19.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/99


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1363 tat-3 ta’ Awwissu 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-2,4-D, għall-azoxystrobin, għaċ-ċjalofopbutil, għaċ-ċimoksanil, għall-feneżammid, għall-flażasulfuron, għall-florasulam, għall-flurossipir, għall-iprovalikarb u għas-siltjofam f’ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 205 tal-5 ta’ Awwissu 2022 )

F’paġna 211, fl-għaxar kolonna tal-intestatura tat-tabella fl-Anness,

minflok:

“Flurossipir (is-somma tal-flurossipir, l-imlieħ, l-esteri u l-konjugati tiegħu espressa bħala flurossipir) (R)”,

aqra:

“Flurossipir (is-somma tal-flurossipir, l-imlieħ, l-esteri u l-konjugati tiegħu espressa bħala flurossipir) (R) (A)”;

F’paġna 226, fl-Anness,

minflok:

“Flurossipir (is-somma tal-flurossipir, l-imlieħ, l-esteri u l-konjugati tiegħu espressa bħala flurossipir) (R)

(R) = Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi:

Flurossipir — kodiċi 1000000 ħlief 1040000: Flurossipir (is-somma tal-flurossipir u l-imlieħ tiegħu espressa bħala flurossipir”,

aqra:

“Flurossipir (is-somma tal-flurossipir, l-imlieħ, l-esteri u l-konjugati tiegħu espressa bħala flurossipir) (R) (A)

(R) = Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi:

Flurossipir — kodiċi 1000000 ħlief 1040000: Flurossipir (is-somma tal-flurossipir u l-imlieħ tiegħu espressa bħala flurossipir)

(A) = Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE identifikaw l-istandard referenzjali għall-konjugati tal-flurossipir bħala kummerċjalment mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis id-disponibbiltà kummerċjali tal-istandard referenzali msemmi fl-ewwel sentenza sal-1 ta’ Lulju 2016, jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà tiegħu jekk dak l-istandard referenzjali ma jkunx kummerċjalment disponibbli sa dik id-data.”.