1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1092

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “Innovazzjoni” skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti ġuridiċi fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tipproduċi u tibgħat lill-Kummissjoni kull sena kalendarja, skont l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2152, data dwar is-suġġett “Innovazzjoni”, kif elenkat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, li tkun komparabbli bejn l-Istati Membri, u biex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tas-suġġett “Innovazzjoni” abbażi ta’ kunċetti armonizzati, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-varjabbli, l-unità tal-kejl, il-popolazzjoni tal-istatistika, klassifikazzjonijiet u diżaggregazzjonijiet, l-użu ta’ approssimazzjonijiet u rekwiżiti tal-kwalità, l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data, u l-ewwel perjodu ta’ referenza.

(2)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-suġġett “Innovazzjoni”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) data għall-perjodu ta’ referenza f’konformità mal-Annessi I sa III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.


ANNESS I

Data li għandha tiġi trażmessa

Varjabbli

Kif speċifikat fl-Anness II

Unità tal-kejl

Kif speċifikat fl-Anness II

Popolazzjoni statistika

L-intrapriżi kollha b’attività ekonomika fit-Taqsimiet B, C, D, E, H, J, K, u d-Diviżjonijiet 46, 71, 72 jew 73 tal-NACE b’10 impjegati jew aktar u persuni li jaħdmu għal rashom tul il-perjodu ta’ referenza (1).

Diżaggregazzjonijiet

Settijiet tad-data kif speċifikat fl-Anness II (diżaggregazzjonijiet varjabbli) u l-Anness III (diżaggregazzjonijiet tal-intrapriżi)

Użu ta’ approssimazzjonijiet u Rekwiżiti ta’ kwalità

Unità statistika “intrapriża”

Meta l-unità tar-rapportar tkun parti minn intrapriża, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija statistika xierqa biex jipproduċu, u jittrażmettu data lill-Eurostat, għall-unità statistika “intrapriża”. Il-metodoloġija għandha tiġi deskritta fir-rapportar dwar il-metadata u l-kwalità.

Koerenza mar-Reġistru Kummerċjali nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-koerenza bejn id-data miġbura u l-informazzjoni li hemm fir-Reġistru Kummerċjali nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2019/2152 għal, mill-inqas, il-varjabbli “Għadd ta’ intrapriżi”, “Impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom fl-intrapriża”, “Fatturat totali tal-intrapriża”, u “Età tal-intrapriża”. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-valutazzjoni fir-rappurtar dwar il-metadata u l-kwalità.

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Data finali u vvalidata: T + 18-il xahar wara s-sena ta’ referenza

L-ewwel sena ta’ referenza

2022


(1)  F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2152 (Suġġett “Innovazzjoni”) il-“perjodu ta’ referenza huwa l-perjodu ta’ tliet snin qabel tmiem kull sena kalendarja biż-żewġ”, jiġifieri s-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza u s-sena ta’ referenza.


ANNESS II

Settijiet tad-data

Isem tal-varjabbli

Kategoriji ta’ diżaggregazzjonijiet varjabbli

Ambitu tal-intrapriża/

Diżaggregazzjoni(jiet) tal-intrapriża  (1)/

Unità tal-kejl

Introduzzjoni tal-innovazzjoni tal-prodott tul il-perjodu ta’ referenza (2)

Introduzzjoni ta’

(1)

oġġetti ġodda jew imtejba

(2)

servizzi ġodda jew imtejba

L-intrapriżi kollha/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Introduzzjoni, tul il-perjodu ta’ referenza, ta’ innovazzjoni tal-prodott li kienet ġdida għas-suq

Introduzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi ġodda jew imtejba li:

(1)

qatt ma kienu ġew offruti qabel mill-kompetituri

(2)

kienu identiċi jew simili ħafna għal prodotti offruti mill-kompetituri

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Fatturat minn prodotti innovattivi tul is-sena ta’ referenza

Fatturat mill-prodotti

(1)

introdotti tul il-perjodu ta’ referenza li qabel ma kinux jiġu offruti mill-kompetituri

(2)

introdotti tul il-perjodu ta’ referenza li kienu identiċi jew simili ħafna għal prodotti offruti mill-kompetituri

(3)

li ma nbidlux jew ġew modifikati biss marġinalment tul il-perjodu ta’ referenza

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi), Elf Euro

Żviluppatur tal-innovazzjonijiet tal-prodott introdotti tul il-perjodu ta’ referenza

Innovazzjonijiet tal-prodott żviluppati:

(1)

mill-intrapriża stess

(2)

mill-intrapriża flimkien ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(3)

mill-intrapriża b’adattament jew modifiki ta’ prodotti li oriġinarjament kienu żviluppati minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(4)

minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Introduzzjoni tal-innovazzjoni tal-proċess kummerċjali tul il-perjodu ta’ referenza

Introduzzjoni ta’ proċessi ġodda jew imtejba:

(1)

metodi għall-produzzjoni jew l-iżvilupp ta’ oġġetti jew għall-forniment ta’ servizzi

(2)

metodi ta’ loġistika, konsenjar jew distribuzzjoni

(3)

metodi għall-ipproċessar jew il-komunikazzjoni tal-informazzjoni

(4)

metodi għall-kontabbiltà jew operazzjonijiet amministrattivi oħra

(5)

prattiki kummerċjali għall-organizzazzjoni ta’ proċeduri jew relazzjonijiet esterni

(6)

metodi ta’ organizzazzjoni ta’ responsabbiltà tax-xogħol, teħid tad-deċiżjonijiet jew ġestjoni tar-riżorsi umani

(7)

metodi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal servizzi ta’ promozzjoni, imballaġġ, ipprezzar, tqegħid ta’ prodotti jew servizzi ta’ wara l-bejgħ

L-intrapriżi kollha/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Żviluppatur tal-innovazzjonijiet tal-proċessi kummerċjali introdotti tul il-perjodu ta’ referenza

Innovazzjonijiet tal-proċess kummerċjali żviluppati:

(1)

mill-intrapriża stess

(2)

mill-intrapriża flimkien ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(3)

mill-intrapriża b’adattament jew modifiki ta’ proċessi kummerċjali li oriġinarjament kienu żviluppati minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(4)

minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Innovazzjoni tal-mudell tan-negozju tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Bidliet fundamentali:

(1)

fil-valur li l-prodotti/is-servizzi joħolqu għall-klijenti

(2)

fil-mod kif jinkiseb id-dħul

(3)

fil-produzzjoni u l-konsenjar tal-prodotti

(4)

fir-relazzjoni mal-klijenti

(5)

fir-relazzjoni mal-fornituri jew mas-sħab fil-kooperazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Attivitajiet ta’ innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza

Attivitajiet ta’ Riċerka u Żvilupp (R&D):

(1)

R&D imwettqa internament, li minnhom (2) sa (3)

(2)

kontinwa

(3)

okkażjonali

(4)

R&D esternalizzati b’kuntratt

Attivitajiet tal-innovazzjoni li ma wasslux għall-introduzzjoni ta’ innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza:

(5)

għaddejjin sa tmiem is-sena ta’ referenza

(6)

abbandunati jew sospiżi

(7)

lesti iżda li ma wasslux għall-introduzzjoni ta’ innovazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Nefqa fuq attivitajiet tal-innovazzjoni tul is-sena ta’ referenza

Nefqa fuq l-innovazzjoni

(1 sa 3 obbligatorji, 4 sa 7 fakultattivi)

(1)

R&D imwettqa internament

(2)

R&D esternalizzati b’kuntratt

(3)

in-nefqa l-oħra kollha fuq l-innovazzjoni, li minnha (4) sa (7)

(4)

persunal proprju li jaħdem fuq l-innovazzjoni

(5)

servizzi, materjali, provvisti mixtrija minn oħrajn għall-innovazzjoni

(6)

oġġetti kapitali għall-innovazzjoni

(7)

nefqiet oħra għall-innovazzjoni

Intrapriżi b’attivitajiet tal-innovazzjoni/

DA/

Elf Euro

Raġunijiet għan-nuqqas ta’ aktar attivitajiet tal-innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza

(1)

Nuqqas ta’ riżorsi, eż. nuqqas ta’ finanzi, persunal kwalifikat, materjal

(2)

Raġunijiet oħra għajr in-nuqqas ta’ riżorsi, eż. raġunijiet strateġiċi; mhux il-mument opportun għall-innovazzjoni; prijoritajiet oħra; riskji għoljin wisq; redditu mistenni baxx

(3)

M’hemmx bżonn aktar attivitajiet tal-innovazzjoni

Intrapriżi b’attivitajiet tal-innovazzjoni/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Raġunijiet għalfejn ma saret l-ebda attività tal-innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza

(1)

Nuqqas ta’ riżorsi, eż. nuqqas ta’ finanzi, persunal kwalifikat, materjal

(2)

Raġunijiet oħra għajr in-nuqqas ta’ riżorsi, eż. raġunijiet strateġiċi; mhux il-mument opportun għall-innovazzjoni; prijoritajiet oħra; riskji għoljin wisq; redditu mistenni baxx

(3)

M’hemmx bżonn attivitajiet tal-innovazzjoni

Intrapriżi bla attivitajiet tal-innovazzjoni/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (varjabbli fakultattiv)

(1)

Applikazzjoni għal privattiva

(2)

Reġistrazzjoni għal dritt ta’ disinn industrijali

(3)

Reġistrazzjoni għal marka kummerċjali

(4)

Dikjarazzjoni ta’ dritt tal-awtur

(5)

Użu ta’ sigrieti kummerċjali

(6)

Liċenzjar ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) proprji

(7)

Bejgħ (jew assenjar) ta’ DPI proprji lil ħaddieħor

(8)

Skambju ta’ DPI (ġbir, kontroliċenzjar, eċċ.)

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Kundizzjonijiet li ssib l-intrapriża tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Ambjent kompetittiv karatterizzat minn:

(1)

oġġetti jew servizzi li jsiru antikwati malajr

(2)

żviluppi teknoloġiċi futuri li diffiċli jitbassru

(3)

oġġetti jew servizzi ta’ kompetituri li jinbidlu faċilment b’dawk tal-intrapriża

(4)

dħul ta’ kompetituri ġodda li joħloq theddida kbira tal-pożizzjoni fis-suq tal-intrapriżi

(5)

azzjonijiet tal-kompetituri li diffiċli jitbassru

(6)

bidliet fid-domanda li diffiċli jitbassru

(7)

kompetizzjoni qawwija minn barra l-pajjiż

(8)

żidiet fil-prezzijiet li jwasslu għal telf ta’ klijenti

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Tapplika bis-sħiħ

Tapplika xi ftit

Tapplika ftit li xejn

Ma tapplika xejn

L-importanza tal-istrateġiji, tul il-perjodu ta’ referenza, għall-prestazzjoni ekonomika tal-intrapriża (varjabbli fakultattiv)

Enfasi fuq:

(1)

it-titjib ta’ oġġetti jew servizzi eżistenti

(2)

l-introduzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi ġodda

(3)

prezz baxx (tmexxija fil-prezz)

(4)

kwalità għolja (tmexxija fil-kwalità)

(5)

firxa wiesgħa ta’ oġġetti jew servizzi

(6)

wieħed jew għadd żgħir ta’ oġġetti jew servizzi ewlenin

(7)

l-issodisfar tal-klijenti stabbiliti

(8)

il-kuntatt ma’ klijenti ġodda

(9)

oġġetti jew servizzi standardizzati

(10)

soluzzjonijiet speċifiċi għall-klijenti

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Għolja

Medja

Baxxa

Mhux importanti

Personalizzazzjoni u kokreazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Offerta ta’ oġġetti jew servizzi:

(1)

kokreati mal-utenti (kokreazzjoni)

(2)

iddisinjati u żviluppati speċifikament biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ utenti partikolari (personalizzazzjoni)

(3)

bl-istess mod għal utenti differenti (oġġetti jew servizzi standardizzati)

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Kooperazzjoni ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra tul il-perjodu ta’ referenza

Kooperazzjoni dwar:

(1)

R&D

(2)

attivitajiet oħra tal-innovazzjoni (għajr R&D)

(3)

attivitajiet kummerċjali oħra

Kooperazzjoni dwar R&D jew attivitajiet oħra tal-innovazzjoni ma’ sħab tal-kooperazzjoni:

(4)

mis-settur tal-intrapriża kummerċjali

(5)

barra mis-settur tal-intrapriża kummerċjali

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Tip dettaljat ta’ sieħeb tal-kooperazzjoni tal-innovazzjoni skont il-post tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Sħab tal-kooperazzjoni mis-settur tal-intrapriża kummerċjali (inkluż 1 sa 6):

(1)

konsulenti, laboratorji kummerċjali, jew istituti tar-riċerka privati

(2)

fornituri ta’ tagħmir, materjali, komponenti jew software

(3)

klijenti

(4)

kompetituri

(5)

ħaddieħor

Sħab tal-kooperazzjoni mill-grupp tal-intrapriżi proprji:

(6)

intrapriżi fil-grupp tal-intrapriżi proprji

Sħab tal-kooperazzjoni minn barra s-settur tal-intrapriża kummerċjali (inkluż 7 sa 10):

(7)

universitajiet jew istituzzjonijiet oħra tal-edukazzjoni ogħla

(8)

istituti governattivi jew tar-riċerka pubblika

(9)

klijenti mis-settur pubbliku

(10)

organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ

Għal kull sieħeb: li jinsab:

(11)

f’pajjiżu stess

(12)

f’pajjiżi oħra tal-UE jew tal-EFTA

(13)

fil-pajjiżi l-oħra kollha

Intrapriżi bi sħab tal-kooperazzjoni fl-innovazzjoni/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Aċċess għall-finanzi tul il-perjodu ta’ referenza

Tip ta’ finanzjament:

(1)

Finanzjament ta’ ekwità

(2)

Finanzjament ta’ djun

Għal kull tip ta’ finanzjament li:

(3)

sar tentattiv biex jinkiseb iżda falla

(4)

inkiseb

(5)

inkiseb u ntuża parzjalment jew kollu għall-R&D jew għal attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Appoġġ finanzjarju pubbliku minn livelli governattivi differenti tul il-perjodu ta’ referenza

Appoġġ finanzjarju pubbliku permezz ta’:

(1)

awtoritajiet lokali jew reġjonali

(2)

il-gvern nazzjonali

(3)

il-programm tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020, Orizzont Ewropa)

(4)

appoġġ finanzjarju ieħor mingħand istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea

Għal kull tip ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku li:

(5)

inkiseb

(6)

inkiseb u ntuża parzjalment jew kollu għall-R&D jew għal attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Inċentivi fiskali jew allokazzjonijiet tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Użu ta’ krediti fiskali jew allokazzjonijiet għal:

(1)

R&D jew attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

(2)

it-tipi l-oħra kollha tal-attivitajiet

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

L-importanza tal-fatturi relatati mat-tibdil fil-klima tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Fatturi relatati mat-tibdil fil-klima:

(1)

politiki jew miżuri tal-gvern relatati mat-tibdil fil-klima

(2)

żieda fid-domanda tal-klijenti għal prodotti li jgħinu fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew fl-adattament għalih (eż. prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju)

(3)

żieda fil-kostijiet jew fil-prezzijiet tal-input minħabba t-tibdil fil-klima (eż. tariffi ogħla tal-assigurazzjoni, prezzijiet ogħla għall-ilma, adattament tal-proċessi jew tal-faċilitajiet)

(4)

impatti ta’ kundizzjonijiet estremi tat-temp (eż. ħsarat/disturbi)

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Għolja

Medja

Baxxa

Mhux rilevanti

Innovazzjonijiet b’benefiċċji ambjentali tul il-perjodu ta’ referenza

Benefiċċji ambjentali miksuba fl-intrapriża:

(1)

tnaqqis fl-użu tal-materjal jew tal-ilma għal kull unità ta’ output

(2)

tnaqqis fl-użu tal-enerġija jew tal-impronta tas-CO2 (jiġifieri tnaqqis fl-emissjoni totali tas-CO2)

(3)

tnaqqis fit-tniġġis tal-ħamrija, tad-dawl, tal-istorbju, tal-ilma jew tal-arja

(4)

sostituzzjoni ta’ sehem tal-materjali b’sostituti inqas niġġiesa jew perikolużi

(5)

sostituzzjoni ta’ sehem tal-enerġija fossili b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli

(6)

skart, ilma, jew materjali riċiklati għal użu jew bejgħ proprju

(7)

protezzjoni tal-bijodiversità

Benefiċċji ambjentali miksuba waqt il-konsum jew l-użu ta’ oġġett jew servizz mill-utent finali:

(8)

tnaqqis fl-użu tal-enerġija jew fl-impronta tas-CO2

(9)

tnaqqis fit-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija, tad-dawl jew tal-istorbju

(10)

riċiklaġġ faċilitat tal-prodott wara l-użu

(11)

ħajja estiża tal-prodott permezz ta’ prodotti aktar dejjiema, aktar durabbli, jew aktar faċli biex jissewwew

(12)

protezzjoni tal-bijodiversità

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) skont il-kontribut għall-ħarsien ambjentali, jekk ikunx

sinifikanti

insinifikanti

Importanza tal-fatturi abilitanti għal innovazzjonijiet b’benefiċċji ambjentali tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Fatturi abilitanti:

(1)

regolamenti ambjentali eżistenti

(2)

taxxi, imposti jew tariffi ambjentali eżistenti

(3)

regolamenti jew taxxi ambjentali mistennija fil-futur

(4)

għotjiet, sussidji jew inċentivi finanzjarji oħra mill-gvern għal innovazzjonijiet ambjentali

(5)

id-domanda attwali jew mistennija tas-suq għall-innovazzjonijiet ambjentali

(6)

titjib fir-reputazzjoni tal-intrapriża

(7)

azzjonijiet jew inizjattivi volontarji għal prattika tajba ambjentali fis-settur

(8)

kost għoli tal-enerġija, tal-ilma jew tal-materjali

(9)

il-ħtieġa li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku

Intrapriżi b’innovazzjonijiet b’benefiċċji ambjentali/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Għolja

Medja

Baxxa

Mhux importanti

Xiri ta’ makkinarju, tagħmir jew software innovattivi tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Xiri ta’ makkinarju, tagħmir jew software ibbażati fuq

(1)

l-istess teknoloġija jew teknoloġija mtejba li ntużat qabel fl-intrapriża

(2)

teknoloġija ġdida li ma ntużatx qabel fl-intrapriża

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Intrapriżi

Sena:

(obbligatorja: 1 fakultattiva: 2)

(1)

tul is-sena ta’ referenza

(2)

fis-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC; SG/

Numru ta’ intrapriżi

Impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom fl-intrapriża

Sena:

(obbligatorja: 1; fakultattiva: 2)

(1)

tul is-sena ta’ referenza

(2)

fis-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC; SG/

Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom

Persuni b’lawrja terzjarja impjegati fl-intrapriża tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

(1)

0 %

(2)

1 % sa inqas minn 5 %

(3)

5 % sa inqas minn 10 %

(4)

10 % sa inqas minn 25 %

(5)

25 % sa inqas minn 50 %

(6)

50 % sa inqas minn 75 %

(7)

75 % jew aktar

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Fatturat totali tal-intrapriża

Sena:

(obbligatorja: 1; fakultattiva: 2)

(1)

tul is-sena ta’ referenza

(2)

fis-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC; SG/

Elf Euro

Fatturat skont il-post tal-klijenti tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Klijenti li jinsabu

(1)

f’pajjiżhom stess

(2)

f’pajjiżi oħra tal-UE jew tal-EFTA

(3)

fil-pajjiżi l-oħra kollha

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi), Elf Euro

Nefqa totali tal-intrapriża tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Nefqa totali fuq:

(1)

l-akkwiżizzjoni ta’ makkinarju, tagħmir, binjiet u assi tanġibbli oħra

(2)

il-kummerċjalizzazzjoni, il-bini ta’ ditti, ir-reklamar

(3)

it-taħriġ tal-persunal proprju

(4)

id-disinn tal-prodott

(5)

l-iżvilupp tas-software, ix-xogħol tal-bażi tad-data u l-analiżi tad-data

(6)

ir-reġistrazzjoni, il-preżentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) proprji u x-xiri jew il-liċenzjar ta’ DPI mingħand ħaddieħor

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Elf Euro

Età tal-intrapriża tul is-sena ta’ referenza

Intrapriża stabbilita

(1)

fl-2020 jew wara

(2)

fl-2018 jew fl-2019

(3)

bejn l-2014 u l-2017

(4)

fl-2013 jew qabel

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Tip ta’ grupp ta’ intrapriżi tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

L-intrapriża:

(1)

mhix parti minn grupp ta’ intrapriżi

(2)

hi parti minn grupp ta’ intrapriżi

Għal (2), l-uffiċċju prinċipali jinsab fi:

(3)

f’pajjiżha stess, li minnu (4) u (5)

(4)

l-intrapriżi kollha ta’ dak il-grupp jinsabu fil-pajjiż

(5)

f’xi pajjiż ieħor

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi), Isem il-pajjiż

Attivitajiet ma’ intrapriża waħda jew aktar tal-grupp ta’ intrapriżi tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Flussi ta’ dħul minn intrapriżi oħra fil-grupp ta’ intrapriżi:

(1)

kisba ta’ għarfien tekniku

(2)

kisba ta’ riżorsi finanzjarji

(3)

kisba ta’ persunal

(4)

internalizzazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali

Flussi ta’ ħruġ lejn intrapriżi oħra fil-grupp ta’ intrapriżi:

(5)

trasferiment ta’ għarfien tekniku

(6)

trasferiment ta’ riżorsi finanzjarji

(7)

trasferiment ta’ persunal

(8)

esternalizzazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali

Intrapriżi li huma parti minn grupp ta’ intrapriżi/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) minn

intrapriża oħra fil-pajjiż

intrapriża oħra barra mill-pajjiż

Finanzjament fil-forma ta’ self intragrupp tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Finanzjament minn self intragrupp:

(1)

sar tentattiv biex jinkiseb iżda falla

(2)

inkiseb

(3)

inkiseb u ntuża parzjalment jew kollu għall-R&D jew għal attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

Intrapriżi li huma parti minn grupp ta’ intrapriżi/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)


(1)  Għat-tifsira tal-abbrevjazzjonijiet ara l-Anness III.

(2)  F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2152 (Suġġett “Innovazzjoni”) il-“perjodu ta’ referenza huwa l-perjodu ta’ tliet snin qabel tmiem kull sena kalendarja biż-żewġ”, jiġifieri s-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza u s-sena ta’ referenza.


ANNESS III

Diżaggregazzjonijiet tal-intrapriża

Diżaggregazzjoni tal-intrapriża

Kodiċi

Kategoriji ta’ diżaggregazzjonijiet tal-intrapriża

Attività Dettaljata: Attività ekonomika (livell għoli ta’ dettall), klassi tad-daqs, status tal-innovazzjoni

DA (1)

Diżaggregazzjoni kkombinata skont l-attività ekonomika (dettaljata), il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom), u l-istatus tal-innovazzjoni

Diżaggregazzjoni tal-attività:

Aggregati tan-NACE tat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet kif ukoll Taqsimiet u Diviżjonijiet: B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, B, C, 10 + 11 + 12, 13 + 14 + 15, 16 + 17 + 18, 19 + 20 + 21, 22 + 23, 24 + 25, 26 + 27 + 28, 29 + 30, 31 + 32 + 33, D, E, 36 + 37; 38 + 39, 46+H+J+K+71 + 72 + 73, 46, H, 49 + 50 + 51, 52 + 53, J, 58 + 59 + 60, 61 + 62 + 63, K, 71, 72, 73, 71 + 72 + 73

Diżaggregazzjoni skont in-numru ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom) (biss għal B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, B, C, D, E, 46+H+J+K+71 + 72 + 73, 46, H, J, K, 71 + 72 + 73):

Persuni impjegati totali, 10-49, 50-249, 250 jew aktar

Status tal-innovazzjoni

L-intrapriżi kollha fil-popolazzjoni (Total),

Intrapriżi attivi fl-innovazzjoni (2),

Intrapriżi li mhumiex attivi fl-innovazzjoni

Kunċetti Ewlenin tal-Innovazzjoni: Attività ekonomika (livell għoli ta’ dettall), klassi tad-daqs, profil tal-innovazzjoni

ICC

Diżaggregazzjoni kkombinata skont l-attività (livell baxx ta’ dettall), il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom), u l-profil tal-innovazzjoni

Diżaggregazzjoni tal-attività:

Aggregati tan-NACE tat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet: B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, 46+H+J+K+71 + 72 + 73

Diżaggregazzjoni tal-klassi tad-daqs skont l-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom):

Persuni impjegati totali, 10-49, 50-249, 250 jew aktar

Diżaggregazzjoni tal-profili tal-innovazzjoni:

L-intrapriżi kollha fil-popolazzjoni (Total),

Intrapriżi attivi fl-innovazzjoni (Profil I + Profil II + Profil III + Profil IV + Profil V),

Intrapriżi mhux attivi fl-innovazzjoni (Profil VI + Profil VII),

Intrapriżi li introduċew innovazzjoni (Profil I + Profil II + Profil III + Profil IV),

Intrapriżi li ma introduċewx innovazzjoni (Profil V + Profil VI + Profil VII),

Intrapriżi b’kapaċitajiet tal-innovazzjoni (Profil I + Profil II + Profil III + Profil V),

Intrapriżi mingħajr kapaċitajiet tal-innovazzjoni (Profil IV + Profil VI + Profil VII),

Intrapriżi b’attivitajiet tal-R&D (Profil IA + Profil IIA + Profil IIIA + Profil IVA + Profil VA),

Intrapriżi mingħajr attivitajiet tal-R&D (Profil IB + Profil IIB + Profil IIIB + Profil IVB + Profil VB + Profil VI + Profil VII),

Innovaturi ta’ prodotti mwettqa internament b’novitajiet tas-suq (Profil I),

Innovaturi ta’ prodotti mwettqa internament mingħajr novitajiet tas-suq (Profil II),

Innovaturi ta’ proċessi kummerċjali mwettqa internament bla innovazzjoni tal-prodott (Profil III) (fakultattiv),

Innovaturi li ma jiżviluppawx l-innovazzjonijiet huma stess (Profil IV) (fakultattiv),

Noninnovaturi b’attività tal-innovazzjoni (Profil V) (fakultattiv),

Noninnovaturi mingħajr attività tal-innovazzjoni iżda b’potenzjal ta’ innovazzjoni (Profil VI),

Noninnovaturi mingħajr attività tal-innovazzjoni u mingħajr potenzjal ta’ innovazzjoni (Profil VII),

Gruppi Speċjali ta’ intrapriżi

SG

Diżaggregazzjoni kkombinata skont l-attività (livell baxx ta’ dettall), il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom), u t-tip ta’ intrapriża (innovazzjoni)

Diżaggregazzjoni tal-attività:

Aggregati tan-NACE tat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet: B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, 46+H+J+K+71 + 72 + 73

Diżaggregazzjoni tal-klassi tad-daqs skont l-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom):

Persuni impjegati totali, 10-49, 50-249, 250 jew aktar

Tip ta’ intrapriża (innovazzjoni):

L-intrapriżi kollha fil-popolazzjoni,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda ta’ oġġett,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda ta’ servizz,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda tal-prodott (oġġetti jew servizzi) li ma kinitx disponibbli qabel għas-suq (“ġdida għas-suq”),

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda tal-prodott (oġġetti jew servizzi) li diġà kienet disponibbli fis-suq “ġdida għall-intrapriża”,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda tal-proċess kummerċjali (indipendenti mit-tip ta’ innovazzjoni tal-proċess kummerċjali),

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott iżda mingħajr innovazzjoni tal-proċess kummerċjali,

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali iżda mingħajr innovazzjoni tal-prodott,

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott u b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali,

Intrapriżi li jesternalizzaw l-R&D b’kuntratt iżda mingħajr R&D imwettqa internament,

Intrapriżi b’attivitajiet tal-innovazzjoni (innovazzjoni tal-prodott, innovazzjoni tal-proċess kummerċjali, attivitajiet tal-innovazzjoni lesti, għaddejjin jew abbandunati) iżda mingħajr R&D imwettqa internament jew mingħajr R&D esternalizzati b’kuntratt


(1)  L-Istati Membri jistgħu jkopru wkoll it-Taqsimiet A, F, G, I tan-NACE fuq bażi volontarja.

(2)  Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott, b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali (iżda li ma twassalx għal innovazzjoni implimentata tul il-perjodu ta’ referenza), b’attivitajiet tal-innovazzjoni lesti, għaddejjin jew abbandunati, b’R&D imwettqa internament jew b’R&D esternalizzati b’kuntratt