|
7.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/23 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/887
tat-28 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/625 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u tas-Sistema Armonizzata u l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti komposti, li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 fir-rigward ta’ ċerti oġġetti u għasafar domestiċi eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/630 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-punti (b), (d), (e), (f) u (h) tal-Artikolu 48 u l-Artikolu 126(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom sabiex jiġi żgurat li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli jew ma’ rekwiżiti li tal-anqas huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għalihom. |
|
(2) |
Minbarra l-ħtieġa li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn reġjun tiegħu inklużi fil-listi rilevanti, il-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jirreferi għall-kodiċijiet speċifiċi tan-Nomenklatura Magħquda (“il-kodiċijiet NM”) u għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (“il-kodiċijiet HS”) li jridu jkunu ġew stabbiliti għall-prodotti kkonċernati. |
|
(3) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-importazzjoni tal-vitamina D3 derivata mil-lanolina tas-suf tan-nagħaġ li ssir referenza għaliha fil-kodiċijiet HS taħt l-intestatura 2936 fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) kienet permessa abbażi tal-miżuri tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 (4). L-Unjoni hija dipendenti ħafna fuq l-importazzjoni ta’ dan il-prodott. Minħabba l-proċess robust li permezz tiegħu tinkiseb il-vitamina D3 mil-lanolina, ma hemm l-ebda tħassib dwar is-saħħa pubblika relatat mal-importazzjoni ta’ tali prodott. Għalhekk, jenħtieġ li l-importazzjoni tal-vitamina D3 derivata mil-lanolina terġa’ tiġi awtorizzata u tiġi introdotta l-intestatura xierqa fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625. |
|
(4) |
Il-ġelatina mwebbsa jew il-kapsuli tal-ġelatina mhux imwebbsa jiġu prodotti mill-ġelatina permezz ta’ tisħin imtejjeb. Għalhekk, it-tali ġelatina jenħtieġ li tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-ġelatina, bħar-rekwiżit li dawn il-prodotti joriġinaw minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom awtorizzati sabiex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni u l-garanziji li għandhom jiġu pprovduti dwar il-manifattura tal-materja prima f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625. Madankollu, peress li r-riskju għas-saħħa pubblika mill-istabbilimenti li jimmanifatturaw it-tali ġelatina huwa negliġibbli, il-kapsuli tal-ġelatina jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni fir-rigward tal-istabbilimenti u ċ-ċertifikazzjoni, ħlief, fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni meta jkunu derivati mill-għadam ta’ ruminanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(5) |
L-Artikoli 3, 5, 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jipprevedu għar-rekwiżiti tal-importazzjoni għall-kunsinni ta’ oġġetti msemmija minn ċerti kodiċijiet NM jew kodiċijiet HS fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Huwa xieraq li jiġu ċċarati l-kodiċijiet applikabbli sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità fir-rigward ta’ liema kodiċijiet japplikaw għal dawk il-prodotti. Jenħtieġ li jiżdiedu l-kodiċijiet nieqsa u li jitneħħew il-kodiċijiet li ma humiex rilevanti jew li huma żejda. |
|
(6) |
Id-dqiq tal-polline tan-naħal, imsemmi bil-kodiċi NM ex 1212 99 95, jista’ jippreżenta riskju għas-saħħa pubblika relatat mal-preżenza ta’ residwi ta’ kontaminanti ambjentali simili għal prodotti oħrajn tal-apikultura. Jenħtieġ li japplikaw rekwiżiti simili għad-dħul fl-Unjoni ta’ dqiq tal-polline tan-naħal kif ukoll ta’ prodotti oħrajn tal-apikultura. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jemenda l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625, li jestendi għall-ekinodermi kollha li ma humiex organiżmi filtraturi, u mhux għal Holothuroidea biss, il-possibbiltà stabbilita fil-punt (g) tal-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) 2017/625 li jidderoga mir-rekwiżit li jiġu kklassifikati ż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ riinstallazzjoni. Konsegwentement, il-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625, li jagħti dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ din id-deroga, jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
F’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625, il-prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 12(1) ta’ dak ir-Regolament li ma għandhomx bżonn li jiġu ttrasportati jew li jinħażnu f’temperaturi kkontrollati u li fihom prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali għajr laħam ipproċessat, li għalihom hemm rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom awtorizzati sabiex jesportaw prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib, prodotti bbażati fuq il-kolostru, prodotti tas-sajd jew prodotti tal-bajd lejn l-Unjoni abbażi tar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika u li huma elenkati tal-anqas għal wieħed minn dawn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625. |
|
(9) |
Meta jitqiesu r-riskji għas-saħħa tal-annimali relatati ma’ prodotti bbażati fuq il-kolostru u n-nuqqas ta’ trattamenti effettivi sabiex dawn jittaffew, jenħtieġ li l-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru joriġinaw minn pajjiżi awtorizzati sabiex jesportaw prodotti bbażati fuq il-kolostru lejn l-Unjoni. Il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru jenħtieġ ukoll li ma jibqgħux jibbenefikaw mill-possibbiltà li jkunu akkumpanjati minn attestazzjoni privata minflok minn ċertifikat uffiċjali. |
|
(10) |
Il-ġelatina, il-kollaġen u ċerti prodotti raffinati ħafna jistgħu jiġu importati mingħajr ma jiġi ppreżentat pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi u, konsegwentement, jenħtieġ li ma jkunx hemm bżonn li l-pajjiżi jkunu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (8) sabiex jitħallew jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni jew sabiex jużaw dawn il-prodotti bħala ingredjenti fi prodotti komposti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, għalkemm l-elenkar f’konformità mal-Artikoli 18, 19 jew 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (9) jibqa’ obbligatorju. Barra minn hekk, ċerti pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma jkunx fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru jew laħam ipproċessat bl-użu ta’ prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali u li jkunu ġejjin minn Stat Membru jew minn pajjiż terz elenkat, għall-ispeċi/komodità rilevanti li minnha huma derivati dawk il-prodotti pproċessati, fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
|
(11) |
Prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa fejn l-uniċi prodotti tal-annimali preżenti fil-prodott kompost finali jkunu l-vitamina D3, l-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel jew l-aromatizzanti tal-ikel, jirrappreżentaw riskju negliġibbli minħabba l-proċess tal-manifattura tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li dawn il-prodotti jiġu eżentati mill-elenkar tal-pajjiżi u mir-rekwiżiti tal-attestazzjoni privata. |
|
(12) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni f’każ ta’ dħul minn pajjiż terz ta’ dawn l-annimali u l-oġġetti, meta t-tnejn li huma jkunu ġejjin minn pajjiż terz ieħor, u fil-każ tat-tranżitu, jenħtieġ li jiġu ċċarati. |
|
(13) |
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jistabbilixxi li attestazzjoni privata għandha takkumpanja l-kunsinni ta’ ċerti prodotti komposti. Il-formulazzjoni tal-kliem attwali jenħtieġ li tiġi ċċarata fir-rigward tal-prodotti komposti li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni. |
|
(14) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) japplika mill-21 ta’ April 2021, li jirriżulta fit-tħassir ta’ diversi atti msemmija fir-Regolament Delegat (UE) 2019/625. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza, huwa xieraq li dawn ir-referenzi jiġu aġġornati. |
|
(15) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 (11) jistabbilixxi ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(16) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jipprevedi għal dokumenti differenti li jeħtieġ li jakkumpanjaw ċerti kampjuni eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Jenħtieġ li jiġi ċċarat liema dokumenti għandhom jakkumpanjaw il-kampjuni li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-regoli applikabbli għad-dħul tagħhom fl-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi ċċarat li ċ-ċertifikati li jakkumpanjaw il-kampjuni għandu jkun fihom mill-anqas l-attestazzjoni rilevanti tas-saħħa tal-annimali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat minn liema pajjiżi terzi t-tali kampjuni jistgħu jidħlu fl-Unjoni. |
|
(17) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jipprevedi li kunsinni żgħar ta’ ċerti oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi, li ma humiex maħsuba sabiex jitqiegħdu fis-suq, huma eżentati minn kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu ċċarati l-kategoriji ta’ oġġetti eżentati. Barra minn hekk, it-terminoloġija użata sabiex tirreferi għal xi wħud minn dawk l-oġġetti fl-Annessi I u III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jenħtieġ li tiġi allinjata mat-terminoloġija fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
|
(18) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jipprevedi li l-għasafar domestiċi li jidħlu fl-Unjoni matul moviment mhux kummerċjali f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE (13) huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Madankollu, id-Deċiżjoni 2007/25/KE kienet sostitwita bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 (14) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1938 (15) u mħassra minn dan tal-aħħar. Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi għal dik id-Deċiżjoni fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jiġu aġġornati. |
|
(19) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 (16) jeżenta ċerti kategoriji ta’ ikel mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġu esklużi l-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru jew laħam ipproċessat għajr il-ġelatina, il-kollaġen jew il-prodotti raffinati ħafna msemmija fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 mill-prodotti li għandhom jiġu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/630. |
|
(20) |
Il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa fejn il-prodotti kollha tal-annimali preżenti fil-prodott kompost finali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jew tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), jew fejn il-parti tal-annimali tkun il-vitamina D3 biss, jirrappreżentaw riskju negliġibbli. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera |
|
(21) |
Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti tal-ħalib u tal-bajd li jinsabu fi prodotti komposti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (20), ġew emendati bir-Regolament Delegat (UE) 2021/1703 (21). Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li fir-Regolament Delegat (UE) 2021/630 issir referenza għar-rekwiżiti legali l-ġodda għall-prodotti tal-ħalib u tal-bajd li jinsabu fi prodotti komposti. |
|
(22) |
Peress li l-emendi għar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/625, (UE) 2019/2122 u (UE) 2021/630 huma marbuta ma’ xulxin sa fejn jikkonċernaw l-adattament tal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għal prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru, u peress li l-emendi l-oħra għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jikkonċernaw biss aġġornamenti minuri tar-referenzi, huwa xieraq li dawk l-emendi jsiru f’att wieħed. |
|
(23) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/625, (UE) 2019/2122 u (UE) 2021/630 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/625
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/625 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Annimali u oġġetti li huma meħtieġa li jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 Il-kunsinni tal-annimali u l-oġġetti li ġejjin, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz jew mir-reġjun tiegħu inkluż fil-lista għal dawk l-annimali u l-oġġetti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (*1):
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118)." (*2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Meta kunsinni ta’ prodotti tas-sajd jidħlu fl-Unjoni direttament minn bastiment reefer, fabbrika jew friża li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz, iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (*3) jista’ jiġi ffirmat mill-kaptan. (*3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).”;" |
|
(5) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Rekwiżiti għall-prodotti komposti 1. Il-kunsinni tal-prodotti komposti li ssir referenza għalihom bil-kodiċijiet NM bl-intestaturi 0901, 1517, 1518, 1601 00, 1602, 1603 00, 1604, 1605, 1702, 1704, 1806, 1901, 1902, 1904, 1905, 2001, 2004, 2005, 2008, 2101, 2103, 2104, 2105 00, 2106, 2202 jew 2208 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jidħlu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq biss jekk kull prodott ipproċessat li joriġina mill-annimali li jinsab fil-prodotti komposti, kien ġie prodott fi stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi jew f’reġjuni tagħhom u awtorizzati li jesportaw lejn l-Unjoni dawk il-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali f’konformità mal-Artikolu 5, jew inkella fi stabbilimenti li jinsabu fi Stati Membri. 2. Sakemm il-Kummissjoni tistabbilixxi lista speċifika ta’ pajjiżi terzi jew tar-reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw il-prodotti komposti lejn l-Unjoni, il-kunsinni ta’ prodotti komposti minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni, soġġett għall-konformità mar-regoli li ġejjin:
3. Il-prodotti komposti għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għaliex għandu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat f’konformità mad-Direttiva 96/23/KE għall-ispeċi/komodità li minnha huma dderivati l-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali u li jinsabu fil-prodotti komposti, bl-eċċezzjoni tal-kollaġen, il-ġelatina u l-prodotti raffinati ħafna elenkati fil-punt 1 tat-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. 4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa fejn il-prodotti tal-annimali kollha preżenti fil-prodott kompost finali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) jew tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) u jintużaw fil-prodott kompost stabbli fuq l-ixkaffa f’konformità magħhom, jew dik il-parti tal-annimali hija l-vitamina D3 biss. (*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7)." (*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16)." (*6) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).”;" |
|
(6) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Kunsinni żgħar ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti derivati minn prodotti sekondarji tal-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn mibgħuta lil persuni fiżiċi, li ma humiex maħsuba għat-tqegħid fis-suq, huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri diment li jappartjenu għal mill-inqas waħda mill-kategoriji elenkati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 11, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
(*12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 4)." (*13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1938 tad-9 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/25/KE (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 47).”;" |
|
(4) |
l-Annessi I u III huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2021/630
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/630 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ġejjin għandhom jiġu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera:
(*14) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55)." (*15) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7)." (*16) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16)." (*17) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa msemmija fl-Artikolu 3 b’mod regolari, abbażi ta’ riskju u bi frekwenza xierqa, filwaqt li jqisu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.”. |
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 tat-2 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 29, 3.2.2017, p. 21).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 27).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).
(10) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (UE) (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 45).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 29).
(14) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 4).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1938 tad-9 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/25/KE (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 47)
(16) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 17).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
(20) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(21) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1703 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jinsabu fi prodotti komposti (ĠU L 339, 24.9.2021, p. 29).
ANNESS
L-Annessi I u III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|