15.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/28


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/923

tal-11 ta’ Marzu 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1189 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu ta’ ġeneri jew speċijiet partikolari

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1189 (2) fiha żball fl-Artikolu 6(3)(b), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-ispeċijiet taċ-ċereali.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1189 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ma japplikax għal-lingwa Maltija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1189 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu ta’ ġeneri jew speċijiet partikolari (ĠU L 258, 20.7.2021, p. 18).