14.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1210

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata u l-aġġornamenti tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq), emendat bir-Regolament (UE) 2019/2115 fir-rigward tal-promozzjoni tal-użu ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs, u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b’mod partikolari s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 18(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(9)tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi jew is-sorveljaturi tal-irkanti, jew kull persuna oħra li taġixxi f’isimhom jew għall-kont tagħhom huma obbligati jfasslu listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata u jżommuhom aġġornati skont format preċiż.

(2)

Jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ format preċiż, inkluż l-użu ta’ mudelli standard, jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżit li jitfasslu u jiġu aġġornati listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014. Jenħtieġ li jiżgura wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompitu li jipproteġu l-integrità tas-swieq finanzjarji u jinvestigaw abbużi possibbli tas-suq.

(3)

Billi jista’ jkun hemm varjetà ta’ informazzjoni privileġġata f’entità fl-istess ħin, jenħtieġ li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jidentifikaw preċiżament l-informazzjoni privileġġata speċifika li l-persuni li jaħdmu għall-entità kellhom aċċess għaliha. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jispeċifikaw liema hi l-informazzjoni privileġġata speċifika (li tista’ tinkludi informazzjoni rigward negozju, proġett, avveniment – inkluż dawk korporattivi jew finanzjarji –, pubblikazzjoni ta’ rapporti finanzjarji jew twissijiet dwar il-qligħ). Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jinqasmu f’taqsimiet b’taqsimiet separati għal kull biċċa informazzjoni privileġġata. Jenħtieġ li kull taqsima telenka lill-persuni kollha li jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni privileġġata speċifika.

(4)

Sabiex jiġu evitati entrati multipli fir-rigward tad-dettalji personali tal-istess individwi f’taqsimiet differenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, jenħtieġ li jkun possibbli li dawk id-dettalji personali jiġu elenkati fit-taqsima separata fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, imsejħa t-taqsima tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti, li ma tkunx relatata mal-informazzjoni privileġġata speċifika. Jenħtieġ li t-taqsima tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tinkludi biss lil dawk il-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha fl-entità l-ħin kollu.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jintroduċi rekwiżiti inqas strinġenti għall-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom ikunu ammessi għan-negozjar fuq suq tat-tkabbir tal-SMEs (emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs), billi jillimita l-persuni elenkati għal dawk li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom fl-emittent, ikollhom aċċess għal informazzjoni privileġġata.

(6)

B’deroga minn dik id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs jinkludu fil-listi tagħhom ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata lill-persuni kollha msemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. Madankollu, meta jitqiesu r-riżorsi umani u finanzjarji ġeneralment iżgħar tal-SMEs, tqies proporzjonat għalihom li jużaw format li jirrappreżenta piż amministrattiv eħfef meta mqabbel mal-format tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata stabbiliti skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, u li l-kontenut tal-listi jiġi limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-individwi rilevanti. Jenħtieġ li n-nuqqas ta’ ħtieġa li l-emittenti jżommu fil-listi tagħhom id-dettalji ta’ kuntatt personali tal-persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom jagħti lill-emittenti eżenzjoni mill-ġbir u l-aġġornament ta’ data minn persuni b’informazzjoni privileġġata filwaqt li ma jċaħħdux lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn għodda biex jidentifikaw persuni li jittrattaw l-informazzjoni privileġġata u jilħquhom fil-kuntatt professjonali tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-emittenti jkollhom ukoll il-possibbiltà li jelenkaw id-dettalji tal-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha l-ħin kollu fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata minflok ma jżidu d-dettalji personali li jikkonċernaw lil dawn il-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti f’kull lista speċifika għan-negozju jew ibbażata fuq l-avveniment. Jenħtieġ ukoll li l-kontenut ta’ tali taqsimiet ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-individwi rilevanti.

(7)

Jenħtieġ li l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkun fiha d-data personali meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni b’informazzjoni privileġġata. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-istabbiliment u ż-żamma ta’ listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jenħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(8)

Jenħtieġ li l-listi tal-persuni b’informazzjoni privileġġata jkun fihom ukoll data li tkun tista’ tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-investigazzjonijiet u tgħinhom janalizzaw b’mod rapidu l-imġiba tan-negozjar tal-persuni b’informazzjoni privileġġata, biex jiġu stabbiliti konnessjonijiet bejn il-persuni b’informazzjoni privileġġata u l-persuni involuti f’negozjar suspettuż, u biex jiġu identifikati kuntatti bejniethom f’ħinijiet kritiċi. F’dan ir-rigward, in-numri tat-telefon huma essenzjali billi jippermettu li l-awtorità kompetenti taġixxi malajr u titlob rekords tat-traffiku tad-data, jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li din id-data tkun ipprovduta mill-bidu, sabiex l-integrità tal-investigazzjoni ma tkunx kompromessa għaliex l-awtorità kompetenti jkollha, waqt investigazzjoni, tikkuntattja lill-emittent, lill-parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, lill-pjattaforma tal-irkanti, lill-irkantatur, lis-sorveljatur tal-irkanti jew lill-persuna b’informazzjoni privileġġata b’aktar talbiet għal informazzjoni.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkunu jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, fuq talba tagħha, u sabiex ikunu jistgħu jiġu aġġornati f’kull ħin mingħajr dewmien, jenħtieġ li l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tinżamm f’forma elettronika. Jenħtieġ li l-forma elettronika tiżgura li l-informazzjoni inkluża fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tinżamm kunfidenzjali. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs, dawn jistgħu jżommu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata f’forma elettronika iżda jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma japplikax għal dawk l-emittenti sakemm tiġi żgurata l-kompletezza, il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni.

(10)

Sabiex jonqos il-piż amministrattiv għas-sottomissjoni tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, jenħtieġ li l-mezzi elettroniċi speċifiċi għat-trażmissjoni jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti nfushom, bil-kundizzjoni li dawk il-mezzi elettroniċi jippermettu li l-listi jinżammu kunfidenzjali.

(11)

Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, trasparenza u ċertezza legali, jenħtieġ li l-formati tal-listi kollha ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 jiġu kkonsolidati f’att legali wieħed. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih kemm il-format għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 kif ukoll il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(6) ta’ dak ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/347 (4) jitħassar.

(12)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fis-7 ta’ Ġunju 2021.

(13)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(14)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata meħtieġa mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014

1.   Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata meħtieġa mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandu jkun fihom taqsima speċifika għal kull biċċa informazzjoni privileġġata u għandhom jitfasslu bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 1 fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-dettalji personali tal-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha l-ħin kollu jistgħu jiġu elenkati separatament fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata. Dik it-taqsima għandha titfassal bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 2 fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Meta titfassal it-taqsima tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti, id-dettalji personali tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti ma għandhomx jiġu inklużi fit-taqsimiet speċifiċi tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandhom jinżammu f’forma elettronika li, f’kull ħin, tiżgura li:

(a)

l-aċċess għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkun ristrett għal persuni identifikati b’mod ċar li jeħtieġu dak l-aċċess minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom;

(b)

l-informazzjoni inkluża tkun preċiża;

(c)

il-verżjonijiet preċedenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkunu aċċessibbli.

4.   Fuq is-sit web tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-mezzi elettroniċi li permezz tagħhom il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni jinżammu matul it-trażmissjoni.

Artikolu 2

Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014

1.   Il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tista’ tinkludi biss id-dettalji personali ta’ persuni li jkollhom aċċess regolari għal informazzjoni privileġġata. Dik il-lista għandha titfassal bl-użu tal-format stabbilit fl-Anness II.

2.   Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata meħtieġa mill-Istati Membri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandu jkun fihom taqsima speċifika għal kull biċċa informazzjoni privileġġata, u għandhom jitfasslu bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 1 fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Id-dettalji tal-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha l-ħin kollu jistgħu jiġu elenkati separatament fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata. Dik it-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti għandha titfassal bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 2 fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Meta titfassal it-taqsima tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti, id-data personali tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti ma għandhiex tiġi inkluża f’kull taqsima tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata li tikkorrispondi għal kull informazzjoni privileġġata msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.   Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu fi kwalunkwe forma li tiżgura li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża f’dawk il-listi jinżammu l-ħin kollu matul it-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 3

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/347 jitħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li jemenda d-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-promozzjoni tal-użu ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs (ĠU L 320, 11.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/347 tal-10 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format preċiż tal-listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 49).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

MUDELL 1

Format għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 1(1)

Deskrizzjoni tas-sors tal-informazzjoni privileġġata speċifika [:

Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima (jiġifieri meta l-informazzjoni privileġġata speċifika ġiet identifikata): [ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]

L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata mat-twelid (jekk differenti)

In-numru/numri tat-telefon professjonali

(linja tat-telefon diretta tax-xogħol u numri tal-mobile tax-xogħol)

Isem u indirizz tal-kumpanija

Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Kisba

(id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għall-informazzjoni privileġġata)

Waqfien

(id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqax ikollha aċċess għall-informazzjoni privileġġata)

Numru Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni (jekk applikabbli)

Data tat-twelid

Numri tat-telefon personali (in-numri tat-telefon tad-dar u tal-mobile personali)

Indirizz tad-dar sħiħ: isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż)

[Test]

[Test]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]

[Indirizz tal-emittent/parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/pjattaforma tal-irkant,/irkantatur/sorveljatur tal-irkant jew tal-persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[Numru u/jew test]

[ssss-xx-jj]

[Numri (ebda spazju)]

[Test]

MUDELL 2

Format għat-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti msemmija fl-Artikolu 1(2)

Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima: [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]

L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata mat-twelid (jekk differenti)

Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mobile tax-xogħol)

Isem u indirizz tal-kumpanija

Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Inklużjoni

(id-data u l-ħin li fihom il-persuna ġiet inkluża fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti)

Numru Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni (jekk applikabbli)

Data Tat-Twelid

Indirizz tad-dar personali sħiħ

(isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) (Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti)

Numri tat-telefon personali

(in-numri tat-telefon tad-dar u tal-mobile personali)

[Test]

[Test]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]

[Indirizz tal-emittent jew tal-persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom]

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[Numru u/jew test]

ssss-xx-jj għad-data tat-twelid]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]


ANNESS II

Format għal-lista tad-data personali ta’ persuni li jkollhom aċċess regolari għall-informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 2(1)

Data u ħin tal-ħolqien ta’ din il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata: [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]

L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata mat-twelid (jekk differenti)

Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mobile tax-xogħol)

Isem u indirizz tal-kumpanija

Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Kisba

(id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet aċċess regolari għall-informazzjoni privileġġata)

Waqfien

(id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqax ikollha aċċess regolari għall-informazzjoni privileġġata)

Numru Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni (jekk applikabbli) jew inkella Data Tat-Twelid

Indirizz tad-dar personali sħiħ

(isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) (Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti)

Numri tat-telefon personali

(in-numri tat-telefon tad-dar u tal-mobile personali)

(Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti)

[Test]

[Test]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]

[Indirizz tal-emittent]

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata/]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[Numru u/jew test jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]


ANNESS III

MUDELL 1

Format għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu

Deskrizzjoni tas-sors tal-informazzjoni privileġġata speċifika:

Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima (jiġifieri meta l-informazzjoni privileġġata speċifika ġiet identifikata): [ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ssss-xx-jj]

L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

 

In-numru/numri tat-telefon professjonali

(linja tat-telefon diretta tax-xogħol u numri tal-mobile tax-xogħol)

Funzjoni jew raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Kisba

(id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għall-informazzjoni privileġġata)

Waqfien

(id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqax ikollha aċċess għall-informazzjoni privileġġata)

Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali

(jekk applikabbli)

Jew inkella Data tat-Twelid

[Test]

[Test]

 

[Numri (ebda spazju)]

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u/jew ir-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[Numru u/jew test jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid]

MUDELL 2

Format għat-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti msemmija fl-Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu

Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima: [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]

L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata

Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mobile tax-xogħol)

Isem u indirizz tal-kumpanija

Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Inklużjoni

(id-data u l-ħin li fihom il-persuna ġiet inkluża fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti)

Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali

(jekk applikabbli)

Jew inkella Data tat-Twelid

[Test]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]

[Indirizz tal-emittent jew tal-persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom]

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[Numru u/jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid]