|
8.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/54 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1177
tas-7 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 billi jintroduċi u jaġġorna, fil-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat, l-entrati fir-rigward ta’ ċerti sistemi tas-sikurezza, u jaġġusta s-sistema ta’ numerazzjoni għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(4), 28(3), 36(4) u 38(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (2) jipprevedi format standardizzat tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi billi jistabbilixxi l-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni ta’ vetturi individwali tal-UE u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat. |
|
(2) |
Il-mudelli għad-dokumenti ta’ informazzjoni, li jinsabu fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, jenħtieġ li jiġu mmodifikati biex jitqiesu r-rekwiżiti l-ġodda introdotti bir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-atti regolatorji adottati skontu. |
|
(3) |
Sabiex ikun hemm approċċ konsistenti fir-rigward tan-numerazzjoni taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni, huwa meħtieġ ukoll li tiġi emendata s-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 biex tirrifletti l-iżvilupp regolatorju skont ir-Regolament (UE) 2019/2144. |
|
(4) |
Huwa xieraq ukoll li jiġi emendat l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, li jistabbilixxi l-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati, billi tiġi aġġornata r-referenza għar-Regolament (UE) 2019/2144. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2144 jirrikjedi li vetturi ġodda jkunu mgħammra b’sistemi avvanzati ta’ sikurezza, inklużi l-assistenza ta’ emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata, l-assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, u r-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment. Huwa xieraq li jkun meħtieġ li ċ-ċertifikat ta’ konformità jindika liema sistemi huma installati fil-vettura. Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu l-entrati rilevanti fil-mudelli għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri, u l-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw l-emendi għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat fis-sistemi rispettivi tagħhom, id-data tal-applikazzjoni tal-Anness V jenħtieġ li tiġi differita. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(3) |
l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness V għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
in-noti ta’ spjegazzjoni huma emendati kif ġej:
|
|
(2) |
il-punt 2.2.1.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
jiddaħħlu l-punti 2.11.4.1. u 2.11.4.2. li ġejjin:
|
|
(5) |
il-punt 2.13. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
il-punt 2.14.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt 3.2.18.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
il-punt 4.11.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
jiddaħħlu l-punti 4.11.4., 4.11.5 u 4.11.6. li ġejjin:
|
|
(10) |
jiddaħħlu l-punti 6.7., 6.7.1. u 6.7.2. li ġejjin:
|
|
(11) |
jiddaħħlu l-punti 7.4. sa 7.6.3. li ġejjin:
|
|
(12) |
il-punt 8.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(13) |
il-punt 8.9. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
jiddaħħlu l-punti 8.12., 8.12.1. u 8.12.2. li ġejjin:
|
|
(15) |
il-punti 9.14. sa 9.14.4. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(16) |
il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 9.14.5.:
|
|
(17) |
il-punti 9.14.6. u 9.14.7. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(18) |
il-punt 9.16.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(19) |
il-punti 9.17.4. u 9.17.4.1. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(20) |
jiddaħħal il-punt 9.17.4.3. li ġej:
|
|
(21) |
il-punt 9.20.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(22) |
il-punt 9.25.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(23) |
jiddaħħal il-punt 10.1.1. li ġej:
|
|
(24) |
jiddaħħlu l-punti 12.2.4., 12.2.4.1. u 12.2.4.2. li ġejjin:
|
|
(25) |
jiddaħħlu l-punti 12.6.5. sa 12.6.5.5. li ġejjin:
|
|
(26) |
jiddaħħlu l-punti 12.11. sa 12.17.3. li ġejjin:
|
|
(27) |
Jiżdiedu l-punti 17. sa 17.11. li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-Parti I (A. Il-Kategoriji M u N) huma emendati kif ġej:
|
|
(2) |
il-Parti I (B. Il-Kategorija O) hija emendata kif ġej:
|
ANNESS III
L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 2.2., il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (c), meta Regolament (bażi) ikun fih annessi separati b’rekwiżiti u preskrizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu applikati għal suġġetti differenti li jkopru s-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi, ir-referenza fit-Taqsima 2 għandha tiġi segwita minn numru Ruman li jindika n-numru tal-Anness għal dak ir-Regolament.”; |
|
(2) |
fil-punt 3.1., il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
e2*2021/535/XI*2021/535*00003*00” |
|
(3) |
fil-punt 3.1., il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
e2*2021/646*2021/646*00003*00” |
|
(4) |
fil-punt 4., it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, dan l-Anness japplika għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2144 abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti tan-NU elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858, f’liema każ, għandha tkun applikabbli s-sistema ta’ numerazzjoni li ġejja:”; |
|
(5) |
il-punt 4.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fl-eżempju fil-punt 4.6.1., in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip huwa sostitwit b’dan li ġej: “e1*2019/2144*13-HR00/16*00001*00”; |
|
(7) |
fl-eżempju fil-punt 4.6.2., in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip huwa sostitwit b’dan li ġej: “e25*2019/2144*46R04/01*00123*05”. |
ANNESS IV
Fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2020/683, it-tieni paragrafu tal-punt 4. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Madankollu, dan l-Anness japplika għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2144 fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti tan-NU elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, f’liema każ għandhom japplikaw dawn li ġejjin:”.
ANNESS V
Fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2020/683, l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-Parti I (Vetturi kompluti u kkompletati) hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
il-Parti II (Vetturi mhux kompluti) hija emendata kif ġej:
|