27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/996

tal-14 ta’ Ġunju 2022

dwar ir-regoli biex jiġu verifikati l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-kriterji ta’ riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tespandi r-rwol tal-iskemi volontarji biex jinkludu ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-fjuwils mill-bijomassa mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) u l-konformità tal-fjuwils għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-fjuwils tal-karbonju riċiklat mal-kriterji rispettivi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-GHG. Barra minn hekk, l-iskemi volontarji jistgħu jintużaw biex jiġu ċċertifikati bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art.

(2)

Sabiex jiġi stabbilit jekk il-bijokarburanti, il-bijolikwidi, il-fjuwils mill-bijomassa, il-fjuwils għat-trasport rinnovabbli gassużi u likwidi ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklat jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/2001, huwa essenzjali l-funzjonament korrett u armonizzat tal-iskemi volontarji. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli armonizzati, biex japplikaw fis-sistema kollha ta’ ċertifikazzjoni, li jġibu ċ-ċertezza legali meħtieġa dwar ir-regoli applikabbli għall-operaturi ekonomiċi u l-iskemi volontarji.

(3)

Bil-għan li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, ir-regoli ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu proporzjonati u limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ma’ rekwiżiti oħra tiġi vverifikata b’mod adegwat u armonizzat li jimminimizza kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ frodi. Għalhekk, ir-regoli ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala standard komprensiv iżda pjuttost bħala rekwiżiti minimi. L-iskemi volontarji jistgħu għalhekk jikkomplementaw dawn ir-regoli kif xieraq.

(4)

L-operaturi ekonomiċi jistgħu jiddeċiedu fi kwalunkwe ħin li jipparteċipaw fi skema volontarja differenti. Madankollu, sabiex jiġi prevenut li operatur ekonomiku li ma jkunx għadda minn awditu taħt skema japplika immedjatament għaċ-ċertifikazzjoni taħt skema oħra, l-iskemi kollha li jirċievu applikazzjoni minn operatur ekonomiku jenħtieġ li jirrikjedu li l-operatur jipprovdi informazzjoni dwar jekk ikunx weħel minn awditu fil-5 snin preċedenti. Dan jenħtieġ li japplika wkoll għal sitwazzjonijiet fejn l-operatur ekonomiku jkollu personalità ġuridika ġdida iżda jibqa’ l-istess fis-sustanza, sabiex bidliet minuri jew purament formali, pereżempju, fl-istruttura ta’ governanza jew fl-ambitu tal-attivitajiet, ma jeżentawx lill-operatur ekonomiku l-ġdid minn tali regola.

(5)

Is-sistema ta’ bilanċ tal-massa għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv għat-turija tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet serra billi tippermetti t-taħlit ta’ materja prima u ta’ fjuwils b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti u billi tippermetti r-riassenjazzjoni tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà b’mod flessibbli għall-kunsinni rtirati minn tali taħlita. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, it-taħlit taħt is-sistema ta’ bilanċ tal-massa huwa possibbli jekk, pereżempju, il-materja prima tkun tappartjeni għall-istess grupp ta’ prodotti. Grupp ta’ prodotti jista’ jinkludi, pereżempju, tipi differenti ta’ materjal ċellulożiku mhux tal-ikel b’karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, valuri kalorifiċi u/jew fatturi ta’ konverżjoni simili jew it-tipi ta’ materjal linjoċellulożiku kopert taħt il-punt q tal-Anness IX, il-Parti A tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Iż-żjut veġetali verġni, użati għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi, jistgħu jappartjenu għall-istess grupp ta’ prodotti. Madankollu, il-materja prima li tista’ tintuża għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa li huma soġġetti għal regoli differenti fir-rigward tal-kontribut tagħhom lejn il-miri għall-enerġija rinnovabbli ġeneralment jenħtieġ li ma titqiesx bħala parti mill-istess grupp ta’ prodotti peress li dan jirriskja li jimmina l-objettivi tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li tapplika trattament differenzjat tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-fjuwils mill-bijomassa abbażi tal-materja prima li jiġu prodotti minnha. Fil-każ tal-fjuwils gassużi, il-grilja interkonnessa tal-UE titqies bħala sistema waħda ta’ bbilanċjar tal-massa. Il-fjuwils gassużi prodotti u kkunsmati barra mill-grilja jew permezz ta’ networks ta’ distribuzzjoni lokali iżolati għandhom jitqiesu bħala sistemi separati ta’ bbilanċjar tal-massa. Barra minn hekk, huma meħtieġa miżuri ta’ prekawzjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-affermazzjonijiet ta’ sostenibbiltà meta l-fjuwils jiġu esportati lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx is-sistema ta’ bilanċ tal-massa. Għal dan il-għan, is-sistema ta’ bilanċ tal-massa jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ fjuwils li għalihom ma tkun ġiet iddeterminata l-ebda karatteristika ta’ sostenibbiltà u l-konsenji ta’ fjuwils lil operaturi mhux iċċertifikati għandhom jitqiesu fis-sistema ta’ bilanċ tal-massa, abbażi tan-natura fiżika tal-fjuwils ikkonsenjati.

(6)

Fit-tħejjija tal-awditu inizjali fuq il-post kif ukoll matul l-awditi sussegwenti ta’ sorveljanza jew ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, l-awditur jenħtieġ li jagħmel analiżi xierqa tal-profil tar-riskju ġenerali tal-operaturi ekonomiċi. Abbażi tal-għarfien professjonali tal-awditur u tal-informazzjoni sottomessa mill-operatur ekonomiku, din l-analiżi jenħtieġ li tqis mhux biss il-livell ta’ riskju tal-operatur ekonomiku speċifiku iżda wkoll tal-katina tal-provvista (eż. għall-operaturi ekonomiċi li jimmaniġġjaw il-materjali elenkati fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001). L-intensità tal-awditu, l-ambitu tiegħu, jew it-tnejn li huma, jenħtieġ li jiġu adattati għal-livell ta’ riskju ġenerali identifikat sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ fiduċja fil-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-operaturi ekonomiċi, u b’hekk jiġu mitigati ir-riskji għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

(7)

Fl-awditjar ta’ grupp, fejn l-awditi fuq il-post jiġu sostitwiti minn awditi dokumentarji, l-iskemi volontarji u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-awditi jkunu jistgħu jipprovdu l-istess livell ta’ assigurazzjoni pprovdut minn awditu fuq il-post (eż. id-disponibbiltà ta’ immaġnijiet satellitari ta’ kwalità għolja, data dwar iż-żoni protetti u t-torbieri li jipprovdu informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żmien rilevanti).

(8)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 (2), jirrikonoxxi li f’ċerti ċirkostanzi, l-impatti tat-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-fjuwils mill-bijomassa li huma kkunsidrati bħala riskju għoli ta’ ILUC jistgħu jiġu evitati. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC fl-iskemi volontarji, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi li jippermettu ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-fjuwils mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC iċċertifikati jenħtieġ li jiġu eżentati mil-limitu u t-tnaqqis gradwali stabbiliti għal bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa b’riskju għoli ta’ ILUC prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, dment li dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(9)

L-operaturi ekonomiċi li japplikaw għal ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC diġà setgħu kisbu ċertifikazzjoni għal aspetti oħra minn skema volontarja, jew jistgħu japplikaw għal ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC fl-istess ħin li japplikaw għal ċertifikazzjoni għal aspetti oħra li jistgħu jiġu koperti minn skema volontarja. L-applikanti jistgħu jkunu farm, grupp ta’ bdiewa jew l-ewwel punt ta’ ġbir jew maniġer ta’ grupp li jaġixxi f’isem grupp ta’ bdiewa. F’każ li jiġu applikati miżuri għal għelejjel perenni, il-bidu tal-perjodu ta’ validità ta’ 10 snin taċ-ċertifikazzjoni ta’ ILUC baxx jista’ jiġi pospost minħabba d-dewmien bejn il-miżura li tkun qed tiġi implimentata u ż-żieda fir-rendiment li tiġi osservata.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, tal-Bijolikwidi u tal-Karburanti mill-Bijomassa stabbilit bl-Artikolu 34(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

INTRODUZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex jiġi żgurat li jiġi vverifikat b’mod effiċjenti u armonizzat li l-operaturi ekonomiċi:

(a)

jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)

jipprovdu data akkurata dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) u tal-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(c)

jikkonformaw mal-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC stabbiliti bir-Regolament Delegat (UE) 2019/807.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skema volontarja” tfisser organizzazzjoni li tiċċertifika l-konformità tal-operaturi ekonomiċi ma’ kriterji u regoli li jinkludu l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet serra stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/807, iżda li ma humiex limitati għalihom;

(2)

“skema volontarja rikonoxxuta” tfisser skema volontarja rikonoxxuta skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(3)

“skema nazzjonali rikonoxxuta” tfisser skema nazzjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(4)

“ċertifikat” tfisser dikjarazzjoni ta’ konformità minn korp ta’ ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skema volontarja, li tiċċertifika li operatur ekonomiku jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(5)

“ċertifikat sospiż” tfisser ċertifikat invalidat temporanjament minħabba nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-korp ta’ ċertifikazzjoni jew fuq talba volontarja tal-operatur ekonomiku;

(6)

“ċertifikat irtirat” tfisser ċertifikat li jkun ġie kkanċellat b’mod permanenti mill-korp ta’ ċertifikazzjoni jew mill-iskema volontarja;

(7)

“ċertifikat itterminat” tfisser ċertifikazzjoni li tkun ġiet ikkanċellata b’mod volontarju waqt li tkun għadha valida;

(8)

“ċertifikat skadut” tfisser ċertifikat li ma jkunx għadu validu;

(9)

“karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra” tfisser is-sett ta’ informazzjoni li tiddeskrivi kunsinna ta’ materja prima jew ta’ fjuwil li hija meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ dik il-kunsinna mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-fjuwils mill-bijomassa jew ir-rekwiżiti ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra applikabbli għal fjuwils tat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika u fjuwils tal-karbonju riċiklat;

(10)

“taħlita ta’ materja prima għall-fini ta’ pproċessar ulterjuri” tfisser it-taħlit fiżiku ta’ materja prima għall-iskop uniku li jiġu prodotti bijokarburanti, bijolikwidi jew fjuwils mill-bijomassa;

(11)

“operatur ekonomiku” tfisser produttur ta’ materja prima, kollettur ta’ skart u residwi, operatur ta’ installazzjonijiet li jipproċessaw il-materja prima fi fjuwils finali jew prodotti intermedji, operatur ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-enerġija (elettriku, tisħin jew tkessiħ) jew kwalunkwe operatur ieħor, inkluż ta’ faċilitajiet ta’ ħżin jew kummerċjanti li jkunu fil-pussess fiżiku ta’ materja prima jew ta’ fjuwils, dment li jipproċessaw informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dawk il-materja prima jew il-fjuwils;

(12)

“l-ewwel punt ta’ ġbir” tfisser faċilità ta’ ħżin jew ta’ pproċessar ġestita direttament minn operatur ekonomiku jew kontroparti oħra skont ftehim kuntrattwali li tkun qed takkwista l-materja prima direttament mingħand il-produtturi ta’ bijomassa agrikola, bijomassa forestali, skart u residwi jew, fil-każ tal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, l-impjant li jipproduċi tali fjuwils;

(13)

“awditu ta’ ċertifikazzjoni” tfisser awditu inizjali qabel il-parteċipazzjoni fi skema, bil-għan li jinħareġ ċertifikat taħt skema volontarja;

(14)

“korp ta’ ċertifikazzjoni” tfisser korp akkreditat jew rikonoxxut indipendenti ta’ valutazzjoni tal-konformità li jikkonkludi ftehim ma’ skema volontarja biex jipprovdi servizzi ta’ ċertifikazzjoni għall-materja prima jew għall-fjuwils billi jwettaq awditi tal-operaturi ekonomiċi u joħroġ ċertifikati f’isem l-iskemi volontarji billi juża s-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-iskema volontarja;

(15)

“nuqqas ta’ konformità” tfisser in-nuqqas ta’ konformità ta’ operatur ekonomiku jew ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni mar-regoli u l-proċeduri, stabbiliti mill-iskema volontarja, li jkunu membri tagħha jew li joperaw taħtha;

(16)

“awditu ta’ sorveljanza” tfisser kwalunkwe awditu ta’ segwitu taċ-ċertifikati maħruġa minn korp ta’ ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skema volontarja wara ċ-ċertifikazzjoni u qabel awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, li jista’ jitwettaq kull tliet xhur, kull sitt xhur jew kull sena;

(17)

“awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid” tfisser awditu bil-għan li jiġġedded ċertifikat maħruġ minn korp ta’ ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skema volontarja;

(18)

“infrastruttura interkonnessa” tfisser sistema ta’ infrastrutturi, li tinkludi l-pipelines, it-terminals u l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-LNG, li tittrasporta l-gassijiet, li jikkonsistu primarjament mill-metan u jinkludu l-bijogass u l-gass mill-bijomassa, b’mod partikolari l-bijometan, jew tipi oħra ta’ gass li jistgħu jiġu injettati b’mod tekniku u sikur fi, u ttrasportati permezz tas-sistema ta’ pipelines tal-gass naturali, is-sistemi tal-idroġenu kif ukoll in-networks tal-pipelines u l-infrastrutturi tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-fjuwils likwidi;

(19)

“sistema tal-idroġenu” tfisser sistema ta’ infrastruttura, inklużi n-networks tal-idroġenu, il-ħażna tal-idroġenu, u t-terminals tal-idroġenu, li fiha idroġenu bi grad għoli ta’ purità;

(20)

“predeċessuri legali” tfisser operatur ekonomiku li ġie sostitwit legalment b’wieħed ġdid, iżda ma jkun sar l-ebda tibdil sostantiv jew ikunu saru biss bidliet superfiċjali fir-rigward tas-sjieda, il-kompożizzjoni tal-maniġment, il-metodi ta’ ħidma jew l-ambitu tal-attività tiegħu.

(21)

“grupp ta’ prodotti” tfisser materja prima, bijokarburanti, bijolikwidi, fjuwils mill-bijomassa mhux gassużi b’karatteristiċi fiżiċi u kimiċi simili u valuri kalorifiċi simili jew fjuwils mill-bijomassa gassużi, u LNG b’karatteristiċi kimiċi simili li kollha jkunu soġġetti għall-istess regoli stabbiliti fl-Artikoli 7, 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għad-determinazzjoni tal-kontribut tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-fjuwils mill-bijomassa biex jintlaħqu l-miri għall-enerġija rinnovabbli;

(22)

“sit” tfisser post ġeografiku, faċilitajiet loġistiċi, infrastrutturi tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni b’konfini preċiżi li fihom il-prodotti jistgħu jitħalltu;

(23)

“prova tas-sostenibbiltà” tfisser dikjarazzjoni minn operatur ekonomiku, magħmula abbażi ta’ ċertifikat maħruġ minn korp ta’ ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skema volontarja li jiċċertifika l-konformità ta’ kwantità speċifika ta’ materja prima jew ta’ fjuwils mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikoli 25(2) u 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(24)

“materja prima” tfisser sustanzi li jkunu għadhom ma ġewx ipproċessati fi fjuwils, inklużi l-prodotti intermedji;

(25)

“fjuwils” tfisser fjuwils li jkunu lesti biex jiġu fornuti għall-konsum, inklużi l-bijokarburanti, il-bijolikwidi, il-fjuwils mill-bijomassa, il-fjuwils għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklat.

(26)

“test tal-attraenza finanzjarja” tfisser il-kalkolu tal-Valur Preżenti Nett (VPN) ta’ investiment, ibbażat fuq miżuri ta’ addizzjonalità fil-kuntest ta’ ċertifikazzjoni ta’ bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC;

(27)

“test tal-ostakli mhux finanzjarji” tfisser valutazzjoni tal-ostakli potenzjali l-oħra li jkunu mistennija li jipprevjenu operatur ekonomiku milli jimplimenta miżuri ta’ addizzjonalità fil-kuntest ta’ ċertifikazzjoni ta’ bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC;

(28)

“bażi tad-data tal-Unjoni” tfisser il-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 28, il-punt 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(29)

“art bil-ħaxix” għandha t-tifsira attribwita lilha fl-Artikolu 1, il-punt (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1307/2014 (3).

KAPITOLU II.

REGOLI ĠENERALI DWAR IL-GOVERNANZA, IL-MONITORAĠĠ INTERN, IL-PROĊEDURI TAL-ILMENTI U T-TRASPARENZA TAL-ISKEMI VOLONTARJI

Artikolu 3

Struttura ta’ governanza tal-iskema volontarja

1.   L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu struttura ta’ governanza biex jiżguraw li l-iskema jkollha l-kapaċità ġuridika u teknika, l-imparzjalità u l-indipendenza meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha. Skont l-ambitu tal-iskema volontarja, hija għandha tistabbilixxi kumitat tekniku jew sistema ekwivalenti ta’ appoġġ minn esperti tekniċi, li f’każijiet speċifiċi għandha tippermetti wkoll l-involviment ta’ esperti esterni indipendenti biex jipprovdu pariri dwar kwistjonijiet tekniċi.

2.   L-iskemi volontarji għandhom jinkludu sa fejn ikun possibbli fl-istruttura ta’ governanza u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, firxa wiesgħa ta’ rappreżentanti minn diversi gruppi rilevanti ta’ partijiet ikkonċernati bħall-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa jew tal-forestiera, l-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi, il-komunitajiet indiġeni u lokali potenzjalment affettwati mill-iskema, id-dinja akkademika, u l-produtturi tal-fjuwil. L-ebda parti kkonċernata individwali jew grupp ta’ partijiet ikkonċernati ma għandu jkollhom pożizzjoni dominanti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss meta jintlaħaq kworum tal-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati.

3.   L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Bħala standard minimu, huma għandhom jinfurzaw sistema ta’ kontrokontrolli biex jiżguraw li l-ebda parti kkonċernata individwali, li jkollha dritt akkwiżit fl-eżitu ta’ deċiżjoni, ma jkun jista’ jkollha influwenza deċiżiva fuq dik id-deċiżjoni partikolari.

4.   Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri ta’ integrità biex jiżguraw l-indipendenza sħiħa tagħhom mill-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fl-iskema. L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joperaw f’isem l-iskema jkunu akkreditati skont l-istandard 17065 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO).

5.   Is-sistema ta’ governanza tal-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura l-ogħla livell possibbli ta’ indipendenza tal-ġudizzju tal-awdituri billi tapplika l-prinċipji tar-rotazzjoni tal-awdituri jew l-aħjar prattiki eżistenti oħra fil-qasam.

6.   Il-persuni li jkollhom kunflitt potenzjali ta’ interess għandhom jiġu esklużi mit-teħid tad-deċiżjonijiet kemm fl-iskema volontarja kif ukoll fil-korp ta’ ċertifikazzjoni. L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa u rekord tal-awditjar biex tali każijiet jiġu identifikati u dokumentati, u għandhom jirrieżaminawhom b’mod regolari bħala parti mis-sistemi ta’ monitoraġġ intern tagħhom.

Artikolu 4

In-nuqqasijiet ta’ konformità tal-operaturi ekonomiċi taħt l-iskema

1.   L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu sistema komprensiva biex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ konformità mill-operaturi ekonomiċi. Bħala standard minimu, dik is-sistema għandha tinkludi klassifikazzjoni ċara tan-nuqqasijiet ta’ konformità, ibbażata fuq il-grad ta’ severità tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10. Għal kull tip ta’ nuqqas ta’ konformità, għandu jkun hemm sett trasparenti ta’ regoli u proċeduri biex jiġi żgurat l-infurzar f’waqtu ta’ miżuri korrettivi u sanzjonijiet, inklużi sospensjonijiet, fejn ikun xieraq. Tali proċeduri ta’ infurzar għandhom jiġu skattati mingħajr dewmien, skont is-severità tan-nuqqas ta’ konformità u l-urġenza tal-miżuri korrettivi.

2.   L-operaturi ekonomiċi li ċ-ċertifikati tagħhom jiġu sospiżi, ma għandhomx ikunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà sakemm titneħħa s-sospensjoni. L-operaturi sospiżi ma jistgħux jissieħbu fi skema volontarja oħra matul dak il-perjodu. Fejn il-parteċipazzjoni ta’ operatur ekonomiku, jew tal-predeċessuri legali tiegħu, fi skema volontarja tiġi sospiża jew itterminata bl-irtirar taċ-ċertifikat tiegħu wara awditu li jkun ikkonferma nuqqas ta’ konformità kritiku, skemi volontarji oħra jistgħu jirrifjutaw il-parteċipazzjoni ta’ dak l-operatur għal mill-anqas sentejn wara s-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni.

3.   Meta operatur ekonomiku li preċedentement ikun instab li kien f’nuqqas ta’ konformità kritiku jew maġġuri japplika għal ċertifikazzjoni mill-ġdid, l-awditur għandu jġib dak il-fatt għall-attenzjoni tal-iskemi volontarji kollha li fihom l-operatur ekonomiku jkun qed jipparteċipa f’dak il-mument, jew li għandhom ikun applika għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid

Artikolu 5

Il-monitoraġġ intern, il-proċedura tal-ilmenti u s-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumentazzjoni

1.   L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ intern biex jivverifikaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mar-regoli u l-proċeduri applikati mill-iskema u biex jiżguraw il-kwalità tax-xogħol imwettaq mill-awdituri tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni. Il-monitoraġġ intern għandu jitwettaq mill-anqas darba fis-sena u jirrifletti l-kopertura ġeografika u tal-materja prima tal-iskema volontarja, kif ukoll il-livell ta’ riskju tal-attivitajiet imwettqa mill-operaturi ekonomiċi. Bħala parti mill-proċess ta’ monitoraġġ, l-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni jissottomettu r-rapporti kollha tal-awditjar, u, fejn applikabbli, il-kalkoli tal-valuri reali għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom ikopru kampjun aleatorju u bbażat fuq ir-riskju ta’ dawk ir-rapporti tal-awditjar minn kull korp ta’ ċertifikazzjoni.

2.   L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jiżguraw segwitu effettiv tar-riżultati tal-monitoraġġ intern u, fejn ikun meħtieġ, l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet. Abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ intern, għandhom jittieħdu miżuri korrettivi fil-livell tal-istruttura ta’ governanza jew tal-proċess ta’ monitoraġġ intern tal-iskema volontarja sabiex jittejjeb il-funzjonament tagħha fil-futur. Ir-riżultati tal-attivitajiet annwali ta’ monitoraġġ tal-iskema volontarja għandhom jinġabru fil-qosor fir-rapport annwali tal-attività ppreżentat lill-Kummissjoni.

3.   L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu proċeduri għat-tressiq ta’ lmenti kontra operaturi ekonomiċi jew korpi ta’ ċertifikazzjoni. Il-proċedura tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli fuq is-sit web tal-iskema volontarja u tippermetti li l-ilmenti jintbagħtu b’mod elettroniku jew bil-posta. Il-proċedura tal-ilmenti għandha tiżgura wkoll il-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur jew iressqu lmenti in bona fide f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (4). Is-sit web għandu jindika tal-anqas l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-informazzjoni u l-evidenza li għandha tiġi pprovduta biex jiġi ppreżentat ilment, kif ukoll l-indirizz postali jew l-indirizz elettroniku fejn għandha tintbagħat;

(b)

gwida dwar liema lmenti jaqgħu fl-ambitu tal-proċedura;

(c)

ħarsa ġenerali pass pass ta’ kif jiġu ttrattati l-ilmenti, minn meta jasal l-ilment inizjali sar-riżoluzzjoni, u l-perjodu ta’ żmien assoċjat għal kull pass;

(d)

il-proċess deċiżjonali għall-ilmenti u l-proċess għall-appell tad-deċiżjonijiet;

(e)

il-konsegwenzi jekk l-iskema volontarja ssib nuqqas ta’ konformità b’riżultat ta’ lment.

4.   L-iskemi volontarji għandhom iżommu reġistru tal-ilmenti kollha, u jipprovdu sommarju ta’ dawk l-ilmenti lill-Kummissjoni fir-rapport annwali tal-attività. Fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, huma għandhom jipprovdu d-dokumenti kollha relatati ma’ lment u mat-trattament tiegħu.

5.   L-iskemi volontarji u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tad-dokumentazzjoni li tindirizza kull wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

id-dokumentazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ ġestjoni (eż. manwali, politiki, definizzjoni tar-responsabbiltajiet);

(b)

il-kontroll tad-dokumenti u tar-rekords;

(c)

ir-rieżami mill-maniġment tas-sistema ta’ ġestjoni;

(d)

l-awditjar intern/il-monitoraġġ intern;

(e)

il-proċeduri għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità; u

(f)

il-proċeduri għat-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi biex jiġu eliminati l-kawżi ta’ nuqqasijiet potenzjali ta’ konformità.

Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm għal minimu ta’ 5 snin, jew aktar jekk ikun meħtieġ mill-awtorità nazzjonali rilevanti.

Artikolu 6

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni mill-iskemi volontarji

L-iskemi volontarji għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli b’mod pubbliku u liberu fuq sit web:

(a)

l-istruttura ta’ governanza tagħhom, li tiddeskrivi r-rwoli tal-korpi rilevanti kollha, dettalji dwar l-istruttura tas-sjieda, il-kompożizzjoni u l-esperjenza tal-Bord tad-Diretturi, is-Segretarjat u l-Kumitat Tekniku, jew l-ekwivalenti, kif ukoll il-lista tal-membri bi drittijiet tal-vot jew tal-parteċipanti fl-iskema, kif ikun xieraq;

(b)

il-lista tal-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fl-iskema, l-istatus taċ-ċertifikazzjoni tagħhom, bid-data rispettiva tagħhom tal-ħruġ, is-sospensjoni, l-irtirar, it-terminazzjoni jew l-iskadenza taċ-ċertifikati, kif ukoll iċ-ċertifikati jew ir-rapporti fil-qosor tal-awditjar imfassla f’konformità mal-Anness II. Meta l-awditi jidentifikaw nuqqasijiet ta’ konformità kritiċi jew maġġuri, l-iskemi volontarji għandhom jippubblikaw lista aggregata ta’ dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni rispettiv u ż-żmien għall-korrezzjoni tagħhom kif maqbul mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Informazzjoni speċifika dwar iċ-ċertifikati jew ir-rapporti fil-qosor tal-awditjar tista’ tiġi redatta biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. L-operaturi ekonomiċi li ċ-ċertifikati tagħhom jiġu rtirati, itterminati jew li jiskadu għandhom jiġu elenkati fuq is-sit web għal mill-anqas 24 xahar wara d-data tal-irtirar, tat-terminazzjoni jew tal-iskadenza. Il-bidliet fl-istatus taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu ppubblikati mingħajr dewmien;

(c)

l-aħħar verżjoni tad-dokumentazzjoni tal-iskema tagħhom u l-linji gwida għall-awditjar. Id-dokumenti għandhom jinkludu data u numru tal-verżjoni u, fejn applikabbli, jiġbru fil-qosor kwalunkwe bidla li tkun saret meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tad-dokument;

(d)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-iskema, inklużi n-numru tat-telefown, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tal-korrispondenza;

(e)

il-lista tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jwettqu awditjar indipendenti bħala parti mill-iskema, li tindika għal kull korp ta’ ċertifikazzjoni liema awtorità jew entità pubblika nazzjonali tkun akkreditatu jew irrikonoxxietu u liema entità jew awtorità pubblika nazzjonali tal-Istat Membru tissorveljah, f’konformità mal-Artikolu 30(9), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li ma jkunux għadhom intitolati jwettqu awditjar indipendenti bħala parti mill-iskema għandhom jiġu elenkati għal mill-anqas 12-il xahar wara l-aħħar awditu b’indikazzjoni f’dak is-sens;

(f)

ir-riżultati tal-attivitajiet annwali ta’ monitoraġġ tal-iskema volontarja kif miġbura fil-qosor fir-rapport annwali tal-attività.

Artikolu 7

Bidla fl-iskema mill-operaturi ekonomiċi

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjonijiet tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni:

(a)

jekk huma jew il-predeċessur legali tagħhom attwalment ikunux qed jipparteċipaw fi skema volontarja oħra jew ipparteċipaw fi skema volontarja oħra fl-aħħar 5 snin;

(b)

l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża d-data dwar il-bilanċ tal-massa u r-rapporti tal-awditjar u, fejn applikabbli, kwalunkwe deċiżjoni biex jiġu sospiżi jew irtirati ċ-ċertifikati tagħhom fl-aħħar 5 snin;

(c)

jekk irtirawx minn skema qabel l-ewwel awditu ta’ sorveljanza.

2.   L-iskemi volontarji għandhom jeskludu mill-iskema operaturi ekonomiċi fil-każijiet li ġejjin:

(a)

huma ma jiddivulgawx l-informazzjoni fil-paragrafu 1, il-punt (a) u l-punt (b);

(b)

huma jew il-predeċessur legali tagħhom ma jkunux għaddew mill-awditu inizjali taħt skema oħra, sakemm tali awditu inizjali ma jkunx seħħ aktar minn 3 snin qabel l-applikazzjoni jew jekk sadanittant l-iskema l-oħra tkun waqqfet l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni tagħha, li impedixxa lill-operatur ekonomiku milli jerġa’ japplika. Meta skema volontarja taċċetta l-ġustifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u tiddeċiedi li tivvaluta l-applikazzjoni tagħhom, l-ambitu tal-awditu inizjali għandu jiġi aġġustat biex ikopri l-kwistjonijiet rilevanti kollha u jiffoka speċifikament fuq in-nuqqasijiet identifikati fl-awditu inizjali li ma għaddewx minnu fl-iskema l-oħra;

(c)

huma jew il-predeċessur legali tagħhom ikunu rtiraw minn skema oħra qabel ma twettaq l-ewwel awditu ta’ sorveljanza, sakemm l-operatur ma jkunx jista’ juri li kellu raġuni valida biex jagħmel dan. Meta skema volontarja taċċetta l-ġustifikazzjoni pprovduta mill-operatur ekonomiku, l-ambitu tal-awditu inizjali għandu jiġi aġġustat biex ikopri l-kwistjonijiet rilevanti kollha tal-awditu ta’ sorveljanza.

Artikolu 8

Rikonoxximent ta’ skemi volontarji oħra

Meta parti mill-katina tal-provvista tkun tiddependi fuq skemi volontarji oħra, dawn għandhom jaċċettaw l-evidenza ta’ skemi volontarji rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, biss sal-punt tal-ambitu tar-rikonoxximent tagħhom.

Artikolu 9

Rikonoxximent ta’ skemi nazzjonali

L-iskemi volontarji ma għandhomx jirrifjutaw ir-rikonoxximent ta’ skemi nazzjonali rikonoxxuti fir-rigward tal-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, mal-limiti tal-iffrankar tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 25(2) ta’ dik id-Direttiva u mal-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/807.

KAPITOLU III.

IL-PROĊESS TAL-AWDITJAR, L-AMBITU TAL-AWDITJAR, IL-KWALIFIKI TAL-AWDITURI U S-SUPERVIŻJONI TAL-AWDITJAR

Artikolu 10

Il-proċess tal-awditjar u l-livelli ta’ assigurazzjoni

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jgħaddu b’suċċess minn awditu inizjali qabel ma jippermettulhom li jipparteċipaw fl-iskema. L-awditu inizjali ta’ parteċipant ġdid fl-iskema jew iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta’ parteċipant eżistenti fl-iskema taħt qafas regolatorju rivedut għandu dejjem ikun fuq il-post u għandu bħala minimu jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-effettività tal-proċessi interni tiegħu. Skont il-profil tar-riskju tal-operatur ekonomiku, jista’ jiġi applikat livell limitat ta’ assigurazzjoni fuq il-veraċità tad-dikjarazzjonijiet tiegħu. Abbażi tar-riżultati tal-awditu inizjali, dawk l-operaturi ekonomiċi li jitqiesu bħala ta’ riskju baxx jistgħu jkunu soġġetti għal awditi sussegwenti ta’ assigurazzjoni limitata.

2.   L-iskemi volontarji jistgħu jawtorizzaw korp ta’ ċertifikazzjoni biex iwettaq il-verifika tal-konformità ma’ oqfsa ta’ ċertifikazzjoni differenti matul l-istess proċess ta’ awditjar, sakemm il-korp ta’ ċertifikazzjoni jiċċertifika li l-operaturi ekonomiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti f’konformità mal-Artikolu 1. L-iskemi volontarji li jippermettu durata taċ-ċertifikat itwal minn sena għandhom jiżguraw it-twettiq ta’ awditu annwali ta’ sorveljanza tal-operaturi ekonomiċi kollha li jipparteċipaw fl-iskema. Madankollu, fil-każ ta’ awditi ta’ grupp, l-awditu annwali jista’ jkopri kampjun tal-membri tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 12. Il-frekwenza tal-awditi ta’ sorveljanza għandha tiżdied abbażi tal-livell ta’ riskju ġenerali relatat mal-profil tal-operatur ekonomiku, il-katina tal-provvista u r-riżultati tal-awditi preċedenti. L-eżaminatur tekniku għandu jkun responsabbli għall-validazzjoni tar-riżultati tal-awditi ta’ sorveljanza.

L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu proċeduri dettaljati li jistabbilixxu kif jiġu ppjanati u mwettqa l-awditi u kif jitfasslu r-rapporti tal-awditjar. L-iskemi volontarji għandhom jiżguraw li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni jwettqu l-awditi f’konformità ma’ ISO 19011 jew ekwivalenti. L-iskemi volontarji għandhom jiżguraw ukoll skambju effiċjenti u f’waqtu ta’ informazzjoni dwar l-awditjar bejniethom biex jappoġġaw it-tħejjija u t-twettiq effettivi tal-awditu. L-awditu għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-operatur ekonomiku li huma rilevanti għall-kriterji tal-iskema;

(b)

l-identifikazzjoni tas-sistemi rilevanti tal-operatur ekonomiku u tal-organizzazzjoni ġenerali tiegħu fir-rigward tal-kriterji tal-iskema u l-kontrolli tal-implimentazzjoni effettiva tas-sistemi ta’ kontroll rilevanti;

(c)

analiżi tar-riskji li jistgħu jwasslu għal dikjarazzjoni skorretta materjali, ibbażata fuq l-għarfien professjonali tal-awditur u l-informazzjoni ppreżentata mill-operatur ekonomiku. Dik l-analiżi għandha tqis il-profil tar-riskju ġenerali tal-attivitajiet, skont il-livell ta’ riskju tal-operatur ekonomiku u tal-katina tal-provvista, fuq kollox fl-istadji immedjatament upstream u downstream, pereżempju, għall-operaturi ekonomiċi li jimmaniġġjaw il-materjal elenkat fl-Anness IX. L-intensità jew l-ambitu tal-awditjar, jew it-tnejn, għandhom jiġu adattati għal-livell ta’ riskju ġenerali identifikat, abbażi wkoll ta’ kontrolli tal-plawżibbiltà tal-kapaċità tal-produzzjoni ta’ impjant u l-kwantitajiet iddikjarati ta’ fjuwils prodotti;

(d)

pjan ta’ verifika li jikkorrispondi għall-analiżi tar-riskju u l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-operatur ekonomiku, u li jiddefinixxi l-metodi ta’ kampjunar li għandhom jintużaw fir-rigward tal-attivitajiet ta’ dak l-operatur;

(e)

l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ verifika billi tinġabar evidenza f’konformità mal-metodi definiti ta’ kampjunar, flimkien mal-evidenza addizzjonali rilevanti kollha, li fuqha se tkun ibbażata l-konklużjoni tal-verifikatur;

(f)

talba lill-operatur għall-forniment ta’ kwalunkwe element nieqes tar-rekords tal-awditjar, spjegazzjoni tal-varjazzjonijiet, jew ir-reviżjoni ta’ talbiet jew kalkoli, qabel ma tintlaħaq konklużjoni ta’ verifika finali;

(g)

verifika tal-akkuratezza tad-data rreġistrata mill-operaturi ekonomiċi jew mir-rappreżentanti tagħhom fil-bażi tad-data tal-Unjoni;

3.   In-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul awditu għandhom jiġu kklassifikati bħala kritiċi, maġġuri u minuri f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi.

Il-ksur intenzjonat tal-istandards ta’ skema volontarja bħal frodi, nuqqas ta’ konformità irriversibbli, jew ksur li jipperikola l-integrità tal-iskema volontarja għandu jitqies bħala nuqqas kritiku ta’ konformità. In-nuqqasijiet kritiċi ta’ konformità għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

in-nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżit obbligatorju tad-Direttiva (UE) 2018/2001, bħal konverżjoni tal-art li tikser l-Artikolu 29(3), (4) u (5) ta’ dik id-Direttiva;

(b)

il-ħruġ frodulenti ta’ prova ta’ sostenibbiltà jew ta’ awtodikjarazzjonijiet, pereżempju, id-duplikazzjoni intenzjonata ta’ prova ta’ sostenibbiltà biex jinkiseb benefiċċju finanzjarju;

(c)

id-dikjarazzjoni skorretta intenzjonata tad-deskrizzjoni tal-materja prima, il-falsifikazzjoni tal-valuri tal-gassijiet serra jew tad-data tal-input kif ukoll il-produzzjoni intenzjonata ta’ skart jew ta’ residwi, pereżempju, il-modifika intenzjonata ta’ proċess ta’ produzzjoni għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ residwu addizzjonali, jew il-kontaminazzjoni intenzjonata ta’ materjal bl-intenzjoni li jiġi kklassifikat bħala skart;

In-nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżit obbligatorju tad-Direttiva (UE) 2018/2001, fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun potenzjalment riversibbli, ripetut u jiżvela problemi sistematiċi, jew aspetti li waħedhom, jew flimkien ma’ nuqqasijiet ta’ konformità oħra, jistgħu jwasslu għal falliment fundamentali tas-sistema, għandu jitqies bħala nuqqas ta’ konformità maġġuri. In-nuqqasijiet ta’ konformità maġġuri għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

problemi sistematiċi bid-data rrapportata dwar il-bilanċ tal-massa jew dwar il-gassijiet serra, pereżempju tiġi identifikata dokumentazzjoni mhux korretta f’aktar minn 10 % tal-affermazzjonijiet inklużi fil-kampjun rappreżentattiv;

(b)

l-ommissjoni ta’ operatur ekonomiku milli jiddikjara l-parteċipazzjoni tiegħu fi skemi volontarji oħra matul il-proċess ta’ ċertifikazzjoni;

(c)

in-nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti lill-awdituri, pereżempju, id-data dwar il-bilanċ tal-massa u r-rapporti tal-awditjar.

Nuqqas ta’ konformità li jkollu impatt limitat, jikkostitwixxi żball iżolat jew temporanju, ma jkunx sistematiku u ma jirriżultax f’falliment fundamentali jekk ma jiġix ikkoreġut, għandu jitqies bħala nuqqas ta’ konformità minuri.

4.   Il-konsegwenzi tan-nuqqasijiet ta’ konformità għall-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità kritiċi, l-operaturi ekonomiċi li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni ma għandux jinħarġilhom ċertifikat. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jerġgħu japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni wara li jgħaddi perjodu fiss ta’ żmien, determinat mill-iskema volontarja. In-nuqqasijiet kritiċi ta’ konformità identifikati matul l-awditi ta’ sorveljanza jew ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, jew permezz tal-proċess ta’ monitoraġġ intern jew tal-ilmenti ta’ skema volontarja, għandhom iwasslu għall-irtirar immedjat taċ-ċertifikat tal-operatur ekonomiku;

(b)

fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità maġġuri, l-operaturi ekonomiċi li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni ma għandux jinħarġilhom ċertifikat. In-nuqqasijiet ta’ konformità maġġuri identifikati matul l-awditi ta’ sorveljanza jew ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, jew permezz tal-proċess ta’ monitoraġġ intern jew tal-ilmenti ta’ skema volontarja, għandhom iwasslu għas-sospensjoni immedjata taċ-ċertifikat tal-operatur ekonomiku. Fejn l-operaturi ekonomiċi ma jipprovdux rimedju għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità maġġuri fi żmien 90 jum min-notifika, iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat;

(c)

fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità minuri, l-iskemi volontarji jistgħu jiddefinixxu l-perjodu ta’ żmien għar-riżoluzzjoni tagħhom, li ma jaqbiżx it-12-il xahar min-notifika tagħhom u d-data tal-awditu ta’ sorveljanza jew ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid li jmiss.

5.   L-iskemi volontarji għandhom jiċċertifikaw l-operaturi ekonomiċi biss meta dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ikollhom sistema ta’ ġestjoni tad-dokumentazzjoni;

(b)

ikollhom sistema li tista’ tiġi awditjata għaż-żamma sigura u r-rieżami tal-evidenza kollha relatata mal-affermazzjonijiet li jagħmlu jew li jibbażaw fuqhom;

(c)

iżommu l-evidenza kollha neċessarja biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva (UE) 2018/2001 għal minimu ta’ 5 snin, jew aktar meta jkun meħtieġ mill-awtorità nazzjonali rilevanti;

(d)

jaċċettaw ir-responsabbiltà għat-tħejjija ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mal-awditjar ta’ tali evidenza.

6.   Ir-rapporti tal-awditjar u r-rapporti fil-qosor tal-awditjar jew iċ-ċertifikati mfassla jew maħruġa minn korp ta’ ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skema volontarja għandhom tal-anqas jinkludu l-elementi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 11

Kompetenzi tal-awdituri

1.   Korp ta’ ċertifikazzjoni li jwettaq awditi f’isem skema volontarja għandu jiġi akkreditat skont ISO 17065, u skont ISO 14065 meta jwettaq awditi dwar il-valuri reali tal-gassijiet serra.

Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jiġu akkreditati wkoll minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew rikonoxxuti minn awtorità kompetenti biex ikopru l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew l-ambitu speċifiku tal-iskema volontarja. Fejn ma jsir l-ebda użu minn tali akkreditazzjoni jew rikonoxximent, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi volontarji jużaw sistema ta’ sorveljanza indipendenti li tkopri l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew l-ambitu speċifiku tal-iskema volontarja, għat-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività tas-sistemi deskritti f’dan il-paragrafu fir-rigward tal-adegwatezza tagħhom biex jiżguraw sorveljanza adegwata u joħorġu gwida jekk ikun xieraq.

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jagħżel u jaħtar it-tim tal-awditjar f’konformità ma’ ISO 19011, filwaqt li titqies il-kompetenza meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-awditu.

2.   It-tim tal-awditjar għandu jkollu l-kompetenza, l-esperjenza u l-ħiliet ġeneriċi u speċifiċi meħtieġa għat-twettiq tal-awditu filwaqt li jitqies l-ambitu tal-awditu. Meta jkun hemm awditur wieħed biss, l-awditur għandu jkollu wkoll il-kompetenza li jwettaq id-dmirijiet ta’ kap tat-tim tal-awditjar applikabbli għal dak l-awditu. Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jiżgura li d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tittieħed minn eżaminatur tekniku li ma jkunx parti mit-tim tal-awditjar.

3.   L-awdituri għandhom:

(a)

ikunu indipendenti mill-attività li tkun qed tiġi awditjata, ħlief għall-awditi li jikkonċernaw l-Artikolu 29(6), il-punt (a), u l-Artikolu 29(7), il-punt (a) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li għalihom l-awditjar mill-ewwel jew it-tieni parti jista’ jitwettaq sal-ewwel punt ta’ ġbir;

(b)

ikunu ħielsa minn kunflitti ta’ interess;

(c)

ikollhom il-ħiliet speċifiċi meħtieġa għat-twettiq tal-awditu relatat mal-kriterji tal-iskema, inkluż:

(i)

għall-kriterji tal-użu tal-art stabbiliti fl-Artikolu 29, il-punti (2) sa (9) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 kif ukoll għall-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC stabbilita fil-Kapitolu V u fl-Anness VIII ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni: esperjenza fl-agrikoltura, fl-agronomija, fl-ekoloġija, fix-xjenza naturali, fil-forestrija, fis-silvikultura jew qasam relatat, inklużi l-ħiliet tekniċi speċifiċi meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji tal-artijiet bil-ħaxix ta’ bijodiversità għolja u tal-foresti ta’ bijodiversità għolja;

(ii)

għall-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew meta jiġu determinati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ fjuwils tal-karbonju riċiklat u ta’ fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 28(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001: minimu ta’ sentejn esperjenza fil-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils, u esperjenza speċifika fl-awditjar tal-kalkoli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li tkun rilevanti għat-tip ta’ awditi li għandhom jitwettqu mill-awditur individwali. Skont l-ambitu speċifiku tal-awditjar, dik l-esperjenza għandha tkun ikkomplementata minn esperjenza fl-agrikoltura, fl-agronomija, fl-ekoloġija, fil-forestrija, fix-xjenza naturali, fis-silvikultura, fl-inġinerija, fil-ġestjoni tal-enerġija jew qasam relatat. Meta l-ambitu tal-awditjar ikun jinkludi l-verifika tal-livelli ta’ karbonju organiku fil-ħamrija, għall-fini tal-applikazzjoni tal-kreditu għall-iffrankar tal-emissjonijiet għall-akkumulazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija, għandu jkun meħtieġ ukoll għarfien tekniku dwar ix-xjenza tal-ħamrija;

(iii)

għall-kriterji tal-katina ta’ kustodja stabbiliti fl-Artikolu 30, il-punti (1) sa (2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001: esperjenza fis-sistemi ta’ bilanċ tal-massa, fil-loġistika tal-katina tal-provvista, fiż-żamma tal-kotba, fit-traċċabbiltà u fl-immaniġġjar tad-data jew qasam relatat;

(iv)

għall-awditjar ta’ grupp: esperjenza fit-twettiq ta’ awditi ta’ grupp.

4.   L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu korsijiet ta’ taħriġ għall-awdituri, li jkopru l-aspetti kollha rilevanti għall-ambitu tal-iskema. Il-korsijiet għandhom jinkludu eżami biex tintwera l-konformità tal-parteċipanti mar-rekwiżiti ta’ taħriġ fil-qasam jew fl-oqsma tekniċi li fihom ikunu attivi. L-awdituri għandhom jipparteċipaw fil-korsijiet ta’ taħriġ, qabel ma jwettqu awditi f’isem l-iskema volontarja.

5.   L-awdituri għandhom jagħmlu korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament fuq bażi regolari. L-iskemi volontarji għandhom jimplimentaw sistema biex jimmonitorjaw l-istatus ta’ taħriġ tal-awdituri attivi tal-iskema. L-iskemi volontarji għandhom jipprovdu wkoll gwida lill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, kif meħtieġ, dwar aspetti li jkunu rilevanti għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Dik il-gwida tista’ tinkludi aġġornamenti għall-qafas regolatorju jew sejbiet rilevanti mill-proċess ta’ monitoraġġ intern tal-iskema volontarja.

Artikolu 12

Awditjar ta’ grupp

1.   L-iskemi volontarji jistgħu jwettqu awditjar ta’ grupp biss fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għall-produtturi tal-materja prima, b’mod partikolari l-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar, l-organizzazzjonijiet u l-kooperattivi tal-produtturi kif ukoll il-kolletturi tal-iskart;

(b)

għall-konformità mal-kriterji tal-iskema relatati mal-art, meta ż-żoni kkonċernati jkunu qrib xulxin u jkollhom karatteristiċi simili, bħall-kundizzjonijiet klimatiċi jew tal-ħamrija;

(c)

għall-fini tal-kalkolu tal-iffrankar tal-gassijiet serra, meta l-unitajiet ikollhom sistemi ta’ produzzjoni u tipi ta’ għelejjel simili.

L-operaturi ekonomiċi inklużi f’awditu ta’ grupp għandhom jaħtru maniġer tal-grupp. L-ewwel punti ta’ ġbir, l-organizzazzjonijiet jew il-kooperattivi tal-produtturi, jistgħu jaġixxu wkoll bħala maniġers tal-grupp, li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi inklużi fl-awditu ta’ grupp.

2.   L-awditjar ta’ grupp jista’ jwettaq verifika għall-unitajiet kollha kkonċernati abbażi ta’ kampjun ta’ unitajiet. L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu linji gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ approċċ ta’ awditjar ta’ grupp, li jinkludu tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

ir-rwol tal-maniġer tal-grupp, li jkopri l-ispeċifikazzjonijiet għas-sistema ta’ ġestjoni interna u l-proċeduri ta’ spezzjoni interna tal-grupp;

(b)

id-determinazzjoni tad-daqs tal-kampjun;

3.   Kampjun li jikkonsisti minn għadd ta’ membri tal-grupp ekwivalenti għall-għerq kwadrat tal-għadd totali ta’ membri tal-grupp għandu jiġi awditjat individwalment mill-anqas darba fis-sena. Dak l-għadd għandu jiżdied fil-każ ta’ livell ogħla ta’ riskju. L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ġenerali ta’ riskju fiż-żoni u l-konsegwenzi ta’ dak il-livell ta’ riskju għall-approċċ tal-awditjar. Il-kampjun għandu jkun rappreżentattiv tal-grupp kollu u għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ kombinament ta’ riskju u għażla aleatorja. L-għażla aleatorja għandha tirrappreżenta mill-anqas 25 % tal-kampjun. Il-produttur tal-materja prima magħżul għall-awditjar għandu jvarja minn sena għal sena.

4.   L-awditjar ta’ grupp għandu jitwettaq fuq il-post, sakemm ma jitqiesx li l-awditi dokumentarji jistgħu jipprovdu l-istess livell ta’ a assigurazzjoni bħal awditu fuq il-post. L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu l-evidenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru awditi dokumentarji. L-awtodikjarazzjonijiet mill-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jitqiesu bħala evidenza suffiċjenti. L-awditi tal-maniġer tal-grupp għandhom dejjem jitwettqu fuq il-post.

5.   In-nuqqas ta’ konformità kritiku jew maġġuri ta’ membri individwali tal-grupp li jiġi identifikat matul awditu għandu jiġi indirizzat skont il-proċess stabbilit fil-paragrafu 4 (a) u (b) tal-Artikolu 10, kif applikabbli. Jekk jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità kritiku jew maġġuri fil-kampjun inizjali kollu tal-grupp, għandu jiġi awditjat ukoll kampjun addizzjonali ta’ membri tal-grupp tal-istess daqs. In-nuqqas ta’ konformità sistemiku tal-maġġoranza tal-membri tal-grupp fil-kampjun kollu għandu jwassal għas-sospensjoni jew għall-irtirar taċ-ċertifikazzjoni tal-grupp kollu, kif applikabbli.

Artikolu 13

Awditjar tal-iskart u tar-residwi

1.   L-iskemi volontarji u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jaħdmu f’isimhom għandhom japplikaw ir-rekwiżiti għall-verifika tal-katina tal-provvista ta’ bijokarburanti u bijolikwidi magħmula mill-iskart u r-residwi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7, u għall-fjuwils mill-bijomassa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

2.   Il-katina kollha tal-provvista għandha tkun koperta mill-oriġini tagħha, jiġifieri, l-operatur ekonomiku fejn jinħoloq l-iskart jew il-materjal tar-residwi;

3.   L-operaturi ekonomiċi kollha għandhom jiġu awditjati individwalment. Madankollu, jistgħu jitwettqu approċċi ta’ awditjar ta’ grupp fl-oriġini tal-katina tal-provvista, pereżempju, ir-ristoranti u l-produtturi tal-iskart jew tar-residwi;

4.   Il-frekwenza u l-intensità tal-proċedura tal-awditjar għandhom jirriflettu l-livell ġenerali ta’ riskju. L-iskemi volontarji għandhom jiddefinixxu regoli ċari u li jkunu proporzjonati għal-livell ta’ riskju speċifiku assoċjat mat-tip ta’ residwi jew skart. Għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi, il-punti tal-oriġini li jfornu ħames tunnellati jew aktar fix-xahar ta’ skart jew residwi elenkati fil-Parti A u B tal-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom ikunu soġġetti għal awditu fuq il-post. L-awditu fuq il-post jista’ jkun ibbażat fuq kampjun fejn jittieħed approċċ ta’ awditjar ta’ grupp.

5.   Il-punti ta’ ġbir għandhom ikunu meħtieġa jissottomettu lista tal-punti kollha tal-oriġini li jkunu ffirmaw awtodikjarazzjoni lill-awditur qabel l-awditu tal-punt ta’ ġbir. L-ammont ta’ skart iġġenerat kull xahar jew kull sena għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fuq l-awtodikjarazzjoni. L-evidenza jew id-dokumenti għall-kunsinni individwali kollha għandhom ikunu disponibbli fil-punt ta’ ġbir u vverifikati mill-awditur, inkluż il-ftehim dwar ir-rimi tal-iskart, il-karti tal-konsenja u l-awtodikjarazzjonijiet;

6.   L-awditur għandu jivverifika l-eżistenza ta’ għadd ta’ punti tal-oriġini ekwivalenti għal mill-anqas l-għerq kwadrat tal-punti kollha tal-oriġini fil-lista. Il-verifika tista’ titwettaq mill-bogħod, sakemm ma jkunx hemm dubju dwar l-eżistenza tal-punt tal-oriġini jew meta din tissodisfa l-kriterji għall-awditjar fuq il-post skont il-punt (4). L-awdituri għandhom jivverifikaw il-konsenji ta’ materjal sostenibbli lir-riċevituri downstream billi jivverifikaw il-kopji tad-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà maħruġa mill-punt ta’ ġbir lir-riċevituri ta’ dawk il-konsenji, abbażi ta’ kampjun aleatorju u bbażat fuq ir-riskju;

7.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditu obbligatorju ta’ sorveljanza fi żmien 6 xhur wara l-ewwel ċertifikazzjoni. Għall-punti ta’ ġbir u l-kummerċjanti li jittrattaw kemm skart u residwi kif ukoll materjal verġni bħaż-żjut veġetali, għandu jitwettaq awditu ta’ sorveljanza addizzjonali 3 xhur wara l-ewwel awditu ta’ ċertifikazzjoni, li jkopri l-ewwel perjodu ta’ bilanċ tal-massa. Meta punt ta’ ġbir ikollu diversi siti ta’ ħżin, l-awditur għandu jawditja l-bilanċ tal-massa ta’ kull sit ta’ ħżin.

8.   Jekk ikun hemm dubji raġonevoli dwar in-natura tal-iskart u tar-residwi ddikjarati, l-awditur huwa awtorizzat jieħu kampjuni u jitlob li dawn jiġu analizzati minn laboratorju indipendenti.

Artikolu 14

Awditjar tal-kalkoli tal-emissjonijiet reali ta’ gassijiet serra

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-awdituri bl-informazzjoni rilevanti u aġġornata kollha dwar il-kalkolu tal-emissjonijiet reali ta’ gassijiet serra, qabel l-awditu ppjanat. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-data tal-input u kwalunkwe evidenza rilevanti oħra, informazzjoni dwar il-fatturi ta’ emissjoni u ta’ konverżjoni u l-valuri standard applikati u s-sorsi ta’ referenza tagħhom, il-kalkoli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-evidenza relatata mal-applikazzjoni tal-krediti għall-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

2.   L-awditur għandu jirreġistra l-emissjonijiet li jseħħu fis-sit awditjat fir-rapport tal-awditjar. Għall-ipproċessar tal-bijokarburanti finali, l-awditur għandu jirreġistra l-emissjonijiet wara l-allokazzjoni u l-iffrankar miksub. Meta l-emissjonijiet jiddevjaw b’mod sinifikanti mill-valuri tipiċi jew il-valuri reali kkalkulati tal-iffrankar tal-emissjonijiet ikunu għoljin b’mod anormali, ir-raġunijiet għad-devjazzjonijiet għandhom jingħataw fir-rapport. L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu proċeduri li jirrikjedu li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni jinfurmawhom minnufih b’dawn id-devjazzjonijiet.

3.   L-awdituri għandhom jivverifikaw li l-istima tal-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tas-CO2 tkun limitata għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta’ CO2 li minnu l-karbonju joriġina mill-bijomassa u li jintuża biex jiġi sostitwit is-CO2 derivat mill-fossili. Dik il-verifika teħtieġ aċċess għall-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-għan li għalih jintuża s-CO2 maqbud;

(b)

l-oriġini tas-CO2 li jiġi sostitwit;

(c)

l-oriġini tas-CO2 li jinqabad;

(d)

informazzjoni dwar l-emissjonijiet minħabba l-qbid u l-ipproċessar tas-CO2.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-operaturi ekonomiċi li jużaw CO2 maqbud jistgħu jiddikjaraw kif is-CO2 li jiġi sostitwit kien iġġenerat qabel u jiddikjaraw, bil-miktub, li l-emissjonijiet ekwivalenti għal dik il-kwantità jiġu evitati bħala konsegwenza tas-sostituzzjoni. Dik l-evidenza għandha titqies bħala suffiċjenti biex jiġu verifikati l-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-evitar tal-emissjonijiet.

4.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħmlu affermazzjonijiet biss dwar il-valuri reali tal-gassijiet serra wara li l-kapaċità tagħhom li jwettqu kalkoli tal-valur reali tkun ġiet ivverifikata minn awditu.

5.   Fuq talba, l-iskemi volontarji għandhom jipprovdu aċċess għall-kalkoli reali tal-gassijiet serra ċċertifikati bħala parti mill-iskema volontarja tagħhom flimkien mar-rapporti rispettivi tal-awditjar lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

Artikolu 15

Awditi tas-sistemi ta’ bilanċ tal-massa

L-iskemi volontarji għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-awdituri d-data kollha dwar il-bilanċ tal-massa qabel l-awditu.

Matul l-awditu inizjali, imwettaq qabel ma operatur ekonomiku jitħalla jipparteċipa fi skema, l-awditur għandu jivverifika l-eżistenza u l-funzjonament tas-sistema ta’ bilanċ tal-massa.

Matul l-awditi annwali sussegwenti, l-awditur għandu jivverifika tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

lista tas-siti kollha, li jkunu taħt l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni. Kull sit għandu jkollu r-rekords tal-bilanċ tal-massa proprji tiegħu;

(b)

lista tal-inputs kollha għal kull sit u d-deskrizzjoni tal-materjal immaniġġjat u d-dettalji tal-fornituri kollha;

(c)

lista tal-outputs kollha għal kull sit u d-deskrizzjoni tal-materjal immaniġġjat u d-dettalji tal-klijenti kollha;

(d)

il-fatturi ta’ konverżjoni applikati, b’mod partikolari fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproċessaw l-iskart jew ir-residwi biex jiġi żgurat li l-proċess ma jiġix modifikat biex jipproduċi aktar skart jew materjal ta’ residwu;

(e)

kwalunkwe diskrepanzi bejn is-sistema taż-żamma tal-kotba u l-inputs, l-outputs u l-bilanċi;

(f)

l-allokazzjoni tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà;

(g)

l-ekwivalenza tad-data dwar is-sostenibbiltà u l-istokk fiżiku fi tmiem il-perjodu ta’ bilanċ tal-massa.

Artikolu 16

Awditjar ta’ bwar naturali u mhux naturali b’bijodiversità għolja

1.   L-awdituri li jivverifikaw jekk l-art tkunx bur b’bijodiversità għolja kif imsemmi fl-Artikolu 29(3), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom jivverifikaw jekk l-art tkunx jew kinitx bur b’bijodiversità għolja fi kwalunkwe mument minn Jannar 2008. Fid-dokumenti tas-sistema tagħhom, l-iskemi volontarji għandhom jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi dwar it-tip ta’ evidenza, li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom jistgħu jaċċettaw biex jiġi ppruvat l-istatus storiku taż-żona minn Jannar 2008.

2.   Fejn l-art tibqa’ bur, jew kienet tibqa’ bur fin-nuqqas ta’ intervent mill-bniedem, u tkun tinsab fi kwalunkwe waħda mill-meded ġeografiċi elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1307/2014, din għandha titqies bħala bur naturali b’bijodiversità għolja.

3.   Fil-każ ta’ art li tkun tinsab barra miż-żoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awditur għandu jivvaluta jekk il-bur iżommx, jew kienx iżomm fin-nuqqas ta’ intervent mill-bniedem, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi. Fejn dan ikun il-każ, l-art għandha titqies bħala li hija, jew li kienet, bur b’bijodiversità għolja. Fejn il-bur ikun diġà ġie kkonvertit f’raba’ li jinħadem u ma jkunx possibbli li jiġu vvalutati l-karatteristiċi tal-art innifisha permezz tal-informazzjoni disponibbli mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew permezz ta’ immaġni bis-satellita, l-awditur għandu jqis dik l-art bħala li ma kinitx bur b’bijodiversità għolja fil-mument tal-konverżjoni.

4.   Fejn l-art ma tkunx għadha, jew ma kinitx tibqa’ bur fin-nuqqas ta’ intervent mill-bniedem, tkun rikka fl-ispeċijiet u ma tkunx deterjorata u tkun ġiet identifikata bħala bijodiversa ħafna mill-awtorità kompetenti rilevanti, f’dak il-każ l-art għandha titqies bħala bur mhux naturali, b’bijodiversità għolja.

5.   Kwalunkwe art li tkun, jew li kienet, bur mhux naturali b’bijodiversità għolja f’Jannar 2008 jew wara, tista’ tintuża għall-produzzjoni tal-fjuwils bil-kundizzjoni li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jiġi ppreservat l-istatus tal-bur bħala bur b’bijodiversità għolja u li l-prattiki ta’ ġestjoni attwali ma jippreżentawx riskju li jikkawżaw tnaqqis fil-bijodiversità tal-bur.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jiġi ppreservat l-istatus ta’ bur b’bijodiversità għolja u li l-prattiki ta’ ġestjoni ma jippreżentawx riskju li jikkawżaw tnaqqis fil-bijodiversità tal-bur.

Meta l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu l-evidenza msemmija fit-tieni subparagrafu, huma għandhom jipprovdu evidenza li jkunu ngħataw permess mill-awtorità kompetenti rilevanti, jew mill-aġenzija maħtura, biex jaħsdu l-materja prima sabiex jiġi ppreservat l-istatus ta’ bur b’bijodiversità għolja.

Il-valutazzjoni teknika tal-art għandha titwettaq minn speċjalista kwalifikat li jkun estern u indipendenti mill-attività li tkun qed tiġi awditjata u ħieles minn kunflitt ta’ interess, u li jista’ jkun parti mit-tim tal-awditjar. Il-valutazzjoni u r-riżultat tagħha għandhom jiġu rieżaminati bħala parti mill-awditu.

Artikolu 17

Superviżjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fl-iskema kif ukoll il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jwettqu awditi bħala parti mill-iskema jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż l-għoti ta’ aċċess għall-bini tal-operaturi ekonomiċi fejn mitlub kif ukoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2018/2001. Għal dawk il-finijiet, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni għandhom ikunu meħtieġa wkoll li:

(a)

jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri biex jissorveljaw l-operat tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)

jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni biex jikkonformaw mal-Artikolu 30(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(c)

jivverifikaw l-akkuratezza tal-informazzjoni mdaħħla fil-bażi tad-data tal-Unjoni jew fil-bażi tad-data nazzjonali rilevanti skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

2.   Fil-kuntest tas-superviżjoni prevista fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, irrispettivament minn jekk l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikunx jinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, jirreġistraw għas-superviżjoni u biex iwettqu s-superviżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni u jaqsmu l-aħjar prattiki dwar kif jissorveljaw l-operat tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni fil-kuntest ta’ qafas ta’ kooperazzjoni formali. Fejn il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jwettqu ċ-ċertifikazzjoni ta’ materja prima, bijokarburanti, bijolikwidi, bijomassa jew fjuwils oħra f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu qafas komuni għas-superviżjoni ta’ tali korpi ta’ ċertifikazzjoni, inkluża l-ħatra ta’ Stat Membru wieħed bħala superviżur ewlieni tal-awditjar.

4.   Is-superviżur ewlieni tal-awditjar għandu jkun responsabbli, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħra kkonċernati, għall-konsolidazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-eżitu tas-superviżjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, jistabbilixxu oqfsa ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi għas-superviżjoni tal-awditjar tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni fit-territorji tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-istess livell ta’ fluss ta’ informazzjoni u l-applikazzjoni ta’ standards ta’ superviżjoni tal-awditjar għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joperaw f’pajjiżi terzi.

6.   Meta Stat Membru jkollu dubji raġonevoli dwar il-kapaċità ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni speċifiku, li jinsab fl-Unjoni jew f’pajjiż terz, li jwettaq ix-xogħol ta’ awditjar tiegħu, huwa għandu jaqsam dik l-informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, mal-Kummissjoni u mal-iskema volontarja li bħala parti minnha jopera l-korp ta’ ċertifikazzjoni. L-iskema volontarja kkonċernata għandha tinvestiga l-każ minnufih. Mat-tlestija tal-investigazzjoni tagħha, l-iskema volontarja għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-investigazzjoni u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.

7.   L-operaturi ekonomiċi u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jonqsu jew li ma jkunux iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu esklużi rispettivament milli jipparteċipaw fi u jwettqu awditi bħala parti minn skemi volontarji. L-iskemi volontarji għandhom jissottomettu rapporti annwali tal-attività lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-istruttura u l-kontenut tar-rapporti annwali tal-attività previsti fl-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom isegwu r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport ewlieni ma għandux ikun fih informazzjoni kunfidenzjali u għandu jiġi ppubblikat bis-sħiħ. Id-data għandha tiġi pprovduta separatament f’format li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni.

8.   L-iskemi volontarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar il-bidliet sostanzjali kollha fil-kontenut tal-iskema li jistgħu jaffettwaw il-bażi għar-rikonoxximent tal-iskema. Tali bidliet jistgħu jinkludu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

bidliet fil-kriterji obbligatorji ta’ sostenibbiltà koperti mill-iskema;

(b)

l-estensjoni tal-ambitu tal-iskema lil hinn minn dak li huwa deskritt fl-Att ta’ Implimentazzjoni, li jirrikonoxxi l-iskema;

(c)

l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-materja prima jew tal-bijokarburanti msemmija fid-dokumenti oriġinali tal-iskema fejn il-profil tar-riskju tal-materja prima miżjuda jvarja, pereżempju, bl-inklużjoni ta’ skart jew residwi, jew fejn jiġu applikati proċeduri speċifiċi;

(d)

bidliet fir-regoli dwar il-bilanċ tal-massa;

(e)

bidliet fil-proċeduri tal-awditjar jew fir-rekwiżiti għall-awdituri;

(f)

bidliet fil-metodoloġija tal-kalkolu tal-gassijiet serra jew l-estensjoni tagħha;

(g)

kwalunkwe bidla oħra li tista’ titqies li taffettwa l-bażi għar-rikonoxximent tal-iskema.

KAPITOLU IV

REGOLI SPEĊIFIĊI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ BILANĊ TAL-MASSA, IL-BAŻI TAD-DATA TAL-UNJONI U L-ISTABBILIMENT TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA U L-FRAZZJONI BIJOLOĠIKA TAL-FJUWILS

Artikolu 18

It-traċċabbiltà u l-bażi tad-data tal-Unjoni

1.   Il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u informazzjoni oħra li tiddeskrivi l-materja prima jew il-fjuwil, meħtieġa għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2018/2001, flimkien mad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati bir-reqqa u mgħoddija minn operatur ekonomiku għal operatur ekonomiku tul il-katina tal-provvista. Tali informazzjoni għandha tinkludi d-data li għandha tiġi trażmessa tul il-katina kollha tal-provvista kif ukoll id-data li tkun speċifika għat-tranżazzjoni individwali, kif deskritt fl-Anness I.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa tul il-katina tal-provvista għandha tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-vjeġġi fiżiċi tal-materja prima jew tal-fjuwils. Din għandha tiġi inkluża wkoll fil-bażi tad-data tal-Unjoni malli din tibda topera, fil-każ ta’ fjuwils likwidi u gassużi tat-trasport li huma eliġibbli biex jingħaddu man-numeratur imsemmi fl-Artikolu 27(1), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew li jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 29(1), il-punti (a), (b) u (c), l-ewwel subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva.

3.   Għall-fini tat-traċċar ta’ kunsinni ta’ fjuwils likwidi jew gassużi f’infrastruttura interkonnessa u soġġett għall-istess sistema ta’ bbilanċjar tal-massa, il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-informazzjoni l-oħra kif deskritt fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fil-bażi tad-data tal-Unjoni fl-ewwel punt ta’ dħul u jiġu rreġistrati bħala kkunsmati fil-punt tal-konsum finali. Jekk il-fjuwils gassużi jiġu rtirati minn infrastruttura interkonnessa u jiġu trasformati aktar fi fjuwils gassużi jew likwidi, il-punt tal-konsum finali jitqies li huwa l-punt tal-konsum finali tal-fjuwils gassużi jew likwidi finali. F’każ bħal dan, l-istadji intermedjarji kollha mill-irtirar tal-fjuwils gassużi mill-infrastruttura interkonnessa sal-punt tal-konsum finali tal-fjuwils gassużi jew likwidi finali jridu jiġu rreġistrati fil-Bażi tad-Data tal-Unjoni.

Artikolu 19

Implimentazzjoni tas-sistema ta’ bilanċ tal-massa

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fl-iskema jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa, f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li tippermetti t-taħlit ta’ materja prima jew fjuwils li jvarjaw fil-karatteristiċi tagħhom ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

2.   L-iskemi volontarji għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin fl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ bilanċ tal-massa:

(a)

il-materja prima jew il-fjuwils għandhom jitqiesu bħala parti minn taħlita biss jekk jitħalltu f’kontenitur, f’faċilità ta’ pproċessar jew loġistika, jew f’infrastruttura jew sit ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni;

(b)

materja prima differenti għandha titqies bħala parti minn taħlita biss jekk tkun tappartjeni għall-istess grupp ta’ prodotti, ħlief meta l-materja prima titħallat għall-fini ta’ pproċessar ulterjuri;

(c)

il-materja prima jew il-fjuwils għandhom jitqiesu bħala parti minn taħlita biss jekk jiġu mħallta fiżikament, sakemm ma jkunux fiżikament identiċi jew jappartjenu għall-istess grupp ta’ prodotti. Meta l-materja prima jew il-fjuwils ikunu fiżikament identiċi jew ikunu jappartjenu għall-istess grupp ta’ prodotti, dawn iridu jinħażnu fl-istess infrastruttura interkonnessa, faċilità ta’ pproċessar jew loġistika, infrastruttura jew sit ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni;

(d)

il-fjuwils introdotti f’faċilità loġistika jew f’infrastruttura ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni bħall-grilja tal-gass jew network ta’ pipelines għall-fjuwils likwidi, maħżuna f’faċilitajiet ta’ ħażna tal-LNG jew f’faċilitajiet oħra ta’ ħażna għandhom jitqiesu bħala parti minn taħlita skont il-punt (c) biss meta dik l-infrastruttura tkun interkonnessa;

(e)

l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu meħtieġa jżommu bilanċi tal-massa separati għall-materja prima u għall-fjuwils li ma jistgħux jitqiesu bħala parti minn taħlita. Ma għandux ikun permess it-trasferiment ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar id-daqsijiet bejn il-bilanċi differenti tal-massa. Skont is-subparagrafi (a) sa (c), il-materja prima fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi jew tal-fjuwils mill-bijomassa titqies li hija parti minn taħlita. Għalhekk, ir-rekwiżit li jinżammu bilanċi tal-massa separati ma għandux japplika għal tali faċilitajiet u jista’ jinżamm bilanċ tal-massa wieħed;

(f)

is-sistema ta’ bilanċ tal-massa għandha tinkludi informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-kwantitajiet ta’ materja prima u fjuwils, inkluża informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ materja prima u fjuwils li għalihom ma tkun ġiet iddeterminata l-ebda karatteristika ta’ sostenibbiltà jew tal-gassijiet serra;

(g)

meta kunsinna ta’ materja prima jew ta’ fjuwil tiġi kkonsenjata lil operatur ekonomiku li ma jkunx qed jipparteċipa fi skema volontarja jew fi skema nazzjonali, il-konsenja għandha tiġi riflessa fil-bilanċ tal-massa billi tiġi rtirata kwantità ekwivalenti ta’ materja prima jew ta’ fjuwil. It-tip ta’ fjuwil li għandu jiġi rreġistrat għandu jikkorrispondi man-natura fiżika tal-materja prima jew tal-fjuwil ikkonsenjat;

(h)

meta kunsinna ta’ fjuwil tintuża biex jiġi mħares obbligu mqiegħed fuq fornitur tal-fjuwil minn Stat Membru, din għandha titqies li ġiet irtirata mit-taħlita tal-bilanċ tal-massa;

(i)

meta l-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-fjuwils mill-bijomassa jitħalltu ma’ fjuwils fossili, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assenjati lit-taħlita għandha tikkorrispondi għas-sehem fiżiku tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi jew tal-fjuwils mill-bijomassa fit-taħlita. Għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw ukoll il-veraċità ta’ din l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 23;

(j)

il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ kunsinna ta’ materja prima jew ta’ fjuwil għandhom jitqiesu bħala sett. Meta jiġu rtirati kunsinni minn taħlita, kwalunkwe wieħed mis-settijiet ta’ karatteristiċi ta’ sostenibbiltà jista’ jiġi assenjat lilhom dment li s-settijiet ta’ karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ma jinqasmux u l-bilanċ tal-massa jinkiseb matul il-perjodu ta’ żmien xieraq;

(k)

fejn ikun rilevanti għal raġunijiet ta’ trasparenza, is-sistema ta’ bilanċ tal-massa għandha tinkludi informazzjoni dwar jekk ikunx ġie pprovdut appoġġ għall-produzzjoni tal-fjuwil jew tal-prekursur tal-fjuwil, u jekk iva, it-tip ta’ appoġġ;

(l)

il-perjodu ta’ żmien xieraq biex jinkiseb il-bilanċ tal-massa għandu jkun ta’ 12-il xahar għall-produtturi tal-bijomassa agrikola u tal-bijomassa forestali u għall-ewwel punti ta’ ġbir li jakkwistaw biss bijomassa agrikola u bijomassa forestali, u 3 xhur għall-operaturi ekonomiċi l-oħra kollha. Il-bidu u t-tmiem tal-perjodu għandhom jiġu allinjati mas-sena kalendarja jew, fejn applikabbli, mal-erba’ trimestri tas-sena kalendarja. Bħala alternattivi għas-sena kalendarja, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jużaw ukoll jew is-sena ekonomika li jużaw għall-finijiet ta’ żamma tal-kotba jew punt tal-bidu ieħor għall-perjodu ta’ bilanċ tal-massa, dment li l-għażla tkun indikata b’mod ċar u applikata b’mod konsistenti. Fi tmiem il-perjodu ta’ bilanċ tal-massa, id-data dwar is-sostenibbiltà riportata jenħtieġ li tkun ekwivalenti għall-istokk fiżiku fil-kontenitur, fil-faċilità tal-ipproċessar jew loġistika, fl-infrastruttura jew fis-sit tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni;

(m)

l-iskemi volontarji għandhom jispeċifikaw is-sett minimu ta’ karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, f’konformità mal-Anness I, li jeħtieġ li jiġu mgħoddija fil-katina tal-provvista kif ukoll informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġu traċċati l-kunsinni. Fil-każ ta’ fjuwils likwidi jew gassużi introdotti f’infrastruttura interkonnessa u soġġetti għall-istess sistema ta’ bbilanċjar tal-massa, il-karatteristiċi rispettivi ta’ sostenibbiltà u ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jiġu assenjati lill-kunsinni li jidħlu u joħorġu mill-infrastruttura interkonnessa. L-iskemi volontarji għandhom jiżguraw ukoll li l-operaturi ekonomiċi jdaħħlu l-informazzjoni rilevanti kollha fil-bażi tad-data tal-Unjoni b’mod korrett.

Artikolu 20

Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-bijokarburanti, tal-fjuwils mill-bijomassa u tal-bijolikwidi

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi japplikaw il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 meta jiddeterminaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-fjuwils mill-bijomassa.

2.   Għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-fjuwils mill-bijomassa msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-regoli speċifiċi li ġejjin:

(a)

meta jitqiesu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-inputs, fejn jintużaw valuri standard tal-fatturi ta’ emissjoni, għandhom jiġu applikati dawk stabbiliti fl-Anness IX;

(b)

biex jiġu determinati l-emissjonijiet mill-estrazzjoni jew mill-kultivazzjoni tal-materja prima, għandha tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII;

(c)

biex jiġi determinat l-iffrankar tal-emissjonijiet mill-akkumulazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija permezz ta’ ġestjoni agrikola mtejba (esca), għandha tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fl-Anness V.

3.   L-Istati Membri tal-UE jistgħu jissottomettu valuri aġġornati tal-fatturi ta’ emissjoni tat-taħlita tal-elettriku nazzjonali tagħhom li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni għall-aġġornament tal-fatturi ta’ emissjoni rispettivi fl-Anness IX. Wara li tivvaluta dawn il-valuri aġġornati, il-Kummissjoni tista’ taċċettahom jew inkella tipprovdi lill-Istat Membru kkonċernat b’ġustifikazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma tkunx għamlet dan. Iċ-ċifri aġġornati aċċettati se jkunu disponibbli fit-taqsima ddedikata għall-iskemi volontarji u ċ-ċertifikazzjoni fuq is-sit web EUROPA tal-Kummissjoni.

4.   L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u mill-ħżin ġeoloġiku (Eccs) tas-CO2 jista’ jitqies biss meta jkun hemm evidenza valida li s-CO2 ikun inqabad b’mod effettiv u nħażen b’mod sikur f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (5). Fejn is-CO2 jinħażen b’mod ġeoloġiku, l-iskemi volontarji għandhom jivverifikaw l-evidenza pprovduta dwar l-integrità tas-sit tal-ħżin u l-volum tas-CO2 maħżun. Meta parti terza twettaq it-trasport jew il-ħżin ġeoloġiku, il-prova tal-ħżin tista’ tiġi pprovduta permezz tal-kuntratti rilevanti ma’ dik il-parti terza u l-fatturi tagħha.

Artikolu 21

Regoli speċifiċi għall-iskart u r-residwi

1.   L-iskemi volontarji għandhom japplikaw ir-regoli u l-eżenzjonijiet speċifiċi għall-iskart u r-residwi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 biss jekk tali materja prima taqa’ fl-ambitu tad-definizzjonijiet rispettivi fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Jekk materja prima għandhiex titqies bħala skart jew residwu għandu jiġi determinat fil-punt fil-katina tal-provvista fejn joriġina l-materjal. Il-materja prima ma għandhiex titqies bħala skart jew residwu meta hija jew il-proċess għall-produzzjoni tagħha jkunu ġew immodifikati apposta għall-iskop li dawk il-materjali jiġu ddikjarati bħala skart jew residwi.

3.   L-iskart u r-residwi elenkati fl-Anness IV ma għandhomx jitqiesu bħala skart jew residwi meta jkunu ġew immodifikati apposta biex jiġu ddikjarati bħala skart jew residwu.

4.   L-iskemi volontarji għandhom jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi struzzjonijiet u appoġġ dwar kif jivvalutaw jekk il-materja prima titqiesx bħala skart u residwi. L-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu u jippreżentaw lill-awdituri l-evidenza sottostanti għall-valutazzjonijiet tagħhom. L-iskemi volontarji għandhom jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-awditjar ta’ tali evidenza.

5.   Għall-finijiet tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 29(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-iskemi volontarji għandhom jivverifikaw li l-ħsad tal-iskart u tar-residwi agrikoli ma jkollux impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija u fuq il-ħażna ta’ karbonju fil-ħamrija. Tali verifika għandha tiżgura li jiġi applikat sett rilevanti ta’ prattiki essenzjali ta’ ġestjoni jew ta’ monitoraġġ tal-ħamrija fuq l-art biex jiġu promossi s-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u l-kwalità tal-ħamrija, f’konformità mal-Anness VI.

6.   L-applikazzjoni tal-prattiki, imsemmija fil-paragrafu 5, tista’ tkun meħtieġa u mmonitorjata jew fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-operaturi ekonomiċi. Fil-livell nazzjonali, l-iskemi volontarji għandhom jivverifikaw li l-pajjiż tal-oriġini, kemm jekk ikun Stat Membru kif ukoll jekk ikun pajjiż terz, jirrikjedi l-applikazzjoni ta’ prattiki essenzjali ta’ ġestjoni tal-ħamrija biex jiġi indirizzat l-impatt potenzjali tal-ħsad ta’ tali residwi fuq il-kwalità tal-ħamrija u l-karbonju fil-ħamrija, u jkollu fis-seħħ mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-prattiki. Fil-livell tal-operaturi ekonomiċi, l-iskemi volontarji għandhom jivverifikaw li tali prattiki ta’ ġestjoni jiġu applikati u mmonitorjati b’mod effettiv fil-livell tal-azjendi agrikoli li jfornu l-bijomassa. Fejn jintuża l-awditjar ta’ grupp, l-iskemi volontarji għandhom jivverifikaw li dawk il-prattiki jiġu applikati mill-operaturi ekonomiċi kollha koperti mill-awditjar ta’ grupp.

Artikolu 22

Regoli speċifiċi għall-fjuwils tal-karbonju riċiklat u għall-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika

L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fl-iskema japplikaw il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 28(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 meta jiddeterminaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-fjuwils tal-karbonju riċiklat u tal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika.

Artikolu 23

Regoli speċifiċi għall-koproċessar

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fl-iskema japplikaw il-metodoloġija stabbilita fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 meta jiddeterminaw is-sehem tal-bijokarburanti, u bijogass għat-trasport, li jirriżulta mill-ipproċessar tal-bijomassa mal-fjuwils fossili fi proċess komuni.

2.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu meħtieġa jiddokumentaw bir-reqqa l-ammonti u t-tipi ta’ bijomassa li jidħlu fil-proċess kif ukoll l-ammonti ta’ bijokarburant u bijogass li jiġu prodotti minn dik il-bijomassa. L-affermazzjonijiet għandhom jiġu ssostanzjati b’evidenza li tinkludi r-riżultati tat-testijiet ta’ kontroll.

3.   Il-frekwenza għat-twettiq tat-testijiet ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu l-kumplessità u l-varjabbiltà tal-parametri ewlenin tal-koproċessar, b’tali mod li jiġi żgurat li fi kwalunkwe ħin is-sehem tal-bijokarburanti u tal-bijogass iddikjarat jirrifletti l-ishma reali tagħhom.

4.   Fit-twettiq tal-awditi, għandha ssir enfasi partikolari fuq il-verifika tal-konsistenza bejn l-ammonti ta’ bijomassa li jidħlu fil-proċess u l-ammonti ta’ bijokarburant u bijogass li jiġu rreġistrati bħala prodotti mill-bijomassa. Għal dak il-għan, l-evidenza pprovduta mill-operaturi ekonomiċi għandha tiġi vverifikata bir-reqqa u l-plawżibbiltà tal-affermazzjonijiet għandha tiġi vverifikata u mqabbla mal-istandards tal-industrija. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-metodu ta’ ttestjar applikat mill-operatur ekonomiku, lis-sistema ta’ kontrolli addizzjonali stabbilita, u lill-metodu ta’ kalkolu użat biex jiġu inkorporati r-riżultati tat-testijiet kollha fil-kalkolu tas-sehem finali tal-bijokarburanti u tal-bijogass. L-awdituri għandhom jittrattaw kull devjazzjoni identifikata fil-metodu ta’ ttestjar jew nuqqas ta’ akkuratezza fl-inkorporazzjoni tar-riżultati ta’ tali testijiet fil-kalkolu finali mill-operatur ekonomiku bħala nuqqas ta’ konformità maġġuri.

KAPITOLU V

REGOLI SPEĊIFIĊI DWAR IL-KONFORMITÀ MAR-REKWIŻITI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TA’ RISKJU baxx ta’ ILUC

Artikolu 24

Rekwiżiti speċifiċi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC

1.   L-iskemi volontarji għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed ifittxu li jirċievu ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC jissottomettu applikazzjoni lil korp ta’ ċertifikazzjoni li jkollu l-kompetenza li jagħti tali ċertifikazzjoni. Mal-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni, l-operatur ekonomiku għandu jissottometti pjan ta’ ġestjoni li jkun fih l-informazzjoni minima stabbilita fl-Anness VIII. Fejn tiġi applikata aktar minn miżura waħda ta’ addizzjonalità, il-miżuri kollha ta’ addizzjonalità għandhom jiġu dokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni.

2.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditu ta’ bażi fuq il-post biex jivverifika l-kontenut tal-pjan ta’ ġestjoni, kif ukoll biex jistabbilixxi u jiddokumenta l-linja bażi dinamika tar-rendiment.

3.   Bħala parti mill-awditu bażi, il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jivvaluta jekk il-miżura/miżuri ta’ addizzjonalità, ikunux mistennija li jwasslu għal żieda fir-rendimenti f’konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/807 u l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001.

4.   L-awdituri li jwettqu l-awditu bażi f’isem il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandhom jindikaw fir-rapport tal-awditu bażi kwalunkwe kwistjoni ta’ sostenibbiltà, li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ addizzjonalità, li tista’ potenzjalment tikkostitwixxi ksur tal-qafas legali nazzjonali jew reġjonali jew li ma tikkonformax ma’ kundizzjonijiet speċifiċi lokali. Kwalunkwe kwistjoni ta’ sostenibbiltà għandha tiġi inkluża fl-awditi annwali.

5.   L-iskemi volontarji għandhom joħorġu ċertifikati ta’ riskju baxx ta’ ILUC f’konformità mar-rekwiżiti dwar il-kontenut minimu stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness VIII, u għandhom jippubblikaw lista ta’ dawk iċ-ċertifikati fuq is-sit web tagħhom.

6.   Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jinkludu miżuri ta’ addizzjonalità li għandhom jiġu applikati wara ċ-ċertifikazzjoni, l-awditu bażi, ir-riżultati tat-test tal-addizzjonalità, u l-linja bażi dinamika tar-rendiment għandhom ikunu validi għal 10 snin. Fil-każ ta’ għelejjel perenni, operatur ekonomiku jista’ jagħżel li jittardja l-bidu tal-perjodu ta’ validità ta’ 10 snin sa sentejn fil-każ ta’ miżuri ta’ addizzjonalità operazzjonali jew sa 5 snin fil-każ ta’ tħawwil mill-ġdid.

7.   Meta l-miżuri ta’ addizzjonalità jkunu diġà ġew applikati qabel iċ-ċertifikazzjoni, l-awditu bażi, ir-riżultati tat-test tal-addizzjonalità, u l-linja bażi dinamika tar-rendiment għandhom ikunu validi għal 10 snin mis-sena tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità. F’każ bħal dan, il-linja bażi tista’ tiġi aċċettata għal miżuri ta’ addizzjonalità meħuda mhux aktar minn 10 snin qabel, sakemm tkun disponibbli biżżejjed data u evidenza dokumentarja li tipprovdi l-istess livell ta’ assigurazzjonijiet ta’ sitwazzjoni fejn l-awditu bażi jkun twettaq qabel l-implimentazzjoni tal-miżura/i ta’ addizzjonalità.

8.   Għal dikjarazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC għandha tkun eliġibbli biss il-bijomassa addizzjonali li tkun ġiet prodotta wara li tkun ingħatat iċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC. L-ammont reali ta’ bijomassa addizzjonali annwali ddikjarat mill-operatur ekonomiku għandu jkun soġġett għal awditi annwali.

9.   L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni għandha tkun soġġetta għal awditi annwali biex jiġi vverifikat li l-kontenut tal-pjan ta’ ġestjoni jiġi implimentat b’mod korrett u li l-kwantitajiet ta’ bijomassa prodotta u ddikjarata b’mod addizzjonali għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ ILUC baxx, meta mqabbel mal-linja bażi dinamika tar-rendiment, ikunu korretti.

10.   Operatur ekonomiku jista’ japplika aktar minn miżura waħda ta’ addizzjonalità matul is-snin. Meta żewġ miżuri ta’ addizzjonalità jew aktar jiġu applikati flimkien fl-istess sena fuq l-istess roqgħa art delineata, il-bijomassa addizzjonali prodotta b’riżultat ta’ dan għandha tiġi evalwata mal-istess linja bażi dinamika tar-rendiment. Il-bijomassa addizzjonali tista’ tiġi ċċertifikata bħala ta’ riskju baxx ta’ ILUC taħt l-istess ċertifikat.

11.   Meta żewġ miżuri ta’ addizzjonalità jew aktar jiġu applikati fi żminijiet differenti fuq l-istess roqgħa art delineata, l-operatur ekonomiku jista’ jagħżel waħda mill-għażliet li ġejjin:

(a)

jaġġorna l-linja bażi dinamika tar-rendiment u t-test tal-addizzjonalità biex joħloq linja bażi ġdida valida għal 10 snin oħra;

(b)

iżomm il-perjodu ta’ validità oriġinali ta’ 10 snin għal-linja bażi dinamika tar-rendiment u t-test tal-addizzjonalità wara s-sena taċ-ċertifikazzjoni inizjali.

Artikolu 25

Rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppruvata l-addizzjonalità

1.   Għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi, jew fjuwils mill-bijomassa bħala riskju baxx ta’ ILUC, l-iskemi volontarji u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jaħdmu f’isimhom għandhom jivverifikaw li l-operaturi ekonomiċi jkunu applikaw miżuri li jżidu b’mod effettiv il-produttività tal-materja prima lil hinn minn xenarju ta’ żamma tal-istatus quo. Meta tali miżuri jiġu applikati fuq art abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi jew minn detenturi żgħar, l-awditu bażi għandu jivverifika li l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mar-rekwiżiti xierqa tar-Regolament Delegat (UE) 2019/807. Fis-sitwazzjonijiet l-oħra kollha, il-prova tal-addizzjonalità għandha tiġi pprovduta billi titwettaq valutazzjoni tal-attraenza finanzjarja jew tal-analiżi tal-ostakli.

2.   Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/807 fir-rigward tal-miżuri ta’ addizzjonalità, l-investimenti proposti għandhom jew jgħaddu minn test tal-attraenza finanzjarja jew minn test tal-ostakli mhux finanzjarji f’konformità mal-Anness VIII.

3.   Il-miżuri għandhom ikunu eliġibbli għall-fini ta’ ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC biss meta jew it-test tal-attraenza finanzjarja tagħhom ikun negattiv, jiġifieri valur preżenti nett (VPN) negattiv tal-investiment mingħajr l-inklużjoni ta’ primjum tas-suq, jew juru l-preżenza ta’ ostakli mhux finanzjarji li jistgħu jingħelbu biss minħabba li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-fjuwils mill-bijomassa prodotti mill-materja prima addizzjonali jistgħu jingħaddu mal-miri għall-enerġija rinnovabbli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001.

Artikolu 26

Produzzjoni fuq art mhux użata, abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi

1.   Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti għall-produzzjoni fuq art mhux użata jew abbandunata kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (2) u (3), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/807, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu evidenza li għal perjodu konsekuttiv ta’ mill-anqas 5 snin qabel il-bidu tal-kultivazzjoni tal-materja prima użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa, iż-żoni delineati la ntużaw għall-kultivazzjoni ta’ għelejjel tal-ikel u tal-għalf jew ta’ għelejjel oħra tal-enerġija u lanqas għall-kultivazzjoni ta’ kwalunkwe ammont sostanzjali ta’ għalf għall-annimali li jirgħu.

2.   Biex l-art tikkwalifika bħala art abbandunata, l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi evidenza addizzjonali li l-għelejjel tal-ikel jew tal-għalf darba kienu jitkabbru fiż-żona delineata qabel il-perjodu konsekuttiv imsemmi fil-paragrafu 1. Dik l-evidenza għandha turi wkoll li l-produzzjoni waqfet għal raġunijiet bijofiżiċi jew soċjoekonomiċi.

Il-bidliet bijofiżiċi li jaffettwaw b’mod negattiv it-tkabbir tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf jistgħu jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, l-avvenimenti li ġejjin:

(a)

żieda fil-frekwenza ta’ avvenimenti severi tat-temp bħal nixfiet, maltempati jew għargħar;

(b)

bidliet fix-xejriet tat-temperatura staġunali li jaffettwaw il-fenoloġija tal-pjanti;

(c)

żieda fil-pesti u fil-mard;

(d)

ħsara fis-sistemi tat-tisqija;

(e)

ħsara lill-ħamrija bħas-salinizzazzjoni severa, it-tnaqqis tal-materja organika u l-erożjoni li tagħmilhom “deterjorati b’mod gravi”.

3.   Il-fatturi soċjoekonomiċi li jaffettwaw b’mod negattiv il-vijabbiltà ekonomika tal-produzzjoni, li jwasslu għall-abbandun tal-art jistgħu jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, l-avvenimenti li ġejjin:

(a)

bidliet fil-prezzijiet tas-suq: (pereżempju żieda fil-kostijiet tal-input jew lavorattivi, jew it-tnejn, jew tnaqqis fil-prezz tal-għelejjel lesti);

(b)

nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ ħaddiema (pereżempju bħala riżultat tal-migrazzjoni);

(c)

il-falliment tal-katina tal-provvista (pereżempju permezz tal-għeluq ta’ suq lokali jew ta’ link tat-trasport);

(d)

tilwim dwar is-sjieda (pereżempju fil-kuntest tal-wirt);

(e)

instabbiltà politika (pereżempju l-konfiska jew in-nazzjonalizzazzjoni tal-art).

4.   Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materja prima bħala li ġiet prodotta fuq art li ddeterjorat b’mod gravi, kif definita fil-parti C, il-punt (9) tal-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001, għandha tkun akkumpanjata mir-riżultati tat-testijiet tal-ħamrija li ġejjin, kif applikabbli:

(a)

fil-każ tas-salinizzazzjoni, ir-riżultati tal-ittestjar minn agronomista kwalifikat tal-elettrokonduttività tal-ħamrija bl-użu tal-metodu tal-pejst saturat;

(b)

fil-każ ta’ kontenut baxx ta’ materja organika fil-ħamrija, ir-riżultati minn numru xieraq ta’ kampjuni ta’ ħamrija mir-roqgħa art delineata, iddeterminati minn agronomista kwalifikat, bl-użu tal-metodu ta’ kombustjoni niexfa;

(c)

fil-każ ta’ erożjoni severa, mill-anqas 25 % tar-roqgħa art delineata għandha tkun ġarrbet erożjoni kif determinat minn agronomista kwalifikat, u jridu jiġu inklużi ritratti ta’ prova.

5.   Meta żona delineata tikkwalifika bħala art mhux użata, hija għandha tgħaddi minn test ta’ addizzjonalità kif stabbilit fil-punt (4) tal-Anness VIII sabiex tkun eliġibbli għal ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC. Iż-żoni delineati li jikkwalifikaw bħala art abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi ma għandhomx ikunu meħtieġa jgħaddu mit-test tal-addizzjonalità sabiex ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC. Fil-każ ta’ produzzjoni fuq art mhux użata, abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi, il-linja bażi dinamika tar-rendiment għandha tiġi stabbilita għal żero mingħajr linja tal-aqwa approssimazzjoni.

Artikolu 27

Determinazzjoni tal-bijomassa addizzjonali għall-miżuri taż-żieda fir-rendiment

1.   Il-“bijomassa addizzjonali” eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC għandha tkun l-ammont addizzjonali ta’ materja prima prodotta f’żona delineata b’mod ċar meta mqabbla mal-linja bażi dinamika tar-rendiment bħala riżultat dirett tal-applikazzjoni ta’ miżura ta’ addizzjonalità.

2.   Il-linja bażi dinamika tar-rendiment għandha tiġi stabbilita billi jiġi stabbilit punt tat-tluq, ibbażat fuq ir-rendiment storiku mir-roqgħa art delineata, u linja tal-aqwa approssimazzjoni bbażata fuq ix-xejriet tar-rendiment globali għall-materja prima, li għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness VIII.

3.   Ir-rendiment reali għal roqgħa art delineata wara l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità għandu jitqabbel mal-linja bażi msemmija fil-paragrafu 2. Id-differenza bejn ir-rendiment reali u l-linja bażi dinamika tar-rendiment hija l-materja prima addizzjonali eliġibbli biex tiġi ddikjarata bħala riskju baxx ta’ ILUC.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 tat-13 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU L 133, 21.5.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1307/2014 tat-8 ta’ Diċembru 2014 li jiddefinixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi ta’ artijiet bil-ħaxix ta’ bijodiversità għolja għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 3).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(5)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).


ANNESS I

ID-DATA LI GĦANDHA TIĠI TRAŻMESSA TUL IL-KATINA TAL-PROVVISTA KOLLHA U D-DATA DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET

1.   

Id-data li għandha tiġi trażmessa tul il-katina tal-provvista kollha

(a)

l-isem tal-iskema volontarja jew nazzjonali;

(b)

prova tan-numru tas-sostenibbiltà;

(c)

il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG, inklużi:

(i)

dikjarazzjoni dwar jekk il-materja prima jew il-fjuwil jikkonformax mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(ii)

id-data dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkalkulata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew fir-Regolament Delegat (UE) 2019/807;

(iii)

deskrizzjoni ta’ meta bdiet topera l-installazzjoni (għall-fjuwils biss);

(d)

l-isem tal-materja prima jew l-isem tal-materja prima li minnha jiġi prodott il-fjuwil;

(e)

in-numru tal-permess għall-iskart jew għall-prodott sekondarju tal-annimali (jekk applikabbli);

(f)

it-tip ta’ fjuwil (għall-fjuwils biss);

(g)

il-pajjiż ta’ oriġini tal-materja prima;

(h)

il-pajjiż tal-produzzjoni tal-fjuwil;

(i)

dikjarazzjoni dwar jekk il-materja prima jew il-fjuwil jikkonformax mal-kriterji stabbiliti għall-bijofjuwils b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art;

(j)

informazzjoni dwar jekk ġiex ipprovdut appoġġ għall-produzzjoni ta’ dik il-konsenja, u jekk iva, it-tip ta’ skema ta’ sostenn.

2.   

Data dwar it-tranżazzjonijiet

(a)

l-isem u l-indirizz tal-kumpanija fornitriċi;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-kumpanija xerrejja;

(c)

id-data tat-tagħbija (fiżika);

(d)

il-post tad-dħul (fiżiku) tal-faċilità tat-tagħbija jew loġistika jew tal-punt tad-dħul tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni;

(e)

il-post tal-faċilità tal-konsenja (fiżika) jew loġistika jew il-punt tal-ħruġ tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni;

(f)

il-volum: Għall-fjuwils, il-kwantità ta’ enerġija tal-fjuwil trid tiġi inkluża wkoll. Għall-kalkolu tal-kwantità ta’ enerġija, iridu jintużaw il-fatturi ta’ konverżjoni fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2018/2001.


ANNESS II

IL-KONTENUT MINIMU TAR-RAPPORTI TAL-AWDITJAR, TAR-RAPPORTI TAL-AWDITJAR FIL-QOSOR JEW TAĊ-ĊERTIFIKATI

A.   Kontenut minimu tar-rapport tal-awditjar

1.

Fir-rigward tal-operatur ekonomiku:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-entità ċċertifikata ewlenija (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija, id-dettalji tal-punt ta’ kuntatt deżinjat);

(b)

l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni;

(c)

il-koordinati tal-lonġitudni u tal-latitudni (għall-farms u għall-pjantaġġuni ċċertifikati bħala entitajiet uniċi);

(d)

l-erja taċ-ċertifikazzjoni (għall-ewwel punti ta’ ġbir, jew għal farms u għal pjantaġġuni ċċertifikati individwalment);

(e)

l-ammont stmat ta’ materjal sostenibbli li jista’ jinħasad kull sena (għall-ktajjen tal-provvista agrikoli u forestali);

(f)

l-ammont stmat ta’ materjal sostenibbli li jista’ jinġabar kull sena (għall-punti ta’ ġbir tal-iskart u tar-residwi);

(g)

lista ta’ siti taħt l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni (isem u indirizz);

(h)

il-materjali tal-input/output immaniġġati (fiżikament) mis-siti ċċertifikati – il-klassifikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(i)

l-ammont stmat ta’ materjal tal-input sostenibbli użat kull sena (produtturi tal-prodott finali biss);

(j)

l-ammont stmat ta’ prodott finali sostenibbli li jista’ jiġi prodott kull sena (produtturi tal-prodott finali biss).

2.

Fir-rigward tal-korp taċ-ċertifikazzjoni:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt (l-isem u l-indirizz) u l-logo;

(b)

il-kompożizzjoni tat-tim tal-awditjar;

(c)

il-korp ta’ akkreditazzjoni u l-ambitu u d-data tal-akkreditazzjoni.

3.

Fir-rigward tal-proċess tal-awditjar:

(a)

id-data tal-awditu;

(b)

l-itinerarju u d-durata tal-awditu (maqsuma skont id-durata mqatta’ fuq il-post u mill-bogħod – fejn rilevanti);

(c)

l-istandards tal-iskema awditjati/iċċertifikati (inkluż in-numru tal-verżjoni);

(d)

is-siti awditjati;

(e)

il-metodu tal-awditjar (il-valutazzjoni tar-riskju u l-bażi tal-kampjunar, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati);

(f)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ skemi jew ta’ standards volontarji oħrajn;

(g)

it-tip ta’ data dwar il-GHG (valuri prestabbiliti, NUTS2 jew attwali – inkluża informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG).

4.

Fir-rigward tar-riżultati tal-awditu:

(a)

il-post u d-data tal-ħruġ;

(b)

il-lista ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati.

B.   Kontenut minimu tar-rapport jew taċ-ċertifikat sommarju tal-awditjar

1.

Fir-rigward tal-operatur ekonomiku:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-entità ċċertifikata ewlenija (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija, id-dettalji tal-punt ta’ kuntatt deżinjat);

(b)

l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni;

(c)

il-koordinati tal-lonġitudni u tal-latitudni (għall-farms u għall-pjantaġġuni ċċertifikati bħala entitajiet uniċi);

(d)

fakultattiva għall-ewwel punti ta’ ġbir, għall-punti ta’ oriġini, għall-kummerċjanti bil-ħżin: lista ta’ siti taħt l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni (isem u indirizz);

(e)

il-materjali tal-input/output immaniġġati (fiżikament) mis-siti ċċertifikati – il-klassifikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001 (għall-kummerċjanti bil-ħżin/mingħajru, it-tip ta’ materjal innegozjat).

2.

Fir-rigward tal-korp taċ-ċertifikazzjoni: id-dettalji ta’ kuntatt (l-isem u l-indirizz) u l-logo

3.

Fir-rigward tal-proċess tal-awditjar:

(a)

id-data tal-awditu;

(b)

l-istandards tal-iskema awditjati/iċċertifikati (inkluż in-numru tal-verżjoni);

(c)

is-siti awditjati;

(d)

it-tip ta’ data dwar il-GHG (valuri prestabbiliti, NUTS2 jew attwali – inkluża informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG).

4.

Fir-rigward tar-riżultati tal-awditu:

(a)

in-numru jew il-kodiċi taċ-ċertifikat (uniku);

(b)

il-post u d-data tal-ħruġ;

(c)

il-lista ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati;

(d)

id-dati ta’ validità minn/sa taċ-ċertifikat (u d-data ċċertifikata, jekk applikabbli);

(e)

it-timbru u/jew il-firma tal-parti emittenti.


ANNESS III

LISTA TA’ INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA MINN SKEMI VOLONTARJI FIR-RAPPORTI ANNWALI TAL-ATTIVITÀ TAGĦHOM LILL-KUMMISSJONI

L-iskemi volontarji jridu jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom lill-Kummissjoni:

(a)

ir-regoli dwar l-indipendenza, il-metodu u l-frekwenza tal-awditi kif approvati mill-Kummissjoni mal-akkreditazzjoni tal-iskema volontarja u kwalunkwe tibdil fihom maż-żmien sabiex jirriflettu l-gwida tal-Kummissjoni, il-qafas regolatorju modifikat, sejbiet mill-monitoraġġ intern dwar il-proċess tal-awditjar tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni u l-aħjar prattika tal-industrija li tevolvi.

(b)

ir-regoli u l-proċeduri għall-identifikazzjoni u għat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità mill-operaturi ekonomiċi u mill-membri tal-iskema.

(c)

evidenza ta’ ssodisfar tar-rekwiżiti legali dwar it-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6.

(d)

l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari dwar il-konsultazzjoni mal-komunitajiet indiġeni u lokali qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet matul l-abbozzar u r-rieżami tal-iskema kif ukoll matul l-awditi u t-tweġiba għall-kontributi tagħhom.

(e)

ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet imwettqin mill-iskema volontarja f’kooperazzjoni mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni sabiex jittejjeb il-proċess ta’ ċertifikazzjoni ġenerali u l-kwalifika u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi tal-iskema rilevanti.

(f)

aġġornamenti tas-suq tal-iskema, l-ammont ta’ materja prima, ta’ bijofjuwils, ta’ bijolikwidi, ta’ fjuwils mill-bijomassa, ta’ fjuwils tal-karbonju riċiklat u ta’ fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kollha ċċertifikati, skont il-pajjiż ta’ oriġini u t-tip, u n-numru ta’ parteċipanti.

(g)

ħarsa ġenerali lejn l-effettività tas-sistema ta’ implimentazzjoni stabbilita mill-korp ta’ governanza tal-iskema volontarja sabiex jiġu segwiti l-provi ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà li l-iskema tagħti lill-membru/i tagħha. Din għandha tkopri, b’mod partikolari, kif is-sistema tipprevjeni b’mod effettiv l-attivitajiet frawdolenti billi tiżgura s-sejba, it-trattament u s-segwitu f’waqthom ta’ frodi suspettata u ta’ irregolaritajiet oħrajn u, fejn xieraq, in-numru ta’ każijiet ta’ frodi jew ta’ irregolaritajiet identifikati.

(h)

il-kriterji għar-rikonoxximent tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

(i)

regoli dwar kif titwettaq is-sistema ta’ monitoraġġ intern u r-riżultati tar-rieżami perjodiku tagħha, speċifikament dwar is-sorveljanza tal-ħidma tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni u tal-awdituri tagħhom kif ukoll dwar is-sistema ta’ trattament tal-ilmenti kontra l-operaturi ekonomiċi u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni;

(j)

possibbiltajiet sabiex tiġi ffaċilitata jew tittejjeb il-promozzjoni tal-aħjar prattiki.

(k)

skemi volontarji li jiċċertifikaw il-bijomassa tal-foresti jridu jinkludu informazzjoni dwar il-mod kif issir il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa fl-Artikolu 29(6) u (7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.


ANNESS IV

LISTA MHUX EŻAWRJENTI TA’ SKART U TA’ RESIDWI LI BĦALISSA HUMA KOPERTI MILL-ANNESS IX TAD-DIRETTIVA (UE) 2018/2001

Is-sustanzi elenkati f’dan l-anness għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt kategorija ta’ materja prima stabbilita fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001 mingħajr ma jissemmew espliċitament. Il-lista ma hijiex komprensiva u tikkomplementa l-lista eżistenti ta’ materjali fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Il-kategorija fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001

Subkategorija/eżempji tal-materja prima

Anness IX Parti A d)

Skart minn xorb

Anness IX Parti A d)

Residwi u skart tal-frott/tal-ħxejjex (Id-denb, il-weraq, iż-zkuk u l-qxur biss)

Anness IX Parti A d)

Qxur tal-fażola, ħjut, u trab: kawkaw, kafè

Anness IX Parti A p)

Qxur/ħlifiet u derivattivi:, ħlifiet tas-sojja

Anness IX Parti A d)

Residwi u skart mill-produzzjoni ta’ xarbiet sħan: kafè mitħun użat, weraq tat-te użat

Anness IX Parti A d)

Fdalijiet ta’ skart mill-prodotti tal-ħalib

Anness IX Parti A d)

Żejt mill-iskart tal-ikel: żejt estratt mill-iskart tal-ikel mill-industrija

Anness IX Parti A d)

Residwi taċ-ċereali mhux tajbin għall-ikel u skart mit-tħin u mill-ipproċessar tal-ħbub: qamħ, qamħirrum, xgħir, ross

Anness IX Parti A d)

Residwi u skart mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa: għadam taż-żebbuġ

Anness IX Parti A p)

Residwi tal-ħsad agrikolu

Anness IX Parti A q)

Weraq tal-palm, zokk tal-palm

Anness IX Parti A q)

Siġar bi ħsara

Anness IX Parti A p)

Għalf/foraġġ mhux użat minn art miżrugħa kultant bil-ħaxix u kultant bl-għelejjel

Anness IX Parti B b)

Żejt tal-ħuta skartat klassifikat bħala tal-kategoriji 1 u 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Anness IX Parti A d)

Skart ieħor tal-biċċerija (Residwi tal-annimali (mhux xaħam) Kat 1)

Anness IX Parti A d)

Ilma mormi industrijali u derivattivi

Anness IX Parti A g)

Żejt tal-ħama tal-palm (PSO)

Anness IX Parti A d)

Sedimentazzjonijiet tal-ħżin industrijali

Anness IX Parti A d)

Frazzjoni bijoġenika ta’ tajers fi tmiem tal-ħajja

Anness IX Parti A q)

Injam riċiklat/skartat

Anness IX Parti A d)

Ħumini

Anness IX Parti A d)

Materjal tal-art użat mill-ibbliċjar


ANNESS V

METODOLOĠIJA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-IFFRANKAR TAL-EMISSJONIJIET MILL-AKKUMULAZZJONI TAL-KARBONJU FIL-ĦAMRIJA PERMEZZ TA’ ĠESTJONI AGRIKOLA MTEJBA

L-operaturi ekonomiċi li jfittxu li jagħmlu pretensjoni ta’ ffrankar tal-emissjonijiet mill-akkumulazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija permezz ta’ ġestjoni agrikola mtejba (esca ) f’termini ta’ g CO2eq/MJ għandhom jużaw il-formula li ġejja sabiex jikkalkulaw il-valuri attwali tagħhom:

Image 1

Fejn:

CSR

hija l-massa tal-ħażna ta’ karbonju fil-ħamrija għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-prattika ta’ kultivazzjoni ta’ referenza f’Mg ta’ C għal kull ettaru.

CSA

hija l-massa tal-ħażna ta’ karbonju stmat fil-ħamrija għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-prattiki attwali ta’ kultivazzjoni wara tal-anqas 10 snin ta’ applikazzjoni f’Mg ta’ C għal kull ettaru.

3,664

hija l-kwozjent miksub billi l-piż molekulari tas-CO2 (44,010 g/mol) jiġi diviż bil-piż molekulari tal-karbonju (12,011 g/mol) fi g CO2eq/g C.

n

huwa l-perjodu (fi snin) tal-kultivazzjoni tal-għalla kkunsidrata.

P

hija l-produttività tal-għalla (imkejla bħala enerġija MJ mill-bijofjuwil jew mill-bijolikwidu għal kull ettaru fis-sena).

ef

l-emissjonijiet miż-żieda fil-fertilizzanti jew fl-użu tal-erbiċidi

Il-prattiki mtejbin ta’ ġestjoni agrikola, aċċettati għall-fini tal-kisba tal-iffrankar tal-emissjonijiet mill-akkumulazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija, jinkludu t-trasferiment għal ħrit tal-wiċċ jew għal żrigħ mingħajr ħrit, għelejjel/newba mtejba, l-użu ta’ għelejjel ta’ kopertura, inkluża l-ġestjoni tar-residwi tal-għelejjel, u l-użu ta’ materjal organiku li jtejjeb il-ħamrija (eż. kompost, fermentazzjoni tad-demel, diġestat, faħam bijoloġiku, eċċ.).

Il-kalkolu tal-valuri attwali ta’ CSR u CSA għandu jkun ibbażat fuq il-kejl tal-ħażniet ta’ karbonju fil-ħamrija. Il-kejl ta’ CSR għandu jitwettaq fil-livell tal-farm qabel ma tinbidel il-prattika tal-ġestjoni sabiex jiġi stabbilit xenarju ta’ referenza, u mbagħad CSA għandha titkejjel f’intervalli regolari ta’ mhux aktar tard minn 5 snin.

L-erja kollha li għaliha jiġu kkalkulati l-ħażniet ta’ karbonju fil-ħamrija għandu jkollha tip simili ta’ klima u ta’ ħamrija kif ukoll storja simili ta’ ġestjoni f’termini ta’ ħdim tar-raba’ u ta’ input ta’ karbonju fil-ħamrija. Jekk il-prattiki mtejbin ta’ ġestjoni jiġu applikati biss għal parti mill-farm, il-pretensjoni ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG tista’ ssir biss għall-erja koperta minnhom. Jekk jiġu applikati prattiki mtejbin differenti ta’ ġestjoni f’farm wieħed, pretensjoni ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG għandha tiġi kkalkulata u ssir individwalment għal kull prattika ta’ esca.

Sabiex jiġu żgurati varjazzjonijiet imnaqqsin minn sena għal sena fil-ħażniet imkejlin ta’ karbonju fil-ħamrija u sabiex jitnaqqsu l-iżbalji assoċjati, l-għelieqi li għandhom l-istess karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima, storja simili ta’ ġestjoni f’termini ta’ ħdim tar-raba’ u ta’ input ta’ karbonju fil-ħamrija u li se jkunu soġġetti għall-istess prattika mtejba ta’ ġestjoni jistgħu jinġabru flimkien, inklużi dawk l-għelieqi li jappartjenu għal bdiewa differenti.

Wara l-ewwel kejl tax-xenarju ta’ referenza, iż-żieda ta’ karbonju fil-ħamrija tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’ esperimenti rappreżentattivi jew ta’ mudelli tal-ħamrija, qabel ma jsir it-tieni kejl taż-żieda fil-ħażna ta’ karbonju. Mit-tieni kejl ’il quddiem, il-kejl għandu jikkostitwixxi l-bażi aħħarija għad-determinazzjoni tal-valuri attwali taż-żieda fil-ħażna ta’ karbonju fil-ħamrija.

Madankollu, wara t-tieni kejl, l-immudellar li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jistmaw iż-żieda annwali fil-ħażniet ta’ karbonju fil-ħamrija jista’ jkun permess biss sal-kejl li jmiss jekk il-mudelli użati jkunu ġew ikkalibrati, fuq il-bażi tal-valuri reali mkejlin. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu obbligati jużaw biss mudelli li jkunu ġew ivvalidati minn skemi volontarji. L-iskemi volontarji għandhom ikunu obbligati jinformaw lill-operaturi ekonomiċi u lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, li jwettqu awditi f’isimhom, dwar il-mudelli li jkunu vvalidaw għal tali użu.

Il-mudelli użati għandhom iqisu l-istorja differenti tal-ġestjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-għelieqi sabiex jissimulaw id-dinamika tal-karbonju fil-ħamrija. L-iskema volontarja għandha tkun obbligata tħejji rapport dettaljat, li jippreżenta l-metodu ta’ mmudellar ivvalidat użat u s-suppożizzjonijiet sottostanti tagħha. Il-valuri attwali finali relatati li huma stabbiliti fuq il-bażi tar-riżultati tal-kejl tal-ħamrija, għandhom jintużaw sabiex jiġu aġġustati l-pretensjonijiet annwali ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet mill-akkumulazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija permezz ta’ ġestjoni agrikola (esca), magħmula fuq il-bażi tal-immudellar.

Għall-pretensjoni ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet mill-akkumulazzjoni ta’ karbonju fil-ħamrija permezz ta’ ġestjoni agrikola (esca), il-kejl tal-ħażniet ta’ karbonju fil-ħamrija għandu jsir minn laboratorji ċċertifikati u l-kampjuni għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin għall-finijiet ta’ awditjar.

Impenn fit-tul mill-bidwi jew mill-operatur ekonomiku sabiex ikompli japplika l-prattika mtejbin ta’ ġestjoni għal minimu ta’ 10 snin għandu jkun meħtieġ minn skemi volontarji sabiex l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ GHG ikun jista’ jiġi kkunsidrat. Tali impenn jista’ jiġi implimentat bħala impenn rinnovabbli għal 5 snin.

In-nuqqas li jiġi ssodisfat dan il-kriterju jwassal sabiex il-valuri kollha ta’ esca tas-sena kurrenti għall-bidwi jew għall-operatur ekonomiku jiżdiedu bħala emissjonijiet fl-emissjonijiet kumplessivi ta’ GHG tal-għalla enerġetika kkonsenjata, minflok ma jitnaqqsu bħala ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ GHG u għal projbizzjoni li jiġi inkluż valur ta’ esca fil-kalkoli tal-GHG għal 5 snin, tkun xi tkun l-iskema ta’ ċertifikazzjoni użata. Jekk ikun ġie ffirmat impenn għan-nom ta’ operatur ekonomiku f’isem diversi bdiewa u wieħed minn dawn il-bdiewa jirtira kmieni, il-penali msemmija hawn fuq għandhom japplikaw biss għall-bidwi kkonċernat u mhux għall-impenji kollha tal-operatur ekonomiku. L-iskema volontarja li tkun ħarġet iċ-ċertifikat għandha tkun obbligata tinforza l-penali u tinforma kif xieraq lill-iskemi volontarji l-oħrajn kollha kif ukoll li tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha u tinkludiha fir-rapporti annwali tal-attività li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Barra minn hekk, għandu jkun meħtieġ perjodu minimu kontinwu ta’ 3 snin għall-applikazzjoni tal-prattika mtejba ta’ ġestjoni qabel ma tkun tista’ ssir pretensjoni.

Il-valur totali massimu possibbli tal-pretensjoni annwali ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet mill-akkumulazzjoni ta’ karbonju fil-ħamrija minħabba ġestjoni agrikola mtejba (esca) għandu jkun limitat għal 45 g CO2eq/MJ bijofjuwil jew bijolikwidu għall-perjodu sħiħ tal-applikazzjoni tal-prattiki ta’ Esca, jekk jintuża faħam bijoloġiku bħala materjal organiku li jtejjeb il-ħamrija waħdu jew flimkien ma’ prattiki eliġibbli oħrajn ta’ esca. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-limitu massimu msemmi hawn fuq għandu jkun ta’ 25 g CO2eq/MJ bijofjuwil jew bijolikwidu għall-perjodu sħiħ ta’ applikazzjoni tal-prattiki ta’ esca.

Produtturi primarji jew operaturi ekonomiċi, li diġà huma involuti fi prattiki eliġibbli ta’ esca u li għamlu pretensjonijiet rispettivi ta’ Esca qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni, jistgħu japplikaw limitu massimu ta’ 45 g CO2eq/MJ bijofjuwil jew bijolikwidu f’perjodu ta’ tranżizzjoni sakemm isir l-ewwel kejl taż-żieda fil-ħażna ta’ karbonju fil-5es sena. F’każ bħal dan, iż-żieda mkejla fil-ħażna ta’ karbonju fil-5es sena se ssir limitu massimu għall-pretensjonijiet annwali li għandhom isiru fil-perjodu ta’ 5 snin segwenti. Jekk l-ewwel kejl taż-żieda fil-ħażna ta’ karbonju fil-5es sena juri żieda ħażna annwali totali ta’ karbonju ogħla, meta mqabbla mal-pretensjonijiet annwali li jkunu saru, il-produtturi primarji jew l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħmlu pretensjoni tad-differenza annwali fis-snin sussegwenti sabiex jikkumpensaw għaż-żidiet aktar baxxi fil-ħażna ta’ karbonju. Rispettivament, jekk l-ewwel kejl tal-ħażna ta’ karbonju jiżdied fil-5es sena juri żieda annwali fil-ħażna ta’ karbonju fil-ħamrija aktar baxxa, meta mqabbla mal-pretensjonijiet annwali li jkunu saru, id-differenza annwali trid titnaqqas kif xieraq mill-bdiewa jew mill-operaturi ekonomiċi mill-asserzjonijiet tagħhom fil-ħames snin sussegwenti.

Jekk l-applikazzjoni ta’ prattiki mtejbin eliġibbli ta’ ġestjoni agrikola (esca) bdiet fil-passat iżda ma saret l-ebda pretensjoni preċedenti ta’ Esca, jistgħu jsiru pretensjonijiet retroattivi annwali ta’ Esca iżda għal mhux aktar minn 3 snin qabel il-mument taċ-ċertifikazzjoni ta’ esca. L-operatur ekonomiku għandu jkun obbligat jipprovdi evidenza adegwata dwar il-bidu tal-applikazzjoni tal-prattiki agrikoli mtejbin. F’każ bħal dan, l-istima tal-valur ta’ CSR tista’ tkun ibbażata fuq kejl komparattiv ta’ għalqa biswit jew ta’ għalqa oħra b’kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija simili kif ukoll bi storja simili ta’ mmaniġġar tal-għelieqi. Jekk ma jkun hemm l-ebda data disponibbli mit-tali għalqa, il-valur stmat ta’ CSR jista’ jkun ibbażat fuq l-immudellar. F’dak il-każ, l-ewwel kejl għandu jsir immedjatament, fil-mument tal-impenn. Il-kejl li jmiss taż-żieda fil-ħażna ta’ karbonju jkollu jsir 5 snin wara.

Għandhom jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet miżjudin li jirriżultaw miż-żieda fil-fertilizzanti jew mill-użu tal-erbiċida minħabba l-applikazzjoni ta’ prattiki agrikoli mtejbin. Għal dan l-għan, għandha tiġi pprovduta evidenza adegwata dwar l-użu storiku tal-fertilizzanti jew tal-erbiċida li għandha titqies bħala l-medja għat-tliet snin qabel l-applikazzjoni tal-prattiki agrikoli l-ġodda. Il-kontribut tal-għelejjel tal-fissazzjoni tan-nitroġenu użati sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal fertilizzanti addizzjonali jista’ jitqies fil-kalkoli.

Ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-kampjunar:

1.

Metodu ta’ kampjunar rappreżentattiv:

(a)

il-kampjunar għandu jsir għal kull roqgħa jew għalqa;

(b)

għandu jittieħed tal-anqas kampjun istantanju wieħed ta’ 15-il subkampjun distribwit sew għal kull 5 ettari jew għal kull għalqa, skont liema jkun l-iżgħar (filwaqt li titqies l-eteroġeneità tal-kontenut ta’ karbonju tar-roqgħa);

(c)

għelieqi iżgħar bl-istess kundizzjonijiet klimatiċi, tip ta’ ħamrija, prattika agrikola ta’ referenza, u prattika ta’ esca jistgħu jinġabru flimkien;

(d)

il-kampjunar għandu jsir jew fir-rebbiegħa qabel il-kultivazzjoni u l-fertilizzazzjoni tal-ħamrija jew fil-ħarifa, minimu ta’ xahrejn (2) wara l-ħsad;

(e)

għandu jittieħed kejl dirett tal-bidliet fil-ħażna ta’ karbonju fil-ħamrija għall-ewwel 30 cm tal-ħamrija;

(f)

il-punti tal-kampjunar inizjali sabiex jitkejjel ix-xenarju ta’ referenza tal-ħażniet ta’ karbonju fil-ħamrija għandhom jintużaw f’kundizzjonijiet identiċi tal-għelieqi (speċjalment il-kontenut ta’ tira);

(g)

Il-protokoll tal-kampjunar għandu jkun dokumentat sew.

2.

Kejl tal-kontenut ta’ karbonju fil-ħamrija:

(a)

il-kampjuni tal-ħamrija għandhom jitnixxfu, jitgħarblu, u jekk ikun neċessarju jiġu mitħunin;

(b)

jekk jintuża l-metodu ta’ kombustjoni, il-karbonju inorganiku għandu jiġi eskluż.

3.

Determinazzjoni tad-densità tat-tagħbija solida sfuża:

(a)

għandhom jitqiesu l-bidliet fid-densità volumetrika tal-massa apparenti maż-żmien;

(b)

id-densità volumetrika tal-massa apparenti għandha titkejjel bl-użu tal-metodu ta’ ttappjar, jiġifieri billi ċilindru jiġi ttappjat mekkanikament fil-ħamrija, li jnaqqas ħafna kwalunkwe żball assoċjat mal-kejl tad-densità volumetrika tal-massa apparenti;

(c)

jekk il-metodu ta’ ttappjar ma jkunx possibbli, speċjalment b’ħamriji ramlin, minflok għandu jintuża metodu affidabbli;

(d)

il-kampjuni għandhom jitnixxfu fil-forn qabel ma jintiżnu.

L-applikazzjoni tal-metodoloġija ta’ hawn fuq għal esca u l-kalkolu tal-valuri attwali tal-emissjonijiet ta’ GHG għandhom jiġu vverifikati kif xieraq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni u jiġu ddokumentati fir-rapporti tal-awditjar. L-iskemi volontarji huma obbligati joħorġu gwida dettaljata dwar l-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija, inkluż dwar il-mudelli tal-ħamrija vvalidati tagħhom lill-operaturi ekonomiċi u lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni kif ukoll li jappoġġaw lill-awdituri tagħhom fil-kompiti ta’ verifika tagħhom. L-iskemi volontarji għandhom ikunu obbligati wkoll jinkludu informazzjoni statistika dettaljata u feedback kwalitattiv dwar l-implimentazzjoni tal-metodoloġija ta’ esca fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kif xieraq l-implimentazzjoni tal-metodoloġija ta’ esca bħala parti mill-monitoraġġ tagħha tal-attivitajiet tal-iskemi volontarji li jkopru, fost l-oħrajn:

L-implimentazzjoni tal-proġett li għandha tippermetti, fost l-oħrajn, l-evalwazzjoni tar-relazzjoni tar-riżultati ta’ mmudellar mal-kejl fuq il-post;

It-tqabbil tal-pretensjonijiet u tar-riżultati mal-istimi tas-saturazzjoni tal-SOC sabiex jiġu dderivati l-kriterji u r-rakkomandazzjonijiet u possibbilment ir-rekwiżiti għaż-żamma fit-tul ta’ ekwilibriju partikolari sabiex jiġu żgurati r-riżultati fit-tul;

Id-derivazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tar-rekwiżiti għal għażla u għal kalibrazzjoni tal-mudelli xierqa kif ukoll ta’ indikaturi affidabbli għar-riżultati tal-mudelli.

Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-approċċ metodoloġiku deskritt f’dan l-anness kif ukoll il-limiti massimi applikati għall-pretensjonijiet annwali dwar l-akkumulazzjoni tal-ħażniet ta’ karbonju, fuq il-bażi tal-eżiti ta’ dan il-monitoraġġ jew bl-għan li tallinjah mal-għarfien li jevolvi jew ma’ leġiżlazzjoni ġdida f’dan il-qasam fil-futur (jiġifieri inizjattiva tal-UE dwar il-biedja tal-karbonju).


ANNESS VI

LISTI MHUX EŻAWRJENTI TA’ EŻEMPJI TA’ PRATTIKI ESSENZJALI TA’ ĠESTJONI U TA’ MONITORAĠĠ GĦALL-PROMOZZJONI U GĦALL-MONITORAĠĠ TAS-SEKWESTRU TAL-KARBONJU FIL-ĦAMRIJA U TAL-KWALITÀ TAL-ĦAMRIJA

Tabella 1

Eżempji ta’ prattiki essenzjali ta’ ġestjoni tal-ħamrija għall-promozzjoni tas-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija (minħabba l-assenza ta’ residwi) u għall-promozzjoni tal-kwalità tal-ħamrija

Rekwiżit

Parametru tal-kwalità tal-ħamrija

Tal-anqas newba ta’ tliet għelejjel, inklużi legumi jew demel aħdar fis-sistema tat-tkabbir tal-għelejjel, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tas-suċċessjoni tal-għelejjel agronomiċi speċifiċi għal kull għalla mkabbra u għall-kundizzjonijiet klimatiċi. Għalla ta’ kopertura ta’ diversi speċijiet bejn l-għelejjel għall-bejgħ tgħodd bħala waħda.

Il-promozzjoni tal-fertilità tal-ħamrija, il-karbonju fil-ħamrija, il-limitazzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija, il-bijodiversità tal-ħamrija u l-promozzjoni tal-kontroll tal-patoġeni

Iż-żrigħ ta’ għelejjel ta’ kopertura/tat-titwiq/intermedjarji bl-użu ta’ taħlita ta’ speċijiet lokalment xierqa b’tal-anqas legum wieħed. Il-prattiki ta’ kultivazzjoni għandhom jiżguraw kopertura minima tal-ħamrija sabiex tiġi evitata ħamrija għerja f’perjodi li huma l-aktar sensittivi.

Il-promozzjoni tal-fertilità tal-ħamrija, iż-żamma tal-karbonju fil-ħamrija, l-evitar tal-erożjoni tal-ħamrija, il-bijodiversità tal-ħamrija

Il-prevenzjoni tal-kompattazzjoni tal-ħamrija (il-frekwenza u t-twaqqit tal-operazzjonijiet fl-għalqa għandhom jiġu ppjanati sabiex jiġi evitat it-traffiku fuq ħamrija mxarrba; il-ħdim tar-raba’ għandu jiġi evitat jew jitnaqqas ħafna fuq ħamriji mxarrbin; jista’ jintuża ppjanar tat-traffiku kkontrollat).

Iż-żamma tal-istruttura tal-ħamrija, l-evitar tal-erożjoni tal-ħamrija, iż-żamma tal-bijodiversità tal-ħamrija

L-ebda ħruq ta’ qasbija fir-raba’ tal-ħrit ħlief fejn l-awtorità tkun tat eżenzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa tal-pjanti.

Iż-żamma tal-karbonju fil-ħamrija, l-effiċjenza fir-riżorsi

Fuq ħamrija aċiduża fejn jiġi applikat trattament bil-ġir, fejn il-ħamrija tiġi ddegradata u fejn l-aċidifikazzjoni tħalli impatt fuq il-produttività tal-għelejjel.

L-istruttura mtejba tal-ħamrija, il-bijodiversità tal-ħamrija, il-karbonju fil-ħamrija

It-tnaqqis tal-ħdim tar-raba’/iż-żrigħ mingħajr ħrit – Il-kontroll tal-erożjoni – iż-żieda ta’ emendi organiċi (il-faħam bijoloġiku, il-kompost, id-demel, ir-residwi tal-għelejjel) – l-użu ta’ għelejjel ta’ kopertura, it-tixrib mill-ġdid

Ir-riveġetazzjoni: it-tħawwil (tibdil fl-ispeċijiet, protezzjoni b’mulch tat-tiben) - karatteristiċi tal-pajsaġġ - l-agroforestrija

Iż-żieda fil-karbonju organiku fil-ħamrija


Tabella 1

Eżempji ta’ prattiki ta’ monitoraġġ għall-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija u fuq il-mitigazzjoni tal-karbonju

Approċċ ta’ monitoraġġ

Metodu ta’ verifika/ta’ dimostrazzjoni

Valutazzjoni tar-riskju

L-identifikazzjoni tal-erjas b’riskju għoli ta’ tnaqqis fil-kwalità tal-ħamrija tgħin sabiex jiġu evitati dawn ir-riskji u jinxteħet enfasi fuq l-erjas bl-akbar impatt.

Analiżi tal-materja organika tal-ħamrija

Il-kampjunar konsistenti tal-materja organika tal-ħamrija jtejjeb il-monitoraġġ sabiex din il-materja tkun tista’ tinżamm jew tittejjeb.

Analiżi tal-karbonju organiku fil-ħamrija

Il-karbonju organiku fil-ħamrija jitqies bħala markatur tajjeb għal kwalità usa’ tal-ħamrija.

Kampjunar tal-indiċi tal-kundizzjonament tal-ħamrija

Valur pożittiv jindika li s-sistema hija mistennija li jkollha materja organika tal-ħamrija li tkompli tiżdied.

Valutazzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija

Tiżgura li l-erożjoni tkun taħt livell tollerabbli, eż. il-livelli “t” tal-USDA Agricultural Research Service.

L-ippjanar tal-ġestjoni tan-nutrijenti

Pjan li jiddeskrivi l-istrateġija tan-nutrijenti (bl-akbar enfasi fuq N, P, K) u r-reġimi tal-fertilizzanti jista’ jipprevjeni żbilanċi fin-nutrijenti.

Analiżi regolari tal-pH tal-ħamrija

Il-monitoraġġ tal-pH jgħin sabiex jiġu identifikati l-iżbilanċi fil-pH.


ANNESS VII

METODOLOĠIJA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET MILL-ESTRAZZJONI JEW MILL-KULTIVAZZJONI TAL-MATERJA PRIMA

Sabiex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet mill-estrazzjoni jew mill-kultivazzjoni tal-materja prima, il-punt 5 tal-Parti C tal-Anness V u l-punt 5 tal-Parti B tal-Anness VI tad-Direttiva 2018/2001 (UE) jiddikjaraw li l-kalkolu għandu jinkludi s-somma tal-emissjonijiet kollha mill-proċess tal-estrazzjoni jew tal-kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir, mit-tnixxif u mill-ħażna ta’ materja prima; mill-iskart u min-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew ta’ prodotti użati fl-estrazzjoni jew fil-kultivazzjoni.

Il-qbid ta’ CO2 fil-kultivazzjoni ta’ materja prima għandu jiġi eskluż. L-istimi tal-emissjonijiet mill-kultivazzjoni tal-bijomassa agrikola jistgħu jiġu dderivati mill-użu ta’ medji reġjonali għall-emissjonijiet mill-kultivazzjoni inklużi fir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 31(4) tad-Direttiva 2018/2001 (UE) jew mill-informazzjoni dwar il-valuri prestabbiliti diżaggregati għall-emissjonijiet mill-kultivazzjoni inklużi f’dan l-Anness, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti f’dawk ir-rapporti, il-medji jistgħu jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-prattiki agrikoli lokali, pereżempju fuq id-data ta’ grupp ta’ farms, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.

L-EMISSJONIJIET MILL-PROĊESS TAL-ESTRAZZJONI JEW TAL-KULTIVAZZJONI NNIFSU

L-emissjonijiet mill-proċess tal-estrazzjoni jew tal-kultivazzjoni nnifsu għandhom jinkludu l-emissjonijiet kollha minn (i) il-forniment tal-fjuwils għall-makkinarju tal-farms użat; (ii) il-produzzjoni ta’ materjal tat-tiżrigħ għall-kultivazzjoni tal-għelejjel; (iii) il-produzzjoni ta’ fertilizzanti u ta’ pestiċidi; (iv) l-aċidifikazzjoni tal-fertilizzant u l-applikazzjoni tat-trattament bil-ġir; u (v) l-emissjonijiet tal-ħamrija mill-kultivazzjoni tal-għelejjel.

1.1.   L-użu tal-fjuwil (żejt diżil, gażolina, żejt fjuwil tqil, bijofjuwils jew fjuwils oħrajn) għall-makkinarju tal-farms

L-emissjonijiet ta’ GHG mill-kultivazzjoni tal-għelejjel (it-tħejjija tal-għelieqi, it-tiżrigħ, l-applikazzjoni tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi, il-ħsad, il-ġbir) għandhom jinkludu l-emissjonijiet kollha mill-użu ta’ fjuwils (bħaż-żejt diżil, il-gażolina, iż-żejt fjuwil tqil, il-bijofjuwils jew fjuwils oħrajn) fil-makkinarju tal-farms. L-ammont ta’ użu ta’ fjuwil fil-makkinarju tal-farms għandu jiġi ddokumentat kif xieraq. Iridu jintużaw fatturi xierqa ta’ emissjoni tal-fjuwils f’konformità mal-Anness IX. Meta jintużaw bijofjuwils, iridu jintużaw l-emissjonijiet ta’ GHG prestabbiliti stabbiliti fid-Direttiva 2018/2001.

1.2.   Fertilizzanti u pestiċidi kimiċi

L-emissjonijiet mill-użu ta’ fertilizzanti u ta’ pestiċidi kimiċi (1) għall-kultivazzjoni ta’ materja prima għandhom jinkludu l-emissjonijiet relatati kollha mill-manifattura ta’ fertilizzanti u ta’ pestiċidi kimiċi. L-ammont ta’ fertilizzanti u ta’ pestiċidi kimiċi, skont l-għalla, il-kundizzjonijiet lokali u l-prattiki agrikoli, għandu jiġi ddokumentat kif xieraq. Iridu jintużaw fatturi xierqa ta’ emissjoni, inklużi l-emissjonijiet upstream, sabiex jitqiesu l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ fertilizzanti u ta’ pestiċidi kimiċi skont l-Anness IX. Jekk l-operatur ekonomiku jkun jaf il-fabbrika li tipproduċi l-fertilizzant u din taqa’ taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), allura l-operatur ekonomiku jkun jista’ juża l-emissjonijiet tal-produzzjoni ddikjarati taħt l-ETS, filwaqt li jżid l-emissjonijiet upstream għall-gass naturali eċċ. It-trasport tal-fertilizzanti għandu jiġi inkluż ukoll, bl-użu tal-emissjonijiet mill-modi tat-trasport elenkati fl-Anness IX. Jekk l-operatur ekonomiku ma jkunx jaf il-fabbrika li tforni l-fertilizzant, għandu juża l-valuri standard previsti fl-Anness IX.

1.3.   Materjal tat-tiżrigħ

Il-kalkolu tal-emissjonijiet tal-kultivazzjoni mill-produzzjoni ta’ materjal tat-tiżrigħ għall-kultivazzjoni tal-għelejjel għandu jkun ibbażat fuq data attwali dwar il-materjal tat-tiżrigħ użat. Jistgħu jintużaw fatturi ta’ emissjoni għall-produzzjoni u għall-provvista ta’ materjal tat-tiżrigħ sabiex jitqiesu l-emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni taż-żrieragħ. Iridu jintużaw il-valuri standard għall-fatturi ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness IX. Għal żrieragħ oħrajn, iridu jintużaw il-valuri tal-letteratura mill-ġerarkija li ġejja.

(a)

il-verżjoni 5 tar-rapport JEC-WTW;

(b)

il-bażi ta’ data ECOINVENT;

(c)

sorsi “uffiċjali”, bħall-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) jew il-gvernijiet;

(d)

sorsi oħrajn ta’ data rieżaminati, bħall-bażi ta’ data E3, il-bażi ta’ data GEMIS;

(e)

pubblikazzjonijiet rieżaminati bejn il-pari;

(f)

stimi proprji ddokumentati kif xieraq.

1.4.   L-emissjonijiet mill-aċidifikazzjoni tal-fertilizzant u mill-applikazzjoni tat-trattament bil-ġir

L-emissjonijiet min-newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzant u mill-applikazzjoni tat-trattament bil-ġir agrikolu għandhom jammontaw għall-emissjonijiet ta’ CO2 min-newtralizzazzjoni tal-aċidità mill-fertilizzanti tan-nitroġenu jew minn reazzjonijiet tal-ġir agrikolu fil-ħamrija.

1.4.1.   L-emissjonijiet min-newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzanti

L-emissjonijiet li jirriżultaw mill-aċidifikazzjoni kkawżata mill-użu ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu fl-għalqa għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet, fuq il-bażi tal-ammont ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu użati. Għall-fertilizzanti tan-nitrat, l-emissjonijiet min-newtralizzazzjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu fil-ħamrija għandhom ikunu ta’ 0,783 kg CO2/kg N; għall-fertilizzanti tal-urea, l-emissjonijiet ta’ newtralizzazzjoni għandhom ikunu ta’ 0,806 kg CO2/kg N.

1.4.2.   L-emissjonijiet tal-ħamrija mit-trattament bil-ġir (ġir agrikolu)

L-ammont reali tal-ġir agrikolu użat għandu jiġi ddokumentat kif xieraq. L-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:

1.

Fuq ħamriji aċidużi, fejn il-pH tkun anqas minn 6,4, il-ġir agrikolu jinħall mill-aċidi tal-ħamrija sabiex jifforma CO2 b’mod predominanti, aktar milli bikarbonat, u b’hekk is-CO2 jiġi rilaxxat kważi kollu fil-ġir agrikolu (0,44 kg CO2/kg ġir agrikolu ekwivalenti ta’ CaCO3).

2.

Jekk il-pH tal-ħamrija tkun ta’ 6,4 jew ogħla, fil-kalkolu għandu jitqies fattur ta’ emissjoni ta’ 0,98/12,44 = 0,079 kg CO2/ġir agrikolu (kg ekwivalenti ta’ CaCO3) applikat, minbarra l-emissjonijiet minħabba n-newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni kkawżata mill-fertilizzant.

3.

L-emissjonijiet tat-trattament bil-ġir ikkalkulati mill-użu attwali tal-ġir, ikkalkulati fil-punti 1 u 2 aktar ’il fuq, jistgħu jkunu akbar mill-emissjonijiet tan-newtralizzazzjoni tal-fertilizzant ikkalkulati f’1.4.1 jekk l-aċidifikazzjoni tal-fertilizzanti tkun ġiet innewtralizzata mill-ġir applikat. F’każ bħal dan, l-emissjonijiet tan-newtralizzazzjoni tal-fertilizzant (f’1.4.1) jistgħu jitnaqqsu mill-emissjonijiet ikkalkulati tat-trattament bil-ġir sabiex jiġi evitat li l-emissjonijiet tiegħu jingħaddu darbtejn.

L-emissjonijiet mill-aċidifikazzjoni tal-fertilizzant jistgħu jisbqu dawk attribwiti għat-trattament bil-ġir. F’każ bħal dan, it-tnaqqis ikun jirriżulta f’emissjonijiet netti tat-trattament bil-ġir li jidhru negattivi minħabba li mhux l-aċidità tal-fertilizzant kollha tiġi nnewtralizzata mill-ġir agrikolu iżda wkoll parzjalment minn karbonati li jseħħu b’mod naturali. F’dan il-każ, l-emissjonijiet netti tat-trattament bil-ġir għandhom jingħaddu żero, iżda l-emissjonijiet tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzant li jseħħu xorta waħda għandhom jinżammu f’konformità mat-taqsima 1.4.1.

Jekk id-data dwar l-użu attwali tal-ġir agrikolu ma tkunx disponibbli, għandu jiġi preżunt l-użu tal-ġir agrikolu rrakkomandat mill-Assoċjazzjoni tal-Ġir Agrikolu. Dan għandu jkun funzjoni tat-tip ta’ għalla, tal-pH tal-ħamrija mkejla, tat-tip ta’ ħamrija u tat-tip ta’ materjal għat-trattament bil-ġir. L-emissjonijiet ta’ CO2 li jakkumpanjawhom għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-punti 1 u 2 tal-proċedura ta’ hawn fuq. Madankollu, it-tnaqqis speċifikat fil-punt 3 ma għandux jiġi applikat f’dan il-każ, peress li l-użu rrakkomandat tal-ġir agrikolu ma jinkludix ġir agrikolu użat sabiex jiġi nnewtralizzat il-fertilizzant applikat fl-istess sena, u għalhekk ma hemm l-ebda għadd doppju possibbli ta’ emissjonijiet ta’ newtralizzazzjoni tal-fertilizzant.

1.5.   L-emissjonijiet tal-ħamrija (ossidu nitruż/N2O) mill-kultivazzjoni tal-għelejjel

Il-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ N2O minn ħamrija ġestita għandu jsegwi l-metodoloġija tal-IPCC. L-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni diżaggregati speċifiċi għall-għelejjel għal kundizzjonijiet ambjentali differenti (li jikkorrispondu għal-Livell 2 tal-metodoloġija tal-IPCC) għandu jintuża sabiex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet ta’ N2O li jirriżultaw mill-kultivazzjoni tal-għelejjel. Għandhom jitqiesu fatturi speċifiċi ta’ emissjoni għal kundizzjonijiet ambjentali differenti, għal kundizzjonijiet differenti tal-ħamrija u għal għelejjel differenti. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jużaw mudelli vvalidati sabiex jikkalkulaw dawk il-fatturi ta’ emissjoni dment li l-mudelli jqisu dawn l-aspetti. F’konformità mal-linji gwida tal-IPCC (2), għandhom jitqiesu l-emissjonijiet ta’ N2O kemm diretti kif ukoll dawk indiretti. Għandha tintuża l-għodda GNOC, li hija bbażata fuq il-formuli ta’ hawn taħt, skont il-konvenzjonijiet ta’ tismija fil-linji gwida tal-IPCC (2006):

N2Ototal – N = N2Odirect – N + N2Oindirect – N

Fejn:

Għall-ħamriji minerali: N2ODirect – N = [(FSN + FON) • EF1ij] + [FCR • EF1]

Għall-ħamriji organiċi: N 2 ODirect  – N = [(FSN + FON) • EF1] + [FCR • EF1] + [(FOS,CG,Temp • EF2CG, Temp] + [FCROS,CG,Trop • E2CG,Trop]

Għall-ħamriji kemm minerali kif ukoll organiċi: N 2 ODirect  – N = [((FSN • FracGASF) + (FON • EracGASM) • EF4] + [(FSN +FON + FCR) • FracLeach-(H) • EF5]

1.5.1   Input N tar-residwu tal-għelejjel

Irid jiġi kkalkulat għal:

(a)

pitravi ħelwin, kannamieli skont l-IPCC (2006) Vol. 4, il-Kapitolu 11 Eq. 11.6, mingħajr ma jitqiesu r-residwi ta’ taħt l-art u biż-żieda tal-input N minn vignasse u minn kejk tal-filtru fil-każ tal-kannamiela;

FCR = Yield • DRY • (1-FracBurnt • Cf) • [RAG • NAG • (1 - FracRemove)] + FVF

(b)

il-pjantaġġuni tal-ġewż tal-Indi u taż-żejt tal-palm li japplikaw input N fiss ibbażat fuq il-letteratura peress li IPCC (2006) ma jipprovdi l-ebda metodu ta’ kalkolu prestabbilit għall-fatturi standard ta’ emissjoni, skont l-Anness IX;

(c)

għall-għelejjel l-oħrajn kollha skont l-IPCC (2006) Vol. 4, il-Kapitolu 11 Eq. 11.7a 11.11, 11.12, bħala

F = (1-FracBurnt • Cf) • AGDM • NAG • (1-FracRemove) + (AGDM + Yield • DRY) • RBG-BIO • NBG

Fejn:

N2Ototal - N

=

emissjonijiet annwali diretti u indiretti ta’ N2O–N prodotti minn ħamriji ġestiti; kg N2O–N ha-1 a-1

N2Odirect - N

=

l-emissjonijiet annwali diretti ta’ N2O–N prodotti minn ħamriji ġestiti; kg N2O–N ha-1 a-1

N2Oindirect - N

=

l-emissjonijiet annwali indiretti ta’ N2O–N (jiġifieri l-ammont annwali ta’ N2O–N prodott minn depożizzjoni atmosferika ta’ N volatilizzat minn ħamriji ġestiti u l-ammont annwali ta’ N2O–N prodott minn lissija u minn skular ta’ żidiet ta’ N f’ħamriji ġestiti f’reġjuni fejn isseħħ lissija/skular); kg N2O–N ha-1 a-1

FSN

=

l-input ta’ fertilizzant tan-nitroġenu sintetiku annwali; kg N ha-1 a-1

FON

=

id-demel annwali tal-annimali N applikat bħala fertilizzant; kg N ha-1 a-1

FCR

=

l-ammont annwali ta’ N fir-residwi tal-għelejjel (fuq l-art u taħt l-art); kg N ha-1 a-1

FOS,CG,Temp

=

l-erja annwali ta’ ħamriji organiċi ġestiti/skulata taħt ir-raba’ fi klima moderata; ha-1 a-1

FOS,CG,Trop

=

l-erja annwali ta’ ħamriji organiċi ġestiti/skulati taħt ir-raba’ fi klima tropikali; ha-1

FracGASF

=

0,10 (kg N NH3–N + NOx–N) (kg N applikat)-1. Volatilizzazzjoni minn fertilizzant inorganiku

FracGASM

=

0,20 (kg N NH3–N + NOx–N) (kg N applikat)-1. Volatilizzazzjoni mill-fertilizzanti organiċi kollha tan-nitroġenu applikati

FracLeach-(H)

=

0,30 kg N (kg ta’ żidiet ta’ N) -1. Telf ta’ N permezz ta’ lissija/skular għal reġjuni fejn isseħħ lissija/skular

EF1ij

=

Fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għall-għelejjel u għas-siti għall-emissjonijiet ta’ N2O minn fertilizzant inorganiku u mill-applikazzjoni ta’ N organiku għal ħamriji minerali (kg N2O–N (kg ta’ input ta’ N)-1);

EF1

=

0,01 [kg N2O–N (kg ta’ input ta’ N) -1]

EF2CG,Temp

=

8 kg N ha-1 a-1 għall-għelejjel organiċi moderati u għall-ħamriji tal-artijiet bil-ħaxix

EF2CG,Trop

=

16 kg N ha-1 a-1 għall-għelejjel organiċi tropikali u għall-ħamriji tal-artijiet bil-ħaxix

EF4

=

0,01 [kg N2O–N (kg N NH3–N + NOx–N volatilizzat) -1]

EF5

=

0,0075 [kg N2O–N (kg ta’ lissija/skular ta’ N) -1]

Rendiment

=

rendiment annwali frisk tal-għalla (kg ha-1)

NIEXFA

=

frazzjoni ta’ materja niexfa tal-prodott maħsud [kg d.m. (kg ta’ piż frisk)-1] (ara t-Tabella 1)

FracBurnt

=

frazzjoni tal-erja tal-għelejjel maħruqa kull sena [ha (ha)-1]

Cf

=

Fattur ta’ kombustjoni [mingħajr dimensjoni] (ara t-Tabella 1)

RAG

=

Il-proporzjon ta’ residwi fuq l-art, ir-rendiment ta’ materja niexfa għal materja niexfa maħsuda, għall-għalla [kg d.m. (kg d.m.)-1] (ara t-Tabella 3)

NAG

=

Kontenut ta’ N tar-residwi fuq l-art [kg N (kg d.m.)-1] (ara t-Tabella 1)

FracNeħħi

=

Il-frazzjoni ta’ residwi fuq l-art imneħħija mill-għalqa [kg d.m. (kg AGDM)-1]

FVF

=

L-ammont annwali ta’ N fil-vignasse u fil-kejk tal-filtru tal-kannamiela rritornat fl-għalqa [kg N ha-1], ikkalkulat bħala r-Rendiment * 0,000508.

AG

=

Materja niexfa tar-residwu fuq l-art [kg d.m. ha-1]

1.5.2   Il-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għall-għelejjel u għas-siti għall-emissjonijiet ta’ N2O minn fertilizzant inorganiku u mill-applikazzjoni ta’ N organiku

L-emissjonijiet ta’ N2O mill-ħamriji taħt użu agrikolu, f’għelieqi agrikoli differenti taħt kundizzjonijiet ambjentali u klassijiet tal-użu tar-raba’ differenti jistgħu jiġu ddeterminati skont il-mudell statistiku ta’ Stehfest u Bouwman (2006) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-mudell S&B”):

Image 2

Fejn:

E

=

l-emissjoni N2O (f’kg N2O-N ha-1 a-1)

ev

=

il-valur tal-effett għal fatturi differenti (ara t-Tabella 2)

L-EF1ij għall-għalla tal-bijofjuwil i fil-post j jiġi kkalkulat (mudell S&B) bħala:

EF1ij = (Efert,ij – Eunfert,ij)/Nappl,ij

Il-fattur tal-IPCC (2006) (EF1) għall-emissjonijiet diretti ta’ N2O mill-input ta’ fertilizzant fuq il-bażi ta’ medja globali għandu jiġi ssostitwit b’EF1ij speċifiku għall-għelejjel u għas-siti għall-emissjonijiet diretti mill-input ta’ N tal-fertilizzanti minerali u tad-demel, fuq il-bażi tal-EF1ij speċifiku għall-għelejjel u għas-siti, bl-applikazzjoni tal-mudell S&B.

Fejn:

Efert,ij

=

L-emissjoni ta’ N2O (f’kg N2O-N ha-1 a-1) fuq il-bażi ta’ S&B, fejn l-input tal-fertilizzant huwa r-rata attwali tal-applikazzjoni ta’ N (fertilizzant minerali u demel) għall-għalla i fil-post j

Eunfert,ij

=

L-emissjoni ta’ N2O tal-għalla i fil-post j (f’kg N2O-N ha-1 a-1) fuq il-bażi ta’ S&B. Ir-rata ta’ applikazzjoni ta’ N hija stabbilita għal 0, il-parametri l-oħrajn kollha jinżammu l-istess.

Nappl,ij

=

L-input ta’ N minn fertilizzant minerali u minn demel (f’kg ta’ N ha-1 a-1) għall-għalla i fil-post j

Tabella 1

Il-parametri speċifiċi għall-għelejjel sabiex jiġi kkalkulat l-input ta’ N mir-residwi tal-għelejjel  (3)

Image 3

Tabella 2

Valuri kostanti u ta’ effett għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ N2O minn għelieqi agrikoli bbażati fuq il-mudell S&B

Image 4

L-EMISSJONIJIET MILL-ĠBIR, MIT-TNIXXIF U MILL-ĦAŻNA TA’ MATERJA PRIMA

L-emissjonijiet mill-ġbir, mit-tnixxif u mill-ħażna ta’ materja prima jinkludu l-emissjonijiet kollha relatati mal-użu tal-fjuwil fil-ġbir, fit-tnixxif u fil-ħażna ta’ materja prima.

L-emissjonijiet mill-ġbir

L-emissjonijiet mill-ġbir ta’ materja prima jinkludu l-emissjonijiet kollha li jirriżultaw mill-ġbir ta’ materja prima u mit-trasport tagħha għall-ħażna. L-emissjonijiet jiġu kkalkulati bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni xierqa għat-tip ta’ fjuwil użat (żejt diżil, gażolina, żejt fjuwil tqil, bijofjuwils jew fjuwils oħrajn).

It-tnixxif tal-bijomassa

L-emissjonijiet mill-kultivazzjoni għandhom jinkludu l-emissjonijiet mit-tnixxif qabel il-ħażna kif ukoll mill-ħażna u mill-immaniġġar tal-materja prima tal-bijomassa. Id-data dwar l-użu tal-enerġija għat-tnixxif qabel il-ħażna għandha tinkludi data attwali dwar il-proċess tat-tnixxif użat għall-konformità mar-rekwiżiti tal-ħażna, skont it-tip ta’ bijomassa, id-daqs tal-partikoli, il-kontenut ta’ tira, il-kundizzjonijiet tat-temp, eċċ. Fatturi xierqa ta’ emissjoni, inklużi l-emissjonijiet upstream, għandhom jintużaw sabiex jitqiesu l-emissjonijiet mill-użu ta’ fjuwils għall-produzzjoni tas-sħana jew tal-elettriku użat għat-tnixxif. L-emissjonijiet għat-tnixxif jinkludu biss l-emissjonijiet għall-proċess tat-tnixxif meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-ħażna adegwata ta’ materja prima u ma jinkludux it-tnixxif tal-materjali matul l-ipproċessar.

IL-KUNSIDERAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET GĦALL-ELETTRIKU UŻAT FL-OPERAZZJONIJIET AGRIKOLI

Meta jitqiesu l-konsum tal-elettriku mhux prodott fl-impjant tal-produzzjoni tal-fjuwil, l-intensità tal-emissjonijiet ta’ GHG tal-elettriku prodott u distribwit għandha tiġi preżunta li tkun ugwali għall-intensità medja tal-emissjonijiet tal-elettriku prodott u distribwit f’reġjun definit, li jista’ jkun f’reġjun NUTS2 (4) jew f’livell nazzjonali. F’każ li jintużaw koeffiċjenti nazzjonali tal-emissjonijiet mill-elettriku, għandhom jintużaw il-valuri mill-Anness IX. B’deroga minn din ir-regola, il-produtturi jistgħu jużaw valur medju għal impjant individwali tal-produzzjoni tal-elettriku għall-elettriku prodott minn dak l-impjant jekk ma jkunx konness mal-grilja tal-elettriku u jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli sabiex jiġi dderivat fattur ta’ emissjoni.


(1)   “Pestiċidi” tfisser il-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi l-erbiċidi, l-insettiċidi, il-fungiċidi, eċċ.

(2)  IPCC (2006), Vol. 4, il-Kapitolu 11: N2O emissions from managed soils, and CO2 emissions from lime and urea application.

(3)  Sors tad-data: Ir-rapport tal-JRC “Definition of input data to assess GHG default emissions from biofuels in EU legislation” JRC 2019 (EUR 28349 EN). https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/7d6dd4ba-720a-11e9-9f05-01aa75ed71a1

(4)  In-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika


ANNESS VIII

IR-REKWIŻITI MINIMI DWAR IL-PROĊESS U L-METODU GĦAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TA’ BIJOMASSA B’RISKJU BAXX TA’ TIBDIL INDIRETT FL-UŻU TAL-ART (ILUC)

A.   Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC

Sabiex jibda l-proċess ta’ ċertifikazzjoni, operatur ekonomiku jrid jissottometti applikazzjoni lil korp taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxut minn skema volontarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC. L-applikant jista’ jkun farm, l-ewwel punt ta’ ġbir jew maniġer ta’ grupp, li jaġixxi f’isem grupp ta’ bdiewa.

L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-applikant jew tal-applikanti, inklużi, fejn rilevanti, il-membri ta’ grupp għaċ-ċertifikazzjoni ta’ grupp (1);

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri ta’ addizzjonalità tar-riskju baxx ta’ ILUC previsti, inklużi:

(i)

id-dettalji dwar ir-roqgħa delineata fejn se tiġi implimentata l-miżura ta’ addizzjonalità, inkluż l-użu kurrenti tal-art, il-prattiki ta’ ġestjoni kurrenti, id-data tar-rendiment kurrenti tar-roqgħa, u, jekk applikabbli, dikjarazzjoni dwar jekk l-art hijiex art li ma tintużax, abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi;

(ii)

deskrizzjoni tal-miżuri ta’ addizzjonalità u stima tal-bijomassa addizzjonali li se tiġi prodotta wara l-applikazzjoni tagħha (jew permezz ta’ żieda fir-rendiment jew permezz tal-produzzjoni fuq art mhux użata, abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi);

(c)

informazzjoni dwar kwalunkwe ċertifikazzjoni eżistenti minn skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni (isem l-iskema volontarja, in-numru taċ-ċertifikat, l-istatus u l-perjodu ta’ validità).

Jekk l-applikazzjoni ssir wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri ta’ addizzjonalità, il-pretensjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC tista’ ssir biss għall-bijomassa addizzjonali prodotta wara d-data taċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC biss.

1.   Kontenut tal-pjan ta’ ġestjoni

Ladarba tiġi aċċettata l-applikazzjoni għal riskju baxx ta’ ILUC, l-operatur ekonomiku għandu jiżviluppa pjan ta’ ġestjoni u jissottomettiha lill-korp taċ-ċertifikazzjoni. Il-pjan ta’ ġestjoni għandu jibni fuq l-informazzjoni fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni, u jinkludi:

(a)

definizzjoni tar-roqgħa delineata;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri ta’ addizzjonalità;

(c)

verifika dwar is-sostenibbiltà tal-miżura ta’ addizzjonalità meta mqabbla mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(d)

fejn rilevanti, id-dimostrazzjoni tal-valutazzjoni tal-addizzjonalità (it-test jew tal-attraenza finanzjarja jew tal-ostakli mhux finanzjarji);

(e)

id-determinazzjoni tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku, inklużi:

(i)

għal miżuri ta’ żieda fir-rendiment: tal-anqas 3 snin ta’ data storika dwar ir-rendiment tal-għelejjel relatata mar-roqgħa delineata;

(ii)

għall-kultivazzjoni fuq art mhux użata, abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi: prova tal-istatus tal-art (ir-rendiment fix-xenarju ta’ referenza għall-kultivazzjoni fuq art mhux użata, abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi jitqies li huwa żero)

(f)

stima tar-rendiment addizzjonali tal-bijomassa fis-sena, b’referenza għax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għar-roqgħa delineata.

Il-pjan ta’ ġestjoni jrid jippermetti li jsir tqabbil bejn l-użu tar-roqgħa delineata qabel u wara l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità.

2.   Lista mhux eżawrjenti tal-miżuri ta’ addizzjonalità

Tabella 1

Lista mhux eżawrjenti tal-miżuri ta’ addizzjonalità jżidu r-rendiment

Kategorija ta’ addizzjonalità

Miżuri ta’ addizzjonalità

Eżempju

Mekkanizzazzjoni

Makkinarju

L-adozzjoni ta’ makkinarju li jnaqqas/jikkomplementa l-input eżistenti tal-forza tax-xogħol sabiex tingħata spinta lill-output jew jitnaqqas it-telf. Dan jista’ jinkludi żrigħ, biedja ta’ preċiżjoni, makkinarju tal-ħsad jew makkinarju li jnaqqas it-telf ta’ wara l-ħsad.

Kultivazzjoni mħallta

Kultivazzjoni ta’ għelejjel sekwenzjali

L-introduzzjoni tat-tieni għalla fuq l-istess art fl-istess sena.

Ġestjoni

Ġestjoni tal-ħamrija

Mulching minflok ħrit, ħdim tar-raba’ baxx.

Fertilizzazzjoni

Ottimizzazzjoni tar-reġim ta’ fertilizzazzjoni, użu ta’ agrikoltura ta’ preċiżjoni.

Protezzjoni tal-għelejjel

Bidla fil-kontroll tal-ħaxix ħażin, tal-pesti u tal-mard.

Dakkir

Prattiki mtejbin ta’ dakkir.

Oħrajn

L-għoti ta’ lok għall-innovazzjoni, għall-kombinazzjonijiet ta’ miżuri u għall-iżviluppi mhux previsti.

It-tħawwil mill-ġdid (għal għelejjel perenni) (2)

Għażla tal-varjetajiet tal-għelejjel

Varjetà b’rendiment ogħla, adattament aħjar għall-kundizzjonijiet ekofiżjoloġiċi jew klimatiċi.

Il-miżuri ta’ addizzjonalità huma miżuri li jmorru lil hinn mill-prattiki agrikoli komuni. It-Tabella 1 fiha lista mhux eżawrjenti tat-tipi ta’ miżuri ta’ addizzjonalità li jżidu r-rendiment li jistgħu japplikaw l-operaturi ekonomiċi. Il-miżuri, jew il-kombinazzjonijiet ta’ miżuri, għandhom jagħtu spinta lill-output mingħajr ma jikkompromettu s-sostenibbiltà. Il-miżura ta’ addizzjonalità ma għandhiex tikkomprometti l-potenzjal ta’ tkabbir futur billi toħloq kompromess bejn it-titjib fl-output fuq terminu qasir u d-deterjorament medju/fit-tul tal-ħamrija, tal-ilma u tal-kwalità tal-arja u tal-popolazzjonijiet tad-dakkara. Il-miżuri ta’ addizzjonalità ma għandhomx jirriżultaw f’omoġenizzazzjoni tal-pajsaġġ agrikolu permezz tat-tneħħija ta’ elementi tal-pajsaġġ u ta’ ħabitats bħal siġar solitarji, ringieli ta’ sġajriet, arbuxelli, truf tal-għelieqi jew strixxi tal-fjuri.

Huwa biss rendiment addizzjonali ogħla mix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku li jista’ jiġi ddikjarat bħala riskju baxx ta’ ILUC. Barra minn hekk, miżura ta’ addizzjonalità tista’ tiġi ċċertifikata biss jekk ikollha l-għan li tikseb rendimenti addizzjonali bħala riżultat ta’ titjib fil-prattika agrikola. Jekk tiġi applikata miżura li għandha l-għan biss li ttejjeb is-sostenibbiltà tar-roqgħa, mingħajr ma ttejjeb ir-rendimenti, ma titqiesx bħala miżura ta’ addizzjonalità. Dan ma huwiex il-każ ta’ kultivazzjoni fuq art mhux użata, abbandunata jew li ddeterjorat b’mod gravi, f’liema każ il-kultivazzjoni nnifisha tkun il-miżura ta’ addizzjonalità.

L-operatur ekonomiku jkollu juri li l-pjan ta’ ġestjoni jistabbilixxi aspettattivi raġonevoli dwar iż-żieda fir-rendiment billi jirreferi, pereżempju, għal-letteratura xjentifika, għall-esperjenza mill-provi fuq il-post, għall-informazzjoni mill-kumpaniji tal-agronomija, mill-iżviluppaturi taż-żrieragħ/tal-fertilizzanti jew għal kalkoli sempliċi. Sabiex il-proġett jiġi ċċertifikat, hija meħtieġa evidenza sodisfaċenti li tappoġġa ż-żieda mistennija fir-rendiment tal-miżura ta’ addizzjonalità applikata.

Fil-każ ta’ titjib agrikolu, il-prattiki agrikoli applikati, il-makkinarju u l-mezzi qabel u wara li tkun ġiet applikata l-miżura ta’ addizzjonalità għandhom jiġu ddokumentati fid-dettall bħala parti mill-pjan ta’ ġestjoni. Dan għandu jippermetti tqabbil sabiex (i) jiġi ddeterminat jekk miżura ta’ addizzjonalità ġietx implimentata; (ii) jiġi evalwat jekk dik il-miżura ta’ addizzjonalità tistax titqies bħala addizzjonali meta mqabbla ma’ żvilupp li “jżomm l-istatus quo ”.

B.   Valutazzjoni tal-addizzjonalità: It-testijiet tal-attraenza finanzjarja jew ta’ analiżi tal-ostakli

1.   Test tal-attraenza finanzjarja

It-test tal-attraenza finanzjarja għandu juri li l-investiment meħtieġ għall-miżura ta’ addizzjonalità jsir finanzjarjament attraenti biss jekk ir-rendiment addizzjonali li jirriżulta jiġi ċċertifikat bħala riskju baxx ta’ ILUC. L-analiżi għandha tikkonsisti f’analiżi finanzjarja sempliċi tal-investiment previst tal-miżura ta’ addizzjonalità ta’ riskju baxx ta’ ILUC.

It-test għandu jinkludi biss dawk il-kostijiet u r-rendimenti li huma relatati b’mod dirett mal-investiment tal-miżura ta’ addizzjonalità. Għalhekk, fl-analiżi ma għandhomx jiġu inklużi l-kostijiet operatorji normali tal-farm sħiħ. Il-kostijiet u d-dħul inklużi fit-test għandhom ikunu relatati mat-tħejjija, mal-implimentazzjoni, mal-manutenzjoni u mad-dekummissjonar tal-miżura ta’ addizzjonalità li, f’każ ieħor, kieku ma kinux jiġġarrbu.

L-attraenza finanzjarja tirriżulta minn argument għall-vijabbiltà li fih il-valur preżenti nett (“VPN”) (3) tal-investiment ikun pożittiv, li jfisser li l-investiment jista’ jitwettaq mill-operatur ekonomiku nnifsu. B’riżultat ta’ dan, huma biss il-miżuri li għalihom l-analiżi tal-argument għall-vijabbiltà tkun negattiva (mingħajr l-inklużjoni ta’ primjum) li għandhom jgħaddu mit-test tal-addizzjonalità finanzjarja u jsiru eliġibbli sabiex jiġu ċċertifikati bħala riskju baxx ta’ ILUC. Eżiti ogħla minn żero (VPN pożittiv) xorta jistgħu jkunu eliġibbli biss jekk jgħaddu mit-test tal-ostakli mhux finanzjarji.

Il-formula għall-kalkolu tal-VPN ta’ investiment:

Image 5

Fejn:

P

=

l-introjtu mistenni mill-bijomassa addizzjonali (stima tal-bijomassa addizzjonali x il-prezz tal-bejgħ tal-materja prima mingħajr ILUC bi primjum baxx)

L

=

il-kost tal-miżura ta’ addizzjonalità (CAPEX u OPEX)

i

=

ir-rata ta’ skont

t

=

il-perjodu ta’ żmien

Il-parametri użati fil-kalkolu tal-VPN għandhom ikunu allinjati mad-data inkluża fil-pjan ta’ ġestjoni.

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-VPN:

(a)

l-istima tal-volum tal-bijomassa addizzjonali;

(b)

il-prezz tal-bejgħ tal-materja prima [munita/tunnellata]:

(i)

il-prezz tal-bejgħ tal-materja prima jista’ jkun numru wieħed estrapolat matul il-ħajja tal-investiment tar-rendiment addizzjonali;

(ii)

dan in-numru uniku jista’ jkun ibbażat fuq medja tal-valuri storiċi reali tal-bejgħ tal-materja prima miksubin mill-operatur ekonomiku. Il-valur medju għandu jkun ibbażat fuq data għall-istess 3 snin użati għad-data tar-rendiment storiku użata sabiex jiġi stabbilit ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku;

(iii)

fil-każ tal-introduzzjoni ta’ għalla ġdida li għaliha l-operatur ekonomiku ma jkollux data attwali dwar il-prezzijiet, dan il-valur jista’ jkun ibbażat fuq data dwar il-prezzijiet mill-FAOSTAT (4);

(c)

ir-rata ta’ skont li għandha tintuża: 3,5 % għall-pajjiżi b’introjtu għoli (5) u 5,5 % għall-pajjiżi l-oħrajn kollha;

(d)

it-tul il-ħajja tal-investiment:

(i)

għandu jintuża tul tal-ħajja sa 10 snin f’konformità mat-tul tal-ħajja taċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC (validità tax-xenarju ta’ referenza);

(ii)

f’xi każijiet, it-tul tal-ħajja massimu tal-investiment jista’ jiġi stabbilit għal 25 sena fuq il-bażi tal-ħajja tipika tal-għelejjel perenni (jiġifieri, is-siġar taż-żejt tal-palm, fil-każ ta’ tħawwil mill-ġdid taż-żejt tal-palm);

(e)

il-kost tal-investiment relatat mal-miżura ta’ addizzjonalità [CAPEX + OPEX].

2.   Test tal-ostakli mhux finanzjarji

L-analiżi tal-ostakli mhux finanzjarji għandha tkopri biss l-ostakli mhux finanzjarji għall-proġetti li jipprevjenu l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ addizzjonalità f’każ li ma jkunx hemm ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC. Kwalunkwe ostaklu li l-kost tiegħu jista’ jiġi stmat għandu jiġi inkluż fl-analiżi tal-attraenza finanzjarja aktar milli fl-analiżi tal-ostakli mhux finanzjarji.

L-operatur ekonomiku li jippjana l-miżura ta’ addizzjonalità huwa responsabbli sabiex jiġġustifika l-eżistenza ta’ ostakli mhux finanzjarji. Il-ġustifikazzjoni għandha tikkonsisti f’deskrizzjoni ċara u verifikabbli tas-sitwazzjoni li tipprevjeni l-adozzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità. L-operatur ekonomiku għandu jipprovdi l-evidenza verifikabbli kollha meħtieġa sabiex jappoġġa l-pretensjoni u juri kif iċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC tkun tiżgura li jingħeleb l-ostaklu mhux finanzjarju.

Il-validità tal-pretensjoni tal-operatur għandha tiġi vvalutata u vvalidata mill-awditu tax-xenarju ta’ referenza qabel ma jinħareġ ċertifikat ta’ riskju baxx ta’ ILUC.

C.   L-istabbiliment tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku u l-kalkolu tal-volum attwali tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC

Ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għandu jiġi stabbilit individwalment għal kull roqgħa delineata bbażata fuq l-għalla u fuq it-tip jew fuq il-kombinazzjoni ta’ miżuri ta’ addizzjonalità applikati. Għandha tintuża data storika speċifika għar-roqgħa dwar ir-rendiment tal-għelejjel minn tal-inqas it-3 snin ta’ qabel l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ addizzjonalità sabiex jiġi kkalkulat il-punt tat-tluq tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku. Dan għandu jiġi kkombinat ma’ linja ta’ rigressjoni globali speċifika għall-għelejjel għar-rendimenti mistennijin fuq il-bażi ta’ data storika tar-rendimenti attwali matul l-aħħar għaxar snin, jew aktar jekk ikun hemm data disponibbli. Għall-għelejjel perenni, ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku jqis ukoll il-kurva tar-rendiment tul il-ħajja tal-għalla.

1.   L-iffissar tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għall-għelejjel annwali

Meta farm inewweb l-għelejjel bejn l-għelieqi u l-għalla li r-rendiment tagħha jkun se jiżdied (“għalla fil-mira”) tkun tħawlet f’għelieqi differenti fl-istess farm fis-snin ta’ qabel, huma previsti żewġ għażliet għall-ġbir tad-data tar-rendiment storiku sabiex jiġi kkalkulat ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku:

Għażla 1: L-operatur ekonomiku jikkalkula medja tar-rendimenti għall-aktar 3 snin reċenti li fihom tkabbret l-għalla fil-mira fuq ir-roqgħa delineata speċifika qabel l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità. Peress li l-għelejjel jitkabbru bin-newba, dan jista’ jfisser l-użu ta’ data li tkun ilha aktar minn 5 snin.

Għażla 2: L-operatur ekonomiku jikkalkula medja ponderata tar-rendimenti tal-aktar 3 snin reċenti li fihom tkabbret l-għalla fil-mira fil-farm qabel l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità, anki jekk dawk ir-rendimenti nkisbu minn irqajja’ differenti ta’ daqsijiet differenti fl-istess farm.

Jekk ma jkunx hemm disponibbli data storika għall-aktar 3 snin reċenti ta’ rendimenti tal-għelejjel, kemm jekk tkun inaċċessibbli kif ukoll jekk ma tkunx rappreżentattiva skont il-ġudizzju tal-awditur, jew jekk id-data dwar ir-rendiment tal-għelejjel tkun ta’ kwalità insuffiċjenti, tista’ tinkiseb data addizzjonali għal snin preċedenti jew data minn għalqa fil-qrib li tkabbar l-istess għalla bl-istess pjan ta’ ġestjoni. Jekk sena waħda (1) mit-3 snin ta’ data storika tirrappreżenta ħsad eċċezzjonalment tajjeb jew ħażin (pereżempju, diskrepanza ta’ 30 % jew aktar meta mqabbla mas-snin ta’ referenza l-oħrajn), ir-rendiment outlier tal-għelejjel ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu sabiex jiġi evitat li l-medja tat-tliet snin tiġi żvijata (6).

L-awditur huwa responsabbli sabiex jiddetermina outlier fir-rendiment, fuq il-bażi tal-ġudizzju espert tiegħu, tal-esperjenza tiegħu fil-prattika u tal-għarfien tiegħu dwar il-prattiki tal-operatur ekonomiku fuq terminu twil. L-awditur huwa obbligat ukoll li jevalwa jekk id-data dwar ir-rendiment tal-għelejjel hijiex ta’ kwalità insuffiċjenti sabiex għandha tiġi inkluża bħala parti mill-awditi tax-xenarju ta’ referenza u annwali, u li mbagħad jiddeċiedi jekk rendiment ta’ għalla għandux jiġi eskluż jew le.

Il-gradjent tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għandu jitqies bħala linja ta’ rigressjoni dritta approssimata għall-iżviluppi fir-rendiment tal-għalla fil-mira matul l-aħħar 10 snin jew aktar jekk ikun hemm data disponibbli. Huwa bbażat fuq data globali u għandu jiġi dderivat mid-data tal-FAOSTAT World+ għall-għalla rilevanti. Dan għandu jsir fil-bidu tal-perjodu ta’ ċertifikazzjoni, u l-gradjent għandu jkun validu għall-perjodu ta’ validità tax-xenarju ta’ referenza ta’ 10 snin taċ-ċertifikazzjoni b’ILUC baxx.

It-Tabella 2 turi l-gradjent tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għall-aktar għelejjel komuni tal-materja prima għall-bijofjuwils. Dawn il-valuri jinkisbu billi linja ta’ rigressjoni tiġi approssimata fuq 20 sena ta’ data globali dwar l-għelejjel miksuba mill-FAOSTAT.

Tabella 2

Gradjent tal-linja ta’ rigressjoni miksuba għad-data dwar ir-rendiment tal-għelejjel ta’ FAOSTAT World+. Titjib medju fir-rendiment (tunnellata/ettaru/sena) fis-sena

Għalla

Xgħir

Qamħirrum

Frott taż-żejt tal-palm

Lift

Fażola tas-sojja

Pitravi ħelu

Kannamiela

Żerriegħa tal-ġirasol

Qamħ

Gradjent-20

0,035

0,074

0,200

0,036

0,028

1,276

0,379

0,035

0,04

Il-gradjent-20 huwa bbażat fuq 2008-2017.

Għal kwalunkwe għalla fit-tabella, ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku jiġi ddeterminat billi jittieħed il-punt tat-tluq (medja ta’ tliet snin tar-rendimenti storiċi qabel l-applikazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità) u tiżdied il-linja ta’ rigressjoni globali (gradjent) mit-Tabella 2. Għandha tintuża l-formula li ġejja, li tibda fis-sena li fiha tiġi implimentata l-miżura ta’ addizzjonalità:

DYBx = (starting point DYB) + slope20)x

Fejn:

DYBx

=

ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku fis-sena x wara l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità

x

=

is-sena/is-snin wara l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità

Jekk il-miżura ta’ addizzjonalità għandha tissostitwixxi l-għalla eżistenti b’għalla differenti (b’rendiment ogħla) f’roqgħa delineata, is-sitwazzjoni kontrofattwali hija l-kultivazzjoni tal-għalla eżistenti. Ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tad-data storika tar-rendiment u tal-linja ta’ rigressjoni għall-għalla eżistenti.

Il-punt tat-tluq tax-xenarju ta’ referenza għandu jkun il-medja ta’ 3 snin tar-rendiment tal-għalla miksuba għall-għalla eżistenti bi prestazzjoni aktar baxxa. Il-linja ta’ rigressjoni hija bbażata fuq id-data globali tal-linja ta’ rigressjoni tal-FAOSTAT għall-għalla eżistenti (ara t-Tabella 2). Dan l-approċċ għandu jintuża biss jekk ikun jista’ jintwera li l-għalla bi prestazzjoni aħjar tista’ tiġi introdotta minħabba bidliet fis-suq tal-bijofjuwils, kif muri fil-valutazzjoni tal-addizzjonalità.

2.   L-iffissar tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għall-għelejjel perenni

Skont il-varjazzjoni fir-rendiment osservata matul il-ħajja ta’ tipi differenti ta’ għalla perenni, għandhom ikunu possibbli approċċi metodoloġiċi differenti.

Għas-siġar tal-palm, l-operaturi ekonomiċi tal-pjantaġġuni taż-żejt tal-palm jistgħu jużaw id-data li ġejja meta jiddeterminaw ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku tagħhom:

(a)

ir-rendimenti storiċi tal-għelejjel miksubin qabel l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ addizzjonalità;

(b)

is-sena tat-tħawwil tas-siġar tal-palm fuq ir-roqgħa delineata u/jew fuq il-profil tal-età tagħhom;

(c)

il-kultivari tas-siġar tal-palm fir-roqgħa delineata, jekk applikabbli;

(d)

l-erja tal-art imħawla mill-ġdid kull sena fuq pjantaġġun, jekk applikabbli.

Dik id-data tiġi kkombinata ma’ kurva tat-tkabbir sabiex jiġi ddeterminat ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku. Il-karatteristika ewlenija mill-kurva tat-tkabbir għandha tkun il-forma, u mhux il-kobor, tar-rendiment.

Il-kurva tat-tkabbir tagħti l-forma u jeħtieġ li tiġi kkombinata mad-data storika tar-rendiment u mal-età tas-siġar, kif stabbiliti fil-punti (a) u (b), sabiex id-daqs tal-kurva tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku jiġi aġġustat għar-roqgħa speċifika.

It-tliet għażliet li ġejjin huma disponibbli għad-determinazzjoni tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għas-siġar tal-palm.

Għal kull għażla, id-data meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti x-xenarji ta’ referenza tar-rendiment dinamiku trid tinkludi:

(a)

Għażla 1a: Kurva standard tat-tkabbir

(i)

l-aktar tliet snin reċenti ta’ rendimenti storiċi tal-għelejjel għas-siġar tal-palm imkabbrin fir-roqgħa delineata;

(ii)

l-età tas-siġar fir-roqgħa delineata/is-sena tat-tħawwil;

(b)

Għażla 1b: L-operatur ekonomiku jipprovdi kurva tat-tkabbir (7)

(i)

l-aktar tliet snin reċenti ta’ rendiment storiku tal-għelejjel għas-siġar tal-palm imkabbrin fir-roqgħa delineata;

(ii)

l-età tas-siġar fir-roqgħa delineata/is-sena tat-tħawwil;

(iii)

il-kultivari tas-siġar tal-palm fir-roqgħa delineata;

(iv)

il-kurva tat-tkabbir ta’ referenza tal-operatur ekonomiku stess.

(c)

Għażla 2: Approċċ ta’ ċertifikazzjoni ta’ grupp

(i)

għall-aktar tliet snin, l-ettari totali u r-rendiment totali f’għenieqed ta’ frott frisk (FFB) għas-siġar tal-palm imkabbrin fir-roqgħa(t)/fil-pjantaġġun(i) delineat(i), li jipproduċu l-palm bħala parti mill-grupp.

L-għażliet 1a u 1b japplikaw meta miżura ta’ addizzjonalità tittieħed fuq popolament ta’ siġar li jkunu tal-istess età, jew jekk il-profil tal-età tas-siġar fuq ir-roqgħa/l-irqajja’ delineata/i jkun magħruf u ma jibqax kostanti sena wara sena.

L-għażla 2 tista’ tiġi applikata meta l-profil tal-età tas-siġar fl-irqajja’ delineati jkun imħallat u jibqa’ relattivament kostanti sena wara sena, jiġifieri f’approċċ ta’ ċertifikazzjoni ta’ grupp jew jekk perċentwal konsistenti tal-erja tal-pjantaġġun jitħawwel mill-ġdid kull sena, li jirriżulta fi profil tal-età kostanti għas-siġar.

L-għażla 2 ma għandhiex tintuża jekk aktar minn 20 % tal-volum fil-grupp ikun ġej mill-istess pjantaġġun, jew jekk aktar minn 5 % tal-erja totali fil-grupp titħawwel mill-ġdid fl-istess sena. F’dak il-każ, għandha tintuża l-għażla 1a jew b sabiex jiġi ddeterminat ix-xenarju ta’ referenza.

Għażla 1a: Kurva standard tat-tkabbir

L-ewwel għażla tuża l-forma ta’ kurva tat-tkabbir “standard” prestabbilita (ibbażata fuq l-evidenza xjentifika eżistenti) sabiex tiddetermina x-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għal roqgħa delineata. Il-kurva standard ġiet innormalizzata u tintwera fl-Illustrazzjoni 1 u fit-Tabella 3 ta’ hawn taħt.

Ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku jiġi ddeterminat bl-użu tal-aktar 3 snin riċenti ta’ data storika dwar ir-rendiment tal-għelejjel għar-roqgħa speċifika u għall-età tas-siġar tal-palm meta jkun ġie osservat dak ir-rendiment, u bl-użu tal-bidla perċentwali annwali fir-rendiment mill-kurva standard sabiex tiġi fformata kurva tar-rendiment ta’ “żamma tal-istatus quo ” rilevanti għar-roqgħa speċifika.

Illustrazzjoni 1

Rendiment tal-palm tal-kurva tat-tkabbir standard normalizzat

Image 6

Tabella 3

Data dwar ir-rendiment tal-palm tal-kurva standard tat-tkabbir normalizzata

Snin wara t-tħawwil

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

Rendiment normalizzat

0

0

0,147

0,336

0,641

0,833

0,916

0,968

0,996

1

0,999

0,980

0,965

Snin wara t-tħawwil

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

≥ 26  (*1)

Rendiment normalizzat

0,945

0,926

0,910

0,906

0,888

0,870

0,858

0,842

0,836

0,815

0,806

0,793

0,793

L-għażla 1a tinvolvi l-passi metodoloġiċi li ġejjin:

1.

Li jiġi ddeterminat ir-rendiment medju storiku tal-għelejjel, jinġabru l-aktar tliet rendimenti storiċi riċenti tal-għelejjel osservati fir-roqgħa delineata qabel l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità, kif ukoll l-età korrispondenti tas-siġar meta ġew osservati dawk ir-rendimenti;

2.

Li tiġi kkalkulata medja tat-tliet rendimenti storiċi tal-għelejjel;

3.

Li, fuq il-bażi tal-età tas-siġar minn fejn tkun ġejja d-data dwar ir-rendiment storiku, jiġi ddeterminat meta dan ir-rendiment storiku medju tal-għelejjel għandu jkun fuq il-kurva tat-tkabbir standard (eż. jekk id-data dwar ir-rendiment tkun minn siġar ta’ 7, ta’ 8 u ta’ 9 snin, ir-rendiment storiku medju għandu jitqies bħala s-sena 8);

4.

Sabiex jiġi ddeterminat il-punt li jmiss tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku, ir-rendiment storiku medju tal-għelejjel mill-pass 2 jiġi mmoltiplikat bil-bidla perċentwali annwali kkalkulata korrispondenti, derivata mill-kurva standard tat-tkabbir (it-Tabella 4 hawn taħt). Dan jiġi rripetut għal kull punt sussegwenti sabiex jiġi pplottjat ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku;

Tabella 4

Il-bidla perċentwali annwali fir-rendiment derivata mill-kurva tat-tkabbir standard

Snin wara t-tħawwil

1 sa 3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

Bidla perċentwali annwali

-

128,0  %

90,6  %

30,0  %

10,0  %

5,6  %

2,9  %

0,4  %

-0,1  %

-1,9  %

-1,6  %

-2,0  %

Snin wara t-tħawwil

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

≥ 26  (*2)

Bidla perċentwali annwali

-2,1  %

-1,7  %

-0,5  %

-1,9  %

-2,0  %

-1,4  %

-1,8  %

-0,8  %

-2,5  %

-1,1  %

-1,6  %

0  %

5.

Sabiex tiġi inkorporata x-xejra tar-rendiment globali fix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku, trid tiġi applikata r-rata ta’ tkabbir annwali komposta (CAGR) ikkalkulata mid-data dwar ir-rendiment tal-FAOSTAT World+ (it-Tabella 5 hawn taħt), għal kull punt tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku sabiex jinkiseb ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku kkoreġut għas-CAGR.

Tabella 5

Ir-rata tat-tkabbir annwali komposta tal-palm (20 sena)

Iż-żieda fil-prestazzjoni annwali tal-palm - żamma tal-istatus quo

1,37  %

Fuq il-bażi tal-FAOSTAT World+ 2008-2017

Għażla 1b: L-operatur ekonomiku jipprovdi l-kurva tat-tkabbir

Din l-għażla tista’ tintuża f’każijiet eċċezzjonali, jekk l-operatur ekonomiku jkun jista’ juri li l-għażla 1a ma hijiex xierqa għall-każ speċifiku tiegħu. F’każ bħal dan, jekk l-operatur ekonomiku jkollu kurva tat-tkabbir mistennija ddeterminata fuq il-bażi tad-data disponibbli dwar in-nebbieta tal-palm (li hija relatata max-xenarju ta’ “żamma tal-istatus quo ” tagħhom), dik il-kurva tista’ tintuża bħala l-bażi għax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku minflok ma tintuża l-kurva standard tat-tkabbir. Il-passi kollha deskritti fl-Għażla 1a għandhom jiġu segwiti, u l-kurva standard tat-tkabbir għandha tiġi ssostitwita bil-kurva tal-operatur ekonomiku stess. Għalhekk, l-operatur ekonomiku għandu jikkalkula l-bidla perċentwali annwali.

Il-kurva tat-tkabbir speċifika għar-roqgħa xorta waħda għandha tiġi kkoreġuta għall-iżvilupp tar-rendiment globali bl-użu tad-data dwar ir-rendiment tal-FAOSTAT World+ ikkalkulat bis-CAGR (it-Tabella 5).

Għażla 2: Approċċ ta’ ċertifikazzjoni ta’ grupp

Fil-każ ta’ ċertifikazzjoni ta’ grupp, jew meta l-ewwel punt ta’ ġbir jew mitħna taġixxi bħala l-unità ta’ ċertifikazzjoni, ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku jista’ jiġi stabbilit bl-użu ta’ approċċ ta’ xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku ta’ “linja dritta” simili kif użat għall-għelejjel annwali. Dan l-approċċ jista’ jintuża jekk maniġer tal-grupp, l-ewwel punt ta’ ġbir jew il-mitħna tkun qed tfittex li tiċċertifika grupp li jkun qiegħed jieħu l-istess miżura ta’ addizzjonalità, u meta l-pjantaġġun jew l-erja li tipprovdi l-mitħna jkun fiha taħlita ta’ etajiet ta’ siġar li jfisser li r-rendiment annwali li jforni l-mitħna jkun baqa’ relattivament kostanti.

Sabiex jiġi ddeterminat ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku, il-maniġer tal-grupp jeħtieġ li jirreġistra l-erja totali tal-pjantaġġun (ha) li tforni l-mitħna u r-rendiment totali (għenieqed ta’ frott frisk) li jikkorrispondi għal dik l-erja f’kull waħda mill-aħħar 3 snin. Dan jintuża sabiex jiġi ddeterminat ir-rendiment annwali għal kull ettaru għal kull waħda mill-aħħar 3 snin (f’tunnellati/ha). Imbagħad, tinstab il-medja ta’ dawn il-punti tad-data u dawn jintużaw bħala l-punt tat-tluq għax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku. Il-punt tat-tluq jiġi kkombinat mal-gradjent tal-linja ta’ rigressjoni globali għaż-żejt tal-palm mid-data tal-FAOSTAT World+ (it-Tabella 2) sabiex jiġi ddeterminat ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku.

Il-kannamiela għandha tiġi ttrattata bħala għalla annwali meta jiġi stabbilit ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku.

3.   L-istabbiliment tax-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għal kultivazzjoni ta’ għelejjel sekwenzjali

Jekk jintużaw prattiki ta’ kultivazzjoni mħallta bħall-kultivazzjoni ta’ għelejjel sekwenzjali, l-operaturi ekonomiċi għandhom tliet għażliet sabiex jikkalkulaw il-bijomassa addizzjonali:

1.

Juru li t-tieni għalla ma tnaqqasx ir-rendiment tal-għalla ewlenija.

2.

Jekk it-tieni għalla tnaqqas ir-rendiment tal-għalla ewlenija:

a.

Jiddeterminaw xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għal sistema li fiha l-għalla ewlenija tkun l-istess kull sena;

b.

Jiddeterminaw fattur ta’ kumpens għal sistema li fiha l-għalla ewlenija tkun differenti kull sena;

Għażla 1. Juru li t-tieni għalla ma tnaqqasx ir-rendiment tal-għalla ewlenija

Jekk operatur ekonomiku jkun jista’ juri li l-introduzzjoni tat-tieni għalla ma tnaqqasx ir-rendiment tal-għalla ewlenija, tista’ ssir pretensjoni li r-rendiment kollu tat-tieni għalla jkun bijomassa addizzjonali.

Dan jista’ jintwera, pereżempju, permezz tat-tqabbil tar-rendiment osservat tal-għalla ewlenija qabel (medja storika ta’ 3 snin) u wara l-introduzzjoni tat-tieni għalla.

Għażla 2a. Jiddeterminaw xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għal sistema li fiha l-għalla ewlenija tkun l-istess kull sena

Ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni ta’ “żamma tal-istatus quo ” għar-roqgħa delineata. Meta l-għalla ewlenija tkun l-istess kull sena, ix-xenarju ta’ referenza għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ mill-inqas ir-rendiment storiku medju ta’ 3 snin tal-għalla ewlenija fuq dik ir-roqgħa, flimkien mal-linja ta’ rigressjoni globali għall-għalla ewlenija, hekk kif isir għall-għelejjel annwali.

Dan l-approċċ jista’ jintuża wkoll meta n-newba tal-għelejjel issegwi mudell ta’ newba definit b’mod ċar li jista’ jiġi osservat minn data storika, li jippermetti li s-sitwazzjoni ta’ żamma tal-istatus quo tiġi ddeterminata b’mod ċar. F’dan il-każ, jista’ jkun neċessarju li tintuża data ta’ aktar minn 3 snin sabiex jiġi ddeterminat ir-rendiment storiku medju tal-għalla ewlenija.

Wara l-implimentazzjoni ta’ kultivazzjoni ta’ għelejjel sekwenzjali, il-bijomassa addizzjonali netta għandha tiġi kkalkulata bħala d-differenza bejn ir-rendiment annwali totali mir-roqgħa delineata (jiġifieri, ir-rendiment tal-għalla ewlenija flimkien mar-rendiment tat-tieni għalla) u x-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku tal-għalla ewlenija.

Jekk l-għalla ewlenija u t-tieni għalla jkunu materja prima differenti li tipproduċi taħlita differenti ta’ komponenti tal-għelejjel (pereżempju, żejt, pasta, lamtu, fibra), meta r-rendimenti tal-għalla ewlenija u tat-tieni għalla jiżdiedu flimkien, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq unitajiet xierqa ta’ kejl li jippermettu l-kalkolu ta’ ċifra rappreżentattiva waħda għall-bijomassa addizzjonali netta prodotta. Rispettivament, il-metodoloġija għandha tippermetti kumpens effettiv tat-telf tal-bijomassa tal-għalla ewlenija. Pereżempju, il-kalkolu jista’ jsir fuq bażi ta’ piż sempliċi (tunnellati) jew fuq bażi ta’ kontenut ta’ enerġija (eż. jekk it-tieni għalla sħiħa tintuża għall-enerġija, bħall-bijogass). L-għażla tal-metodoloġija għandha tiġi ġġustifikata mill-operatur ekonomiku u vvalidata mill-awditur.

Għażla 2b. Jiddeterminaw fattur ta’ kumpens għal sistema li fiha l-għalla ewlenija tkun differenti kull sena

Meta l-għalla ewlenija tvarja kull sena fin-newba tal-għelejjel u ma tikkonformax ma’ xejra regolari, l-operatur ekonomiku jeħtieġ li jivvaluta kwalunkwe telf fir-rendiment tal-għalla ewlenija minħabba t-tieni għalla u li jqisha fil-volum tal-bijomassa addizzjonali ddikjarata.

L-operatur ekonomiku jeħtieġ li jqabbel ir-rendiment osservat tal-għalla ewlenija wara l-introduzzjoni tat-tieni għalla mar-rendiment storiku tal-istess għalla (ewlenija). Dak it-tqabbil jista’ jsir fuq il-bażi tar-rendimenti osservati f’għelieqi fil-qrib (eż. jekk l-istess farm ikabbar l-istess għelejjel b’rotazzjoni iżda f’għelieqi differenti), jew fuq il-bażi ta’ letteratura xjentifika ġġustifikata li tiddeskrivi l-impatt tat-tkabbir ta’ għelejjel sekwenzjali fuq dawk l-għelejjel f’dak ir-reġjun.

L-impatt fuq ir-rendiment tal-għalla ewlenija għandu jiġi tradott f’fattur ta’ kumpens li għandu jitnaqqas mill-volum tat-tieni għalla sabiex tiġi kkalkulata l-bijomassa addizzjonali. Fir-rigward tal-Għażla 2a, il-fattur jista’ jkun ibbażat fuq il-piż jew fuq il-kontenut tal-enerġija u għandu jippermetti kumpens effettiv tat-telf tal-bijomassa tal-għalla ewlenija. L-għażla tal-metodoloġija għandha tiġi ġġustifikata mill-operatur ekonomiku u vvalidata mill-awditur.

4.   Kalkolu tal-volum tal-bijomassa addizzjonali

Wara l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità, l-operatur ekonomiku għandu jiddetermina l-volum tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC li tista’ tintalab billi jqabbel ir-rendiment attwali tal-għalla miksub fuq ir-roqgħa delineata max-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku. L-awditur jeħtieġlu jivverifika fl-awditu annwali li l-volum ta’ bijomassa addizzjonali miksub ikun konformi mal-projezzjonijiet fil-pjan ta’ ġestjoni, u jfittex ġustifikazzjoni jekk ikun hemm diskrepanzi ta’ aktar minn 20 % meta mqabblin mal-istimi fil-pjan ta’ ġestjoni.

Jekk tintalab ċertifikazzjoni għal miżura ta’ addizzjonalità applikata fil-passat, ir-rendiment addizzjonali tal-bijomassa jista’ jiġi kkalkulat u rreġistrat fil-pjan ta’ ġestjoni. Filwaqt li dan jippermetti li jiġi kkalkulat b’mod preċiż il-volum attwali ta’ bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC, tkun tista’ ssir pretensjoni ta’ bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC wara li tkun ingħatat ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC. Ma jistgħux isiru pretensjonijiet retroattivi għal bijomassa fornita fil-passat.

Sabiex jiġi kkalkulat il-volum tal-bijomassa addizzjonali, l-operatur ekonomiku jeħtieġlu jirreġistra r-rendiment sħiħ tal-għalla mir-roqgħa delineata għal kull sena, mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità. L-operatur ekonomiku jeħtieġlu juri r-rabta bejn ir-roqgħa delineata speċifika u r-rendiment miksub tal-għalla (tunnellata/ha).

Jekk il-volum maħsud jitkejjel (jintiżen) biss fl-ewwel punt ta’ ġbir fejn jaslu l-prodotti minn diversi farms jew irqajja’, id-dokumentazzjoni mill-ewwel punt ta’ ġbir tista’ tintuża bħala prova tal-volum maħsud (tar-rendiment) għall-farms u għall-irqajja’ involuti.

Rekord tat-tranżazzjoni kummerċjali bejn l-operatur ekonomiku u l-ewwel punt ta’ ġbir jista’ jintuża bħala evidenza, dment li tkun tista’ tiġi pprovata r-rabta lura mar-roqgħa speċifika delineata. F’dan il-każ, l-ewwel punt ta’ ġbir huwa responsabbli għall-ġbir u għar-reġistrazzjoni tad-data dwar ir-rendiment tal-għalla. Għandu jirreġistra r-rendimenti tal-bijomassa miġbura għal kull farm (u, jekk ikun neċessarju, għal roqgħa delineata speċifikata f’farm) fuq il-bażi ta’ mudell li għandu jinħareġ mill-iskema volontarja.

Fil-każ ta’ awditjar ta’ grupp u jekk l-ewwel punt ta’ ġbir jaġixxi bħala l-mexxej tal-grupp, huwa għandu jkun responsabbli għar-reġistrazzjoni tad-data dwar ir-rendiment għall-irqajja’ delineati kollha.

Sabiex jiġi kkalkulat il-volum tal-bijomassa addizzjonali, id-data dwar ir-rendiment tal-għalla miksub għal sena partikolari għandha titqabbel max-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku. Ir-rendiment addizzjonali tal-bijomassa huwa ugwali għad-differenza bejn ir-rendiment tal-għalla osservat u r-rendiment ipproġettat mix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku għall-istess sena, immultiplikat bl-erja tas-superfiċje A (ha) tar-roqgħa delineata inkwistjoni. Imbagħad, dan il-volum addizzjonali jkun jista’ jiġi ddikjarat bħala bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC.

Bijomassa addizzjonali = (Yx – DYBx) x A

Fejn:

Yx

=

Ir-rendiment osservat fis-sena x (f’tunnellata/ha/sena)

DYBx

=

Ix-xenarju ta’ referenza tar-rendiment dinamiku fis-sena x (f’tunnellata/ha/sena)

A

=

L-erja tas-superfiċje ta’ roqgħa delineata (ha)

D.   Il-kontenut minimu taċ-ċertifikat ta’ riskju baxx ta’ ILUC

Iċ-ċertifikati ta’ riskju baxx ta’ ILUC irid ikun fihom l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-entità ċċertifikata ewlenija (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija, id-dettalji tal-punt ta’ kuntatt deżinjat);

(b)

l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni (it-tip ta’ miżura ta’ addizzjonalità u t-test tal-addizzjonalità applikat kif ukoll it-tip ta’ operatur ekonomiku (jekk ikunu detenturi żgħar));

(c)

il-koordinati tal-lonġitudni u tal-latitudni (għall-farms u għall-pjantaġġuni ċċertifikati bħala entitajiet uniċi);

(d)

lista ta’ siti taħt l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni (isem u indirizz);

(e)

il-volum totali tal-bijomassa ċċertifikat bħala ta’ riskju baxx ta’ ILUC;

(f)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni (l-isem u l-indirizz) u l-logo;

(g)

in-numru jew il-kodiċi taċ-ċertifikat (uniku);

(h)

il-post u d-data tal-ħruġ;

(i)

id-dati ta’ validità minn/sa taċ-ċertifikat (u d-data ċċertifikata, jekk applikabbli);

(j)

it-timbru u/jew il-firma tal-parti emittenti.


(1)  Jekk issir għaċ-ċertifikazzjoni ta’ grupp, l-applikazzjoni trid tinkludi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer tal-grupp u l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u l-postijiet tal-farms/tal-pjantaġġuni li huma parti mill-grupp.

(2)  It-tħawwil mill-ġdid fi tmiem il-ħajja tal-għelejjel dejjem ikun neċessarju għal għelejjel perenni. Sabiex it-tħawwil mill-ġdid jitqies bħala miżura ta’ addizzjonalità, l-operatur ekonomiku jeħtieġlu juri li t-tħawwil mill-ġdid tagħhom imur lil hinn “miż-żamma tal-istatus quo ”.

(3)  Il-VPN huwa d-differenza bejn il-valur preżenti tal-influssi tal-flus u l-valur preżenti tal-ħruġ ta’ flus fuq perjodu ta’ żmien. Il-VPN jintuża fl-ibbaġitjar tal-kapital u fl-ippjanar tal-investimenti sabiex tiġi analizzata l-profittabbiltà ta’ investiment jew ta’ proġett futur. Sors: https://www.investopedia.com/terms/n/npv.asp

(4)  Il-prezzijiet tal-produtturi tal-FAOSTAT. Sors: http://www.fao.org/faostat/en/#data/PP

(5)  Il-pajjiżi tal-OECD

(6)  F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/807, varjazzjonijiet fir-rendiment għandhom jiġu esklużi.

(7)  Sabiex jużaw din l-għażla, l-operaturi ekonomiċi jridu juru li l-korrelazzjoni bejn il-kurva standard tat-tkabbir u l-kurva tax-xenarju ta’ referenza tat-tkabbir tagħhom hija ta’ anqas minn 0,8.

(*1)  * Wara 25 sena, ir-rendiment ikun mistenni jkompli jonqos. Madankollu, peress li l-ħajja tipika ta’ siġra taż-żejt tal-palm hija ta’ madwar 25 sena, hemm nuqqas ta’ data li tappoġġa d-daqs tat-tnaqqis wara 25 sena. Għalhekk, jittieħed approċċ konservattiv sabiex jiġi supponut li l-kurva tar-rendiment tibqa’ fil-livell ta’ 25 sena.

(*2)  Wara 25 sena, ir-rendiment ikun mistenni jkompli jonqos. Madankollu, peress li l-ħajja tipika ta’ siġra taż-żejt tal-palm hija ta’ madwar 25 sena, hemm nuqqas ta’ data li tappoġġa d-daqs tat-tnaqqis wara 25 sena. Għalhekk, jittieħed approċċ konservattiv sabiex jiġi supponut li l-kurva tar-rendiment tibqa’ fil-livell ta’ 25 sena.


ANNESS IX

VALURI STANDARD TAL-FATTURI TA’ EMISSJONIJIET

 

parametru:

 

Koeffiċjent ta’ emissjonijiet ta’ GHG

Input tal-enerġija fossili

 

unità:

gCO2,eq/g

gCO2/kg

gCH4/kg

gN2O/kg

gCO2-eq/kg

MJfossil/kg

 

 

 

 

 

 

 

 

Potenzjal ta’ tisħin globali

 

 

 

 

 

 

 

CO2

 

1

 

 

 

 

 

 

CH4

 

28

 

 

 

 

 

 

N2O

 

265

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inputs agrikoli:

 

 

 

 

 

 

Fertilizzant N (kg N)

 

 

 

 

 

 

 

Nitrat tal-ammonju (AN)

 

2 671

6,9

2,1

3 469

 

 

Sulfat tal-ammonju (AS)

 

2 560

6,5

0,0

2 724

 

 

Sulfat tan-nitrat tal-ammonju (ANS)

 

2 561

8,9

1,3

3 162

 

 

Ammonijaka anidra

 

2 662

6,8

0,0

2 832

 

 

Nitrat tal-kalċju u tal-ammonju (CAN)

 

2 863

7,3

2,1

3 670

 

 

Nitrat tal-kalċju (CN)

 

2 653

7,0

5,1

4 348

 

 

Urea

 

1 703

9,3

0,0

1 935

 

 

Nitrat tal-ammonju tal-urea (UAN)

 

2 182

7,5

1,1

2 693

 

Fertilizzant P2O5 (kg P2O5)

 

 

 

 

 

 

 

Superfosfat triplu (TSP)

 

517

0,9

0,0

544

 

 

Fosfat mill-blat 21 % P2O5 23 % SO3

 

95

0,0

0,0

95

 

 

Fosfat monoammonju (MAP) 11 % N 52 % P2O5

 

967

2,5

0,0

1 029

 

 

Di-Ammonju-Fosfat (DAP) 18 % N 46 % P2O5

 

1 459

3,7

0,0

1 552

 

Fertilizzant K2O (kg K2O)

 

 

 

 

 

 

 

Murjat tal-Putassa (MOP) 60 % K2O

 

409

0,17

0,0

413

 

Fertilizzanti oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

NPK 15-15-15

 

4 261

10,0

1,7

5 013

 

 

MgO (kg MgO)

 

769

0,0

0,0

769

 

 

Fertilizzant tas-sodju (Na) (kg Na)

 

1 620

0,0

0,0

1 620

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa- xgħir

 

189,5

0,08

0,4001

310,6

3,23

 

Żerriegħa- biċċiet tal-ewkaliptu

 

0,0

0,00

0,0000

0,0

 

 

Żerriegħa- qamħirrum

 

189,5

0,08

0,4001

310,6

3,23

 

Żerriegħa- biċċiet tal-luq

 

0,0

0,00

0,0000

0,0

 

 

Żerriegħa- lift

 

451,0

0,27

1,0024

756,5

8,33

 

Żerriegħa- segala

 

191,0

0,08

0,4001

312,1

3,23

 

Żerriegħa - fażola tas-sojja

 

0,0

0,00

0,0000

0,0

 

 

Żerriegħa- pitravi ħelwin

 

2 363,0

1,37

4,2096

3 651,7

38,44

 

Żerriegħa - kannamiela

 

4,97

0,00

0,0000

5,0

0,06

 

Żerriegħa- ġirasol

 

451,0

0,27

1,0024

756,5

8,33

 

Żerriegħa - tritikal

 

180,0

0,04

0,4000

300,2

3,00

 

Żerriegħa- qamħ

 

163,7

0,04

0,4000

283,9

2,76

 

 

 

 

 

 

 

 


 

parametru:

 

Koeffiċjent ta’ emissjonijiet ta’ GHG

Input tal-enerġija fossili

 

unità:

gCO2,eq/g

gCO2/kg

gCH4/kg

gN2O/kg

gCO2-eq/kg

MJfossil/kg

Residwi (materja prima jew input):

 

 

 

 

 

 

 

Diġestat tal-bijogass

 

0,0

0,00

0,0000

0,0

0,00

 

Kompost tal-EFB (żejt tal-palm)

 

0,0

0,00

0,0000

0,0

0,00

 

Kejk tat-tajn tal-filtru

 

0,0

0,00

0,0000

0,0

0,00


 

parametru:

Koeffiċjent ta’ emissjonijiet ta’ GHG

Input tal-enerġija fossili

Densità

LHV (valur tat-tisħin aktar baxx)

MJ/kg

 

unità:

gCO2/MJ

gCH4/MJ

gN2O/MJ

gCO2-eq/MJ

MJfossil/kg

MJfossil/MJ

kg/m3

(fuq bażi xotta)

Fjuwils- gassijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Gass Naturali (taħlita tal-UE)

66,00

0,0000

-

66,00

 

1,2000

 

49,2

 

LPG

66,30

0,0000

0,0000

66,31

 

1,2000

 

46,0

 

Metan

 

 

 

 

 

 

 

50,0

Fjuwils- likwidi (inputs ta’ konverżjoni wkoll)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Diżil

95,1

-

-

95,10

 

1,2300

832

43,1

 

Gażolina

93,3

-

-

93,30

 

1,2000

745

43,2

 

Żejt fjuwil tqil

94,2

-

-

94,20

 

1,1600

970

40,5

 

Etanol

 

 

 

 

 

 

794

26,81

 

Metanol

97,08

0,0001

0,0000

97,09

 

1,7639

793

19,95

 

DME

 

 

 

 

 

 

670

28,4

 

FAME

 

 

 

 

 

 

890

37,2

 

HVO

 

 

 

 

 

 

 

44,0

 

PVO

 

 

 

 

 

 

920

37,0

 

Diżil sin (BtL)

 

 

 

 

 

 

780

44,0

 

Żejt tal-palm

 

 

 

 

 

 

920

37,0

 

Żejt tal-lift

 

 

 

 

 

 

920

37,0

 

Żejt tal-fażola tas-sojja

 

 

 

 

 

 

920

37,0

 

Żejt tal-ġirasol

 

 

 

 

 

 

920

37,0


 

parametru:

Koeffiċjent ta’ emissjonijiet ta’ GHG

Input tal-enerġija fossili

Densità

LHV

MJ/kg

 

unità:

gCO2/MJ

gCH4/MJ

gN2O/MJ

gCO2-eq/MJ

MJfossil/MJ

kg/m3

(fuq bażi xotta)

Fjuwils- solidi (inputs ta’ konverżjoni wkoll)

 

 

 

 

 

 

 

 

Antraċit

102,62

0,3854

0,0003

112,32

1,0909

 

26,5

 

Linjite

116,68

0,0014

0,0001

116,73

1,0149

 

9,2

 

Laqx tal-injam

 

 

 

 

 

155

19,0

 

Pellets tal-injam

 

 

 

 

0,0080

650

19,0


 

parametru:

Densità

LHV

MJ/kg

 

unità:

kg/m3

(fuq bażi xotta)

Fjuwils/materja prima/koprodotti/residwi/skart

 

 

 

 

Balel tar-residwi agrikoli

 

18,0

Xaħam tal-annimali (xaħam tad-dam)

 

38,8

Bagasse

 

17,0

Mitħna tal-ħruġ tal-bagasse (niexef)

120

17,0

Balal tal-bagasse (nixfin)

165

17,0

Pellets tal-bagasse (nixfin)

650

17,0

Xgħir

 

17,0

Bijopetrol

 

44,0

Bijoskart

 

20,7

DDGS (xgħir)

 

17,8

DDGS (qamħirrum)

 

19,2

DDGS (segala)

 

17,8

DDGS (tritikal)

 

18,0

DDGS (qamħ)

 

18,1

Ewkaliptu (SRC)

 

19,0

Aċidi xaħmin

 

37,0

FFB

 

24,0

Residwi tal-forestrija

 

19,0

Gliċerol

 

16,0

Residwi tal-industrija (injam)

 

19,0

Demel

 

12,0

Qamħirrum (ħabba biss)

 

17,3

Għalla sħiħa tal-qamħirrum

 

16,9

Grixa tal-lewż tal-palm

570

18,5

Żejt tal-lewż tal-palm

 

37,0

Luq (SRC)

 

19,0

Lift

 

27,0

Pasta taż-żejt tal-lift

 

18,4

Segala

 

17,1

Serratura

 

19,0

Fażola tas-sojja

 

23,0

Pasta taż-żejt tal-fażola tas-sojja

 

19,1

Zokk (arżnu)

 

19,0

Tiben

 

17,2

Balal tat-tiben

125

17,2

Tiben imqatta’

50

17,2

Pellets tat-tiben

600

17,2

Pitravi ħelu

 

16,3

Polpa tal-pitravi

 

16,1

Kannamiela

 

19,6

Żerriegħa tal-ġirasol

 

27,2

Pasta taż-żejt tal-ġirasol

 

18,2

Tritikal

 

16,9

Vinassa

 

14,0

Żejt għat-tisjir skartat

 

37,0

Qamħ

 

17,0

Tiben tal-qamħ

 

17,2


parametru:

Koeffiċjent ta’ emissjonijiet ta’ GHG

Input tal-enerġija fossili

LHV

MJ/kg

unità:

gCO2/kg

gCH4/kg

(f’0 % ilma)

gCO2-eq/kg

gCO2/MJ

gCH4/MJ

gN2O/MJ

gCO2-eq/MJ

MJfossil/kg

MJfossil/MJ

(fuq bażi xotta)

Inputs ta’ konverżjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammonijaka

2 350,6

0,00

0,0022

2 351,3

 

 

 

 

42,50

 

 

 

Sulfat tal-ammonju ((NH4)2SO4)

420,9

1,29

0,0002

453,2

 

 

 

 

7,56

 

 

 

Aġent kontra r-ragħwa (preżunt li huwa glikol tal-propilen)

3 119,5

4,96

0,105

3 274,8

 

 

 

 

34,97

 

 

 

Alfa-amilażi

1 000,0

0,00

0,0000

1 000,0

 

 

 

 

15,00

 

 

 

Gluko-amilażi

7 500,0

0,00

0,0000

7 500,0

 

 

 

 

97,00

 

 

 

Klorur tal-kalċju (CaCl2)

38,6

0,002

0,001

38,8

 

 

 

 

0,50

 

 

 

Ċikloessan

723,0

0,00

0,0000

723,0

 

 

 

 

9,90

 

 

 

Fosfat tad-diammonju (DAP)

653,2

0,81

0,004

674,4

 

 

 

 

10,23

 

 

 

Tafal użat għat-tindif tal-pannu (Fuller’s earth)

197,0

0,04

0,0063

199,8

 

 

 

 

2,54

 

 

 

n-Eżan

 

 

 

 

80,08

0,0146

0,0003

80,53

 

0,3204

45,1

 

Aċidu idrokloriku (HCl)

977,1

2,91

0,0376

1 061,1

 

 

 

 

14,84

 

 

 

Lubrikanti

947,0

0,00

0,0000

947,0

 

 

 

 

53,28

 

 

 

Sulfat tal-manjeżju (MgSO4)

191,4

0,04

-0,002

191,8

 

 

 

 

-3,24

 

 

 

Fosfat tal-monopotassju (KH2PO4)

238,7

0,91

0,012

264,9

 

 

 

 

4,43

 

 

 

Nitroġenu

52,6

0,12

0,0024

56,4

 

 

 

 

1,08

 

 

 

Aċidu fosforiku (H3PO4)

2 808,9

11,36

0,1067

3 124,7

 

 

 

 

28,61

 

 

 

Idrossidu tal-potassju (KOH)

403,0

0,40

0,0208

419,1

 

 

 

 

11,47

 

 

 

CaO pur għall-proċessi

1 188,5

0,10

0,0080

1 193,2

 

 

 

 

7,87

 

 

 

Karbonat tas-sodju (Na2CO3)

1 133,5

4,39

0,0060

1 245,1

 

 

 

 

14,92

 

 

 

Klorur tas-sodju (NaCl)

12,7

0,02

0,001

13,3

 

 

 

 

0,23

 

 

 

Idrossidu tas-sodju (NaOH)

485,5

1,45

0,0271

529,7

 

 

 

 

10,16

 

 

 

Metaossidu tas-sodju (Na(CH3O))

2 207,7

7,56

0,0965

2 425,5

 

 

 

 

45,64

 

 

 

SO2

52,0

0,03

0,001

53,3

 

 

 

 

0,78

 

 

 

Aċidu sulfuriku (H2SO4)

210,2

0,24

0,0046

217,5

 

 

 

 

4,02

 

 

 

Urea

1 790,9

1,92

0,027

1 846,6

 

 

 

 

31,71

 

 


parametru:

Effiċjenza fil-Fjuwil

L-emissjonijiet tal-gass tal-egżost tat-trasport

unità:

MJ/t.km

gCH4/t.km

gN2O/t.km

Effiċjenzi tat-trasport - Trakkijiet

 

 

 

 

Trakk (40 tunnellata) għall-prodott niexef (Diżil)

0,81

0,003

0,0015

 

Trakk (40 tunnellata) għal-laqx (u prodott niexef ta’ daqs simili) (Diżil)

0,84

0,004

0,0016

 

Trakk (40 tunnellata) għal-likwidi u għall-pellets (Diżil)

0,87

0,004

0,0016

 

Trakk (40 tunnellata) għad-demel (Diżil)

0,88

0,004

0,0016

 

Trakk (40 tunnellata) għall-bijoskart (Diżil)

0,84

0,004

0,0016

 

Trakk (40 tunnellata) għat-trasport tal-kannamiela

1,37

0,001

0,0039

 

Trakk (12-il tunnellata) għat-trasport tal-FFB (Diżil)

2,24

0,002

0,0015

 

Trakk dumpster MB2213 għat-trasport tat-tajn tal-filtru

3,60

0,000

0,0000

 

Trakk tanker MB2318 għat-trasport tal-vinassa

2,16

0,000

0,0000

 

Trakk tanker MB2318 għat-trasport taż-żerriegħa tal-kannamiela

2,61

0,000

0,0000

 

Trakk tanker b’kanuni tal-ilma għat-trasport tal-vinassa

0,94

 

 

Effiċjenzi tat-trasport - Bastimenti

 

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Handymax” (żejt fjuwil) - Ħbub

0,10

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Handysize” (żejt fjuwil) - laqx tal-injam b’densità volumetrika tal-massa apparenti ta’ 221 kg/m3

0,26

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Supramax” (żejt fjuwil) - laqx tal-injam b’densità volumetrika tal-massa apparenti ta’ 221 kg/m3

0,16

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Handysize” (żejt fjuwil) - pellets b’densità volumetrika tal-massa apparenti ta’ 650 kg/m3

0,10

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Supramax” (żejt fjuwil) - pellets b’densità volumetrika tal-massa apparenti ta’ 650 kg/m3

0,07

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Handysize” (żejt fjuwil) - residwi agrikoli b’densità volumetrika tal-massa apparenti baxxa (125 kg/m3)

0,43

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Supramax” (żejt fjuwil) - residwi agrikoli b’densità volumetrika tal-massa apparenti baxxa (125 kg/m3)

0,27

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Handysize” (żejt fjuwil) - residwi agrikoli b’densità volumetrika tal-massa apparenti għolja (300 kg/m3)

0,20

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Supramax” (żejt fjuwil) - residwi agrikoli b’densità volumetrika tal-massa apparenti għolja (300 kg/m3)

0,13

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Handysize” (żejt fjuwil) - PKM

0,13

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa “Supramax” (żejt fjuwil) - PKM

0,07

 

 

 

Tanker tas-sustanzi kimiċi/tal-prodotti, 12,617-il kt (żejt fjuwil)

0,12

 

 

 

Tanker tas-sustanzi kimiċi/tal-prodotti, 15-il kt (żejt fjuwil) għat-trasport tal-etanol

0,17

 

 

 

Tanker tas-sustanzi kimiċi/tal-prodotti, 15-il kt (żejt fjuwil) għat-trasport tal-FAME u tal-HVO

0,16

 

 

 

Tanker tas-sustanzi kimiċi/tal-prodotti, 22,56 kt (żejt fjuwil)

0,10

 

 

 

Bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa għall-ilmijiet interni, 8,8 kt (diżil)

0,32

0,093

0,0004

 

Bastiment għall-ilmijiet interni għat-trasport taż-żejt, 1,2 kt (diżil)

0,50

0,030

 

Effiċjenzi tat-trasport - Pipeline u ferroviji

 

 

 

 

Pipeline lokali (10 km)

0,00

0,000

0,0000

 

Ferrovija tal-merkanzija tal-Istati Uniti (diżil)

0,25

0,005

0,0010

 

Ferrovija (elettrika, MV)

0,21

 

 

Intensità ta’ Karbonju tal-elettriku prodott u kkonsmat fl-UE fl-2019 [gCO2eq/kWh]

Bl-emissjonijiet upstream, mingħajr emissjonijiet mill-kostruzzjoni

 

CI produzzjoni netta tal-elettriku

CI elettriku użat HV

CI elettriku użat MV

CI elettriku użat LV

L-Awstrija

153

238

240

245

Il-Belġju

204

214

215

219

Il-Bulgarija

493

504

510

532

Ċipru

757

768

772

787

Iċ-Ċekja

518

526

531

549

Il-Ġermanja

389

386

388

398

Id-Danimarka

100

135

136

139

L-Estonja

654

468

471

485

Il-Greċja

577

585

590

610

Spanja

245

248

251

263

Il-Finlandja

105

127

128

130

Franza

74

81

82

86

Il-Kroazja

208

329

333

349

L-Ungerija

277

307

310

322

L-Irlanda

349

357

360

374

L-Italja

352

331

333

343

Il-Latvja

203

312

315

325

Il-Litwanja

79

291

294

305

Il-Lussemburgu

93

311

312

316

Malta

455

437

441

454

In-Netherlands

430

415

417

426

Il-Polonja

742

715

720

741

Il-Portugall

268

282

285

299

Ir-Rumanija

388

421

427

454

Is-Slovakkja

168

316

319

329

Is-Slovenja

269

281

283

291

L-Iżvezja

20

25

25

26

EU27

288

295

298

308

L-Iżlanda

7

7

7

7

In-Norveġja

12

20

20

21

L-Iżvizzera

32

107

108

112

Ir-Renju Unit

271

277

280

292

L-Albanija

0

302

308

332

Il-Bożnija-Ħerzegovina

799

766

776

818

Il-Kosovo

1 099

1 067

1 097

1 224

Il-Moldova

246

446

453

476

Il-Montenegro

472

588

599

646

Il-Maċedonja ta’ Fuq

794

760

774

831

Is-Serbja

807

819

833

892

It-Turkija

487

508

516

546

Il-Belarussja

449

458

462

479

Ir-Russja

459

474

479

496

L-Ukrajna

407

419

423

439


 

parametru:

Koeffiċjent ta’ emissjonijiet ta’ GHG

 

unità:

gCH4/MJ

gN2O/MJ

gCO2-eq/MJ

L-emissjonijiet minn operazzjonijiet tal-makkinarju inkl. il-qsim f’laqx ( għal kull MJ diżil)

 

 

 

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-użu tad-diżil (trasport)

0,0008

0,0032

0,97

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-użu tad-diżil (forestrija)

0,0008

0,0032

0,97

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-użu tad-diżil (agrikoltura)

0,0013

0,0032

0,97

L-emissjonijiet mill-bojler jew mis-CHP ( għal kull MJ materja prima)

 

 

 

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-bojler tar-residwi agrikoli

0,0017

0,0007

0,24

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O minn CHP tar-residwi agrikoli

0,0017

0,0007

0,24

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O minn bojler tal-bagasse

0,0025

0,0012

0,43

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O minn CHP tal-bagasse

0,0025

0,0012

0,43

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-magna tal-gass tas-CHP tal-bijogass

0,3400

0,0014

8,92

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-bojler tal-bijogass

0,0025

0,0010

0,36

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O minn CHP tal-antraċit

0,0018

0,0050

1,53

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mis-CHP tal-linjite

0,0007

0,0028

0,86

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2 mill-bojler tal-NG

0,0025

0,0010

0,36

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mis-CHP tal-NG

0,0042

0,0008

0,36

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-magna tal-gass tal-NG

0,0030

0,0001

0,10

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-qxur tal-palm u mill-bojler tal-fibri

0,0030

0,0040

1,27

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-qxur tal-palm u mis-CHP tal-fibri

0,0030

0,0040

1,27

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2 mill-bojler tal-PKM

0,0017

0,0007

0,24

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mis-CHP tal-PKM

0,0017

0,0007

0,24

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-bojler tas-serratura

0,0049

0,0010

0,41

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-bojler tal-pellets tat-tiben

0,0017

0,0007

0,24

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mis-CHP tal-pellets tat-tiben

0,0017

0,0007

0,24

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-bojler tal-laqx tal-injam

0,0049

0,0010

0,41

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mis-CHP tal-laqx tal-injam

0,0049

0,0010

0,41

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-bojler tal-pellets tal-injam

0,0030

0,0006

0,25

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mis-CHP tal-pellets tal-injam

0,0030

0,0006

0,25

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-bojler tal-fjuwil likwidu

0,0009

0,0004

0,14

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-kokombustjoni tal-pellets tal-injam (impjant elettriku tal-faħam b’sodda fluwidizzata)

0,0010

0,0610

18,20

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-kokombustjoni tal-pellets tal-injam (impjant elettriku tal-faħam pulverizzat)

0,0009

0,0014

0,44

 

 

 

 

 

L-emissjonijiet mill-ħżin tad-diġestat ( għal kull MJ bijogass)

 

 

 

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-ħżin fil-beraħ tad-diġestat tal-bijoskart

0,4930

0,0319

21,82

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-ħżin fil-beraħ tad-diġestat tal-qamħirrum

0,4422

0,0082

13,51

 

L-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O mill-ħżin fil-beraħ tad-diġestat tad-demel

1,9917

0,0663

69,56


 

Koeffiċjent ta’ emissjonijiet ta’ GHG

 

gCO2/kg

gCH4/kg

gN2O/kg

gCO2-eq/kg

gCO2/MJ

gCH4/MJ

gN2O/MJ

gCO2-eq/MJ

Krediti tal-metan tad-demel ( għal kull MJ bijogass)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-krediti tal-emissjonijiet ta’ CH4 u ta’ N2O għad-demel

 

 

 

 

 

1,4700

0,0279

45,05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ebda emissjoni

0,0

0,00

0,0000

0,0

0,00

0,0000

0,0000

0,00