-rekwiżiti huma definiti b’tali mod li l-kriterji ta’ suċċess/falliment jistgħu jiġu derivati mhux biss għal sett speċifiku ta’ parametri tat-test, iżda wkoll għall-kombinamenti kollha rilevanti għas-sikurezza tal-parametri li jistgħu jseħħu fil-kundizzjonijiet operattivi koperti mill-approvazzjoni tat-tip u l-medda operattiva speċifikata (eż., il-medda tal-veloċità, il-medda tal-aċċellerazzjoni lonġitudinali u trażversali, ir-raġġi tal-kurvatura, il-luminożità, in-numru ta’ karreġġati). Għal kundizzjonijiet mhux ittestjati, iżda li jistgħu jseħħu fi ħdan l-ODD definit tas-sistema, il-manifattur għandu juri, bħala parti mill-valutazzjoni deskritta fil-parti 2 għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-vettura hija kkontrollata b’mod sikur.
Dawn it-testijiet għandhom jikkonfermaw ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni deskritti fl-Anness II u l-funzjonalità tal-ADS u l-kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur kif deskritt fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ddokumentati u rrapportati f’konformità mal-punt 6 tal-parti 2 ta’ dan l-anness.
Dawn it-testijiet għandhom jikkonfermaw ukoll li l-ADS tikkonforma mar-regoli tat-traffiku, tadatta l-operazzjonijiet tagħha għall-kundizzjonijiet ambjentali, tevita t-tfixkil fil-fluss tat-traffiku (eż. l-imblukkar tal-karreġġata minħabba wisq MRMs), ma turix imġiba imprevedibbli u turi mġiba kooperattiva u antiċipatorja raġonevoli f’sitwazzjonijiet rilevanti (jiġifieri dħul fi traffiku dens jew fil-viċinanza ta’ utenti vulnerabbli tat-triq).
2 Is-sit tat-test
Is-sit tat-test għandu jinkludi karatteristiċi (eżempju: il-valur tal-frizzjoni) li jikkorrispondu għall-ODD speċifikat tal-ADS. Kif meħtieġ biex jiġu applikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ODD tal-ADS, it-testijiet fiżiċi se jitwettqu fl-ODD proprja (fit-triq) jew fi kwalunkwe faċilità tal-ittestjar li tirreplika l-kundizzjonijiet tal-ODD u għandhom jiġu ddeterminati mill-manifattur u mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. L-ADS għandha tiġi ttestjata fit-triq f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Istati Membri u diment li t-testijiet ikunu jistgħu jitwettqu b’mod sikur u mingħajr ebda riskju għal utenti oħrajn tat-triq.
3. Kundizzjonijiet ambjentali
It-testijiet għandhom jitwettqu f’kundizzjonijiet ambjentali differenti, fi ħdan il-limiti tal-ODD definit għall-ADS. Għall-kundizzjonijiet ambjentali mhux ittestjati li jistgħu jseħħu fi ħdan l-ODD definit, il-manifattur għandu juri, bħala parti mill-valutazzjoni għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-vettura hija kkontrollata b’mod sikur.
Sabiex jiġu ttestjati r-rekwiżiti għall-ħsara tal-funzjonijiet, l-awtottestjar tal-ADS u l-bidu u l-implimentazzjoni ta’ manuvra ta’ riskju minimu, l-iżbalji jistgħu jiġu indotti b’mod artifiċjali u l-vettura tista’ tinġieb b’mod artifiċjali f’sitwazzjonijiet fejn tilħaq il-limiti tal-medda operattiva definita (eż. kundizzjonijiet ambjentali).
4. Modifiki tas-sistema għall-finijiet ta’ ttestjar
Jekk ikunu meħtieġa modifiki fl-ADS sabiex ikun jista’ jsir l-ittestjar, pereżempju, il-kriterji ta’ valutazzjoni tat-tip tat-triq jew l-informazzjoni dwar it-tip ta’ triq (data tal-mappa), għandu jiġi żgurat li dawn il-modifiki ma jaffettwawx ir-riżultati tat-test. Dawn il-modifiki fil-prinċipju għandhom jiġu dokumentati u annessi mar-rapport tat-test. Id-deskrizzjoni u l-evidenza tal-influwenza (jekk ikun hemm) ta’ dawn il-modifiki għandhom jiġu dokumentati u annessi mar-rapport tat-test.
5. Kundizzjonijiet tal-vettura
|
5.1. |
Massa tat-test
Il-vettura tat-test għandha tiġi ttestjata bi kwalunkwe tagħbija permissibbli tal-vettura. Ma għandha ssir l-ebda alterazzjoni għat-tagħbija ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. Il-manifattur għandu juri, permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni, li l-ADS taħdem fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija. |
|
5.2. |
Il-vettura tat-test għandha tiġi ttestjata bil-pressjoni tat-tajers kif irrakkomandata mill-manifattur. |
|
5.3. |
Għandu jiġi vverifikat li l-kundizzjoni tas-sistema hija skont l-iskop maħsub tal-ittestjar (eż. f’kundizzjoni mingħajr ħsara jew bil-ħsarat speċifiċi li għandhom jiġu ttestjati). |
6. Għodod tat-test
Minbarra l-vetturi reali, jistgħu jintużaw għodod tal-ittestjar tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex jitwettqu t-testijiet, li jissostitwixxu l-vetturi reali u utenti oħrajn tat-triq (eż. bersalli mhux iebsin, pjattaformi mobbli, eċċ.). L-għodod tal-ittestjar ta’ sostituzzjoni għandhom jikkonformaw mal-karatteristiċi rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni sensorjali, għal vetturi reali u għal parteċipanti oħrajn tat-traffiku. It-testijiet ma għandhomx jitwettqu b’mod li jipperikola l-persunal involut, u trid tiġi evitata ħsara sinifikanti tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata meta jkunu disponibbli mezzi oħrajn ta’ validazzjoni.
7. Varjazzjoni fil-parametri tat-test
Il-manifattur għandu jiddikjara l-konfini tas-sistema lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddefinixxi l-kombinamenti differenti ta’ parametri tat-test (eż. il-veloċità attwali tal-vettura, it-tip u l-offset tal-mira, il-kurvatura tal-karreġġata, eċċ.) sabiex tiġi ttestjata l-ADS. Il-każijiet tat-test magħżula għandhom jipprovdu kopertura suffiċjenti tat-test għax-xenarji, il-parametri tat-test u l-influwenzi ambjentali kollha. Għandhom jintwerew ir-robustezza adegwata tas-sistemi ta’ perċezzjonijiet għall-ADS kontra l-ħsara fid-data tal-input/tas-sensur u l-kundizzjonijiet ambjentali avversi.
Il-parametri tat-test magħżula mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu rreġistrati f’rapport tat-test b’mod li jippermetti t-traċċabbiltà u r-ripetibbiltà tal-arranġament tat-test.
8. Ix-xenarji tat-testijiet biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-ADS fuq korsa tat-test (il-punti 8.1., 8.2., 8.5., 8.6., 8.7., 8.8., 8.9.) u fit-triq (8.3., 8.4., 8.10.)
Ix-xenarji inklużi fil-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala sett minimu ta’ testijiet. Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jistgħu jiġu eżegwiti xenarji addizzjonali li huma parti mill-ODD. Jekk xenarju deskritt fil-punt 8 ta’ dan l-anness ma jkunx jappartjeni għall-ODD tal-vettura, dan ma għandux jitqies.
Skont l-ODD, ix-xenarji tat-testijiet għandhom jintgħażlu bħala parti mit-test tal-approvazzjoni tat-tip. Ix-xenarji tat-testijiet għandhom jintgħażlu f’konformità mal-Parti 1 ta’ dan l-anness. L-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip jista’ jitwettaq abbażi ta’ simulazzjonijiet, manuvri fuq il-korsa tat-test u testijiet tas-sewqan fi traffiku reali fit-triq. Madankollu, dan ma jistax ikun ibbażat biss fuq simulazzjonijiet tal-kompjuter u, fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq jew tattesta mill-inqas it-testijiet li ġejjin biex tivvaluta l-imġiba tal-ADS.
8.1. Żamma tal-karreġġata
It-test għandu juri li l-vettura awtomatizzata kompletament ma toħroġx mill-karreġġata tagħha u żżomm moviment stabbli fil-karreġġata tagħha tul il-medda ta’ veloċitajiet u kurvaturi differenti fil-konfini tas-sistema tagħha.
|
8.1.1. |
It-test għandu jkun ibbażat fuq l-ODD tal-ADS u għandu jitwettaq mill-inqas:
|
8.2. Manuvra ta’ tibdil tal-karreġġata (“lane changing manoeuvre” - LCM)
It-testijiet għandhom juru li l-vettura awtomatizzata kompletament ma tikkawżax riskju mhux raġonevoli għas-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u ta’ utenti oħrajn tat-triq matul proċedura ta’ tibdil tal-karreġġata, u li l-ADS tista’ tivvaluta l-kritikalità tas-sitwazzjoni qabel ma tinbeda l-manuvra ta’ tibdil tal-karreġġata (LCM) matul il-medda kollha tal-veloċità operattiva. Dawn it-testijiet ikunu meħtieġa biss jekk il-vettura awtomatizzata kompletament tkun kapaċi twettaq bidliet fil-karreġġata waqt manuvra ta’ riskju minimu jew waqt it-tħaddim regolari.
|
8.2.1. |
Għandhom isiru t-testijiet li ġejjin:
|
|
8.2.2. |
It-testijiet għandhom isiru mill-inqas:
|
8.3. Rispons għal ġeometriji differenti tat-toroq
Dawn it-testijiet għandhom jiżguraw li l-vettura awtomatizzata kompletament tidentifika u tadatta għal varjazzjoni ta’ ġeometriji differenti tat-toroq li jistgħu jseħħu fi ħdan l-ODD intenzjonat tul il-medda ta’ veloċitajiet kollha tagħha.
|
8.3.1. |
It-test għandu jitwettaq b’mill-inqas il-lista ta’ xenarji ta’ hawn taħt abbażi tal-ODD tal-ADS:
|
|
8.3.2. |
Kull test għandu jiġi eżegwit mill-inqas:
|
8.4. Rispons għar-regoli nazzjonali tat-traffiku u għall-infrastruttura tat-toroq
Dawn it-testijiet għandhom jiżguraw li l-vettura awtomatizzata kompletament tkun konformi mar-regoli nazzjonali tat-traffiku u li hija tadatta għal diversi bidliet permanenti u temporanji tal-infrastruttura tat-toroq (eż. siti tal-kostruzzjoni tat-toroq) fil-medda kollha tal-veloċità.
|
8.4.1. |
It-testijiet għandhom jiġu eżegwiti mill-inqas bil-lista ta’ xenarji ta’ hawn taħt li huma rilevanti għall-ODD tal-ADS:
|
|
8.4.2. |
Kull test għandu jiġi eżegwit mill-inqas:
|
8.5. Evitar ta’ kolliżjoni: Tiġi evitata kolliżjoni mal-utenti tat-triq jew ma’ oġġetti li jimblokkaw il-karreġġata
It-test għandu juri li l-vettura awtomatizzata kompletament tevita kolliżjoni ma’ vettura wieqfa, utent tat-triq jew karreġġata kompletament jew parzjalment imblokkata sal-veloċità massima speċifikata tal-ADS.
|
8.5.1. |
Dan it-test għandu jiġi eżegwit mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti fl-ODD:
|
8.6. Evitar ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza qabel oġġett li ma joħloqx ostakli fil-karreġġata. “Oġġett li ma joħloqx ostakli” huwa oġġett li jista’ jinqaleb mingħajr ma jikkawża riskju mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura jew għal utenti oħrajn tat-triq.
It-test għandu juri li l-vettura awtomatizzata kompletament ma tagħtix bidu għal Ibbrejkjar ta’ Emerġenza b’domanda ta’ deċellerazzjoni ogħla minn 5 m/s2 minħabba oġġett li ma joħloqx ostakli fil-karreġġata rilevanti għall-ODD (eż. għatu ta’ tappiera jew fergħa żgħira) sal-veloċità massima speċifikata tal-ADS.
|
8.6.1. |
Dan it-test għandu jiġi eżegwit mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti fl-ODD:
|
8.7. Wara vettura ta’ quddiem
It-test għandu juri li l-vettura awtomatizzata kompletament tista’ żżomm u terġa’ tistabbilixxi moviment stabbli u distanza ta’ sikurezza ma’ vettura quddiemha u tista’ tevita kolliżjoni ma’ vettura ta’ quddiem li tiddeċellera sad-deċellerazzjoni massima tagħha.
|
8.7.1. |
Dan it-test għandu jiġi eżegwit mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti fl-ODD:
|
8.8. Tibdil tal-karreġġata ta’ vettura oħra fil-karreġġata (dħul ’il ġewwa)
It-test għandu juri li l-vettura awtomatizzata kompletament tista’ tevita kolliżjoni ma’ vettura jew utent ieħor tat-triq li jidħlu ’l ġewwa fil-karreġġata tal-vettura awtomatizzata kompletament sa ċerta kritikalità tal-manuvra ta’ dħul ’il ġewwa.
|
8.8.1. |
Il-kritikalità tal-manuvra ta’ dħul ’il ġewwa għandha tiġi ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet introdotti fil-Parti 1 ta’ dan l-anness u skont id-distanza bejn il-punt l-aktar fuq wara tal-vettura li tagħmel manuvra ta’ dħul ’il ġewwa u l-punt l-aktar fuq quddiem tal-vettura awtomatizzata kompletament. |
|
8.8.2. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
8.9. Ostaklu stazzjonarju wara tibdil tal-karreġġata tal-vettura ta’ quddiem (ħruġ ’il barra)
It-test għandu juri li l-vettura awtomatizzata kompletament tista’ tevita kolliżjoni ma’ vettura wieqfa, utent tat-triq jew karreġġata mblokkata li jsiru viżibbli wara li vettura preċedenti tkun evitat kolliżjoni permezz ta’ manuvra evażiva. It-test għandu jkun ibbażat fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u l-parametri tax-xenarju fil-parti 1 ta’ dan l-anness. Għal kundizzjonijiet mhux ittestjati li jistgħu jseħħu fil-medda operattiva definita tal-vettura, il-manifattur għandu juri bħala parti mill-valutazzjoni deskritta fil-Parti 2 tal-Anness III għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet rilevanti li l-vettura hija kkontrollata b’mod sikur.
|
8.9.1. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
8.10. Parkeġġ
It-test għandu juri li l-ADS hija kapaċi tipparkja fi spazji ta’ parkeġġ u tqassim ta’ parkeġġ differenti f’kundizzjonijiet differenti; u li matul il-manuvra tal-parkeġġ ma tikkawżax ħsara lill-oġġetti tal-madwar, lill-utenti tat-triq u lilha nnifisha.
|
8.10.1. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
8.11. Navigazzjoni f’faċilità ta’ parkeġġ
It-test għandu juri li l-ADS tista’ timmaniġġja l-veloċità baxxa tas-sewqan u n-nuqqas ġenerali ta’ viżibbiltà li jista’ jkun hemm f’parkeġġ.
|
8.11.1. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
8.12. Xenarji speċifiċi għall-awtostrada
|
8.12.1. |
Dħul fl-awtostrada
It-test għandu juri li l-ADS tista’ tidħol fl-awtostrada b’mod sikur. |
|
8.12.1.1. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
|
8.12.2. |
Ħruġ mill-awtostrada
It-test għandu juri li l-ADS tista’ toħroġ b’mod sikur mill-awtostrada. |
|
8.12.2.1. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
|
8.12.3. |
Stazzjon tal-pedaġġ
It-test għandu juri li l-ADS tista’ tagħżel il-passaġġ tad-dħul xieraq, u tadatta l-veloċità tagħha għal dik permessa fiż-żona tal-pedaġġ. |
|
8.12.3.1. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
8.13. Għall-vetturi b’żewġ modalitajiet, it-tranżizzjoni bejn il-modalità tas-sewqan manwali u l-modalità awtomatizzata kompletament.
It-test għandu juri li l-ADS tieħu f’idejha d-DDT b’mod sikur u biss meta l-vettura tkun wieqfa.
|
8.13.1. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
|
8.13.2. |
It-test għandu jitwettaq mill-inqas bix-xenarji li ġejjin, fejn rilevanti għall-ODD:
|
PARTI 4
PRINĊIPJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KREDIBBILTÀ GĦALL-UŻU TA’ KATINA TA’ GĦODOD VIRTWALI FIL-VALIDAZZJONI TAL-ADS
1. Ġenerali
|
1.1. |
Il-kredibbiltà tista’ tinkiseb billi jiġu investigati u vvalutati ħames proprjetajiet ta’ Mudellar u Simulazzjoni (M&S):
|
|
1.2. |
Fl-istess ħin, il-qafas ta’ valutazzjoni tal-kredibbiltà għandu jkun ġenerali biżżejjed biex jintuża għal tipi u applikazzjonijiet differenti ta’ M&S. Madankollu, l-għan huwa kkomplikat mid-differenzi wiesgħa bejn il-karatteristiċi tal-ADS u l-varjetà tat-tipi u l-applikazzjonijiet ta’ M&S. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jeħtieġu qafas ta’ valutazzjoni tal-kredibbiltà (ibbażat fuq ir-riskji/informat) rilevanti u xieraq għall-applikazzjonijiet kollha ta’ M&S. |
|
1.3. |
Il-qafas ta’ valutazzjoni tal-kredibbiltà jipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-aspetti ewlenin ikkunsidrati għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà ta’ soluzzjoni ta’ M&S flimkien mal-prinċipji dwar ir-rwol ta’ assessuri terzi fil-proċess ta’ validazzjoni fir-rigward tal-kredibbiltà. Fir-rigward tal-punt tal-aħħar, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tinvestiga d-dokumentazzjoni prodotta li tappoġġa l-kredibbiltà fil-fażi ta’ valutazzjoni, filwaqt li t-testijiet ta’ validazzjoni proprji jseħħu ladarba l-manifattur ikun żviluppa s-sistemi ta’ simulazzjoni integrati. |
|
1.4. |
Fl-aħħar mill-aħħar, l-eżitu tal-valutazzjoni tal-kredibbiltà attwali għandu jiddefinixxi l-pakkett li fih tista’ tintuża l-għodda virtwali biex tappoġġa l-valutazzjoni tal-ADS. |
|
1.5. |
Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ din il-parti huma maħsuba biex juru l-kredibbiltà ta’ kwalunkwe mudell ta’ simulazzjoni jew katina ta’ għodod virtwali għall-użu tagħha fil-validazzjoni tal-ADS. |
2. Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan l-anness
|
2.1. |
“astrazzjoni” tfisser il-proċess tal-għażla tal-aspetti essenzjali ta’ sistema tas-sors jew ta’ sistema ta’ referenza li għandhom jiġu rrappreżentati f’mudell jew f’simulazzjoni, filwaqt li jiġu injorati aspetti mhux rilevanti. Kwalunkwe astrazzjoni tal-immudellar iġġib magħha s-suppożizzjoni li hija ma għandhiex taffettwa b’mod sinifikanti l-użi maħsuba tal-għodda ta’ simulazzjoni. |
|
2.2. |
“ittestjar b’ċirkwit magħluq” tfisser ambjent virtwali li jqis l-azzjonijiet tal-“element in the loop”. L-oġġetti simulati jirrispondu għall-azzjonijiet tas-sistema (eż. sistema li tinteraġixxi ma’ mudell tat-traffiku). |
|
2.3. |
“deterministika” tfisser terminu li jiddeskrivi sistema li l-evoluzzjoni tagħha maż-żmien tista’ tiġi mbassra eżattament u sett partikolari ta’ stimuli tal-input dejjem jipproduċi l-istess output. |
|
2.4. |
“driver in the loop (DIL)” tipikament isir f’simulatur tas-sewqan li jintuża għall-ittestjar tad-disinn ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-awtomazzjoni. Id-DIL għandu komponenti sabiex is-sewwieq jopera u jikkomunika mal-ambjent virtwali. |
|
2.5. |
“Hardware in the loop (HIL)” jinvolvi l-hardware finali ta’ subsistema speċifika ta’ vettura li tħaddem is-software finali b’input u output konnessi ma’ ambjent ta’ simulazzjoni biex isir ittestjar virtwali. L-ittestjar tal-HIL jipprovdi mod ta’ replikazzjoni tas-sensuri, tal-attwaturi u tal-komponenti mekkaniċi b’mod li jikkonnettja l-I/O kollha tal-unitajiet ta’ kontroll elettroniku (“electronic control units” - ECU) li jkunu qed jiġu ttestjati, ħafna qabel ma tiġi integrata s-sistema finali. |
|
2.6. |
“mudell” huwa deskrizzjoni jew rappreżentazzjoni ta’ sistema, entità, fenomenu jew proċess. |
|
2.7. |
“kalibrazzjoni tal-mudell” hija l-proċess tal-aġġustament tal-parametri numeriċi jew tal-immudellar fil-mudell biex jittejjeb il-qbil ma’ referent. |
|
2.8. |
“Parametru tal-mudell” huma valuri numeriċi użati biex jappoġġaw il-karatterizzazzjoni ta’ funzjonalità tas-sistema. Parametru tal-mudell għandu valur li ma jistax jiġi osservat direttament fid-dinja reali, iżda li jrid jiġi dedott mid-data miġbura fid-dinja reali (fil-fażi tal-kalibrazzjoni tal-mudell). |
|
2.9. |
“model in the loop (MIL)” huwa approċċ li jippermetti żvilupp algoritmiku malajr mingħajr ma jinvolvi hardware dedikat. Dan il-livell ta’ żvilupp ġeneralment jinvolvi oqfsa ta’ software ta’ astrazzjoni ta’ livell għoli li jaħdmu fuq sistemi ta’ computing bi skop ġenerali. |
|
2.10. |
“ittestjar f’ċirkwit miftuħ” tfisser ambjent virtwali li ma jqisx l-azzjonijiet tal-“element in the loop” (eż. sistema li tinteraġixxi ma’ sitwazzjoni tat-traffiku rreġistrata). |
|
2.11. |
“probabilistika” hija terminu li jappartjeni għal avvenimenti mhux deterministiċi, li l-eżiti tagħhom huma deskritti minn miżura ta’ probabbiltà. |
|
2.12. |
“spazju ta’ sperimentazzjoni jew korsa tat-test” hija faċilità ta’ ttestjar fiżiku magħluqa għat-traffiku fejn il-prestazzjoni ta’ ADS tista’ tiġi investigata fuq il-vettura reali. L-aġenti tat-traffiku jistgħu jiġu introdotti permezz ta’ stimulazzjoni tas-sensuri jew permezz ta’ apparat finta pożizzjonat fuq il-korsa. |
|
2.13. |
“stimulazzjoni tas-sensuri” hija teknika li permezz tagħha jiġu pprovduti sinjali ġġenerati b’mod artifiċjali lill-element li qed jiġi ttestjat sabiex jiġi skattat biex jipproduċi r-riżultat meħtieġ għall-verifika tad-dinja reali, għat-taħriġ, għall-manutenzjoni, jew għar-riċerka u l-iżvilupp. |
|
2.14. |
“simulazzjoni” hija l-imitazzjoni tat-tħaddim ta’ proċess jew ta’ sistema fid-dinja reali maż-żmien. |
|
2.15. |
“mudell ta’ simulazzjoni” huwa mudell li l-varjabbli tal-input tiegħu jvarjaw maż-żmien. |
|
2.16. |
“katina ta’ għodod ta’ simulazzjoni” hija kombinament ta’ għodod ta’ simulazzjoni li jintużaw biex jappoġġaw il-validazzjoni ta’ ADS. |
|
2.17. |
“software in the loop (SIL)” huwa fejn l-implimentazzjoni tal-mudell żviluppat se tiġi evalwata fuq sistemi tal-computing bi skop ġenerali. Dan il-pass jista’ juża implimentazzjoni kompluta tas-software qrib ħafna ta’ dik finali. L-ittestjar tal-SIL jintuża biex jiddeskrivi metodoloġija ta’ ttestjar, fejn il-kodiċi eżegwibbli, bħall-algoritmi (jew saħansitra strateġija sħiħa ta’ kontrollur), jiġi ttestjat f’ambjent ta’ mmudellar li jista’ jgħin biex jiġi pprovat jew ittestjat is-software. |
|
2.18. |
“stokastiku” tfisser proċess li jinvolvi jew li fih varjabbli aleatorju/aleatorji. Jappartjenu għall-probabbiltà. |
|
2.19. |
“validazzjoni tal-mudell ta’ simulazzjoni” hija l-proċess li jiġi ddeterminat sa liema punt mudell ta’ simulazzjoni huwa rappreżentazzjoni akkurata tad-dinja reali mill-perspettiva tal-użi maħsuba tal-għodda. |
|
2.20. |
“vehicle in the loop (VIL)” huwa ambjent ta’ fużjoni ta’ vettura tal-ittestjar reali fid-dinja reali u f’ambjent virtwali. Dan jista’ jirrifletti d-dinamika tal-vettura fl-istess livell bħad-dinja reali u jista’ jitħaddem fuq bank tat-test tal-vettura jew fuq korsa tat-test. |
|
2.21. |
“verifika tal-mudell ta’ simulazzjoni” hija l-proċess fejn jiġi ddeterminat sa liema punt mudell ta’ simulazzjoni jew għodda ta’ ttestjar virtwali jkunu konformi mar-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom kif spjegati fid-dettall fil-mudelli kunċettwali, fil-mudelli matematiċi jew f’kostrutti oħrajn tagħhom. |
|
2.22. |
“ittestjar virtwali” huwa l-proċess tal-ittestjar ta’ sistema bl-użu ta’ mudell ta’ simulazzjoni wieħed jew aktar. |
3. Komponenti tal-qafas ta’ valutazzjoni tal-kredibbiltà u r-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni relatati
|
3.1. |
Il-qafas ta’ valutazzjoni tal-kredibbiltà jintroduċi mod kif tiġi vvalutata u rrapportata l-kredibbiltà tal-M&S abbażi tal-kriterji ta’ assigurazzjoni tal-kwalità fejn jistgħu jiġu indikati l-livelli ta’ fiduċja fir-riżultati. Fi kliem ieħor, il-kredibbiltà hija stabbilita billi jiġu evalwati l-fatturi li ġejjin li jinfluwenzaw l-M&S li huma kkunsidrati bħala kontributuri ewlenin għall-proprjetajiet tal-M&S u, għalhekk, għall-kredibbiltà ġenerali tal-M&S: (a) il-ġestjoni tal-M&S; (b) l-esperjenza u l-għarfien espert tat-tim; (c) l-analiżi u d-deskrizzjoni tal-M&S; (d) il-pedigree tad-data jew tal-input u (e) verifika; validazzjoni, karatterizzazzjoni tal-inċertezza. Kull wieħed minn dawn il-fatturi jindika l-livell ta’ kwalità miksub mill-M&S, u t-tqabbil bejn il-livelli miksuba u l-livelli meħtieġa għandu jiddetermina jekk l-M&S humiex kredibbli u adegwati biex jintużaw għall-ittestjar virtwali. Rappreżentazzjoni grafika tar-relazzjoni bejn il-komponenti tal-qafas ta’ valutazzjoni tal-kredibbiltà hija murija hawn taħt.
|
|
3.2. |
Mudelli u ġestjoni tas-simulazzjoni. |
|
3.2.1. |
Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-M&S huwa proċess dinamiku b’rilaxxi frekwenti li għandhom jiġu mmonitorjati u ddokumentati. Għandhom jiġu stabbiliti attivitajiet ta’ ġestjoni biex jappoġġaw l-M&S b’mod ta’ ġestjoni tal-prodott tax-xogħol. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti dwar l-aspetti li ġejjin. |
|
3.2.2. |
Il-proċess ta’ ġestjoni tal-M&S għandu:
|
|
3.2.3. |
Ġestjoni tar-rilaxx. |
|
3.2.3.1. |
Għandha tinħażen kwalunkwe verżjoni tal-katina ta’ għodod tal-M&S użata għar-rilaxx tad-data għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni. Il-mudelli virtwali li jikkostitwixxu l-katina ta’ għodod tal-ittestjar għandhom jiġu ddokumentati f’termini tal-metodi ta’ validazzjoni korrispondenti u l-limiti ta’ aċċettazzjoni biex tiġi appoġġata l-kredibbiltà ġenerali tal-katina ta’ għodod. L-iżviluppatur għandu jinforza metodu biex jittraċċa d-data ġġenerata għall-verżjoni korrispondenti tal-M&S. |
|
3.2.3.2. |
Kontroll tal-kwalità tad-data virtwali. Il-kompletezza, l-akkuratezza u l-konsistenza tad-data għandhom jiġu żgurati matul ir-rilaxxi u l-ħajja ta’ katina ta’ għodod tal-M&S biex jiġu appoġġati l-proċeduri ta’ verifika u validazzjoni. |
|
3.2.4. |
L-esperjenza u l-għarfien espert tat-tim. |
|
3.2.4.1. |
Minkejja li l-esperjenza u l-għarfien espert (“experience and expertise” - E&E) huma diġà koperti f’sens ġenerali fi ħdan l-organizzazzjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita l-bażi għall-fiduċja fl-E&E speċifiċi għall-attivitajiet tal-M&S. |
|
3.2.4.2. |
Il-kredibbiltà tal-M&S tiddependi mhux biss fuq il-kwalità tal-mudelli ta’ simulazzjoni, iżda wkoll fuq l-E&E tal-persunal involut fil-validazzjoni u l-użu tal-M&S. Pereżempju, fehim xieraq tal-limitazzjonijiet u tal-qasam ta’ validazzjoni se jipprevjeni l-użu ħażin possibbli tal-M&S jew interpretazzjoni ħażina tar-riżultati tagħhom. |
|
3.2.4.3. |
Għalhekk, huwa importanti li l-bażi għall-fiduċja tal-manifattur tiġi stabbilita fuq l-E&E ta’:
|
|
3.2.4.4. |
Ġestjoni xierqa tal-E&E tat-tim iżżid il-livell ta’ fiduċja fuq il-kredibbiltà tal-M&S u l-eżiti tagħha billi tiżgura li jitqiesu l-fatturi umani wara l-M&S u jiġi kkontrollat kwalunkwe riskju possibbli ta’ komponent uman, kif inhu mistenni fi kwalunkwe Sistema ta’ Ġestjoni xierqa |
|
3.2.4.5. |
Jekk il-katina tal-għodda tal-manifattur tinkorpora jew tiddependi fuq inputs minn organizzazzjonijiet jew prodotti barra mit-tim tal-manifattur stess, il-manifattur jipprovdi spjegazzjoni tal-miżuri li jkun ħa biex jappoġġa l-fiduċja tiegħu fil-kwalità u l-integrità ta’ dawk l-inputs. |
|
3.2.4.6. |
L-E&E tat-tim jikkonsistu f’żewġ livelli. |
|
3.2.4.6.1. |
Livell organizzazzjonali
Il-kredibbiltà tiġi stabbilita billi jiġu stabbiliti proċessi u proċeduri biex jiġu identifikati u miżmuma l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza biex jitwettqu attivitajiet ta’ M&S. Għandhom jiġu stabbiliti, miżmuma u ddokumentati l-proċessi li ġejjin:
|
|
3.2.4.6.2. |
Il-livell tat-tim
Ladarba tkun ġiet iffinalizzata M&S, il-kredibbiltà tagħha tiġi ddettata l-aktar mill-ħiliet u l-għarfien tal-individwu/tat-tim li se jivvalida l-katina ta’ għodod tal-M&S u juża l-M&S għall-validazzjoni tal-ADS. Il-kredibbiltà tiġi stabbilita billi jiġi ddokumentat li dawn it-timijiet ikunu rċevew taħriġ adegwat biex jaqdu dmirijiethom. Imbagħad, il-manifattur għandu:
Id-dimostrazzjoni tal-manifattur ta’ kif japplika l-prinċipji tal-ISO 9001 jew l-aħjar prattika jew standard simili biex tiġi żgurata l-kompetenza tal-organizzazzjoni tiegħu tal-M&S u tal-individwi f’dik l-organizzazzjoni se tkun il-bażi għal din id-determinazzjoni. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ma tistax tissostitwixxi s-sentenza tagħha dwar l-E&E tal-organizzazzjoni jew tal-membri tagħha ma’ dik tal-manifattur. |
|
3.2.5. |
Pedigree tad-data/tal-input |
|
3.2.5.1. |
Il-pedigree tad-data/tal-input fiha rekord ta’ traċċabbiltà mid-data tal-manifattur użata fil-validazzjoni tal-M&S. |
|
3.2.5.2. |
Deskrizzjoni tad-data użata għall-M&S
|
|
3.2.5.3. |
L-effett tal-kwalità tad-data (eż. il-kopertura tad-data, il-proporzjon tas-sinjal għall-istorbju, u r-rata ta’ inċertezza/preġudizzju/kampjunar tas-sensuri) fuq l-inċertezza tal-parametri tal-mudell.
Il-kwalità tad-data użata għall-iżvilupp tal-mudell se taffettwa l-istima u l-kalibrazzjoni tal-parametri tal-mudell. L-inċertezza fil-parametri tal-mudell se tkun aspett importanti ieħor fl-analiżi finali tal-inċertezza. |
|
3.2.6. |
Pedigree tad-data/tal-output |
|
3.2.6.1. |
Il-pedigree tad-data/tal-output fiha rekord tal-outputs tal-M&S użati għall-validazzjoni tal-ADS. |
|
3.2.6.2. |
Deskrizzjoni tad-data ġġenerata mill-M&S
|
|
3.2.6.3. |
L-effett tal-kwalità tad-data fuq il-kredibbiltà tal-M&S
|
|
3.2.6.4. |
Il-ġestjoni ta’ mudelli stokastiċi
|
|
3.3. |
Analiżi u deskrizzjoni tal-M&S |
|
3.3.1. |
L-analiżi u d-deskrizzjoni tal-M&S għandhom l-għan li jiddefinixxu l-M&S kollha u jidentifikaw l-ispazju tal-parametru li jista’ jiġi vvalutat permezz ta’ ttestjar virtwali. Dawn jiddefinixxu l-ambitu u l-limitazzjonijiet tal-mudelli u tal-katina ta’ għodod u s-sorsi ta’ inċertezza li jistgħu jaffettwaw ir-riżultati tagħha. |
|
3.3.2. |
Deskrizzjoni ġenerali |
|
3.3.2.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-katina ta’ għodod sħiħa flimkien ma’ kif se tintuża d-data ta’ simulazzjoni biex tappoġġa l-istrateġija ta’ validazzjoni tal-ADS |
|
3.3.2.2. |
Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni ċara tal-objettiv tat-test |
|
3.3.3. |
Suppożizzjonijiet, limitazzjonijiet magħrufa u sorsi ta’ inċertezza |
|
3.3.3.1. |
Il-manifattur għandu jimmotiva s-suppożizzjonijiet tal-immudellar li ggwidaw id-disinn tal-katina ta’ għodod tal-M&S |
|
3.3.3.2. |
Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza dwar:
|
|
3.3.3.3. |
Il-manifattur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni li t-tolleranza għal korrelazzjoni bejn simulazzjoni u realtà hija aċċettabbli għall-objettiv tat-test |
|
3.3.3.4. |
Fl-aħħar nett, din it-taqsima għandha tinkludi informazzjoni dwar is-sorsi ta’ inċertezza fil-mudell. Din se tirrappreżenta kontribut importanti għall-analiżi finali tal-inċertezza, li se tiddefinixxi kif l-outputs tal-mudell jistgħu jiġu affettwati mis-sorsi differenti ta’ inċertezza tal-mudell użat. |
|
3.3.4. |
Ambitu (kif jintużaw l-M&S fil-validazzjoni tal-ADS) |
|
3.3.4.1. |
Il-kredibbiltà tal-għodda virtwali għandha tiġi infurzata permezz ta’ ambitu definit b’mod ċar tal-utilizzazzjoni tal-mudelli żviluppati. |
|
3.3.4.2. |
L-M&S maturati għandhom jippermettu virtwalizzazzjoni tal-fenomeni fiżiċi sa grad ta’ akkuratezza li jaqbel mal-livell ta’ fedeltà meħtieġ għaċ-ċertifikazzjoni. B’hekk, l-M&S se jaġixxu bħala “spazju ta’ sperimentazzjoni virtwali” għall-ittestjar tal-ADS. |
|
3.3.4.3. |
Il-mudelli ta’ simulazzjoni jeħtieġu xenarji u metriċi ddedikati għall-validazzjoni. L-għażla tax-xenarju użata għall-validazzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex il-katina ta’ għodod taħdem bl-istess mod f’xenarji barra mill-ambitu tal-validazzjoni. |
|
3.3.4.4. |
Il-Manifattur għandu jipprovdi lista ta’ xenarji ta’ validazzjoni flimkien mal-limitazzjonijiet tal-parametri korrispondenti. |
|
3.3.4.5. |
L-analiżi tal-ODD hija kontribut kruċjali biex jiġu dderivati r-rekwiżiti, l-ambitu u l-effetti li l-M&S iridu jikkunsidraw sabiex jappoġġaw il-validazzjoni tal-ADS. |
|
3.3.4.6. |
Il-parametri ġġenerati għax-xenarji se jiddefinixxu d-data estrinsika u intrinsika għall-katina ta’ għodod u l-mudelli ta’ simulazzjoni. |
|
3.3.5. |
Valutazzjoni tal-kritikalità |
|
3.3.5.1. |
Il-mudelli ta’ simulazzjoni u l-għodod ta’ simulazzjoni użati fil-katina tal-għodda ġenerali għandhom jiġu investigati f’termini tar-responsabbiltà tagħhom f’każ ta’ żball ta’ sikurezza fil-prodott finali. L-approċċ propost għall-analiżi tal-kritikalità huwa derivat mill-ISO 26262, li jirrikjedi kwalifika għal xi wħud mill-għodod użati fil-proċess tal-iżvilupp. |
|
3.3.5.2. |
Sabiex jiġi derivat kemm hija kritika d-data simulata, il-valutazzjoni tal-kritikalità għandha tikkunsidra l-parametri li ġejjin:
|
|
3.3.5.3. |
Mill-perspettiva tal-valutazzjoni tal-kritikalità, it-tliet każijiet possibbli għall-valutazzjoni huma:
|
|
3.4. |
Verifika |
|
3.4.1. |
Il-verifika ta’ M&S tinvolvi l-analiżi tal-implimentazzjoni korretta tal-mudelli kunċettwali/matematiċi li jibnu l-katina ta’ għodod tal-M&S. Il-verifika tikkontribwixxi għall-kredibbiltà tal-M&S billi tipprovdi assigurazzjoni li l-M&S mhux se juru mġiba mhux realistika għal sett ta’ inputs li ma jistgħux jiġu ttestjati. Il-proċedura hija bbażata fuq approċċ b’diversi stadji li jinkludi verifika tal-kodiċi, verifika tal-kalkolu u analiżi tas-sensittività. |
|
3.4.2. |
Verifika tal-kodiċi |
|
3.4.2.1. |
Il-verifika tal-kodiċi tinvolvi testijiet li juru li l-ebda difett numeriku/loġiku ma jaffettwa l-mudelli virtwali |
|
3.4.2.2. |
Il-manifattur għandu jiddokumenta l-eżekuzzjoni ta’ tekniki xierqa ta’ verifika tal-kodiċi, eż. verifika ta’ kodiċi statiku/dinamiku, analiżi tal-konverġenza u tqabbil ma’ soluzzjonijiet eżatti, jekk applikabbli |
|
3.4.2.3. |
Il-manifattur għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi li l-esplorazzjoni fil-qasam tal-parametri tal-input kienet wiesgħa biżżejjed biex tidentifika l-kombinament ta’ parametri li għalihom l-M&S juru mġiba instabbli jew mhux realistika. Tista’ tintuża metrika ta’ kopertura ta’ kombinamenti ta’ parametri biex tintwera l-esplorazzjoni meħtieġa tal-imġibiet tal-mudelli. |
|
3.4.2.4. |
Il-manifattur għandu jadotta proċeduri ta’ verifika tas-sanità/tal-konsistenza kull meta d-data tippermetti. |
|
3.4.3. |
Verifika tal-kalkolu |
|
3.4.3.1. |
Il-verifika tal-kalkolu tittratta l-istima ta’ żbalji numeriċi li jaffettwaw l-M&S |
|
3.4.3.2. |
Il-manifattur għandu jiddokumenta stimi ta’ żbalji numeriċi (eż. żball ta’ diskretizzazzjoni, żball ta’ arrotondament, konverġenza tal-proċeduri iterattivi); |
|
3.4.3.3. |
L-iżbalji numeriċi għandhom jinżammu limitati biżżejjed biex ma jaffettwawx il-validazzjoni. |
|
3.4.4. |
Analiżi tas-sensittività |
|
3.4.4.1. |
L-analiżi tas-sensittività għandha l-għan li tikkwantifika kif il-valuri tal-output tal-mudell huma affettwati minn bidliet fil-valuri tal-input tal-mudell u b’hekk tidentifika l-parametri li għandhom l-akbar impatt fuq ir-riżultati tal-mudell ta’ simulazzjoni. L-istudju tas-sensittività jgħin ukoll biex jiġi ddeterminat sa liema punt il-mudell ta’ simulazzjoni jissodisfa l-limiti ta’ validazzjoni meta jkun soġġett għal varjazzjonijiet żgħar tal-parametri. Għalhekk, huwa fundamentali li tiġi appoġġata l-kredibbiltà tar-riżultati tas-simulazzjoni. |
|
3.4.4.2. |
Il-manifattur għandu jipprovdi dokumentazzjoni ta’ sostenn li turi li l-aktar parametri kritiċi li jinfluwenzaw l-output tas-simulazzjoni ġew identifikati permezz ta’ tekniki ta’ analiżi tas-sensittività bħal bl-applikazzjoni ta’ perturbazzjoni tal-parametri tal-mudell; |
|
3.4.4.3. |
Il-manifattur għandu juri li ġew adottati proċeduri ta’ kalibrazzjoni robusti meta jiġu identifikati u kkalibrati l-aktar parametri kritiċi sabiex tiżdied il-kredibbiltà tal-katina ta’ għodod żviluppata. |
|
3.4.4.4. |
Fl-aħħar mill-aħħar, ir-riżultati tal-analiżi tas-sensittività se jgħinu wkoll biex jiġu definiti l-inputs u l-parametri li l-Karatterizzazzjoni tal-inċertezza tagħhom teħtieġ attenzjoni partikolari sabiex tiġi definita b’mod xieraq l-inċertezza tar-riżultati tas-simulazzjoni. |
|
3.4.5. |
Validazzjoni |
|
3.4.5.1. |
Il-proċess kwantitattiv tad-determinazzjoni tal-grad sa fejn mudell jew simulazzjoni huma rappreżentazzjoni akkurata tad-dinja reali mill-perspettiva tal-użi maħsuba tal-M&S jirrikjedi l-għażla u d-definizzjoni ta’ diversi elementi. |
|
3.4.5.2. |
Miżuri tal-prestazzjoni (metriċi) |
|
3.4.5.2.1. |
Il-miżuri tal-prestazzjoni huma l-metriċi użati sabiex il-mudell ta’ simulazzjoni jitqabbel mad-dinja reali. Il-miżuri ta’ prestazzjoni jiġu definiti matul l-analiżi tal-M&S. |
|
3.4.5.2.2. |
Il-metriċi għall-validazzjoni jistgħu jinkludu:
|
|
3.4.5.3. |
Miżuri ta’ tjubija tal-adattament |
|
3.4.5.3.1. |
L-oqfsa analitiċi jintużaw biex jitqabblu l-metrika tad-dinja reali u dik ta’ simulazzjoni. Ġeneralment, dawn ikunu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (“key performance indicators” - KPIs) li jindikaw il-komparabbiltà statistika bejn żewġ settijiet ta’ data. |
|
3.4.5.3.2. |
Il-validazzjoni għandha turi li dawn il-KPIs jiġu ssodisfati. |
|
3.4.5.4. |
Metodoloġija ta’ validazzjoni |
|
3.4.5.4.1. |
Il-manifattur għandu jiddefinixxi x-xenarji loġiċi użati għall-validazzjoni tal-katina ta’ għodod tal-ittestjar virtwali. Dawn għandhom ikunu jistgħu jkopru sal-massimu possibbli l-ODD tal-ittestjar virtwali għall-validazzjoni tal-ADS |
|
3.4.5.4.2. |
Il-metodoloġija eżatta tiddependi fuq l-istruttura u l-iskop tal-katina ta’ għodod. Il-validazzjoni tista’ tikkonsisti f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
|
3.4.5.5. |
Rekwiżit tal-akkuratezza |
|
3.4.5.5.1. |
Ir-rekwiżit għal-livell limitu ta’ korrelazzjoni huwa definit matul l-analiżi tal-M&S. Il-validazzjoni għandha turi li l-KPIs identifikati fil-punt 3.4.5.3.1. ta’ din il-parti huma ssodisfati. |
|
3.4.5.6. |
Ambitu tal-validazzjoni (il-parti tal-katina ta’ għodod li għandha tiġi vvalidata) |
|
3.4.5.6.1. |
Katina ta’ għodod tikkonsisti f’għodod multipli, u kull għodda se tuża għadd ta’ mudelli. L-ambitu tal-validazzjoni jinkludi l-għodod kollha u l-mudelli rilevanti soġġetti għal validazzjoni. |
|
3.4.5.7. |
Riżultati ta’ validazzjoni interna |
|
3.4.5.7.1. |
Id-dokumentazzjoni għandha mhux biss tipprovdi evidenza tal-validazzjoni tal-mudell ta’ simulazzjoni, iżda għandha tintuża wkoll biex tinkiseb biżżejjed informazzjoni dwar il-proċessi u l-prodotti li jipprovdu kredibbiltà ġenerali tal-katina ta’ għodod użata. |
|
3.4.5.7.2. |
Id-dokumentazzjoni/ir-riżultati jistgħu jiġu riportati minn valutazzjonijiet tal-kredibbiltà preċedenti. |
|
3.4.5.8. |
Riżultati ta’ validazzjoni indipendenti |
|
3.4.5.8.1. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta d-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur u tista’ twettaq testijiet fiżiċi tal-għodda integrata sħiħa |
|
3.4.5.9. |
Karatterizzazzjoni tal-inċertezza |
|
3.4.5.9.1. |
Din it-taqsima hija kkonċernata bil-karatterizzazzjoni tal-varjabbiltà mistennija tar-riżultati tal-katina ta’ għodod virtwali. Il-valutazzjoni għandha tikkonsisti f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi, l-informazzjoni miġbura fl-analiżi u d-deskrizzjoni tal-M&S u t-taqsimiet dwar il-pedigree tad-data/tal-input jintużaw biex jikkaratterizzaw l-inċertezza fid-data tal-input, fil-parametri tal-mudell u fl-istruttura tal-immudellar. Imbagħad, permezz tal-propagazzjoni tal-inċertezzi kollha permezz tal-katina ta’ għodod virtwali, tiġi kkwantifikata l-inċertezza fir-riżultati tal-mudell. Skont l-inċertezza fir-riżultati tal-mudell, se jkun meħtieġ li jiġu introdotti marġnijiet ta’ sikurezza xierqa mill-manifattur fl-użu ta’ ttestjar virtwali għall-validazzjoni tal-ADS. |
|
3.4.5.9.2. |
Karatterizzazzjoni tal-inċertezza fid-data tal-input
Il-manifattur għandu juri li jkun ivvaluta kif xieraq l-inputs tal-mudell kritiku permezz ta’ tekniki robusti, bħal repetizzjonijiet multipli għall-valutazzjoni tal-kwantità; |
|
3.4.5.9.3. |
Karatterizzazzjoni tal-inċertezza fil-parametri tal-mudell (wara l-kalibrazzjoni)
Il-manifattur għandu juri li l-parametri tal-mudell kritiku li ma jistgħux jiġu stmati b’mod identiku huma kkaratterizzati permezz ta’ distribuzzjoni u/jew intervalli ta’ kunfidenza; |
|
3.4.5.9.4. |
Karatterizzazzjoni tal-inċertezza fl-istruttura tal-M&S
Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza li s-suppożizzjonijiet tal-immudellar jingħataw karatterizzazzjoni kwantitattiva tal-inċertezza ġġenerata (eż. tqabbil tal-output ta’ approċċi ta’ mmudellar differenti, kull meta jkun possibbli). |
|
3.4.5.9.5. |
Karatterizzazzjoni tal-inċertezza aleatorja vs epistemika:
Il-manifattur għandu jkollu l-għan li jiddistingwi bejn il-komponent aleatorju tal-inċertezza (li jista’ jiġi stmat biss, iżda mhux imnaqqas) u l-inċertezza epistemika li tirriżulta min-nuqqas ta’ għarfien fil-virtwalizzazzjoni tal-proċess (li minflok tista’ titnaqqas). |
4. L-istruttura tad-dokumentazzjoni
|
4.1. |
Din it-taqsima tistabbilixxi kif l-informazzjoni ta’ hawn fuq se tinġabar u tiġi organizzata fid-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur lill-awtorità rilevanti. |
|
4.2. |
Il-manifattur għandu jipproduċi dokument (“manwal ta’ simulazzjoni”) strutturat f’konformità mal-qafas attwali biex jipprovdi evidenza għas-suġġetti ppreżentati. |
|
4.3. |
Id-dokumentazzjoni għandha tingħata flimkien mar-rilaxx korrispondenti tal-M&S u d-data prodotta relatata. |
|
4.4. |
Il-manifattur għandu jipprovdi referenzi ċari li jippermettu li d-dokumentazzjoni tiġi traċċata lura għall-M&S jew għad-data korrispondenti; |
|
4.5. |
Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-utilizzazzjoni tal-M&S. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tawditja lill-manifattur billi tivvaluta d-dokumentazzjoni tiegħu u/jew billi twettaq testijiet fiżiċi. |
PARTI 5
RAPPORTAR WAQT IS-SERVIZZ
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-anness,
|
1.1. |
“Okkorrenza” tirreferi għal sitwazzjoni relatata mas-sikurezza li tinvolvi vettura mgħammra b’sistema tas-sewqan awtomatizzat. |
|
1.2. |
“Okkorrenza Mhux Kritika” tfisser okkorrenza li tinvolvi interruzzjoni operattiva, difett, ħsara jew ċirkostanza oħra li influwenzat jew setgħet influwenzat is-sikurezza tal-ADS u li ma rriżultatx f’aċċident jew inċident serju. Din il-kategorija tinkludi, pereżempju, inċidenti żgħar, degradazzjoni tas-sikurezza li ma timpedixxix it-tħaddim normali, manuvri ta’ emerġenza/kumplessi biex tiġi evitata kolliżjoni u, b’mod aktar ġenerali, l-okkorrenzi kollha rilevanti għall-prestazzjoni tas-sikurezza tal-ADS fit-triq (bħall-interazzjoni ma’ operatur mill-bogħod, eċċ.). |
|
1.3. |
“Okkorrenza Kritika” tfisser kull okkorrenza li fiha l-ADS tkun involuta fil-ħin ta’ avveniment ta’ kolliżjoni u li minħabba fiha:
|
2. Notifiki u rapportar mill-manifattur
|
2.1. |
Il-manifattur għandu jinnotifika minnufih kwalunkwe okkorrenzi kritiċi tas-sikurezza lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-Kummissjoni. |
|
2.2. |
Il-manifattur għandu jirrapporta fi żmien xahar kwalunkwe okkorrenza ta’ terminu qasir, kif deskritt fl-Appendiċi 1, li jeħtieġ li tiġi rrimedjata mill-manifattur lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-Kummissjoni. |
|
2.3. |
Il-manifattur għandu jirrapporta kull sena lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni dwar l-okkorrenzi elenkati fl-Appendiċi 1. Ir-rapport għandu jipprovdi evidenza tal-prestazzjoni tal-ADS dwar l-okkorrenzi rilevanti għas-sikurezza fil-qasam. B’mod partikolari, huwa għandu juri li:
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip awtorizzanti għandha tikkondividi din l-informazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-Kummissjoni. |
|
2.4. |
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu mingħand il-manifattur data ta’ sostenn użata biex tiġi elaborata l-informazzjoni pprovduta fir-rapportar u n-notifiki waqt is-servizz. Din id-data għandha tiġi skambjata permezz ta’ fajl ta’ skambju ta’ data miftiehem. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw tali data. |
|
2.5. |
Kwalunkwe pproċessar minn qabel tad-data għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip awtorizzanti fir-Rapport dwar id-Data waqt is-servizz.
Appendiċi 1 Lista ta’ okkorrenzi għar-rapportar fis-servizz L-okkorrenzi jkunu ġew suddiviżi f’erba’ kategoriji, abbażi tar-rilevanza tagħhom għad-DDT, għall-interazzjoni mal-utenti tal-vetturi awtomatizzati kompletament, u għall-kundizzjonijiet tekniċi tal-ADS. Għal kull okkorrenza, ir-rilevanza tagħha għar-rapportar fuq perjodu ta’ żmien qasir u/jew perjodiku ġiet indikata fit-tabella ta’ hawn taħt. Ir-rapportar perjodiku tal-okkorrenzi huwa mistenni li jiġi sottomess fil-forma ta’ data aggregata (għal kull siegħa ta’ tħaddim jew km misjuqa) għat-tip ta’ vettura tal-ADS u relatat mat-tħaddim tal-ADS (jiġifieri meta tiġi attivata l-ADS).
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) ECE/TRANS/WP.29/2022/59/Rev.1.
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS IV
Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tat-Tip tal-UE (Sistema tal-Vettura)
Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (1) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura awtomatizzata kompletament fir-rigward tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat (ADS) tagħha f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Implimentazzjoni (UE) …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/ċaħda/irtirar (1):
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-marka: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma: |
Addendum
għan-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
1.
Deskrizzjoni u/jew tpinġija tal-ADS li tinkludi:
1.1.
ODD, il-konfini tas-sistema u l-veloċità massima speċifikata tal-ADS iddikjarata mill-manifattur:
1.2.
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet ewlenin tal-ADS
1.2.1.
Funzjonijiet interni tal-vettura
1.2.2.
Funzjonijiet esterni tal-vettura (eż. infrastruttura ta’ back-end, mhux abbord meħtieġa, miżuri operattivi meħtieġa)
1.3.
Sistema ta’ detezzjoni (inklużi l-komponenti):
1.4.
Installazzjoni tas-sistema ta’ detezzjoni tal-ADS:
1.5.
Identifikazzjoni tas-software tal-ADS:
2.
Deskrizzjoni bil-miktub u/jew tpinġija tas-superviżjoni umana tal-ADS
2.1.
Operatur mill-bogħod u intervent mill-bogħod fuq l-ADS
2.2.
Mezzi għall-attivazzjoni jew għad-diżattivazzjoni tal-ADS
2.3.
Monitoraġġ fuq ġewwa tal-vettura
2.4.
Kwalunkwe limitazzjoni tas-sistema minħabba kundizzjonijiet ambjentali jew tat-triq
3.
Deskrizzjoni bil-miktub u/jew tpinġija tal-informazzjoni mogħtija lill-okkupanti tal-vettura u lil utenti oħrajn tat-triq
3.1.
Status tas-sistema:
3.2.
Talba lill-operatur abbord/operatur ta’ intervent mill-bogħod:
3.3.
Manuvra ta’ riskju minimu:
3.4.
Manuvra ta’ emerġenza:
4.
Elementi tad-data tal-ADS
4.1.
L-elementi tad-data tal-ADS ivverifikati wara t-testijiet imwettqa f’konformità mal-parti 3 tal-Anness III:
4.2.
Dokumentazzjoni dwar l-irkuprabbiltà tad-data, l-awtoverifika tal-integrità tad-data u l-protezzjoni kontra l-manipulazzjoni tad-data maħżuna vverifikata: iva/le
5.
Aġġornamenti taċ-ċibersigurtà u tas-software
5.1.
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip taċ-ċibersigurtà:
5.2.
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-aġġornament tas-software:
6.
Valutazzjoni dwar l-aspetti tas-sikurezza funzjonali u operattiva tas-sistema tas-sewqan awtomatizzat
6.1.
Referenza tad-dokument tal-manifatturi għall-valutazzjoni (inkluż in-numru tal-verżjoni):
6.2.
Dokument ta’ informazzjoni
7.
Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni
7.1.
Id-data tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-servizz
7.2.
In-numru (ta’ Referenza) tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz
8.
Annessi|
Addendum 1: |
Dokument ta’ informazzjoni għal sistemi tas-sewqan awtomatizzat (irreferi għall-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1426. |
|
Addendum 2: |
L-Istati Membri u ż-żoni speċifiċi fejn il-manifattur ikun iddikjara li l-ADS tkun ġiet ivvalutata li hija konformi mar-regoli tat-traffiku lokali. Lista’ ta’ dokumenti fil-fajl tal-approvazzjoni ddepożitat mas-servizzi tal-amministrazzjoni li jkunu taw l-approvazzjoni u li jistgħu jinkisbu fuq talba. |
|
Addendum 3: |
Rapport ta’ valutazzjoni tal-ADS/riżultati tat-test mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip awtorizzanti. |
|
Addendum 4: |
Ċertifikat ta’ Konformità għall-SMS |
(1) Ħassar fejn mhux applikabbli.