1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1331

tat-28 ta’ Lulju 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet deżinjati li jinsabu fl-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII għal dak ir-Regolament.

(3)

Jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, bl-eċċezzjoni ta' persuna deċeduta waħda deżinjata fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 li l-entrata tagħha jenħtieġ li titneħħa minn dak l-Anness. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal-17-il persuna u entità waħda, u l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal 59 persuna u ħames entitajiet jenħtieġ li jiġu aġġornati.

(4)

Fit-30 ta' Ġunju 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ("KSNU") stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma' persuna waħda fil-lista li tinsab fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509.

(5)

Għadaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi XIII, XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

(1)

Fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura '(a) Persuni fiżiċi', l-entrata 29 hija sostitwita b'dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

"29.

Pak Chun Il

 

Passaport: 563410091;

Data tat-twelid: 28.7.1954;

Ċittadinanza: RDPK

30.11.2016

Serva bħala ambaxxatur tar-RDPK għall-Eġittu u pprovda appoġġ lill-KOMID. Ikkonkluda l-perjodu ta' servizz tiegħu u telaq mill-Eġittu fil-15 ta' Novembru 2016."

(2)

Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura "(a) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)", l-entrati 1, 3 sa 13 u 16 sa 31 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Psewdonimu

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

"1.

CHON Chi Bu

전지부

CHON Chi-bu

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, eks direttur tekniku ta' Yongbyon. Permezz ta' ritratti sar magħruf li għandu rabtiet ma' reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007.

3.

O Kuk-Ryol

오극렬

O Kuk Ryol

Data tat-twelid: 7.1.1930

Post tat-Twelid: Jilin Province, China.

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean, eks Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK, responsabbli għas-superviżjoni tal-akkwist minn pajjiżi oħra ta' teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

4.

PAK Jae-gyong

박재경

PAK Chae-Kyong

PAK Jae Gyong

Data tat-twelid: 10.6.1933

Numru tal-Passaport: 554410661

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi minn KIM Jong Un fl-2012. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu.

5.

RYOM Yong

렴영

 

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigat mir-relazzjonijiet internazzjonali.

6.

SO Sang-kuk

서상국

SO Sang Kuk

Data tat-twelid: 30.11.1938

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

7.

KIM Yong Chol

김영철

KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul

Data tat-twelid: 1946

Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, DPRK

Ġeneru: maskil

19.12.2011

Membru tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, il-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u, sa Ġunju 2022, Direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud. Eks Kmandant tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni (RGB), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

8.

CHOE Kyong-song

최경성

CHOE Kyong song

Data tat-twelid: 1945

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

9.

CHOE Yong-ho

최용호

CHOE Yong Ho

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean u l-forza kontra l-attakki mill-ajru (Anti-aircraft force). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

10.

HONG Sung-Mu

홍승무

HONG Sung Mu

Data tat-twelid: 1.1.1942

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Viċi direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Il-MID – deżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' riċerka u żvilupp. Bħala tali, Hong huwa responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta' Novembru 2017. F'Lulju 2020 ipparteċipa f'laqgħa tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea ddedikata għad-"deterrenza mill-gwerra", ewfemiżmu użat biex jirreferi għall-programm nukleari tar-RDPK. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021.

11.

JO Kyongchol

조경철

JO Kyong Chol

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021.

12.

KIM Chun-sam

김춘삼

KIM Chun Sam

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tal-Poplu Korean u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

13.

KIM Chun-sop

김춘섭

KIM Chun Sop

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Eks direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Il-MID – deżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' riċerka u żvilupp. Eks membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien preżenti għas-sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwixxew għas-suċċess tat-test tal-SLBM f'Mejju 2015.

16.

KIM Won-hong

김원홍

KIM Won Hong

Data tat-twelid: 7.1.1945

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-passaport: 745310010

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Kien l-Ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

17.

PAK Jong-chon

박정천

PAK Jong Chon

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Membru tal-Presidju tal-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali, Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat. Marixxal u eks Kap tal-Persunal Ġenerali. Wettaq ir-rieżami formali fil-parata militari tal-25 ta' April 2022, li, b'kont meħud tal-pożizzjonijiet attwali tiegħu, jindika r-rwol kontinwu tiegħu fl-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva u r-responsabbiltà tiegħu għalihom. F'Jannar 2021 ġie elett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit, il-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjoni Militari Ċentrali.

18.

LI Yong-ju

리용주

RI Yong Ju

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ammirall tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks kap Kmandant tal-Forzi Navali tal-Poplu Korean, li huma involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' missili ballistiċi u fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

19.

SON Chol-ju

손철주

SON Chol Ju

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Direttur, Bureau ta' Gwida tal-Bureau Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean u eks Direttur Politiku tal-Forzi tal-Ajru u ta' Kontra l-Ajru, li jissorveljaw l-iżvilupp ta' rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Son ġie elenkat bħala li pparteċipa f'laqgħa tal-Kummissjoni Militari Ċentrali f'Mejju 2020 bħala Viċi Direttur responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Armata tal-Poplu Korean

20.

YUN Jong-rin

윤정린

YUN Jong Rin

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean, eks kmandant tal-Kmand tal-Gwardja Suprema. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

21.

HONG Yong Chil

홍영칠

 

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Il-MID – deżinjat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' R&Ż. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — deżinjati wkoll f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fl-2019 Hong ġie deskritt bħala wieħed mill-uffiċjali ewlenin fil-qasam tax-xjenza tad-difiża nazzjonali. Huwa akkumpanja lil Kim Jong Un waqt l-isparar ta' tip ġdid ta' arma tattika gwidata, u waqt l-ispezzjoni ta' tip ġdid ta' sottomarin li kien qed jinbena.

 

 

 

 

 

Huwa kien wieħed mix-xjenzjati kkongratulati minn Kim Jong Un fl-2017 għall-illanċjar tal-Hwasong-15 tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) u osserva testijiet tal-magni preċedenti u llanċjar ballistiku ieħor. Fl-2016, huwa akkumpanja lil Kim Jong Un għal laqgħa ma' xjenzati li fiha ġiet diskussa r-riċerka biex jiġu muntati testati nukleari ta' missili tattiċi u strateġiċi. Huwa seta' kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK fis-6 ta' Jannar 2016. Bħala tali, huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

22.

RI Hak Chol

리학철

RI Hak Chul; RI Hak Cheol

Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Numri tal-Passaport: 381320634,

PS- 563410163

Ġeneru: maskil

20.5.2016

President tal-Green Pine Associated Corporation ("Green Pine"). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU fl-2012, il-Green Pine kienet ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija n-negozjant ewlieni tal-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Green Pine tqieset ukoll bħala responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u l-materjal relatat esportat mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi jew ta' materjal relatat mir-RDPK. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

23.

YUN Chang Hyok

윤창혁

 

Data tat-twelid: 9.8.1965

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju (NADA), li Kim Jong Un żar qabel it-test tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) fl-24 ta' Marzu 2022. In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

24.

RI Myong Su

리명수

 

Data tat-twelid: 1937

Post tat-Twelid: Myongchon, North Hamgyong, DPRK

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Viċi Marixxall tal-Armata tal-Poplu Korean, l-ewwel viċi kmandant tal-Kmand Suprem tal-Armata tal-Poplu Korean. Sal-2018, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Poplu. Kap rappreżentant militari f'funeral tal-istat f'Mejju 2022, iżda deskritt bħala veteran f'parata ta' April 2022. Ri Myong Su kien influwenti fi kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali inkluż il-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Ri huwa membru tal-Assemblea Suprema tal-Poplu (SPA).

25.

SO Hong Chan

서홍찬

 

Data tat-twelid: 30.12.1957

Post tat-Twelid: Kangwon, DPRK

Passaport: PD836410105

Data ta' skadenza tal-passaport: 27.11.2021

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Kien l-Ewwel Viċi Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu, eks Direttur Ġenerali tal-Bureau tas-Servizzi Posterjuri ta' Appoġġ u eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Rielett bħala Membru tal-Kumitat Ċentrali f'Jannar 2021. F'din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

26.

WANG Chang Uk

왕창욱

 

Data tat-twelid: 29.5.1960

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika, promoss għal Membru sħiħ tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Diċembru 2021. F'din il-kapaċità, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

27.

JANG Chol

장철

 

Data tat-twelid: 31.3.1961

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: 563310042

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Membru tal-Kummissjoni tal-Istat għall-Kultura Fiżika u l-Gwida Sportiva u eks president tal-Akkademja Statali tax-Xjenzi Naturali, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kapaċità, Jang Chol kellu pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

28.

KIM Su Gil

김수길

KIM Su-Gil

Data tat-twelid: 1950

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Bureau Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean bejn l-2018 u l-2021 u Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat bejn l-2019 u l-2021, huwa kien responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, relatati mal-iżvilupp ta' programmi nukleari u ballistiċi bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017), u 2397 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

29.

JON Il Ho

전일호

JON Il-Ho

Data tat-twelid: 1955 jew 1956

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala "uffiċjal ewlieni fil-qasam tax-xjenza tad-difiża nazzjonali", huwa għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva u huwa responsabbli għalihom. Promoss għall-Kurunell Ġenerali f'Awwissu 2019, irċieva l-Premju għax-Xjenza u t-Teknoloġija tas-16 ta’ Frar, Direttur tal-Istitut tar-Riċerka tal-Awtomazzjoni u Direttur tal-Istitut tal-Università tat-Teknoloġija Kim Chaek, u Viċi Direttur ta' Dipartiment tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, huwa pparteċipa fl-illanċjar ta' missila ballistika interkontinentali (ICBM) Hwasong-14 fl-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll il-biċċa l-kbira ta' llanċjar ieħor ta' missili fl-2017, l-2019 u f'Marzu 2020.

30.

JONG Sung Il

정승일

JONG Sung-Il

Data tat-twelid: 20.3.1961

Numru tal-passaport: 927240105

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala "Uffiċjal Għoli tal-Partit" u "uffiċjali ewlieni fil-qasam tax-xjenza tad-difiża nazzjonali" u identifikat minn Stat Membru tan-NU bħala eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fl-2017, huwa għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva, b'mod partikolari l-missili ballistiċi, u huwa responsabbli għalihom. Huwa kien preżenti waqt it-testijiet tal-missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) Hwasong-14 fl-4 ta' Lulju 2017 u fit-28 ta' Lulju 2017 u kien preżenti waqt l-illanċjar ta' missili ballistiċi/Sistemi Kbar ta' Llanċjar ta' Rokits Multipli fl-24 ta' Awwissu 2019 u fl-10 ta' Settembru 2019.

31.

YU Jin

유진

YU Jin

Data tat-twelid: 1960

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet u Membru Alternattiv tal-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, huwa responsabbli talli kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva kemm fl-oqsma nukleari kif ukoll f'dawk ballistiċi. Huwa akkumpanja lil Kim Jong Un fl-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju qabel l-illanċjar ta' missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) ta' Marzu 2022 u ħa sehem fil-Wirja tad-Difiża Nazzjonali tal-2021, li apparentement uriet sistemi ta' armi ġodda. Bħala Viċi Direttur, huwa kien preżenti waqt it-testijiet tal-ICBM Hwasong-14 tal-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll waqt l-ispezzjoni minn Kim Jong Un ta' tip ġdid ta' sottomarin, li r-RDPK indikat li kien intiż għall-iskop "strateġiku" li jiġu skjerati missili ballistiċi llanċjati minn sottomarini, li possibbilment kapaċi jġorru testati nukleari, fit-22 ta' Lulju 2019 u l-illanċjar ta' missili ballistiċi tal-25 ta' Lulju u tat-30 ta' Lulju 2019, u tat-2 ta' Awwissu 2019."

(b)

taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura "(a) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)", l-entrata 2 titħassar.

(c)

taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura "(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi indikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)", l-entrati 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

"4.

Ċentru ta' Riċerka Xjentifika Nukleari ta' Yongbyon

녕변 원자력 연구소

영변 원자력 연구소

 

 

22.12.2009

Faċilitajiet li kapaċi jipproduċu materjal fissili għal użi militari, inkluż reattur ta' 5MW (e), faċilità ta' riproċessar tal-plutonju (laboratorju radjukimiku), u faċilità rappurtata għall-arrikkiment tal-uranju. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddeżinjata mill-KSNU, 16.7.2009). Fir-rapport finali tiegħu ta' Marzu 2022, il-Bord ta' Esperti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1874 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU nnota t-tlestija tal-ħidma esterna fuq reattur tal-ilma ħafif u l-kostruzzjoni ta' bini ieħor fis-sit, kif ukoll indikazzjonijiet li r-reattur ta' 5MW (e) kien operattiv fl-2021. Traċċi ta' fwar mill-bini tal-produzzjoni tad-diossidu tal-uranju indikaw li r-RDPK kienet ser tkompli l-produzzjoni ta' materjal fissili.

5.

Armata tal-Poplu Korean

조선인민군

 

 

16.10.2017

L-Armata tal-Poplu Korean tinkludi l-Forza tal-Missili Strateġiċi, li tikkontrolla l-unitajiet tal-missili strateġiċi konvenzjonali u nukleari tar-RDPK. Il-Forza tal-Missili Strateġiċi ġiet elenkata mir-Riżoluzzjoni 2356 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti."

(d)

taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura "(c) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 34(4)", l-entrati 1 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Psewdonimu

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

"1.

JON Il-chun

전일춘

JON Il Chun

Data tat-twelid: 24.8.1941

Ġeneru: maskil

22.12.2010

Eks Direttur ta' "Uffiċċju 39", uffiċċju tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea responsabbli għall-akkwist ta' munita soda, u eks Direttur Ġenerali tal-Bank tal-Istat għall-Iżvilupp. F'din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-akkwist ta' riżorsi finanzjarji li setgħu jintużaw biex jappoġġaw il-programm nukleari u tal-missili ballistiċi. "Uffiċċju 39" kien inkarigat ukoll li jevita s-sanzjonijiet billi jixtri prodotti permezz tar-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK. Rappreżentant tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK, huwa ġie elett bħala d-direttur ġenerali tal-Bank tal-Istat għall-Iżvilupp f'Marzu 2010. Ġie elett membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

2.

KIM Tong-un

김동운

KIM Tong Un

Data tat-twelid: 1.11.1936

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Eks direttur ta' "Uffiċċju 39" tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li kien involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Huwa seta' ħadem ukoll f'unità oħra tal-Partit, "Uffiċċju 38", biex jiġbor fondi għall-mexxejja u l-elit li setgħu appoġġaw il-programm nukleari u tal-missili ballistiċi.

3.

KIM Yong Nam

김영남

KIM Yong-Nam, KIM Young-Nam, KIM Yong-Gon

Data tat-twelid: 2.12.1947

Post tat-Twelid: Sinuju, DPRK

Ġeneru: maskil

20.4.2018

KIM Yong Nam ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti bħala aġent tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u ibnu KIM Su Gwang ġew identifikati mill-Bord ta' Esperti bħala involuti f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa, li setgħu kkontribwew għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. KIM Yong Nam fetaħ diversi kontijiet kurrenti u ta' tfaddil fl-Unjoni Ewropea u kien involut f'għadd ta' trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni Ewropea jew lejn kontijiet barra l-Unjoni Ewropea waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f'isem ibnu KIM Su Gwang u l-mara ta' ibnu KIM Kyong Hui.

4.

DJANG Tcheul Hy

장철희

JANG Tcheul-hy, JANG Cheul-hy, JANG Chol-hy, DJANG Cheul-hy, DJANG Chol-hy, DJANG Tchoul-hy, KIM Tcheul-hy

Data tat-twelid: 11.5.1950

Post tat-Twelid: Kangwon

Ġeneru: femminil

20.4.2018

DJANG Tcheul Hy kienet involuta, flimkien mar-raġel tagħha KIM Yong Nam, binha KIM Su Gwang u l-mara ta' binha KIM Kyong Hui f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa, li setgħu kkontribwew għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kienet is-sid ta' diversi kontijiet bankarji fl-Unjoni Ewropea li nfetħu minn binha KIM Su Gwang f'isimha. Kienet involuta wkoll f'diversi trasferimenti bankarji minn kontijiet mill-mara ta' binha KIM Kyong Hui lejn kontijiet bankarji barra l-Unjoni.

5.

KIM Su Gwang

김수광

KIM Sou-Kwang, KIM Sou-Gwang, KIM Son-Kwang, KIM Su-Kwang, KIM Soukwang, KIM Su-gwang, KIM Son-gwang

Data tat-twelid: 18.8.1976

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Diplomatiku tar-RDPK, Ambaxxata għall-Belarussja

Ġeneru: maskil

20.4.2018

KIM Su Gwang ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti bħala aġent tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u missieru KIM Yong Nam ġew identifikati mill-Bord ta' Esperti bħala involuti f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa, li setgħu kkontribwew għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. KIM Su Gwang fetaħ għadd ta' kontijiet bankarji f'diversi Stati Membri, inkluż taħt l-ismijiet ta' membri tal-familja. Kien involut f'diversi trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni Ewropea jew lejn kontijiet barra l-Unjoni Ewropea waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f'isem il-konjuġi tiegħu KIM Kyong Hui.

6.

KIM Kyong Hui

김경희

 

Data tat-twelid: 6.5.1981

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Ġeneru: femminil

20.4.2018

KIM Kyong Hui kienet involuta flimkien mar-raġel tagħha KIM Su Gwang, missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam u omm ir-raġel tagħha DJANG Tcheul Hy f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu kkontribwew għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Hi rċeviet diversi trasferimenti bankarji mingħand ir-raġel tagħha KIM Su Gwang u missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam, u ttrasferixxiet flus lejn kontijiet barra mill-Unjoni f'isimha jew isem omm ir-raġel tagħha, DJANG Tcheul Hy."

(3)

Fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 1509/2017 huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura "(a) Persuni fiżiċi", l-entrati 1 sa 19 u minn 21 sa 26 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

"1.

KIM Hyok Chan

김혁찬

Data tat-twelid: 9.6.1970

Numru tal-Passaport: 563410191

16.10.2017

Kim Hyok Chan serva bħala Segretarju fl-ambaxxata tar-RDPK fl-Angola u bħala rappreżentant ta' Green Pine, entità elenkata min-NU, u anke nnegozja kuntratti għar-rinnovament ta' bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.

CHOE Chan Il

촤찬일

 

22.1.2018

Direttur tal-Uffiċċju ta' Dandong tal-Korea Heungjin Trading Company, entità ddeżinjata min-NU. Il-Korea Heungjin tintuża mill-KOMID, entità ddeżinjata oħra min-NU, għal finijiet ta' kummerċ. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

3.

KIM Chol Nam

김철남

 

22.1.2018

Direttur tal-fergħa ta' Dandong ta' Sobaeksu United Corp li ġiet deżinjata mill-Unjoni. Rappreżentant tal-fergħa ta' Beijing tal-Korea Changgwang Trading Corporation, li ġiet identifikata mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala psewdonimu tal-KOMID. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

4.

JON Chol Young

magħruf ukoll bħala: JON Chol Yong

전철영

Data tat-twelid: 30.4.1975

Numru tal-Passaport: 563410192

Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola

22.1.2018

Eks rappreżentant tal-Green Pine Associated Corporation fl-Angola u diplomatiku akkreditat tar-RDPK fl-Angola.

Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inklużi il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta' bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

5.

AN Jong Hyuk

magħruf ukoll bħala: An Jong Hyok

안정혁

안종혁

Data tat-twelid: 14.3.1970

Numru tal-Passaport: 563410155

22.1.2018

Rappreżentant ta' Saeng Pil Trading Corporation, psewdonimu ta' Green Pine Associated Corporation, u diplomatiku tar-RDPK fl-Eġittu.

Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inkluż il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi.

An Jong Hyuk kien awtorizzat jagħmel kull tip ta' negozju f'isem Saeng Pil, inkluż l-iffirmar u l-implimentazzjoni ta' kuntratti u ta' negozju bankarju. Il-kumpannija tispeċjalizza fil-kostruzzjoni ta' bastimenti navali u d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-installazzjoni ta' tagħmir ta' komunikazzjoni elettronika u ta' navigazzjoni bil-baħar.

6.

YUN Chol magħruf ukoll bħala CHOL Yun

윤철

 

22.1.2018

Yun Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala persuna ta' kuntatt tal-kumpannija General Precious Metal tar-RDPK involuta fil-bejgħ tal-litju-6, oġġett marbut mal-armi nukleari ipprojbit min-NU, u diplomat tar-RDPK.

General Precious Metal kienet identifikata qabel mill-Unjoni bħala psewdonimu tal-entità Green Pine ddeżinjata min-NU.

7.

CHOE Kwang Hyok

최광혁

 

22.1.2018

Choe Kwang Hyok serva bħala rappreżentant ta' Green Pine Associated Corporation, entità elenkata min-NU.

Choe Kwang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala l-kap eżekuttiv ta' Beijing King Helong International Trading Ltd, psewdonimu ta' Green Pine. Ġie identifikat ukoll mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala direttur ta' Hong Kong King Helong Int'l Trading Ltd u operatur tal-entità tar-RDPK magħżula bħala l-uffiċċju rappreżentattiv tal-Korea Unhasu Trading Company f'Beijing, li huma wkoll psewdonimi ta' Green Pine.

8.

KIM Chang Hyok

magħruf ukoll bħala: James Kim

김창혁

Data tat-twelid: 29.4.1963

Post tat-twelid: N. Hamgyong

Numru tal-Passaport: 472130058

22.1.2018

Kim Chang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fil-Malasja. Pan Systems Pyongyang ġiet iddeżinjata mill-Unjoni Ewropea talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

Huwa stabbilixxa diversi kontijiet fil-Malasja f'isem il-kumpaniji tal-isem ta' "Glocom", hija stess kumpanija tal-isem tal-entità ddeżinjata Pan Systems Pyongyang.

9.

PARK Young Han

박영한

 

22.1.2018

Direttur ta' Beijing New Technology li ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala kumpannija tal-isem tal-KOMID. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

Ir-rappreżentant legali ta' Guancaiweixing Trading Co., Ltd, li ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li bagħtet kunsinna interċettata lejn l-Eritrea ta' oġġetti marbuta mal-militar f'Awwissu 2012.

10.

RYANG Su Nyo

량수니오

Data tat-twelid: 11.8.1959

Post tat-twelid: Japan

22.1.2018

Direttur ta' Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

11.

PYON Won Gun

변원군

Data tat-twelid: 13.3.1968

Post tat-twelid: S. Phyongan

Numru tal-passaport tas-servizz: 836220035

Numru tal-Passaport: 290220142

22.1.2018

Direttur ta' Glocom, kumpanija fantażama ta' Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

Glocom tirreklama tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju għal organizzazzjonijiet militari u paramilitari.

Pyon Won Gun ġie identifikat ukoll mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang.

12.

PAE Won Chol

배원철

Data tat-twelid: 30.8.1969

Post tat-twelid: Pyongyang

Numru tal-passaport diplomatiku: 654310150

22.1.2018

Pae Won Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni Ewropea talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

13.

RI Sin Song

리신송

 

22.1.2018

Ri Sin Song ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet iddeżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

14.

KIM Sung Su

김성수

 

22.1.2018

Kim Sung Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fiċ-Ċina. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

15.

KIM Pyong Chol

김병철

 

22.1.2018

Kim Pyong Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

16.

CHOE Kwang Su

최광수

Data tat-twelid: 20.4.1955

Numru tal-Passaport: 381210143 (data ta' skadenza: 3.6.2016)

22.1.2018

Choe Kwang Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala rappreżentant ta' Haegeumgang Trading Company. F'din il-kapaċità, Choe Kwang Su ffirma kuntratt ta' kooperazzjoni militari bejn ir-RDPK u l-Mozambique bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-kuntratt kien jikkonċerna l-forniment ta' armi u materjal marbut mal-armi lil Monte Binga, kumpannija kkontrollata mill-Gvern tal-Mozambique.

17.

PAK In Su

magħruf ukoll bħala: Daniel Pak

박인수

Data tat-twelid: 22.5.1957

Post tat-twelid: N. Hamgyong

Numru tal-Passaport Diplomatiku: 290221242

22.1.2018

Pak In Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li huwa involut f'attivitajiet marbuta mal-bejgħ ta' faħam mir-RDPK fil-Malasja bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

18.

SON Young-Nam

손영남

 

22.1.2018

Son Young-Nam ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li huwa involut f'attivitajiet marbuta mal-kuntrabandu ta' deheb u oġġetti oħrajn fir-RDPK bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

19.

KIM Il-Su

magħruf ukoll bħala: KIM Il Su

김일수

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

3.7.2015

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

21.

CHOE Chun-Sik

magħruf ukoll bħala: CHOE Chun Sik

최천식

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: 745132109

Validu sat-12.2.2020

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

22.

SIN Kyu-Nam

magħruf ukoll bħala: SIN Kyu Nam

신규남

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: PO472132950

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

23.

PAK Chun-San

magħruf ukoll bħala: PAK Chun San

박천산

Data tat-twelid: 18.12.1953

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: PS472220097

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

24.

SO Tong Myong

서동명

Data tat-twelid: 10.9.1956

3.7.2015

Eks president tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), eks President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); eks Manager Ġenerali tal-KNIC, Settembru 2013, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

25.

PAK Hwa Song

magħruf ukoll bħala PAK Hwa-Song

박화성

Kofundatur tal-kumpanija CONGO ACONDE

Post tat-Twelid: RDPK

Numru tal-passaport: 654331357

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

Indirizz: Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

21.4.2022

Pak Hwa Song huwa involut fl-evażjoni tas-sanzjonijiet u huwa responsabbli għall-appoġġ finanzjarju tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK. Huwa kofundatur tal-kumpanija CONGO ACONDE, kumpanija fantażma tal-PAEKHO TRADING CORPORATION. Il-PAEKHO hija involuta fl-esportazzjoni ta' statwi lejn diversi pajjiżi sub-Saħarjani bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU. Pak fetaħ ukoll kont bankarju f'fergħa ta' Lubumbashi ta' bank ibbażat fil-Kamerun bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU. Pak jaħdem ma' Hwang Kil Su. Huwa jipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għar-reġim u l-programmi nukleari tar-RDPK.

26.

HWANG Kil Su

magħruf ukoll bħala HWANG Kil-Su

황길수

Kofundatur tal-kumpanija CONGO ACONDE

Post tat-Twelid: RDPK

Numru tal-passaport: 654331363

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

Indirizz: Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

21.4.2022

Hwang Kil Su huwa involut fl-evażjoni tas-sanzjonijiet u huwa responsabbli għall-appoġġ finanzjarju tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK. Huwa kofundatur tal-kumpanija CONGO ACONDE, kumpanija fantażma tal-PAEKHO TRADING CORPORATION. Il-PAEKHO hija involuta fl-esportazzjoni ta' statwi lejn diversi pajjiżi sub-Saħarjani bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU. Hwang fetaħ ukoll kont bankarju f'fergħa ta' Lubumbashi ta' bank ibbażat fil-Kamerun bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU. Hwang jaħdem ma' Pak Hwa Song. Huwa jipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għar-reġim u l-programmi nukleari tar-RDPK."

(b)

taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura "(b) Persuni fiżiċi", l-entrati 1 sa 4, 6 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

"1.

Korea International Exhibition Corporation

조선국제전람사

Indirizz: Jungsong-dong, Central District, Sungri St, Pyonyang, DPRK

Telefon: 850 2 381 5926

kiec@silibank.net.kp

16.10.2017

Il-Korea International Exhibition Corporation għenet entitajiet iddeżinjati fl-evażjoni tas-sanzjonijiet billi ospitat il-Fiera Kummerċjali Internazzjonali ta' Pyongyang li tipprovdi lil entitajiet elenkati l-opportunità li jiksru s-sanzjonijiet tan-NU billi jissoktaw bl-attività ekonomika.

2.

Korea Rungrado General Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala: Rungrado Trading Corporation

조선릉라도무역총회사

Indirizz: Segori-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

Telefon: 850-2-18111-3818022

Fax: 850-2-3814507

Posta elettronika: rrd@co.chesin.com

16.10.2017

Il-Bord ta' Esperti rrapporta li l-Korea Rungrado General Trading Corporation għenet biex jinkisru s-sanzjonijiet imposti bir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tal-bejgħ ta' missili Scud lill-Eġittu.

3.

Maritime Administrative Bureau

magħruf ukoll bħala Maritime Administration of DPR Korea

조선민주주의인민공화국 국가해사감독국

Indirizz: Ryonhwa-2Dong, Central District, Pyongyang, DPRK

PO Box 416

Telefon: 850-2-18111 Estensjoni 8059

Fax: 850 2 381 4410

Posta elettronika: mab@silibank.net.kp

Sit tal-internet: www.ma.gov.kp

16.10.2017

Il-Maritime Administrative Bureau għen fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti inkluż permezz tal-għoti ta' isem ġdid u tar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' assi ta' entitajiet elenkati u billi pprovda dokumentazzjoni falza għall-bastimenti soġġetti għal sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

4.

Pan Systems Pyongyang

magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System

Indirizz: Room 818, Pothonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon district, Pyongyang, RDPK

16.10.2017

Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi jew materjal relatat lill-Eritrea.

Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f'isem, l-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti.

6.

Korea General Corporation for External Construction (Magħrufa wkoll bħala: KOGEN, GENCO)

조선대외건설총회사

Indirizz: Taedonggang District, Pyongyang, Democratic People's Republic of Korea

21.4.2022

Il-Korea General Corporation for External Construction (KOGEN), bħala kumpanija professjonali tal-kostruzzjoni barra mill-pajjiż, tiddependi fuq li tibgħat ħaddiema tas-sengħa barra mill-pajjiż, skont il-preżentazzjoni li saret mill-portal tal-internet uffiċjali tar-RDPK Naenara, u wettqet proġetti fl-Emirati Għarab Magħquda, fil-Kuwajt, fil-Qatar, fil-Jemen, fir-Russja, fil-Libja u fil-Mongolja. Hija stabbiliet ukoll fergħat lokali, bħal fiż-Żambja. Għaldaqstant, il-KOGEN hija involuta fl-evażjoni tas-sanzjonijiet u hija responsabbli għall-appoġġ finanzjarju tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK peress li tittrasferixxi lir-reġim il-pagi kollha jew parti minnhom tal-ħaddiema li tibgħat barra, prattika projbita mill-UNSCR 2397 (2017).

8.

Korea Paekho Trading Corporation

(Magħrufa wkoll bħala: Joson Paekho Muyok Hoesa)

조선백호무역회사

Indirizz: Chongryu 3-dong, Taedonggang District, Pyongyang, Democratic People's Republic of Korea

21.4.2022

Paekho Trading Corporation hija kumpanija tal-arti involuta fil-bini ta' statwi barra mill-pajjiż, fl-esportazzjoni ta' statwi artistiċi prodotti minn Paekho Art Studio, u tiffaċilita x-xogħol illeċitu u l-aċċess għal sistemi finanzjarji internazzjonali. Hija tiffoka speċifikament fuq għotjiet u self għall-iżvilupp, kif ukoll investiment dirett barrani allokat għal proġetti muniċipali. B'hekk, hija involuta fl-evażjoni tas-sanzjonijiet u responsabbli għall-appoġġ finanzjarju tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK."