30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/58


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1039

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sospensjoni għas-sena 2023 ta’ ċerti preferenzi tariffarji mogħtija lil ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati, fis-sens tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-preferenzi tariffarji tal-arranġament ġenerali tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP) għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta’ prodotti ta’ taqsima tal-SĠP li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju tal-SĠP meta l-valur medju tal-importazzjonijiet mill-Unjoni ta’ dawn il-prodotti għal tliet snin konsekuttivi minn dak il-pajjiż benefiċjarju tal-SĠP jaqbeż il-limiti elenkati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u fuq il-bażi ta’ statistika dwar il-kummerċ fir-rigward tas-snin kalendarji 2015-2017, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/249 (2) stabbilixxa l-lista tat-taqsimiet tal-prodotti li għalihom il-preferenzi tariffarji ġew sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(3)

Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrieżamina din il-lista u tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi jew jistabbilixxi mill-ġdid il-preferenzi tariffarji.

(4)

Billi r-Regolament (UE) Nru 978/2012 għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023, il-lista riveduta jenħtieġ li tapplika għal sena mill-1 ta’ Jannar 2023. Il-lista hija bbażata fuq statistika dwar il-kummerċ fir-rigward tas-snin kalendarji 2018-2020 kif disponibbli fl-1 ta’ Settembru 2021 u tqis l-importazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 kif applikabbli f’dik id-data. Madankollu, ma tqisx il-valur tal-importazzjoni minn benefiċjarji tal-SĠP li mill-1 ta’ Jannar 2023 mhumiex se jibqgħu jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huma sospiżi fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP kkonċernati, fir-rigward tal-lista ta’ prodotti tat-taqsimiet tal-SĠP stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/249 tat-12 ta’ Frar 2019 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta’ ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 42, 13.2.2019, p. 6).


ANNESS

Il-lista tat-taqsimiet tal-SĠP li fir-rigward tagħhom ġew sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ pajjiż benefiċjarju kkonċernat tal-SĠP:

Kolonna A: Isem il-pajjiż

Kolonna B: Taqsima tal-SĠP (l-Artikolu 2(j) tar-Regolament tal-SĠP)

Kolonna C: Deskrizzjoni

A

B

C

L-Indja

S-6a

Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi

S-7a

Plastiks u oġġetti magħmulin minnhom

S-8b

Oġġetti tal-ġilda; ferijiet u fer artifiċjali

S-11a

Tessuti

S-13

Oġġetti tal-ġebla, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili; prodotti taċ-ċeramika; ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

S-14

Perli u metalli prezzjużi

S-15a

Ħadid, azzar u oġġetti tal-ħadid u tal-azzar

S-15b

Metalli komuni (eskluż il-ħadid u l-azzar), oġġetti ta’ metalli komuni (esklużi l-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar)

S-16

Makkinarju u għodod mekkaniċi; Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom

S-17a

Lokomotivi tal-ferrovija jew tat-tramm, vetturi ferrovjarji

L-Indoneżja

S-1a

Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut

S-3

Żjut tal-annimali jew żjut veġetali, xaħmijiet u xama’

S-5

Prodotti minerali

S-9a

Injam u oġġetti tal-injam; karbonju tal-injam

Il-Kenja

S-2a

Pjanti ħajjin u prodotti mill-florikultura