24.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/104


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1299 tal-24 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet miċ-ċentri tan-negozjar

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 197 tas-26 ta’ Lulju 2022 )

F’paġna 2, fl-Artikolu 2(1),

minflok:

“1.   Bħala parti mill-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet tagħhom, iċ-ċentri tan-negozjar li joffru negozjar f’derivattivi ta’ komoditajiet għandhom jistabbilixxu livelli ta’ akkontabbiltà fix-xahar spot kif definit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1301 (4) u fix-xhur l-oħra kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1301 għal derivattivi ta’ komoditajiet disponibbli għan-negozjar li huma saldati fiżikament jew li jistgħu jiġu saldati fiżikament.”,

aqra:

“1.   Bħala parti mill-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet tagħhom, iċ-ċentri tan-negozjar li joffru negozjar f’derivattivi ta’ komoditajiet għandhom jistabbilixxu livelli ta’ akkontabbiltà fix-xahar spot kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2022/1302 (4) u fix-xhur l-oħra kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) tar-Regolament Delegat 2022/1302 għal derivattivi ta’ komoditajiet disponibbli għan-negozjar li huma saldati fiżikament jew li jistgħu jiġu saldati fiżikament.”;

F’paġna 2, fin-nota 4 f’qiegħ il-paġna,

minflok:

“Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1301 tal-31 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet sintetiċi fil-karta tal-bilanċ (ĠU L 197, xx.xx.2022, p. 10).”,

aqra:

“Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1302 tal-20 ta’ April 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni ta’ limiti ta’ pożizzjoni għal derivattivi ta’ komoditajiet u proċeduri għall-applikazzjoni għal eżenzjoni mil-limiti ta’ pożizzjoni (ĠU L 197, 26.07.2022, p. 52).”.