|
26.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/102 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1306
tal-25 ta’ Lulju 2022
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jeżiġi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jrid ikun hemm konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiż terz jew minn territorju, żona jew kompartiment tiegħu, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji, żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Apparti dan, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu rigward ħames tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam: tifqigħa qrib Buckfastleigh, Teignbridge, Devon, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, ikkonfermata fit-22 ta’ Diċembru 2021; tliet tifqigħat qrib Woodbridge, East Suffolk, Suffolk, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, ikkonfermati fl-20, fis-27 u fit-30 ta’ Marzu 2022; u tifqigħa qrib Ilminster, South Somerset, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, ikkonfermata fit-8 ta’ April 2022. Ir-Renju Unit ippreżenta wkoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħa biex jevita aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, ir-Renju Unit implimenta politika ta’ eradikazzjoni biex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, ir-Renju Unit temm il-miżuri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ eradikazzjoni f’dawk l-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorju tiegħu. |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom rigward tnax-il tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti stabbilimenti tal-pollam fl-Istati ta’ Kentucky, South Dakota u Texas ikkonfermati bejn it-12 ta’ Diċembru 2021 u t-3 ta’ April 2022. L-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ eradikazzjoni biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, l-Istati Uniti temmew il-miżuri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ eradikazzjoni f’dawk l-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorju tagħhom. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam ġew ikklerjati u ma għadx hemm xi riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam miż-żoni tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minn fejn id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam kien ġie sospiż minħabba dawk it-tifqigħat. |
|
(8) |
Għalhekk, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali rigward l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(9) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti rigward l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni fl-Unjoni, l-emendi li jridu jsiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS I
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|