|
21.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/133 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1270
tal-21 ta’ Lulju 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranitàu l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1) , u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 48 persuna u 9 entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“1182. |
Adam Sultanovich DELIMKHANOV (Адам Султанович ДЕЛИМХАНОВ) |
Data tat-twelid: 25.9.1969 Post tat-twelid: Benoy, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta' Settembru 2021, l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għas-Sigurtà u l-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni. Responsabbli għall-istabbiliment tal-forzi Ċeċeni fir-reġjun ta' Donbas minn Marzu 2022 u għat-tmexxija tal-assedju fil-belt ta' Mariupol f'Marzu 2022. Kien involut personalment fit-tħejjija tal-attakki mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina. Għal dawn l-azzjonijiet, fis-26 ta' April 2022, ġie nnominat Eroj tal-Federazzjoni Russa permezz ta' digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1183. |
Sharip Sultanovich DELIMKHANOV ((Шaрип Султанович ДЕЛИМХАНОВ) |
Data tat-twelid: 23.4.1980 Post tat-twelid: Dzhalka, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Kmandant tal-fergħa Ċeċena tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa. Responsabbli għall-kmand tal-forzi Ċeċeni matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina, inkluż fir-reġjuni ta' Kyiv u Donbass. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina.. |
21.7.2022 |
|
1184. |
Alibek Sultanovich DELIMKHANOV (Алибек Султанович ДЕЛИМХАНОВ) |
Data tat-twelid: 16.10.1974 Post tat-twelid: Dzhalka, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Viċi Kmandant tal-fergħa Ċeċena tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa. Responsabbli għall-kmand tal-forzi Ċeċeni matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina, inkluż fir-reġjuni ta' Kyiv u Donbass. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina.. |
21.7.2022 |
|
1185. |
Viktor Nikolayevich STRIGUNOV (Виктор Николаевич СТРИГУНОВ) |
Data tat-twelid: 27.10.1958 Post tat-twelid: Dubovoye, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
L-ewwel Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – Kap Kmandant tar-Rosgvardia. Unitajiet tar-Rosgvardia ntbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukraina. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1186. |
Oleg Anatolyevich PLOKHOI (Олег Анатольевич ПЛОХОЙ) |
Data tat-twelid: 4.12.1968 Post tat-twelid: Kyiv, Ukraine Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Segretarju tal-Istat, Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – Kap Kmandant tar-Rosgvardia. Unitajiet tar-Rosgvardia ntbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukraina. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1187. |
Yuri Viktorovich YASHIN (Юрий Викторович ЯШИН) |
Data tat-twelid: 11.3.1967 Post tat-twelid: Mednogorsk, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Kap tal-Persunal Ġenerali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa – Viċi Direttur tas-Servizz Federali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa – Kap Kmandant tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa. Unitajiet tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) intbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukraina. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1188. |
Igor Anatolyevich ILYASH (Игорь Анатольевич ИЛЬЯШ) |
Data tat-twelid: 5.10.1967 Post tat-twelid: Odessa, Ukraine Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – Kap Kmandant tar- Rosgvardia . Unitajiet tar-Rosgvardia ntbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukraina. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1189. |
Sergei Anatolyevich LEBEDEV (Сергей Анатольевич ЛЕБЕДЕВ) |
Data tat-twelid: 10.1.1966 Post tat-twelid: Astrakhan, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – Kap Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali tar- Rosgvardia. Unitajiet tar-Rosgvardia ntbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukraina. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1190. |
Alexey Mikhailovich KUZMENKOV (Алексей Михайлович КУЗЬМЕНКОВ) |
Data tat-twelid: 10.6.1971 Post tat-twelid: Horlivka, Ukraine Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – Kap Kmandant tar- Rosgvardia. Unitajiet tar-Rosgvardia ntbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukraina. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1191. |
Alexey Stepanovich BEZZUBIKOV (Алексей Степанович БЕЗЗУБИКОВ) |
Data tat-twelid: 5.7.1965 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – Kap Kmandant tar- Rosgvardia. Unitajiet tal-Gwardja Nazzjonali Russa (Rosgvardia) intbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukraina. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1192. |
Yevgeniy Vitalievich BALYTSKIY (Russu: Евгений Витальевич БАЛИЦКИЙ) (magħruf ukoll bħala Yevhen Vitaliiovych BALYTSKIY) (Ukren: Євген Вiталiйович БАЛИЦЬКИЙ) |
Data tat-twelid: 10.12.1969 Post tat-twelid: Melitopol, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel |
Yevgeniy Balytskiy kkoopera mal-awtoritajiet Russi fil-belt Ukrena ta' Melitopol. Appoġġa l-ħatra ta' Galina Danilchenko bħala s-sindku ta' Melitopol, wara l-ħtif tas-sindku leġittimu. Fid-9 ta' April 2022, l-awtoritajiet Russi nnomina lil Yevgeniy Balytskiy bħala l-hekk imsejjaħ Gvernatur tar-reġjun ta' Zaporizhzhia tal-Ukraina. Huwa tkellem favur li r-reġjun ta' Zaporizhzhia jingħaqad mal-Federazzjoni Russa. F'din il-kapaċità, u permezz tal-azzjonijiet tiegħu, huwa għalhekk responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.. |
21.7.2022 |
|
1193. |
Konstantin Vladimirovich IVASHCHENKO (Russu: Константин Владимирович ИВАЩЕНКО; Ukren: Костянтин Володимирович IВАЩЕНКО) |
Data tat-twelid: 3.10.1963 Post tat-twelid: Mariupol, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel |
Wara l-qbid tal-belt ta' Mariupol mill-forzi armati Russi, l-hekk imsejjaħ "Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk" Denis Pushilin ħatar lil Konstantin Ivashchenko sindku ta' Mariupol fis-6 ta' April 2022. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1194. |
Aleksandr Yurievych KOBETS (Russu: Александр Юрьевич КОБЕЦ) Oleksandr Yuriyovych KOBETS Ukren: Олександр Юрiйович КОБЕЦЬ) |
Data tat-twelid: 27.9.1959 Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel |
L-hekk imsejjaħ sindku tal-belt ta' Kherson mis-26 ta' April 2022, kif stabbilit mill-awtoritajiet Russi. F'din il-kapaċità, huwa għalhekk ta appoġġ u ppromwova politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1195. |
Vladimir Valeryevich ROGOV (Russu: Владимир Валерьевич РОГОВ) Volodimir Valeryovich ROGOV (Ukren: Володимир Валерiйович РОГОВ) |
Data tat-twelid: 1.12.1976 Post tat-twelid: Zaporozhzhia, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel |
L-hekk imsejjaħ rappreżentant tal-kunsill ewlieni tal-amministrazzjoni militari-ċivili tar-reġjun ta' Zaporozhzhia. Huwa għamel promozzjoni kontra l-awtoritajiet Ukreni u favur li r-reġjun ta' Zaporozhzhia jsir parti mill-Federazzjoni Russa. Huwa ffaċilita wkoll il-ħruġ ta' passaporti Russi fil-belt ta' Melitopol. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1196. |
Alexander Fedorovich SAULENKO (Russu: Александр Федорович САУЛЕНКО) Oleksandr Fedorovich SAULENKO (Ukren: Олександр Федорович САУЛЕНКО) |
Data tat-twelid: 9.5.1962 Post tat-twelid: Novopetrivka, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel |
L-hekk imsejjaħ kap tal-amministrazzjoni proviżorja ta' Berdyansk u r-reġjun ta' Berdyansk. Huwa rrakkomanda li l-kontroll u l-amministrazzjoni tar-reġjun ta' Berdyansk jinbidlu mill-Ukraina għall-Federazzjoni Russa. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1197. |
Andrei Vladimirovich SHEVCHIK (Russu: Андрей Владимирович ШЕВЧИК) |
Data tat-twelid: 17.6.1973 Post tat-twelid: Zheleznogorsk (previously Krasnoyarsk-26), Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
L-hekk imsejjaħ sindku ta' Enerhodar. Organizza l-ħolqien ta' "kunsill ta' awtorganizzazzjoni tal-belt" ta' Enerhodar fis-27 ta' Marzu 2022, li ma kienx appoġġat mill-awtoritajiet Ukreni. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1198. |
Oleg KRYUCHKOV (Олег КРЮЧКОВ) |
Sess: raġel |
Oleg Kryuchkov huwa l-kelliem għall-awtorità tal-okkupazzjoni Russa fil-Krimea u konsulent għall-Kap tal-Krimea. Fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu, huwa kkonferma s-serq ta' qamħ mill-istat Ukren u minn bdiewa Ukreni fit-territorji okkupati mir-Russja, ikkonferma r-russifikazzjoni tal-iskejjel Ukreni fit-territorji okkupati, u ddikjara li r-Russja qed tippjana l-annessjoni tat-territorji okkupati fin-Nofsinhar tal-Ukraina. Għalhekk, huwa responsabbli għal u appoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1199. |
Sergei Borissovich KOROLEV (Сергей Борисович КОРОЛЕВ) |
Data tat-twelid: 9.11.1952 jew 25.7.1952 Sess: raġel |
Sergei Borissovich Korolev huwa l-Ewwel Viċi Direttur ta' Russian FSB, minn Frar 2021. Huwa rrappurtat li huwa assoċjat mill-qrib mad-Direttur tal-FSB Alexander Bortnikov, u man-negozjanti Arkadii u Boris Rotenberg. Huwa indikat bħala sostitut potenzjali għal Bortnikov fil-pożizzjoni ta' Kap tal-FSB. Huwa uffiċjal tal-karriera fl-FSB, li ilu jaqdi dmiru hemmhekk mis-snin 2000 u qabel serva bħala d-direttur tas-Servizz tas-Sigurtà Ekonomika tal-FSB. Fl-2021, Vladimir Putin ppremjah bil-grad ta' Ġeneral tal-Armata, li huwa premju distintiv ta' grad għoli. Għalhekk, huwa jappoġġa uji bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina. L-FSB huwa wieħed mis-servizzi ta' intelligence li pprovdew informazzjoni ta' intelligence lil Vladimir Putin qabel il-bidu tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina fl-24 ta' Frar 2022. Sergei Borissovich Korolev huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1200. |
Stanislav Sergeyevich CHEMEZOV (Станислав Сергеевич ЧЕМЕЗОВ) |
Data tat-twelid: 1973 Post tat-twelid: Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Stanislav Sergeyevich Chemezov huwa bin Sergei Chemezov, membru tal-Kunsill Suprem tar-"Russja Magħquda" u president tal-konglomerat Rostec, il-korporazzjoni ewlenija Russa tad-difiża u tal-manifattura industrijali li hija kkontrollata mill-istat. Stanislav Chemezov kien il-proprjetarju ta' kumpannija Offshore imsejħa Erlinglow Ltd li kienet qed tibbenefika mill-kostruzzjoni ta' superawtostrada tal-fibra ottika nazzjonali ta' $550 miljun minn Rostec. Barra minn hekk, huwa l-ko-proprjetarju ta' diversi kumpanniji offshore ma' Maya Bolotova, bint Nikolay Tokarev, inkluż Irvin-2, li rċeviet kuntratti b'valur ta' 8 biljun Rubel. Bħala premju għall-iskambju, il-familja Tokarev ppermettiet lill-familja Chemezov tnaqqas il-baġit ta' Transneft. Stanislanv Chemezov huwa wkoll proprjetarju tal-kumpannija Independent Insurance Group, li tamministra kuntratti tal-assigurazzjoni kbar fis-settur tad-difiża inkluż kuntratti għall-konglomerat tad-Difiża Rostec, li fih is-CEO tiegħu huwa missieru, Sergei Chemezov. Għalhekk, Stanislav Chemezov huwa persuna fiżika assoċjata ma' persuna elenkata. |
21.7.2022 |
|
1201. |
Maiya Nikolaevna BOLOTOVA (mwielda TOKAREVA) magħrufa wkoll bħala Maiya/Mayya/Maija/Maja Nikolaevna BOLOTOVA (Майя Николаевна БОЛОТОВА (ТОКАРЕВА) |
Data tat-twelid: 18.1.1975 Post tat-twelid: Karaganda, Kazakhstan Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Maya Bolotova (imwielda Tokareva) hija bint Nikolay Tokarev, is-CEO ta' Transneft, kumpannija ewlenija Russa taż-żejt u l-gass. Maya Bolotova u l-eks raġel tagħha Andrei Bolotov għandhom proprjetà immobbli lussuża f'Moska, il-Latvja u l-Kroazja b'valur ta' aktar minn $50 miljun, li jistgħu jkunu marbuta ma' Nikolay Tokarev. Għandha wkoll rabtiet mal-kumpannija Ronin, li tamministra l-fond tal-pensjoni għal Transneft. Meta applikat għaċ-ċittadinanza Ċiprijotta, hija elenkat l-indirizz ta' Ronin bħala tagħha stess. Barra minn hekk, Maya rċeviet kuntratti tal-istat b'valur ta' 8 biljun Rubel permezz tal-kumpannija Irvin-2, li hija s-sid tagħha ma' Stanislav Chemezov, iben is-CEO ta' Rostec, Sergei Chemezov. Għalhekk Maya Bolotova hija persuna fiżika assoċjata ma' persuni elenkati, jiġifieri missierha Nikolay Tokarev uStanislav Chemezov. |
21.7.2022 |
|
1202. |
Pavel EZOUBOV (Павел ЭEЗОУБОВ) |
Data tat-twelid: Awwissu 1975 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Pavel Ezoubov huwa l-kuġin ta' Oleg Deripaska, is-sid tal-konglomerat industrijali Russian Machines li jinkludi l-Military Industrial Company, fornitur ewlieni tal-armi u tat-tagħmir militari lill-forzi armati Russi. Oleg Deripaska ttrasferixxa assi kbar lill-kuġinuh Pavel Ezoubov, inkluż diversi proprjetajiet fi Franza, permezz ta' kumpannija azzjonarja proprjetà ta' Ezoubov, lukanda f'Lech, l-Awstrija, permezz tal-kumpanija azzjonarja ta’ bażi Russa Gost Hotel Management LLC proprjetà ta' Ezoubov u l-kontroll tal-kumpanija Terra Limited. Ezoubov ikompli jikkontrolla lil Hestia International LLC, il-kumpannija li għandha dar kbira f'Washington DC konnessa ma' Oleg Deripaska. Għaldaqstant, Pavel Ezoubov huwa persuna fiżika assoċjata ma' persuna elenkata, responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1203. |
Alexander Sergeyevich ZALDOSTANOV (Александр Сергеевич ЗАЛДОСТAНОВ) magħruf ukoll bħala "Il-Kirurgu" (Хирург) |
Data tat-twelid: 19.1.1963 Post tat-twelid: Kropyvnytskyi, Crimea, Ukraine Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Zaldostanov huwa l-mexxej u l-fundatur tal-klabb tal-muturi nazzjonalista Nightwolves MC. Minħabba l-pożizzjoni tiegħu bħala mexxej ta' Nightwolves MC, Alexander Zaldostanov, li għandu rabtiet mill-qrib mal-President Russu Vladimir Putin, huwa figura pubblika magħrufa u sostenitur ewlieni tal-gvern Russu, li jappoġġa b'mod attiv il-propaganda tal-istat Russu billi jiċħad pubblikament id-dritt tal-Ukraina għall-istatus ta' stat u jappella għad-"denazifikazzjoni" kif ukoll id-"de-Ukrajnizzazzjoni" tal-pajjiż, filwaqt li jippromwovi l-idea li l-Ukraina għandha tkun parti integrali mir-Russja. Bħala mexxej tan-Nightwolves MC, Zaldostanov huwa responsabbli wkoll għall-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-grupp li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Alexander Zaldostanov huwa l-mexxej ta' Nightwolves MC, li huwa responsabbli li jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Għaldaqstant, huwa persuna fiżika responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina, u appoġġa u implimenta dawn l-azzjonijiet jew politiki. |
21.7.2022 |
|
1204. |
Andrey BOBROVSKIY (Андрей БОБРОВСКИЙ) |
Data tat-twelid: 5.1.1982 Post tat-twelid: Minsk, Belarus Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrey Bobrowskiy huwa membru tal-klabb tal-muturi nazzjonalista Nightwolves MC u mexxej tal-fergħa "Roads for Victory" ta' Nightwolves MC. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mexxej tal-fergħa "Roads for Victory" Bobrowskyi organizza diversi manifestazzjonijiet tan-Nightwolves f'Berlin, il-Polonja u r-Russja. Mindu l-attakk Russu kontra l-Ukraina fi Frar 2022, l-għan tal-manifestazzjonijiet kien li jappoġġaw b'mod attiv il-gwerra Russa kontra l-Ukraina u li jiċħdu pubblikament id-dritt tal-Ukraina għall-istatus ta' stat u jitolbu għad-"denazifikazzjoni" tal-pajjiż u għall-promozzjoni tal-idea li l-Ukraina għandha tkun parti integrali mir-Russja. Bobrowskiy għalhekk appoġġa b'mod attiv u pubbliku l-propaganda tal-istat Russu. Andrey Bobrowskiy huwa membru ta' Nightwolves MC, li huwa responsabbli li jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Għaldaqstant, huwa persuna fiżika responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina, u appoġġa u implimenta dawn l-azzjonijiet jew politiki. |
21.7.2022 |
|
1205. |
Jozef HAMBÁLEK magħruf ukoll bħala Josef HAMBÁLEK (Йозеф ХАМБАЛЕК) |
Data tat-twelid: 14.3.1972 Nazzjonalità: Slovakka Sess: raġel |
Jozef Hambálek huwa l-President tas-sezzjoni Ewropea tal-klabb tal-muturi nazzjonalista Nightwolves MC ibbażat fis-Slovakkja. Hambálek, li jista' jkun konness mal-President Russu, Vladimir Putin, u rappreżentanti oħra tal-gvern Russu, huwa magħruf pubblikament għall-bini tal-kwartieri ġenerali tas-sezzjoni ewropea tan-Nightwolves MC fuq eks bażi militari fis-Slovakkja li għaliha uża tagħmir militari mormi, inkluż tankijiet. L-attivitajiet kontinwi tiegħu, li allegatament jinkludu t-taħriġ tal-membri ta' Nightwolves għal ġlied attiv fl-Ukraina fuq il-proprjetajiet tiegħu u l-promozzjoni attiva tal-propaganda favur ir-Russa fl-Ewropa, jistgħu jitqiesu bħala theddida għas-sigurtà tal-Ukraina u tal-UE. Għalhekk, Jozef Hambálek huwa persuna fiżika li tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1206. |
Alexei WEITZ magħruf ukoll bħala Alexei VAYTS magħruf ukoll bħala Aleksey Yevgenevich VEITZ (Алексей ВАЙЦ) |
Data tat-twelid: 7.10.1965 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexei Weitz huwa membru u mexxej spiritwali tal-klabb tal-muturi nazzjonalista, in-Nightwolves MC, b'rabtiet personali mill-qrib mal-mexxej tan-Nightwolves MC Alexander Zaldostanov. Huwa responsabbli għar-rabta tan-Nightwolves MC mal-Knisja Ortodossa Russa u għat-tiswir tal-viżjoni dwar id-dinja tal-mexxejja tiegħu. Preċedentement huwa aġixxa bħala segretarju tal-istampa tan-Nightwolves MC u jwettaq kompiti rappreżentattivi, fost l-oħrajn billi ta taħdidiet lill-istudenti tal-Università u tkellem fil-manifestazzjonijiet tan-Nightwolves. Huwa wkoll espert tal-Kunsill għar-Relazzjonijiet Interetniċi taħt il-President tar-Russja, li appoġġa pubblikament il-gwerra Russa kontra l-Ukraina u l-ksur tad-dritt internazzjonali u huwa responsabbli għall-formulazzjoni ta' kunċett uffiċjali tan-"nazzjon Russu". Minħabba l-attivitajiet tiegħu għan-Nightwolves MC u l-Kunsill għar-Relazzjonijiet Interetniċi taħt il-President tar-Russja, Weitz huwa figura ewlenija tal-propaganda tal-istat Russu. Alexei Weitz huwa membru tan-Nightwolves MC, li huwa responsabbli li jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Għaldaqstant, huwa persuna fiżika responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina.. |
21.7.2022 |
|
1207. |
Andrey Removich BELOUSOV magħruf ukoll bħala Andrei Removich BELOUSOV (Андрей Рэмович БЕЛОУСОВ) |
Data tat-twelid: 17.3.1959 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrey Removich Belousov huwa l-Ewwel Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa u huwa meqjus li kien membru tal-eqreb ċirku intern ta' Putin għal ħafna snin. Għandu rwol influwenti fil-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Belousov qed jimplimenta l-politika ekonomika tal-Gvern Russu u huwa responsabbli għat-tkabbir ekonomiku tar-Russja u għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq Russi. Fil-25 ta' Frar 2022 attenda l-laqgħa fil-Kremlin u talab lill-oligarki miġburin biex ikomplu jaħdmu ma' banek sanzjonati. F'Marzu 2022, Belousov iddikjara li ser jiġi deċiż li l-kumpanniji barranija li waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom u taw is-sensja lill-persunal fil-pajjiż wettqu falliment intenzjonat, att li jinvolvi responsabbiltà amministrattiva, u possibbilment, kriminali skont il-liġijiet Russi dwar l-insolvenza. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fl-2014. Għalhekk huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1208. |
Yury Yakovlevich CHAIKA magħruf ukoll bħala Yury Yakovlevich CHAYKA; Yuri Yakovlevich CHAIKA (Юрий Яковлевич ЧАЙКА) |
Data tat-twelid: 21.5.1951 Post tat-twelid: Nikolaevsk-on-Amur, Khabarovsk Krai, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yury Yakovlevich Chaika huwa membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa u tar-Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tat-Tramuntana tal-Kawkasu. Huwa involut direttament fil-gwida u l-implimentazzjoni tal-politika barranija aggressiva tar-Russja. F'April 2022 Yuri Chaika ppreżenta premjijiet statali lil militari li ddistingwew ruħhom matul l-hekk imsejħa "operazzjoni speċjali għat-tneħħija tad-denazifikazzjoni tal-Ukraina". Fil-laqgħa mar-refuġjati mill-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk f'Pyatigorsk fis-17 ta' Marzu 2022, huwa ġġustifika l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukraina u ddikjara li l-awtoritajiet Ukreni wettqu ġenoċidju fl-Ukraina. Għal ħafna snin, Yuri Chaika kien wieħed mill-eqreb assoċjati ta' Vladimir Putin u impjegat obbidjenti tar-reġim fil-gvern. Yuri Chaika u l-familja tiegħu bbenefikaw personalment mill-assoċjazzjoni mill-qrib tagħhom mar-reġim ta' Putin. Għalhekk huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1209. |
Alexander Anatolievich MAKSIMTSEV (Александр Анатольевич МАКСИМЦЕВ) |
Data tat-twelid: 20.8.1963 Post tat-twelid: Tokmak, Kirghiz SSR, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Maksimysev huwa mexxej militari Russu u Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Ajruspazjali għall-ħidma militari-politika. Il-Forzi Ajruspazjali Russi wettqu attakki kemm fuq miri militari kif ukoll ċivili fl-Ukraina. Peress li Alexander Maksimtsev huwa Viċi Kap Kmandant, huwa responsabbli għall-azzjonijiet ta' din l-unità. Għaldaqstant, Alexander Maksimysev huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza fl-Ukraina u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1210. |
Maria Alexeyevna LVOVA-BELOVA (Мария Алексеевна ЛЬВОВА-БЕЛОВА) |
Data tat-twelid: 25.10.1984 Post tat-twelid: Penza, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Maria Alexeyevna Lvova-Belova hija Kummissarju Presidenzjali għad-drittijiet tat-tfal u bdiet is-simplifikazzjoni tal-proċedura għall-għoti taċ-ċittadinanza lil tfal li sfaw orfni fl-Ukraina. Hija waħda mill-aktar persuni involuti fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom mill-familji Russi. L-azzjonijiet ta' Maria Alexeyevna Lvova-Belova jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-ordni amministrattiv u legali Ukren, għalhekk hija responsabbli li appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1211. |
Yuri Nikolaevich GREKHOV (Юрий Николаевич ГРЕХОВ) |
Data tat-twelid: 15.10.1962 Post tat-twelid: Gorky, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yuri Nikolaevich Grekhov huwa kmandant militari Russu, Kurunell Ġeneral, Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Ajruspazjali Russi. Il-Forzi Ajruspazjali Russi wettqu attakki kemm fuq miri militari kif ukoll ċivili fl-Ukraina. Bħala Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Ajruspazjali Russi, huwa jikkmanda t-truppi tad-Difiża tal-Ajru u tal-Missili, u għalhekk huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1212. |
Zabit Sabirovich KHEIRBEKOV (Забит Сабирович ХЕИРБЕКОВ) |
Data tat-twelid: 5.6.1968 Post tat-twelid: Kusar region, Azerbaijan SSR, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Zabit Kheirbekov huwa Logutenent Ġeneral tal-Forzi Ajruspazjali Russi, Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Ajruspazjali Russi għal-Loġistika. Il-Forzi Ajruspazjali Russi wettqu attakki kemm fuq miri militari kif ukoll ċivili fl-Ukraina. Għaldaqstant, Zabit Kheirbekov huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1213. |
Andrey Anatolyevich KOZITSYN (Андрей Анатольевич КОЗИЦЫН) |
Data tat-twelid: 9.6.1960 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrey Anatolyevich Kozitsyn huwa negozjant Russu ewlieni. Huwa kofundatur u CEO tal-kumpannija Ural Mining Metallurgical Company (UMMC/UGMK), wieħed mill-aqwa produtturi Russi ta' komoditajiet ewlenin (inkluż ir-ram, iż-żingu, il-faħam, id-deheb u l-fidda). Għaldaqstant, huwa negozjant Russu ewlieni involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1214. |
Sergey Semyonovich SOBYANIN (Сергей Семёнович СОБЯНИН) |
Data tat-twelid: 21.6.1958 Post tat-twelid: Nyaksimvol, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergei Semyonovich Sobyanine huwa s-sindku ta' Moska u għandu rabtiet mill-qrib ma' Vladimir Putin. Huwa kien kap tal-amministrazzjoni presidenzjali mill-2005 sal-2008 u serva bħala Viċi Prim Ministru tar-Russja mill-2008 sal-2010 fit-Tieni Kabinett ta' Vladimir Putin. Huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà. Fl-1 ta' Marzu 2022, Sobyanine wissa li t-tentattivi u s-sejħiet kollha minn "provokaturi" biex jorganizzaw protesti fit-toroq f'Moska kienu ser jiġu pprevenuti. Fid-dimostrazzjoni politika tat-18 ta' Marzu 2022"għal dinja mingħajr Naziżmu", huwa esprima b'mod espliċitu l-appoġġ għall-"operazzjoni militari speċjali" fl-Ukraina. Għaldaqstant, huwa qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1215. |
Aleksey Vladimirovich DENISENKO (Алексей Владимирович ДЕНИСЕНКО) |
Data tat-twelid: 9.6.1978 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Aleksey Vladimirovich Denisenko huwa membru tal-Assemblea Leġiżlattiva reġjonali ta' Chelyabinsk, membru tal-Presidju tal-Kunsill Politiku Reġjonali, President tal-Kumitat tal-Assemblea Leġiżlattiva għall-Politika tal-Kostruzzjoni u d-Djar u s-Servizzi Komunali u Kap tad-Dipartiment għall-Interazzjoni mal-Assoċjazzjonijiet Pubbliċi u l-Ħidma maż-Żgħażagħ tal-Fergħa Reġjonali ta' Chelyabinsk ta' “Russja Magħquda”. Barra minn hekk, huwa membru tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin “Russja Magħquda” u b'mod miftuħ jiġġustifika, jiddefendi u jappoġġa d-deċiżjoni tal-President Putin li jirrikonoxxi r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk (DPR) u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk (LPR) bħala stati indipendenti, kif ukoll l-operazzjoni militari speċjali, li fi kliemu hija operazzjoni ta' infurzar tal-paċi. Denisenko huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina |
21.7.2022 |
|
1216. |
Alexander Nikolaevich BELSKIY (Александр Николаевич БЕЛЬСКИЙ) |
Data tat-twelid: 16.7.1975 Post tat-twelid: Leningrad, former USSR, (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Belskiy huwa l-President tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' San Pietruburgu mid-29 ta' Settembru 2021 bħala membru tal-partit politiku allinjat mal-Kremlin, “Russja Magħquda”. L-Assemblea Leġiżlattiva hija l-ogħla u l-uniku korp leġiżlattiv ta' poter statali f'San Pietruburgu. L-Assemblea twaqqfet taħt il-liġi federali u hija rregolata minnha u taħdem mill-qrib mal-gvernatur ta' San Pietruburgu. Bħala President tal-Assemblea Leġiżlattiva, is-Sur Belskiy huwa l-membru bl-ogħla kariga tal-Assemblea. B'riżultat ta' dan, is-Sur Belskiy huwa politiku sinifikanti f'San Pietruburgu u lil hinn. Preċedentement, Belskiy serva bħala viċi gvernatur ta' San Pietruburgu fil-perjodu 2020-2021. F'dik il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-politika taż-żgħażagħ. Is-Sur Belskiy jkompli jaħdem mat-tfal u jfittex li jindottrinizza lit-tfal b'fehmiet favur ir-reġim. Is-Sur Belskiy huwa attiv fl-użu tiegħu ta' għadd ta' kontijiet tal-media soċjali fuq is-servizzi Telegram u VKontakte u jippubblika artikli fil-media tal-partit “Russja Magħquda”. Huwa ripetutament uża l-pjattaformi tal-media soċjali tiegħu biex jiġġustifika u jesprimi appoġġ għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukraina u feraħ lill-Krimea u Sevastopol għar-"riunifikazzjoni" tagħhom mar-Russja. Is-Sur Belskiy huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1217. |
Alexander Valentinovich ISHCHENKO (Александр Валентинович ИЩЕНКО) |
Data tat-twelid: 9.3.1970 Post tat-twelid: Rostov-on-Don, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Ishchenko huwa l-President tal-Assemblea Leġiżlattiva tar-Reġjun ta' Rostov u s-Segretarju tal-Fergħa Reġjonali ta' Rostov tal-partit “Russja Magħquda” allinjat mal-Kremlin (it-tnejn li huma mill-2016). Is-Sur Ishchenko huwa attiv ħafna fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, eż. il-Parlament taż-Żgħażagħ ta' Rostov u l-organizzazzjoni reġjonali politika-militari taż-żgħażagħ "Gwardja taż-Żgħażagħ". Bħala President tal-Assemblea Leġiżlattiva huwa persuna pubblika u ta' spiss jidher fuq it-televiżjoni u l-aħbarijiet lokali u nazzjonali u f'avvenimenti pubbliċi. F'intervisti pubbliċi u f'posts fuq il-media soċjali, is-Sur Ishchenko jappoġġa d-deċiżjoni tal-President Putin li jirrikonoxxi r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk (LPR) u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk (DPR) separatisti u jippromwovi l-messaġġi ta' propaganda tar-reġim. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Ishchenko huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1218. |
Mikhail Vladimirovich STRUK (Михаил Владимирович СТРУК) |
Data tat-twelid: 26.10.1977 Post tat-twelid: Novy Rogachik, Volgograd Oblast, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Struk huwa membru tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' Volgograd Oblast (reġjun) mill-2017. Is-Sur Struk huwa membru tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, “Russja Magħquda”. Fuq il-kont tiegħu fuq il-pjattaforma tal-media soċjali Vkontakte u fid-dikjarazzjonijiet tiegħu ppubblikati f'gazzetta lokali li s-Sur Struk għandu bħala deputat tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' Volgograd Oblast, huwa ripetutament esprima appoġġ għall-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja u ddenunzja lill-Ukreni bħala Nazisti. Is-Sur Struk jesprimi appoġġ għas-suldati Russi li qed jiġġieldu fl-Ukraina. Minħabba l-influwenza politika tiegħu u l-influwenza tiegħu bħala Direttur Ġenerali fil-Farm tat-Tjur ZAO Volzhskaya, is-Sur Struk huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1219. |
Nikolay Nikolaevich ZABOLOTNEV (Николай Николаевич ЗАБОЛОТНЕВ) |
Data tat-twelid: 30.1.1992 Post tat-twelid: Chuy Region in northern Kyrgyz Republic Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Zabolotnev huwa l-kap tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali tal-Fergħa Reġjonali ta' Khanty-Mansiysk tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, Russja Magħquda. Huwa wkoll l-eks kap tad-Duma taż-Żgħażagħ (parlament taż-żgħażagħ) f'Yugra, li tikkoopera mad-Dumas taż-Żgħażagħ tal-awtoproklamati Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk (LPR) u Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk (DPR). Is-Sur Zabolotnev jattendi regolarment laqgħat, fora u avvenimenti tad-Duma taż-Żgħażagħ ta' Yugra. Huwa kien fuq il-palk għal produzzjoni teatrali qasira meta attenda kunċert ta' karità reġjonali fl-1 ta' April 2022, fejn ġabar flus għall-appoġġ tal-operazzjonijiet umanitarji Russi f'Donbass. Huwa esprima ripetutament l-appoġġ tiegħu għall-"operazzjoni speċjali" fuq stazzjon televiżiv reġjonali. Is-Sur Zabolotnev huwa attiv ħafna fuq il-media soċjali u juża din il-pjattaforma biex jesprimi l-appoġġ tiegħu għal Putin u l-operazzjoni, biex jenfasizza li l-poplu tad-DPR u l-LPR jappoġġaw lir-Russja, biex ixerred rivendikazzjonijiet dwar ġenoċidju fir-reġjun ta' Donbas u biex jiddikjara li jeħtieġ li l-forzi Ukreni jinqerdu kompletament. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Zabolotnev huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1220. |
Nikolay Timofeevich VELIKDAN (Николай Тимофеевич ВЕЛИКДАНЬ) |
Data tat-twelid: 6.3.1956 Post tat-twelid: Sovetskoye Runo, Ipatovsky District, Stavropol Territory, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Velikdan huwa l-President tad-Duma Reġjonali ta' Stavropol mit-30 ta' Settembru 2021. Huwa membru tad-Duma Reġjonali ta' Stavropol mid-19 ta' Settembru 2021 u l-ewwel Viċi President tal-Gvern tat-Territorju ta' Stavropol. Huwa membru tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, “Russja Magħquda”, u membru tal-Presidju tal-Kunsill Politiku Reġjonali tal-Partit. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu fis-siti web tal-aħbarijiet reġjonali Russi, Bez Formata u Stapravda, huwa appoġġa pubblikament u ppromwova l-invażjoni tal-Ukraina billi xerred propaganda rigward l-invażjoni Russa u ddissemina stampa distorta tas-sitwazzjoni fl-Ukraina. Huwa jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fl-"operazzjoni speċjali". Bħala wieħed mill-ogħla uffiċjali u President tad-Duma Reġjonali ta' Stavropol, huwa għandu influwenza konsiderevoli. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Velikdan huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1221. |
Dmitry Vladimirovich KHOLIN (Дмитрий Владимирович ХОЛИН) |
Data tat-twelid: 25.9.1977 Post tat-twelid: Kuybyshev, former USSR, now Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Kholin huwa membru tad-Duma Provinċjali ta' Samara, fejn iservi bħala l-President tal-Kumitat tar-Regolamenti. Mill-2020-2021 huwa kien il-kap tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali tal-Fergħa Reġjonali ta' Samara tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin "Russja Magħquda". Huwa wkoll membru tal-Fergħa Reġjonali ta' Samara tal-organizzazzjoni pubblika Russa kollha "Fratellanza ta' Kumbattiment" (organizzazzjoni għall-veterani). Permezz tal-mezzi tal-media soċjali tiegħu, intervisti pubbliċi u lectures, is-Sur Kholin jiġġustifika, jiddefendi u jappoġġa apertament l-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina. Huwa jikkomunika apertament dwar il-fatt li huwa sostenitur qawwi tal-President Putin, li jwassal għal xejra ta' inċitament pubbliku sistematiku li jappoġġa l-operazzjonijiet militari tar-Russja. B'mod speċifiku, is-Sur Kholin għandu rwol ċentrali fid-disseminazzjoni tan-narrattiva favur ir-Russja fost iż-żgħażagħ u l-kadetti żgħażagħ tal-armata. Dan jagħmlu responsabbli għat-tixrid ta' propaganda favur ir-Russja u diżinformazzjoni rigward il-gwerra kontra l-Ukraina, kif ukoll għall qadi ta' rwol attiv biex jiġbor l-appoġġ domestiku għall-kampanja militari Russa. Is-Sur Kholin huwa responsabbli għall-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1222. |
Sergey Evgenievich TSIVILEV (Сергей Евгеньевич ЦИВИЛЕВ) |
Data tat-twelid: 21.9.1961 Post tat-twelid: Zhdanov (Mariupol), former USSR (now Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Tsivilev huwa l-gvernatur tar-reġjun ta' Kemerovo u figura pubblika magħrufa sew. Permezz tal-interventi pubbliċi tiegħu, is-Sur Tsivilev jiġġustifika, jiddefendi u jappoġġa apertament l-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina. Huwa jikkomunika apertament dwar il-fatt li huwa sostenitur qawwi tal-President Putin, li jwassal għal xejra ta' inċitament pubbliku sistematiku li jappoġġa l-operazzjonijiet militari tar-Russja. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, huwa responsabbli għat-tixrid ta' propaganda favur ir-Russja u diżinformazzjoni rigward il-gwerra kontra l-Ukraina, kif ukoll għall-qadi ta' rwol attiv biex jiġbor l-appoġġ domestiku għall-kampanja militari Russa. Is-Sur Tsivilev esprima apertament l-appoġġ tiegħu għall-President għad-deċiżjoni tar-Russja li tirrikonoxxi l-indipendenza tal-hekk imsejħa Repubbliki ta' Luhansk u ta' Donetsk. Abbażi ta' dawn l-azzjonijiet, is-Sur Tsivilev huwa responsabbli għall-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1223. |
Roman Alexandrovich GOVOR (Роман Александрович ГOBOP) |
Data tat-twelid: 22.11.1982 Post tat-twelid: Novokuznetsk, Kemerovskaya Oblast, former USSR, now Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Govor huwa membru tal-Assemblea Leġiżlattiva tar-Reġjun ta' Kemerovo – Kuzbass. Huwa membru tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, “Russja Magħquda”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu fuq Rutube u fuq il-kont tiegħu ta' VKontakte, is-Sur Govor jappoġġa pubblikament id-deċiżjoni tal-invażjoni tal-Ukraina. Huwa qed jippromwovi wkoll b'mod attiv il-propaganda tar-reġim. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Govor huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1224. |
Roman Sergeevich CHUYKO (Роман Сергеевич ЧУЙКО) |
Data tat-twelid: 12.5.1983 Post tat-twelid: Blagoveshchensk, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Chuiko huwa l-kap tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali tal-Front Popolari Pan-Russu u membru tal-Assemblea Leġiżlattiva reġjonali f'Tuymen Oblast. Is-Sur Chuiko huwa membru tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, “Russja Magħquda”. Bħala Kap tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali fir-reġjun tiegħu, is-Sur Chuyko jesprimi ripetutament l-appoġġ għall-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja, ixerred messaġġi ta' propaganda u jiddenunzja lill-awtoritajiet Ukreni bħala Nazisti fuq pjattaformi tal-media soċjali, fuq stazzjonijiet televiżivi reġjonali u fuq siti web tal-aġenziji tal-aħbarijiet. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Chuiko huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1225. |
Viktor Vladimirovich BABENKO (Виктор Владимирович БАБЕНКО) |
Data tat-twelid: 14.10.1968 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Babenko huwa l-President tal-Kunsill Reġjonali ta' Sostenituri ta' Sverdlovsk tal-Partit “Russja Magħquda”. Huwa membru tal-Assemblea Leġiżlattiva tar-Reġjun ta' Sverdlovsk u Viċi Segretarju tal-Fergħa Reġjonali ta' Sverdlovsk ta' “Russja Magħquda”. Is-Sur Babenko huwa politiku reġjonali ewlieni mill-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, Russja Magħquda, fl-oblast ta' Sverdlovsk. Sa mill-bidu tal-invażjoni Russa fi Frar, is-Sur Babenko kien qed esprimi b'mod attiv l-appoġġ tiegħu għall-operazzjoni fil-media soċjali, f'intervisti bil-miktub u f'diskorsi waqt avvenimenti lokali. Huwa jħeġġeġ lill-popolazzjoni ta' Sverdlovsk tappoġġa l-"Operazzjoni Speċjali Russa kontra n-nazzjonaliżmu u l-Faxxiżmu". Fil-biċċa l-kbira tal-istampi tiegħu jidher liebes t-shirt bil-logo "Z" tal-invażjoni Russa. Barra minn hekk, is-Sur Babenko f'diversi okkażjonijiet xerred propaganda u dikjarazzjonijiet foloz dwar l-avvenimenti tal-operazzjoni militari. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Babenko huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1226. |
Yury Alexandrovich BURLACHKO (Юрий Александрович БУРЛАЧКО) |
Data tat-twelid: 8.6.1961 Post tat-twelid: Omsk, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Burlachko ilu mill-2017 President tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' Krasnodar Krai (reġjun) u huwa l-Membru Parlamentari bl-ogħla kariga fl-Assemblea Leġiżlattiva ta' Krasnodar Krai. Is-Sur Burlachko huwa membru tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, Russja Magħquda. Is-Sur Burlachko ddissemina propaganda tal-Kremlin kontra l-Ukraina f'għadd ta' intervisti u esprima appoġġ għall-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja. Huwa esprima appoġġ sħiħ lill-President fl-isforz tiegħu li "jnaddaf l-Ukraina moderna min-Naziżmu". Barra minn hekk, is-Sur Burlachko jsostni li kellu rwol attiv fil-proċessi elettorali fil-Krimea fl-2014. Huwa rċieva għadd ta' midalji u premjijiet bħall-Gratitudni tal-President tal-Federazzjoni Russa (2004, 2014, 2017), il-medalja “għar-Ritorn tal-Krimea (2014) u l-Medalja tal-Ordni "Għal Mertu lejn il-Patrija". Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Burlachko huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. B'hekk, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Bl-istess mod, huwa qed jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu deċiżjonijiet li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1227. |
Yury Zimelevich KAMALTYNOV (Юрий Зимелевич КАМАЛТЫНОВ) |
Data tat-twelid: 11.3.1957 Post tat-twelid: Kazan, Republic of Tatarstan, former USSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Is-Sur Kamaltynov huwa l-Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tat-Tatarstan. Preċedentement, huwa serva bħala Viċi Prim Ministru tar-Repubblika tat-Tatarstan u bħala rappreżentant plenipotenzjarju tal-President tar-Repubblika tat-Tatarstan fil-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tat-Tatarstan. Is-Sur Kamaltynov huwa membru tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, “Russja Magħquda”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu fuq pjattaformi tal-media lokali u reġjonali, is-Sur Kamaltynov appoġġa u ppromwova pubblikament id-deċiżjoni tal-invażjoni tal-Ukraina. Minħabba l-influwenza politika tiegħu, is-Sur Kamaltynov huwa responsabbli għall-inċitament tal-mibegħda fil-konfront tal-Ukraina, għat-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja fil-kuntest tal-gwerra kif ukoll għat-tiftix ta' appoġġ domestiku fir-Russja għall-gwerra kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal appoġġ favur azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1228. |
Sergey Vitalyevich BEZRUKOV (Сергей Витальевич БЕЗРУКОВ) |
Data tat-twelid: 18.10.1973 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Bezrukov huwa attur u politiku Russu. Huwa wieħed mill-uċuħ pubbliċi tal-Partit “Russja Magħquda” u president tal-"Proġett kultura ta' art twelidna ż-żgħira" ta' Russja Magħquda". Huwa xerred propaganda Russa b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina. Huwa appoġġa l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja waqt spettakli mogħtija lis-suldati Russi li ħadu sehem fil-gwerra, u lil tfal mill-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu separatisti f'Donbas. Barra minn hekk, huwa esprima pubblikament l-appoġġ tiegħu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa. Għaldaqstant, huwa responsabbli li b'mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
1229. |
Vladimir Lvovich MASHKOV (Владимир Львович МАШКОВ) |
Data tat-twelid: 27.11.1963 Post tat-twelid: Tula, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Vladimir Mashkov huwa attur Russu, direttur u xeneġġjatur li appoġġa b'mod attiv il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina. Huwa appoġġa uffiċjalment l-intenzjoni tal-President Vladimir Putin li jerġa' jiġi elett fl-2018 u ħadem bħala r-rappreżentant tiegħu fl-elezzjonijiet. Ġie nominat għall-pożizzjoni ta' membru tal-Kunsill Presidenzjali għall-Kultura u l-Arti. Huwa appoġġa wkoll l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u r-rikonoxximent tal-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu separatisti f'Donbas mir-Russja. Huwa ta spettaklu matul id-dimostrazzjoni ta' propaganda b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u l-gwerra kontra l-Ukraina, li saret fit-18 ta' Marzu 2022 fl-Istadju Luzhniki f'Moska. Barra minn hekk, huwa installa s-simbolu militari "Z", li ġie impjegat mill-propaganda Russa biex jippromwovi l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja, fuq il-faċċata tat-teatru Oleg Tabakov f'Moska. Għaldaqstant, huwa responsabbli li b'mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022”. |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“102. |
AVLITA Stevedoring Company |
Indirizz: Prymorska Street 2h, Sevastopol, Crimea, Ukraine |
AVLITA Stevedoring Company tipprovdi servizzi relatati mat-tagħbija ta' qamħ fuq bastimenti fil-port ta' Sevastopol fil-Krimea, li kien anness illegalment mir-Russja. Huwa ddokumentat f'bosta rapporti li kien involut fit-tagħbija fuq bastimenti ta' qamħ misruq mill-bdiewa u l-istat Ukren fit-territorji Ukreni taħt okkupazzjoni Russa, jew mixtri taħt pressjoni minn bdiewa Ukreni. Avlita hija għalhekk responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
103. |
Nightwolves MC (Моторклуб, Ночные Волки“) |
Indirizz: Nizhniye Mnevniki, 110, Bike Centre, Moscow, Russian Federation Tip ta' entità: Grupp tal-Muturi Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 1989 |
Nightwolves MC huwa klabb tal-muturi nazzjonalista mwaqqaf f'Moska fl-1989 b'madwar 45 kapitolu madwar id-dinja, inkluż kapitoli f'ħafna Stati Membri tal-Unjoni Ewropea. Nightwolves MC kien involut b'mod attiv fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukraina billi appoġġa pubblikament l-annessjoni tal-Krimea fl-2014 u l-gwerra kontra l-Ukraina fl-2022, billi xerred b'mod attiv il-propaganda anti-Ukrena u favur ir-Russja u billi ġġieled flimkien ma' gruppi favur ir-Russja fl-Ukraina jew appoġġahom wara l-annessjoni tal-Krimea u l-gwerra Russa kontra l-Ukraina fl-2022. Il-grupp huwa sostenitur ewlieni tal-gvern Russu, billi appoġġa b'mod attiv il-propganda tal-istat Russa fir-Russja, kif ukoll fl-Ewropa u l-Balkani tal-Punent, billi jiċħad id-dritt tal-Ukraina għas-sovranità u billi jappella għad-"denażifikazzjoni", kif ukoll għal "de-Ukrenizzazzjoni" tal-pajjiż, filwaqt li jippromwovi l-idea li l-Ukraina għandha tkun parti integrali mir-Russja. Il-grupp għandu wkoll rabtiet mill-qrib mal-President Russu Vladimir Putin u l-gvern Russu u rċieva finanzjament tal-istat mill-Kremlin bejn l-2013 u l-2015. Għalhekk in-Nightwolves huma entità jew korp li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Barra minn hekk, hija entità responsabbli li tappoġġa u timplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
104. |
The Alexander Gorchakov Public Diplomacy Fund (Фонд общественной дипломатии Александра Горчакова) |
Indirizz: 10/1 Yakovoapostolsky pereulok, Moscow 105064, Russian Federation Tip ta' entità: Organizzazzjoni mhux Governattiva Post tar-reġistrazzjoni: Moscow Data tar-reġistrazzjoni: Frar, 2010 Numru tar-reġistrazzjoni: 1107799026752 |
L-Alexander Gorchakov Public Diplomacy Fund ġie stabbilit fl-2010 mill-President Russu Dmitry Medvedev. Il-fundatur tal-Fond kien il-Ministeru Russu għall-Affarijiet Barranin u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin huwa l-kap tal-bord tat-trustees. Il-Ministeru jiffinanzja l-ħidma tal-Fond Gorchakov, li min-naħa tiegħu jagħti finanzjament lil gruppi ta' riflessjoni u lil GONGOs. Il-Fond Gorchakov huwa mfassal biex jappoġġa lill-kompatrijotti Russi fl-ispazju post-Sovjetiku f'konformità mal-objettivi ideoloġiċi tal-Kremlin. Il-proġetti organizzati mill-Fond Gorchakov kienu elementi importanti tad-diskors dwar il-politika barranija tar-Russja. Fl-2015, il-Gvern tal-Ukraina għalaq l-Uffiċċju tal-Gorchakov Public Diplomacy Fund fi Kiev minħabba l-propaganda kontra l-istat. Għaldaqstant, il-Gorchakov Public Diplomacy Fund huwa responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa, u għall-benefiċċju minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
105. |
The Federal Agency for the Commonwealth of Independent States Affairs, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation (Rossotrudnichestvo) (Федеральное агентство по делам Содружества Независимых Государств, соотечественников, проживающих за рубежом, и по международному гуманитарному сотрудничеству (Россотрудничество) |
Indirizz tal-Kwartieri Ġenerali: Russian Federation, 119019, Moscow, Vozdvizhenka Str. 18/9 Telefon: +7 (495) 690-12-45 Indirizz elettroniku: rossotr@rs.gov.ru Sit web: https://rs.gov.ru Tip ta' entità: Aġenzija tal-Gvern Federali Russu Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, 119019, Moscow, Vozdvizhenka Str. 18/9 Data tar-reġistrazzjoni: 6.9.2008 |
Il-Federal Agency for the Commonwealth of Independent States Affairs, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation (Rossotrudnichestvo) hija korp eżekuttiv federali responsabbli għall-għoti ta' servizzi statali u l-ġestjoni tal-proprjetà tal-istat biex tappoġġa u tiżviluppa relazzjonijiet internazzjonali bejn il-Federazzjoni Russa u l-Istati Membri tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti u pajjiżi barranin oħra. Hija l-aġenzija ewlenija tal-istat li tipproġetta s-setgħa ta' persważjoni u l-influwenza ibrida tal-Kremlin, inkluż il-promozzjoni tal-hekk imsejjaħ kunċett "Russkiy Mir". Ilha għal ħafna snin taġixxi bħala organizzazzjoni ċentrali għal network ta' kompatrijotti Russi u aġenti ta' influwenza, u tiffinanzja diversi proġetti ta' diplomazija pubblika u ta' propaganda, filwaqt li tikkonsolida l-attivitajiet tal-atturi favur ir-Russja u tiddissemina n-narrattivi tal-Kremlin, inkluż ir-reviżjoniżmu storiku. Rossotrudnichestvo torganizza b'mod attiv avvenimenti internazzjonali mmirati lejn il-konsolidazzjoni ta' perċezzjoni pubblika usa' tat-territorji Ukreni okkupati bħala Russi. Il-Kap u l-Viċi Kap ta' Rossotrudnichestvo wrew b'mod ċar l-appoġġ tagħhom għall-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, Rossotrudnichestvo hija responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukraina, jew appoġġat jew implimentat dawn l-azzjonijiet jew politiki. Barra minn hekk, hija responsabbli għall-appoġġ materjalment u finanzjarjament għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa, u li tibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
106. |
Russkiy Mir Foundation (Фонд "Русский мир") |
Indirizz: 119285 Mosfilmovskaya Str. 40A, Moscow, Russian Federation Telefon: +7 (495) 981-5680 Indirizz elettroniku: info@russkiymir.ru Sit web: https://russkiymir.ru Tip ta' entità: Aġenzija tal-Gvern Federali Russu Data tar-reġistrazzjoni: 31.8.2007 |
Il-Fondazzjoni "Russkiy Mir" inħolqot, u ġiet iffinanzjata mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Intużat mill-Federazzjoni Russa biex tavvanza l-interessi tagħha fil-pajjiżi post-Sovjetiċi. Il-mandat uffiċjali tagħha huwa li tippromwovi l-lingwa u l-kultura Russa madwar id-dinja iżda l-Fondazzjoni ntużat bħala għodda importanti ta' influwenza mill-Kremlin li qed tippromwovi bil-qawwa aġenda ffokata fuq ir-Russja fl-istati eks Sovjetiċi, filwaqt li tirrifjuta l-leġittimità tal-Ukraina bħala nazzjon sovran, u tippromwovi l-unifikazzjoni tagħha mar-Russja. Il-Fondazzjoni Russkiy Mir iddisseminat propaganda favur il-Kremlin u kontra l-Ukraina, u ġġustifikat l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukraina. Fl-istqarrijiet uffiċjali tagħha, hija appoġġat l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u r-rikonoxximent tal-hekk imsejħa "Repubbliki tal-Poplu" separatisti fir-reġjun ta' Donbas mill-Federazzjoni Russa. Għalhekk, hija responsabbli talli appoġġat azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Hija bbenefikat ukoll mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
107. |
JSC Research and Production Association “Kvant” (Акционерное общество Научно-производственное объединение "Квант") |
Indirizz: Bolshaya Sankt-Peterburgskaya Str. 73, 173000 Veliky Novgorod, Russian Federation Telefon: (8162) 681303 Indirizz elettroniku: ok@kvant-vn.ru |
“Kvant” JSC hija kumpanija Russa li topera fis-settur militari li tipproduċi sistemi elettroniċi tal-gwerra għall-Forzi Armati Russi. Hija kkoddisinjat u kkoproduċiet is-sistema elettronika tal-gwerra Krasucha-4 u mmanifatturat it-tagħmir għas-sistema elettronika tal-gwerra Rtut-BM. Is-sistemi elettroniċi tal-gwerra Krasucha-4 u Rtut-BM intużaw mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, hija responsabbli talli appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Hija appoġġat ukoll materjalment u bbenefikat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
108. |
Sberbank (Сбербанк) |
Indirizz: 19 Vavilova St., 117997 Moscow, Russian Federation Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Pubbliċi Post tar-reġistrazzjoni: 19 Vavilova St., 117997 Moscow, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 22.3.1991 Numru tar-reġistrazzjoni: 1027700132195 |
Sberbank huwa istituzzjoni finanzjarja ewlenija fir-Russja. Il-Bank Ċentrali Russu huwa l-azzjonist maġġoritarju ta’ Sberbank. Is-CEO tal-bank kien il-Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ tar-Russja taħt il-President Putin mis-sena 2000 sal-2007 u l-President tal-Bord Superviżorju tal-bank huwa l-Ministru għall-Finanzi Russu. Bħala l-akbar bank fir-Russja (li jammonta għal madwar kwart tal-assi bankarji Russi aggregati u terz tal-kapital bankarju), fil-biċċa l-kbira proprjetà tal-gvern Russu, Sberbank jiġġenera wkoll dħul kbir għall-gvern Russu. Sberbank huwa għalhekk entità jew korp li jappoġġja finanzjarjament u li jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina kif ukoll persuna ġuridika, entità jew korp involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
109. |
FORSS Group of Companies (Группа компаний ФОРСС) |
Indirizz: Magnitogorskaya street 51, lit. E, 195027, St. Petersburg, Russian Federation Telefon: (+7812) 605-00-78 Sit web: http://www.forss.ru/eng Indirizz elettroniku: info@forss-marine.ru |
FORSS hija kumpanija Russa li tipprovdi servizzi ta' inġinerija lill-industrija tal-bini tal-bastimenti. Hija tissodisfa l-ordnijiet magħmula mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Hija ħadet sehem fl-iżvilupp tal- "Vasily Bykov" tal-proġett tal-Flotta Navali tal-Baħar l-Iswed. Dan il-“proġett 22 160 ” jinvolvi l-bini ta’ bastimenti tal-għassa mit-Tarzna ta' Zelenodolsk li kienu wżati mill-Flotta Navali Russa matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina. Għaldaqstant, hija responsabbli talli appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Hija appoġġat ukoll materjalment u bbenefikat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
21.7.2022 |
|
110. |
All-Russia "Young Army" Military Patriotic Social Movement (Всероссийское военно-патриотическое общественное движение "Юнармия") magħrufa wkoll bħala Yunarmiya (Юнармия) |
Indirizz: 1st Krasnokursantskiy passage, 1/4, Building 1, Moscow, Russian Federation, 111033 Telefon: +7 (495) 106-75-75 Sit web: https://yunarmy.ru/ Indirizz elettroniku: info@yunarmy.ru |
L-All-Russia "Young Army" Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya) hija organizzazzjoni paramilitari Russa. Il-Yunarmiya u l-membri tagħha appoġġaw il-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukraina u xerrdu l-propaganda Russa dwar il-gwerra. Yunarmiya użaw is-simbolu militari "Z" li ntuża mill-propaganda Russa biex tippromwovi l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja. Bl-appoġġ tal-Ministeri għad-Difiża u l-Edukazzjoni tal-Federazzjoni Russa, il-Yunarmiya organizzat kampanja li matulha t-tfal tal-iskola ntalbu jiktbu ittri lis-suldati Russi li ħadu sehem fl-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja. Barra minn hekk, hija ġabret rigali għat-truppi li ġġieldu fil-gwerra. Hija organizzat ukoll kampijiet tas-sajf għat-tfal fit-territorju tal-Peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, hija responsabbli li appoġġat jew implimentat azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina. |
21.7.2022”. |