20.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/41 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1252
tad-19 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 biex jaġġorna l-lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (2) fih lista ta’ sustanzi attivi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biex jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni. |
(2) |
Għadd minn dawk is-sustanzi ma għadhomx approvati jew l-approvazzjonijiet tagħhom iġġeddu skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u dan irriżulta f’elenkar fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). L-elenkar tagħhom fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 ma għadux rilevanti. Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, dawn għandhom jitħassru minn dan l-Anness. |
(3) |
Kwiżalofop-P (il-varjant kwiżalofop-P-tefuril) hija sustanza attiva approvata elenkata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 bħala kandidat għas-sostituzzjoni minħabba l-klassifikazzjoni armonizzata preċedenti tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 (5) aġġorna din il-klassifikazzjoni għal tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2. Għalhekk, il-kwiżalofop-P-tefuril ma għadux jissodisfa l-kriterji biex jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni u jenħtieġ li jitħassar mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (ĠU L 251, 5.10.2018, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness ta-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
amitrol; |
|
bifentrin; |
|
bromadiolon; |
|
karbendażim; |
|
karbetammid; |
|
komposti tar-ram (il-varjanti idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku); |
|
ċiprokonażol; |
|
difenakum; |
|
dimetoat; |
|
dikwat; |
|
epossikonażol; |
|
esfenvalerat; |
|
etoprofos; |
|
etossażol; |
|
famoksadon; |
|
fenamifos; |
|
ossidu tal-fenbutatin; |
|
fipronil; |
|
flukwinkonażol; |
|
glufosinat; |
|
alossifop-P; |
|
imażamoks; |
|
imażosulfuron; |
|
isoproturon; |
|
isopirażam; |
|
lambda-ċjalotrina; |
|
linuron; |
|
lufenuron; |
|
mekoprop; |
|
metomil; |
|
metsulfuron-metil; |
|
molinat; |
|
miklobutanil; |
|
ossadiarġil; |
|
ossadiażon; |
|
pendimetalin; |
|
prokloraż; |
|
profossidim; |
|
propikonażol; |
|
prosulfuron; |
|
kwinossifen; |
|
kwiżalofop-P (il-varjant kwiżalofop-P-tefuril); |
|
tepralossidim; |
|
tijakloprid; |
|
triasulfuron; |
|
triażossidu; |
|
warfarin. |