|
21.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/959
tas-16 ta’ Ġunju 2022
li jemenda l-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu frott ta’ Capsicum (L.), Citrus L., Citrus sinensis Pers., Prunus persica (L.) Batsch u Punica granatum L.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni mhux magħrufa li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni, fil-Parti A tal-Anness II. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 għandu l-għan li jipprevjeni d-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta’ tali pesti ta’ kwarantina fit-territorju tal-Unjoni, billi jistabbilixxi rekwiżiti speċjali, fl-Anness VII tiegħu, għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra. |
|
(2) |
Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) (“il-pest speċifikat”) huwa elenkat fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, li mhuwiex magħruf li jeżisti fl-Unjoni. Huwa elenkat ukoll bħala pest ta’ prijorità fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (3). Il-pest speċifikat huwa polifagu u ġie interċettat fuq għadd ta’ pjanti ospitanti waqt il-kontrolli fil-fruntieri tat-territorju tal-Unjoni. |
|
(3) |
Jeżistu rekwiżiti speċifiċi għall-importazzjoni tal-frott ta’ Capsicum (L.), Citrus L., għajr għal Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle u Citrus limon (L.) Osbeck, tal-frott ta’ Prunus persica (L.) Batsch u ta’ Punica granatum L. biex it-territorju tal-Unjoni jitħares minn pesti speċifiċi (4). Citrus L. hija kategorija li tkopri l-frott ta’ Citrus sinensis Pers. |
|
(4) |
Skont ir-rekwiżiti eżistenti tal-importazzjoni, jeħtieġ li qabel il-kummerċ tiġi kkomunikata l-informazzjoni dwar il-ħelsien tal-pajjiż, il-ħelsien taż-żona mill-pest speċifikat, u l-użu ta’ approċċ ibbażat fuq is-sistemi u kull trattament ta’ wara l-ħsad flimkien mal-evidenza dokumentarja tal-effettività ta’ dawk ir-rekwiżiti. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tippermetti evalwazzjoni aktar faċli tal-effettività tar-rekwiżiti speċjali attwali. Dik l-effettività jenħtieġ li titkejjel skont l-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità minħabba l-pest speċifikat fuq il-komoditajiet ospitanti importati. |
|
(5) |
Peress li waqt il-kontrolli fil-fruntieri tat-territorju tal-Unjoni, għadhom iseħħu nuqqasijiet ta’ konformità tal-kunsinni mar-rekwiżiti speċifiċi tal-importazzjoni minħabba l-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-komoditajiet ospitanti, huwa ġġustifikat li jiġu emendati r-rekwiżiti speċjali stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti speċjali relatati mal-ħelsien mill-pest tal-post tal-produzzjoni, mal-użu ta’ trattamenti ta’ wara l-ħsad u mal-approċċ ibbażat fuq is-sistemi, jenħtieġ li jiġu emendati biex joffru garanziji aħjar tal-ħelsien mill-pesti tal-prodotti tal-frott ikkummerċjalizzati. |
|
(6) |
L-emendar tar-rekwiżiti speċjali huwa bbażat fuq l-informazzjoni xjentifika u teknika tal-analiżi tar-riskju tal-pesti mwettqa mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (“EPPO”), huwa bbażat fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-komoditajiet imwettqa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fuq il-frott ta’ Citrus spp. importat mill-Iżrael (5) u mill-Afrika t’Isfel (6), huwa bbażat fuq il-letteratura xjentifika rilevanti, u fuq il-kummenti li waslu minn pajjiżi terzi wara konsultazzjoni fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-Ftehim dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji). |
|
(7) |
L-approvazzjoni rispettiva tal-faċilitajiet, tar-rekwiżiti għall-faċilitajiet tat-trattament, tal-monitoraġġ, l-awditjar, il-proċeduri ta’ dokumentazzjoni u ż-żamma tar-rekords tat-trattament applikat jenħtieġ li jiġu żgurati, sabiex jiġu ggarantiti s-sikurezza u t-traċċabbiltà fitosanitarji. |
|
(8) |
Bħalissa, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 għall-frott ta’ Citrus L huma applikabbli wkoll għal Citrus sinensis Pers. Abbażi tad-data dwar in-nuqqas ta’ konformità minħabba l-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-frott ta’ Citrus, il-frott ta’ Citrus sinensis Pers. jenħtieġ li jkun soġġett għal rekwiżiti separati, u mhux għall-istess rekwiżiti bħal frott ieħor ta’ Citrus L. Dan huwa importanti sabiex ikun iżjed żgur li dan ikun ħieles mill-pest speċifikat. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu approċċ ibbażat fuq is-sistemi b’reġim speċifiku ta’ trattament kiesaħ, possibbilment bi stadju ta’ tkessiħ minn qabel sabiex tiġi żgurata l-ikbar probabbiltà possibbli ta’ ħelsien mill-pesti. |
|
(9) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jkunu jistgħu jadattaw għall-approċċ ibbażat fuq is-sistemi, għal Citrus sinensis Pers., jenħtieġ li sal-31 ta’ Diċembru 2022 jiġi previst rekwiżit alternattiv u temporanju ta’ approċċ ibbażat fuq is-sistemi, li jinkludi stadju ta’ tkessiħ minn qabel tal-polpa tal-frott sa 5 °C, segwit minn trattament kiesaħ għal mill-inqas 25 jum f’temperatura stabbilita bejn –1 °C u + 2 °C. |
|
(10) |
Fil-każ ta’ Citrus sinensis Pers., meta t-trattament kiesaħ jiġi applikat waqt it-trasport tal-frott ikkonċernat, jenħtieġ li jinżammu r-rekords tal-applikazzjoni ta’ dak it-trattament, u li dawn ikunu disponibbli meta jintalbu. |
|
(11) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ u japplika malajr kemm jista’ jkun sabiex ir-rekwiżiti msaħħa, li jżidu l-protezzjoni tal-Unjoni kontra dan il-pest, jiġu implimentati fl-iqsar żmien, sabiex jitqiesu l-kunsinni tal-frott speċifikat fi triqthom lejn l-Unjoni fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8).
(4) EPPO (2013) Pest risk analysis for Thaumatotibia leucotreta. EPPO, Paris. https://pra.eppo.int/pra/9305d7ed-2788-46dc-882d-b4641fa24fff
(5) Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Citrus L. fruits from Israel for Thaumatotibia leucotreta under a systems approach. EFSA Journal 2021;19(3):6427, 36 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6427
(6) Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Citrus L. fruits from South Africa for Thaumatotibia leucotreta under a systems approach. EFSA Journal;19(8):6799, 63 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6799
ANNESS
It-tabella fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
il-punt 62 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 62.1 li ġej jiddaħħal bejn il-punti 62 u 63:
|
|
(*) |
ISPM 4 “Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pesti”. |
|
(**) |
ISPM 10 “Rekwiżiti għat-twaqqif ta’ postijiet ta’ produzzjoni u siti ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti”. |
|
(***) |
ISPM 31 “Metodoloġiji għat-teħid ta’ kampjuni ta’ mill-kunsinni”. |
|
(****) |
ISPM 42 “Rekwiżiti għall-użu ta’ trattamenti tat-temperatura bħala miżuri fitosanitarji”. |
|
(*****) |
ISPM 14 “L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ ta’ sistemi għall-immaniġġjar tar-riskju tal-pesti”. |