3.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/53


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/879

tat-3 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/884 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK (3).

(3)

Fit-3 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/884, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK u li timponi aktar miżuri restrittivi f’diversi setturi.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/884, testendi l-projbizzjoni fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati għal tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu Russi addizzjonali

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/884 tespandi wkoll il-lista ta’ persuni konnessi mal-bażi industrijali u tad-difiża tar-Russja, li fuqhom huma imposti restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, kif ukoll oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ teknoloġiku tar-Russja fis-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha.

(6)

Huwa kkunsidrat ukoll xieraq li l-lista ta’ oġġetti kkontrollati li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ militari u teknoloġiku tar-Russja jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha tiġi estiża.

(7)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/884 testendi s-suspensjoni tal-liċenzji tax-xandir fl-Unjoni ta’ mezzi tal-media Russi taħt il-kontroll permanenti tat-tmexxija Russa.

(8)

Il-Federazzjoni Russa impenjat ruħha f’kampanja sistematika u internazzjonali ta’ manipulazzjoni tal-media u distorsjoni tal-fatti sabiex issaħħaħ l-istrateġija tagħha ta’ destabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien tagħha u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. B’mod partikolari, il-propaganda kienet immirat ripetutament u konsistentement lejn il-partiti politiċi Ewropej, speċjalment matul il-perjodi elettorali, kif ukoll lejn is-soċjetà ċivili, lil dawk il-persuni li jfittxu l-ażil, il-minoranzi etniċi Russi, il-minoranzi tal-ġeneru u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha.

(9)

Sabiex tiġġustifika u tappoġġa l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, il-Federazzjoni Russa impenjat ruħha f’azzjonijiet ta’ propaganda kontinwi u miftiehma mmirati lejn is-soċjetà ċivili fl-Unjoni u l-pajjiżi ġirien, li jgħawġu u jimmanipulaw b’mod gravi l-fatti.

(10)

Dawk l-azzjonijiet ta’ propaganda għaddew minn għadd ta’ mezzi tal-media taħt il-kontroll permanenti dirett jew indirett tat-tmexxija tal-Federazzjoni Russa. Tali azzjonijiet jikkostitwixxu theddida sinifikanti u diretta għall-ordni pubbliku u s-sigurtà tal-Unjoni. Dawk il-mezzi tal-media huma essenzjali u strumentali biex imexxu ‘l quddiem u jappoġġaw l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, u għad-destabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien tagħha.

(11)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b’reazzjoni għall-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huwa meħtieġ, b’mod konsistenti mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif rikonoxxut fl-Artikolu 11 tagħha, li jiġu introdotti aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir ta’ tali mezzi tal-media fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni. Il-miżuri jenħtieġ li jinżammu sakemm tintemm l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, u sakemm il-Federazzjoni Russa, u l-mezzi tal-media assoċjati tagħha, jieqfu jwettqu azzjonijiet ta’ propaganda kontra l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(12)

Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex jiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara eżamoi tal-fatti rilevanti, jekk il-miżuri restrittivi għandhomx isiru applikabbli, fid-data speċifikata f’dan ir-Regolament, fir-rigward ta entità waħda jew diversi entitajiet elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

(13)

B’mod konsistenti mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà kif rikonoxxuti fl-Artikoli 11, 16 u 17 tagħha, dawk il-miżuri ma jżommux lil dawk il-mezzi tal-media u l-persunal tagħhom milli jwettqu attivitajiet oħra fl-Unjoni minbarra x-xandir, bħar-riċerka u l-intervisti. B’mod partikolari, dawk il-miżuri ma jimmodifikawx l-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri, fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom.

(14)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/884 timponi wkoll projbizzjoni fuq ir-reklamar ta’ prodotti jew servizzi fi kwalunkwe kontenut prodott jew imxandar mill-mezzi tax-xandir Russi taħt il-kontroll permanenti tat-tmexxija Russa soġġett għas-sospensjoni tal-liċenzji tax-xandir.

(15)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/884 timponi wkoll projbizzjonijiet fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment lejn l-Istati Membri, direttament jew indirettament, ta’ żejt mhux maħdum u ċerti prodotti tal-petroleum, li joriġinaw fir-Russja jew esportati mir-Russja, u fuq l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tat-trasport marittimu ta’ tali oġġetti lejn pajjiżi terzi. Huma previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa.

(16)

Minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ diversi Stati Membri, li tiġġenera dipendenza speċifika fuq iż-żejt mhux maħdum importat permezz ta’ pipeline mir-Russja, mingħajr provvisti alternattivi vijabbli fuq medda qasira ta’ żmien, jenħtieġ li, temporanjament, sakemm il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor, il-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum mir-Russja ma japplikawx għall-importazzjonijiet ta’ żejt mhux maħdum permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn dawk l-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiksbu provvisti alternattivi sabiex jiżguraw li l-importazzjonijiet permezz ta’ pipeline taż-żejt mhux maħdum mir-Russja jkunu soġġetti għall-projbizzjonijiet kemm jista’ jkun malajr.

(17)

Huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti t-trasferiment ulterjuri, it-trasport jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ żejt mhux maħdum mir-Russja ikkonsenjat fi Stat Membru permezz ta’ pipeline lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, kif ukoll li jiġu pprojbiti, wara perjodu tranżitorju ta’ tmien xhur, it-trasferiment ulterjuri, it-trasport jew il-bejgħ mill-ġdid lejn Stati Membri oħra ta’ prodotti tal-petroleum miksuba minn tali żejt mhux maħdum. Minħabba d-dipendenza speċifika taċ-Ċekja fuq tali prodotti tal-petroleum, jenħtieġ li jitħalla perjodu addizzjonali ta’ għaxar xhur biex din tikseb provvisti alternattivi.

(18)

Minħabba l-esponiment ġeografiku speċifiku tal-Bulgarija, jenħtieġ li tiġi prevista għal perjodu limitat deroga speċjali mill-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr permezz ta’ trasport marittimu (‘żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar’) u fuq prodotti tal-petroleum. Minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-Kroazja marbuta mal-ħtieġa li r-raffinerija tagħha tiżgura provvista regolari ta’ żejt tal-gass f’vakwu għall-funzjonament tagħha, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti li tawtorizza x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment taż-żejt tal-gass f’vakwu Russu għal perjodu speċifiku ta’ żmien taħt ċerti kondizzjonijiet.

(19)

Jekk il-provvista ta’ żejt mhux maħdum permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn Stat Membru mingħajr kosta tiġi interrotta għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll ta’ dak l-Istat Membru, jenħtieġ li l-importazzjoni ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar mir-Russja lejn dak l-Istat Membru tkun permessa, permezz ta’ deroga temporanja eċċezzjonali, sakemm terġa’ tibda l-provvista permezz ta’ pipeline jew sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ żejt mhux maħdum ikkonsenjat permezz ta’ pipeline għandha tapplika fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru.

(20)

Fil-każ ta’ interruzzjoni f’daqqa tal-provvisti taż-żejt, kemm jekk permezz ta’ pipeline jew li jinġarr bil-baħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu fi spirtu ta’ solidarjetà u kooperazzjoni reġjonali, bl-involviment kemm tal-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll tal-impriżi tal-enerġija, f’koordinazzjoni mill-qrib fi ħdan il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar iż-Żejt, bil-ħsieb ta’ rilaxxi possibbli ta’ ħażniet taż-żejt, inkluż ħażniet taż-żejt ta’ emerġenza, u miżuri oħra, kif previst fil-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali tagħhom jew miftiehma skont id-Direttiva 2009/119/KE. Dan l-impenn ta’ solidarjetà u kooperazzjoni huwa ta’ rilevanza partikolari fid-dawl tal-aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna u interruzzjoni possibbli fil-provvisti taż-żejt mhux maħdum Russu, b’mod partikolari fir-rigward tal-pipelines jew il-portijiet tal-Baħar l-Iswed fl-aktar Stati Membri esposti matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Il-Kummissjoni ser twettaq monitoraġġ tas-swieq u tas-sigurtà tal-provvista, u ser tirrapporta lura lill-Kunsill fuq bażi regolari u, jekk ikun neċessarju, tagħmel proposti biex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista.

(21)

F’konformità mal-prinċipju tal-libertà ta’ tranżitu, jenħtieġ li l-projbizzjonijiet fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar u fuq ċerti prodotti tal-petroleum mir-Russja jkunu mingħajr preġudizzju għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ tali oġġetti li joriġinaw minn pajjiż terz u li jkunu biss għaddejjin mir-Russja. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk il-projbizzjonijiet ma japplikawx fis-sitwazzjoni fejn ir-Russja tiġi identifikata bħala l-Istat ta’ esportazzjoni fid-dikjarazzjonijiet doganali, jekk il-pajjiż ta’ oriġini għaż-żejt mhux maħdum u prodotti tal-petroleum oħra jkun identifikat f’dawk id-dikjarazzjonijiet bħala Stat terz.

(22)

L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jwettqu l-verifiki meħtieġa sabiex jiżguraw li t-tranżitu ta’ prodotti minn pajjiżi terzi ma jwassalx għaċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet. Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li l-impoortazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi terzi twassal għaċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjoni, tali importazzjonijiet jenħtieġ li jiġu pprojbiti.

(23)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2022/884 timponi projbizzjonijiet fuq il-forniment lir-Russja ta’ servizzi ta’ kontabilità, awditjar, żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, kif ukoll fuq servizzi ta’ konsulenza dwar in-negozju u l-ġestjoni u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi.

(24)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Artikolu 5m tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, huwa xieraq li l-iskadenza għall-waqfien tal-attivitajiet prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu tiġi estiża mill-10 ta’ Mejju 2022 sal-5 ta’ Lulju 2022.

(25)

Huwa xieraq li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament ma jimpedixxix ir-riċeviment ta’ pagamenti minn persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru mill-kontroparti Russa tagħhom skont kuntratti relatati ma’ oġġetti u teknoloġiji kif elenkat fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 li kienu konklużi qabel is-26 ta’ Frar 2022 u mwettqa minn dik il-persuna ġuridika, entità jew korp qabel is-27 ta’ Mejju 2022.

(26)

Wara li kkunsidra l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani (4), il-kontabilità, l-awditjar, iż-żamma tal-kotba u s-servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa jkopru r-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali għan-negozji u oħrajn; is-servizzi ta’ eżaminazzjoni tar-reġistri tal-kontabbiltà u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji; l-ippjanar u l-konsultazzjoni tat-taxxa fuq in-negozju; u l-preparazzjoni ta’ dokumenti tat-taxxa. c Is-servizzi ta’ konsulenza tan-negozju u tal-ġestjoni u tar-relazzjonijiet pubbliċi ikopru s-servizzi ta’ pariri, gwida u assistenza operattiva pprovduti lin-negozji għal politiki u strateġiji tan-negozju u l-ippjanar, l-istrutturar u l-kontroll ġenerali ta’ organizzazzjoni. It-tariffi tal-ġestjoni, l-awditu tal-ġestjoni; il-konsulenza dwar il-ġestjoni tas-suq, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-produzzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti; u s-servizzi tal-għoti ta’ pariri, gwida u servizzi operazzjonali relatati mat-titjib tal-immaġini tal-klijenti u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku ġenerali u istituzzjonijiet oħrajn huma kollha inklużi.

(27)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 833/2014, huwa xieraq li l-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq it-trasport tal-merkanzija minn impriżi tat-trasport tal-oġġetti permezz tat-trasport bit-triq stabbilit fir-Russja għar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kollha fir-Russja. Huwa wkoll xieraq li jiġu estiżi ċerti eżenzjonijiet mill-projbizzjonijiet fuq l-aċċettazzjoni ta’ depożiti u trusts, u li jkunu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar il-penali nazzjonali għall-ksur tal-miżuri f’dak ir-Regolament.

(28)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(29)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2f, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Għandu jkun ipprojbit ir-reklamar ta’ prodotti jew servizzi fi kwalunkwe kontenut prodott jew imxandar mill-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness XV, inkluż permezz ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe wieħed mill-mezzi msemmija fil-paragrafu 1.”;

(2)

fl-Artikolu 3 (3), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

it-trasport ta’ gass naturali u żejt, inkluż prodotti miż-żejt raffinat, sakemm mhux ipprojbiti skont l-Artikolu 3m jew 3n, mir-Russja jew li jgħaddi mir-Russja lejn l-Unjoni; jew”;

(3)

fl-Artikolu 3a(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

huwa neċessarju biex ikun żgurat il-forniment kritiku tal-enerġija fl-Unjoni, kif ukoll it-trasport ta’ gass naturali u żejt, inkluż prodotti miż-żejt raffinat, sakemm mhux ipprojbiti skont l-Artikolu 3m jew 3n, mir-Russja jew li jgħaddi mir-Russja lejn l-Unjoni; jew”;

(4)

fl-Artikolu 3ea(5), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

sakemm ma jkunux ipprojbiti skont l-Artikolu 3m jew 3n, ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport fl-Unjoni ta’ gass naturali u żejt, inklużi prodotti miż-żejt raffinat, titanju, aluminju, ram, nikil, palladju u mineral tal-ħadid, kif ukoll ċerti prodotti kimiċi u tal-ħadid kif elenkati fl-Anness XXIV;”;

(5)

fl-Artikolu 3l(4), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

sakemm ma jkunux ipprojbiti skont l-Artikolu 3m jew 3n, ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport fl-Unjoni ta’ gass naturali u żejt, inklużi prodotti miż-żejt raffinat, titanju, aluminju, ram, nikil, palladju u mineral tal-ħadid, kif ukoll ċerti prodotti kimiċi u tal-ħadid kif elenkati fl-Anness XXIV”;

(6)

fl-Artikolu 3l(4), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari fir-Russja, inkluż id-delegazzjonijiet, l-ambaxxati u l-missjonijiet, jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali; jew”:

(7)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3m

1.   Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ żejt mhux maħdum jew ta’ prodotti tal-petroleum, kif elenkati fl-Anness XXV, jekk dawn joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja.

2.   Għandu jiġi pprojbit il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja jew kwalunkwe servizzi oħra relatati mal-projbizzjoni fil-paragrafu 1.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw:

(a)

sal-5 ta’ Diċembru 2022, għal tranżazzjonijiet ta’ darba għal kunsinna fi żmien qasir, konklużi u eżegwiti qabel dik id-data, jew għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti li jaqgħu taħt NM 2709 00 konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, dment li dawk il-kuntratti jkunu ġew innotifikati mill-Istati Membri rilevanti lill-Kummissjoni sal-24 ta’ Ġunju 2022 u li t-tranżazzjonijiet ta’ darba għal kunsinna fuq terminu qasir jiġu nnotifikati mill-Istati Membri rilevanti lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mit-tlestija tagħhom;

(b)

sal-5 ta’ Frar 2023, għal tranżazzjonijiet ta’ darba għal kunsinna fi żmien qasir, konklużi u eżegwiti qabel din id-data, jew għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti li jaqgħu taħt NM 2710 konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, dmenti li dawk il-kuntratti jkunu ġew innotifikati mill-Istati Membri rilevanti lill-Kummissjoni sal-24 ta’ Ġunju 2022 u li t-tranżazzjonijiet ta’ darba għal kunsinna fuq terminu qasir jiġu nnotifikati mill-Istati Membri rilevanti lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mit-tlestija tagħhom;

(c)

għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar u ta’ prodotti tal-petroleum elenkati fl-Anness XXV meta dawk l-oġġetti joriġinaw f’pajjiż terz u jkunu biss qed jitgħabbew fir-Russja, jitilqu minnha jew jgħaddu minnha, dment li kemm l-oriġini kif ukoll is-sid ta’ dawk l-oġġetti ma jkunux Russi;

(d)

għal żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt NM 2709 00 li jiġi kkonsenjat permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn l-Istati Membri, sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li l-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw.

4.   Jekk il-provvista ta’ żejt mhux maħdum permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn Stat Membru mingħajr kosta tiġi interrotta għal raġunijiet barra mill-kontroll ta’ dak l-Istat Membru, iż-żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar mir-Russja li jaqa’ taħt NM 2709 00 jista’ jiġi importat f’dak l-Istat Membru, permezz ta’ deroga temporanja eċċezzjonali mill-paragrafi 1 u 2, sakemm il-provvista terġa’ tibda jew sakemm id-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 3(d) tapplika fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru, skont liema tiġi l-ewwel.

5.   Mill-5 ta’ Diċembru 2022, u permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw l-eżekuzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024 ta’ kuntratti konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar u ta’ prodotti tal-petroleum elenkati fl-Anness XXV li joriġinaw fir-Russja jew li jkunu esportati mir-Russja.

6.   Mill-5 ta’ Frar 2023, u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja jistgħu jawtorizzaw sal-31 ta’ Diċembru 2023 ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt tal-gass f’vakwu li jaqa’ taħt NM 2710 19 71 li joriġina fir-Russja jew li jiġi esportat mir-Russja, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ebda forniment alternattiv ta’ żejt tal-gass f’vakwu jkun disponibbli; u

(b)

il-Kroazja tkun innotifikat lill-Kummissjoni, mill-anqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni, bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, u l-Kummissjoni ma tkunx oġġezzjonat fi żmien dak il-perjodu.

7.   L-oġġetti importati wara li tkun ingħatat deroga minn awtorità kompetenti skont il-paragrafu 5 jew 6 ma għandhomx jinbiegħu lil xerrejja li jinsabu fi Stat Membru jew f’pajjiż terz.

8.   It-trasferiment jew it-trasport ta’ żejt mhux maħdum ikkonsenjat permezz ta’ pipeline lejn Stati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 3(d) lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, jew il-bejgħ tiegħu lil xerrejja fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi, għandu jkun ipprojbit.

Il-kunsinni u l-kontenituri kollha ta’ tali żejt mhux maħdum għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bħala “REBCO: esportazzjoni pprojbita”.

Mill-5 ta’ Frar 2023, fejn żejt mhux maħdum ikun ġie kkonsenjat permezz ta’ pipeline fi Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 3(d), għandu jkun ipprojbit it-trasferiment jew it-trasport ta’ prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt NM 2710 li jinkisbu minn tali żejt mhux maħdum lil Stati Membri oħra jew lil pajjiżi terzi, jew il-bejgħ ta’ tali prodotti tal-petroleum lil xerrejja fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi.

Permezz ta’ deroga temporanja, il-projbizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu għandhom japplikaw mill-5 ta’ Diċembru 2023 għall-importazzjoni u t-trasferiment fiċ-Ċekja, u għall-bejgħ lix-xerrejja fiċ-Ċekja, ta’ prodotti tal-petroleum miksuba minn żejt mhux maħdum li ġew ikkonsenjati permezz ta’ pipeline fi Stat Membru ieħor kif imsemmi fil-paragrafu 3(d). Jekk provvisti alternattivi għal tali prodotti tal-petroleum isiru disponibbli għaċ-Ċekja qabel dik id-data, il-Kunsill għandu jtemm dik id-deroga temporanja. Matul il-perjodu sal-5 ta’ Diċembru 2023, il-volumi ta’ tali prodotti tal-petroleum importati fiċ-Ċekja minn Stati Membri oħra ma għandhomx jaqbżu l-volumi medji importati fiċ-Ċekja minn dawk l-Istati Membri l-oħra għall-istess perjodu matul il-ħames snin preċedenti.

9.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma gġandhomx japplikaw għal xiri fir-Russja ta’ prodotti elenkati fl-Anness XXV li huma meħtieġa sabiex jiiġu koperti l-ħtiġijiet essenzjali tax-xerrej fir-Russja jew ta’ proġetti umanitarji fir-Russja.

10.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Ġunju 2022 u mbagħad kull tliet xhur dwar l-ammonti ta’ żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt in-NM 2709 00 importat permezz ta’ pipeline, kif imsemmi fil-paragrafu 3(d). Tali ċifri tal-importazzjoni għandhom jitqassmu skont il-pipeline. Fil-każ li d-deroga temporanja eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 4 tapplika fir-rigward ta’ Stat Membru mingħajr kosta, dak l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni kull tliet xhur dwar l-ammonti ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar li jaqa’ taħt in-NM 2709 00 li huwa jimporta mir-Russja, sakemm tibqa’ tapplika dik id-deroga.

Matul il-perjodu sal-5 ta’ Diċembru 2023 imsemmi fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull tliet xhur dwar l-ammonti li jesportaw lejn iċ-Ċekja ta’ prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt NM 2710 miksuba minn żejt mhux maħdum li jkun ġie kkonsenjat permezz ta’ pipeline kif imsemmi fil-paragrafu 3(d).

Artikolu 3n

1.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatat mat-trasport, inkluż dak permezz ta’ trasferimenti minn vapur għal vapur, lejn pajjiżi terzi ta’ żejt maħdum jew prodotti tal-petroleum kif elenkati fl-Anness XXV li joriġinaw mir-Russja jew li jkunu ġew esportati mir-Russja.

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika:

(a)

għall-eżekuzzjoni sal-5 ta’ Diċembru 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti; jew

(b)

għat-trasport ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum kif elenkati fl-Anness XXV meta dawk l-oġġetti joriġinaw f’pajjiż terz u jkunu biss qed jitgħabbew fir-Russja, jitilqu minnha jew jgħaddu minnha, dment li kemm l-oriġini kif ukoll is-sid ta’ dawk l-oġġetti ma jkunux Russi.”;

(8)

l-Artikolu 5aa huwa emendat kif ġej:

(a)

jinżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għar-riċeviment ta’ pagamenti dovuti mill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fih skont kuntratti li saru qabel il-15 ta’ Mejju 2022.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

sakemm ma jkunux ipprojbiti skont l-Artikolu 3m jew 3n, it-tranżazzjonijiet li huma strettamanent neċessarji għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport dirett jew indirett ta’ gass naturali u żejt, inklużi prodotti miż-żejt raffinat, titanju, aluminju, ram, nikil, palladju u mineral tal-ħadid mir-Russja jew li jgħaddu mir-Russja lejn l-Unjoni, xi pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Iżvizzera jew il-Balkani tal-Punent;”;

(c)

fil-paragrafu 3, jinżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

tranżazzjonijiet, inkluż ix-xiri, li huma strettament meħtieġa għall-istralċ, sal-5 ta’ Settembru 2022 ta’ impriża konġunta jew arranġament legali simili li jkun ġie konkluż qabel is-16 ta’ Marzu 2022, li jinvolvi persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1;

(e)

tranżazzjonijiet relatati mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, servizzi ta’ ċentri ta’ data, u l-forniment ta’ servizzi u tagħmir meħtieġa għall-operat, il-manutenzjoni, is-sigurtà, inkluż il-forniment ta’ firewalls, u servizzi ta’ ċentri telefoniċi, lil persuna ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness XIX.”;

(9)

l-Artikolu 5c huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5c

1.   B’deroga mill-Artikoli 5b(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw li jiġi aċċettat tali depożitu jew il-forniment ta’ kartiera, kont jew kustodja, b’dawk il-kundizzjonijiet li huma jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċettazzjoni ta’ tali depożitu jew forniment ta’ kartiera, kont jew kustodja hija:

(a)

neċessarja biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 5b(1) u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ utilitajiet pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi għall-kustodja jew il-ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e)

neċessarji għal skopijiet uffiċjali ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c) jew (e), fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”;

(10)

fl-Artikolu 5f, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal nazzjonali ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew għal persuni fiżiċi li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru, f’pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Iżvizzera.”;

(11)

l-Artikolu 5h huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5h

1.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness XIV jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fir-Russja li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu b’mod dirett jew indirett proprjetà ta’ entità elenkata fl-Anness XIV.

2.   Għal kull persuna ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness XIV, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1għandha tapplika mid-data msemmija għalihom f’dak l-Anness. Il-projbizzjoni għandha tapplika mill-istess data għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fir-Russja li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu b’mod dirett jew indirett proprjetà ta’ entità elenkata fl-Anness XIV.”;

(12)

fl-Artikolu 5k(2), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

sakemm mhux ipprojbit skont l-Artikolu 3m jew 3n, ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta’ gass naturali u żejt, inkluż prodotti miż-żejt raffinat, kif ukoll it-titanju, l-aluminju, ir-ram, in-nikil, il-palladju u l-mineral tal-ħadid minn jew li jgħaddu mir-Russja lejn l-Unjoni; jew”;

(13)

l-Artikolu 5m huwa sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 5m

1.   Għandu jkun ipprojbit li wieħed jirreġistra, jipprovdi uffiċċju reġistrat, indirizz tan-negozju jew amministrattiv kif ukoll servizzi ta’ ġestjoni lil trust jew xi arranġament legali simili li jkollu bħala trustor jew benefiċjarju:

(a)

nazzjonali Russi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja;

(b)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja;

(c)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punti (a) jew (b);

(d)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkontrollati minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c);

(e)

persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew skont id-direzzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d).

2.   Għandu jkun ipprojbit mill-5 ta’ Lulju 2022 li wieħed jaġixxi, jew jagħmel arranġamenti biex persuna oħra taġixxi, bħala trustee, azzjonista mandatarju, direttur, segretarju jew pożizzjoni simili, għal trust jew arranġament legali simili kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet li huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni sal-5 ta’ Lulju 2022 ta’ kuntratti li ma humiex f’konformità ma’ dan l-Artikolu konklużi qabel id-9 ta’ April 2022 jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għat-twettiq ta’ tali kuntratti.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta t-trustor jew il-benefiċjarju jkun nazzjonal ta’ Stat Membru jew persuna fiżika li jkollha permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru.

5.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, b’tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, li s-servizzi msemmijin fil-paragrafu 2 ikomplu lil hinn mill-5 ta’ Lulju 2022:

(a)

għat-tlestija sal-5 ta’ Settembru 2022 tal-operazzjonijiet strettament neċessarji għat-terminazzjoni tal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 3, dment li tali operazzjonijiet ikunu nbdew qabel il-11 ta’ Mejju 2022; jew

(b)

għal raġunijiet oħra, dment li l-fornituri tas-servizzi ma jaċċettawx mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1, jew ma jqegħdux għad-dispożizzjoni tagħhom, xi fond jew xi riżorsa ekonomika, direttament jew indirettament, jew ma jipprovdux b’xi mod ieħor lil dawn il-persuni b’xi benefiċċju minn assi mqiegħda fi trust.

6.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmija f’dawk il-paragrafi, b’tali kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji għal:

(a)

skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet;

(b)

attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt fir-Russja; jew

(c)

l-operat ta’ trusts li l-għan tagħhom huwa li jamministraw skemi ta’ pensjonijiet okkupazzjonali, poloz tal-assigurazzjoni jew skema ta’ ishma għall-impjegati, karitajiet, assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali, u fondi għall-minorenni jew adulti vulnerabbli.

7.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 5 jew 6 fi żmien ġimagħtejn minn tali awtorizzazzjoni.”;

(14)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 5n

1.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ kontabilità, awditjar, inkluż awditjar statutorju, żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, jew servizzi ta’ konsulenza dwar negozju u maniġerjali u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi lil:

(a)

il-Gvern tar-Russja; jew

(b)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-forniment ta’ servizzi li huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni sal-5 ta’ Lulju 2022 ta’ kuntratti li mhumiex konformi ma’ dan l-Artikolu konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-forniment ta’ servizzi li huma strettament meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt tad-difiża fi proċedimenti ġudizzjarji u d-dritt għal rimedju legali effettiv.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-għoti ta’ servizzi maħsuba għall-użu esklużiv ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja li huma proprjetà ta’, jew ikkontrollati esklużivament jew b’mod konġunt minn, persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmijin fihom, b’tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji:

(a)

għal skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet; jew

(b)

għal attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu direttament id- demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt fir-Russja.”;

(15)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali, inkluż fejn hu xieraqpenali kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll għal miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur.”;

(16)

l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(17)

l-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(18)

l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(19)

l-Anness XII huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(20)

l-Anness XIV huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(21)

l-Anness XV huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Dan il-punt għandu japplika fir-rigward ta’ waħda, jew uħud, mill-entitajiet imsemmija fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament minn 25 ta’ Ġunju 2022 u dment li l-Kunsill, wara li jkun eżamina l-każijiet rispettivi, jiddeċiedi hekk permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni;

(22)

l-Anness XXI huwa emendat f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament;

(23)

jinżdied Anness XXV f’konformità mal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA


(1)   ĠU L 153, 3.6.2022.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(4)   ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23.


ANNESS I

Fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jinżdiedu l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li ġejjin:

“46th TSNII Central Scientific Research Institute

Alagir Resistor Factory

All-Russian Research Institute of Optical and Physical Measurements

All-Russian Scientific-Research Institute Etalon JSC

Almaz JSC

Arzam Scientific Production Enterprise Temp Avia

Automated Procurement System for State Defense Orders, LLC

Dolgoprudniy Design Bureau of Automatics (DDBA JSC)

Electronic Computing Technology Scientific-Research Center JSC

Electrosignal JSC

Energiya JSC

Engineering Center Moselectronproekt

Etalon Scientific and Production Association

Evgeny Krayushin

Foreign Trade Association Mashpriborintorg

Ineko LLC

Informakustika JSC

Institute of High Energy Physics

Institute of Theoretical and Experimental Physics

Inteltech PJSC

ISE SO RAN Institute of High-Current Electronics

Kaluga Scientific-Research Institute of Telemechanical Devices JSC

Kulon Scientific-Research Institute JSC

Lutch Design Office JSC

Meteor Plant JSC

Moscow Communications Research Institute JSC

Moscow Order of the Red Banner of Labor Research Radio Engineering Institute JSC

NPO Elektromechaniki JSC

Omsk Production Union Irtysh JSC

Omsk Scientific-Research Institute of Instrument Engineering JSC

Optron JSC

Pella Shipyard OJSC

Polyot Chelyabinsk Radio Plant JSC

Pskov Distance Communications Equipment Plant

Radiozavod JSC

Razryad JSC

Research Production Association Mars

Ryazan Radio-Plant

Scientific Production Center Vigstar JSC

Scientific Production Enterprise ‘Radiosviaz’

Scientific Research Institute Ferrite-Domen

Scientific Research Institute of Communication Management Systems

Scientific-Production Association and Scientific-Research Institute of Radio-Components

Scientific-Production Enterprise ‘Kant’

Scientific-Production Enterprise ‘Svyaz’

Scientific-Production Enterprise Almaz JSC

Scientific-Production Enterprise Salyut JSC

Scientific-Production Enterprise Volna

Scientific-Production Enterprise Vostok JSC

Scientific-Research Institute ‘Argon’

Scientific-Research Institute and Factory Platan

Scientific-Research Institute of Automated Systems and Communications Complexes Neptune JSC

Special Design and Technical Bureau for Relay Technology

Special Design Bureau Salute JSC

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘Salute’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘State Machine Building Design Bureau ‘Vympel’ By Name I.I.Toropov’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘URALELEMENT’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘Plant Dagdiesel’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘Scientific Research Institute of Marine Heat Engineering’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company PA Strela

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Plant Kulakov

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Ravenstvo

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Ravenstvo-service

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Saratov Radio Instrument Plant

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Severny Press

Tactical Missile Company, Joint-Stock Company ‘Research Center for Automated Design’

Tactical Missile Company, KB Mashinostroeniya

Tactical Missile Company, NPO Electromechanics

Tactical Missile Company, NPO Lightning

Tactical Missile Company, Petrovsky Electromechanical Plant ‘Molot’

Tactical Missile Company, PJSC ‘MBDB ‘ISKRA’ ’

Tactical Missile Company, PJSC ANPP Temp Avia

Tactical Missile Company, Raduga Design Bureau

Tactical Missile Corporation, ‘Central Design Bureau of Automation’

Tactical Missile Corporation, 711 Aircraft Repair Plant

Tactical Missile Corporation, AO GNPP ‘Region’

Tactical Missile Corporation, AO TMKB ‘Soyuz’

Tactical Missile Corporation, Azov Optical and Mechanical Plant

Tactical Missile Corporation, Concern ‘MPO – Gidropribor’

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company ‘KRASNY GIDROPRESS’

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Avangard

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Concern Granit-Electron

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Elektrotyaga

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company GosNIIMash

Tactical Missile Corporation, RKB Globus

Tactical Missile Corporation, Smolensk Aviation Plant

Tactical Missile Corporation, TRV Engineering

Tactical Missile Corporation, Ural Design Bureau ‘Detal’

Tactical Missile Corporation, Zvezda-Strela Limited Liability Company

Tambov Plant (TZ) ‘October’

United Shipbuilding Corporation ‘Production Association Northern Machine Building Enterprise’

United Shipbuilding Corporation ‘5th Shipyard’ ”.


ANNESS II

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fis-sottokategorija X.A.I.003 tal-Kategorija I – Elettronika, il-punt a huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘a.

Varjaturi tal-frekwenza u komponenti ddisinjati apposta, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;’;

(2)

qed jinżdiedu l-kategoriji li ġejjin:

“Kategorija IX – Materjali Speċjali u Tagħmir Relatat

X.C.IX.001

Komposti definiti kimikament separati skont in-Nota 1 tal-Kapitoli 28 u 29 tan-Nomenklatura Magħquda:

a.

F’konċentrazzjonijiet ta’ 95 % tal-piż jew akbar, kif ġej:

1.

Diklorur tal-etilene (CAS 107-06-2);

2.

Nitrometan (CAS RN 75-52-5);

3.

Aċidu pikriku (CAS 88-89-1);

4.

Klorur tal-aluminju (CAS 7446-70-0);

5.

Arseniku (CAS 7440-38-2);

6.

Triossidu tad-diarseniku (CAS 1327-53-3);

7.

Bis(2-kloretil)idroklorur tal-etelamina (CAS 3590-07-6);

8.

Bis(2-kloretil)idroklorur tal-etelamina (CAS 55-86-7);

9.

Tris(2-kloruetil)idroklorur tal-ammino (CAS 817-09-4);

10.

Fosfat tat-tributil (CAS 102-85-2);

11.

Isoċjanat tal-metan (CAS 624-83-9);

12.

Kwinaldina (CAS 91-63-4);

13.

2-bromokloroetan (CAS 107-04-0);

14.

Benżil (CAS 134-81-6);

15.

Dietiletere (CAS 60-29-7);

16.

Dimetiletere (CAS 115-10-6);

17.

Dimetilamminoetanol (CAS 108-01-0);

18.

2-metassjetanolu (CAS 109-86-4);

19.

Psewdokolinesterażi (BCHE);

20.

Dietilenetriammina (CAS 111-40-0);

21.

Diklorometan (CAS 75-09-2);

22.

Dimetilanalina (CAS 121-69-7);

23.

Bromur tal-etil (CAS 74-96-4);

24.

Klorur tal-etil (CAS 75-00-3);

25.

Etilammina (CAS 75-04-7);

26.

Eżammina (CAS 100-97-0);

27.

Isopropanol (CAS 67- 63-0);

28.

Bromur tal-isopropil (CAS 75-26-3);

29.

Eteru tal-isopropil (CAS 108-20-3);

30.

Metilammina (CAS 74-89-5);

31.

Bromur tal-metil (CAS 74-83-9);

32.

Monoisopropilammina (CAS 75-31-0);

33.

Klorur tal-obidossima (CAS 114-90-9);

34.

Potassju tal-bromur (CAS 7758-02-3);

35.

Piridina (CAS 110-86-1);

36.

Bromur tal-piridostigmina (CAS 101-26-8);

37.

Bromur tas-sodju (CAS 7647-15-6);

38.

Sodju metalliku (CAS 7440-23-5);

39.

Tributilammina (CAS 102-82-9);

40.

Trietilammina (CAS 121-44-8); jew

41.

Trimetilammina (CAS 75-50-3);

b.

F’konċentrazzjonijiet ta’ 90 % tal-piż jew akbar, kif ġej:

1.

Aċeton (CAS 67-64-1);

2.

Aċetilen (CAS 74-86-2);

3.

Ammonijaka (CAS 7664-41-7);

4.

Antimonju (CAS 7440-36-0);

5.

benżaldeid (CAS 100-52-7);

6.

Benżoin (CAS 119-53-9);

7.

1-Butanol (CAS 71-36-3);

8.

2-Butanol (CAS 78-92-2);

9.

Isobutanol (CAS 78-83-1);

10.

Tertbutanol (CAS 75-65-0);

11.

Karbur tal-kalċju (CAS 75-20-7);

12.

Monossidu tal-karbonju (CAS RN 630-08-0);

13.

Kloru (CAS 7782-50-5);

14.

Ċikloeżanol (CAS 108-93-0);

15.

Diċikloessilammina (CAS 101-83-7);

16.

Etanol (CAS 64-17-5);

17.

Etilen (CAS 74-85-1);

18.

Ossidu tal-etilen (CAS 75-21-8);

19.

Fluworoapatite (CAS 1306–05–4);

20.

Klorur tal-idroġenu (CAS 7647-01-0);

21.

Sulfid tal-idroġenu (CAS 7783-06-4);

22.

Aċidu mandeliku (CAS 90-64-2);

23.

Metanol (CAS 67-56-1);

24.

Klorur tal-metil (CAS 74-87-3);

25.

Jodur tal-metil (CAS 74-88-4);

26.

Merkaptan tal-metil (CAS 74-93-1);

27.

Monoetilenglikol (CAS 107-21-1);

28.

Klorur tal-ossalil (CAS 79-37-8);

29.

Sulfur tal-potassju (CAS 1312-73-8);

30.

Tijoċanat tal-potassju (CAS 333-20-0);

31.

Ipoklorit tas-sodju (CAS 7681-52-9);

32.

Kubrit (CAS 7704-34-9);

33.

Diossidu tal-kubrit (CAS 7446-09-5);

34.

Triossidu tal-kubrit (7446-11-9);

35.

Klorur tat-tiofosforil (CAS 3982-91-0);

36.

Fosfat tat-Triisobutil (CAS 1606-96-8);

37.

Fosforu abjad (CAS 12185-10-3); jew

38.

Fosforu isfar (CAS 7723-14-0).

X.C.IX.002

Fentanil u d-derivattivi tiegħu Alfentanil, Sufentanil, Remifentanil, Carfentanil, u l-imlieħ tagħhom.

Nota:

X.C.IX.002 ma tikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

X.C.IX.003

Prekursuri kimiċi għal Sustanzi Kimiċi li jaġixxu fis-Sistema Nervuża, kif ġej:

a.

4-anilino-N-feniletilpiperidin (CAS 21409-26-7); jew

b.

N-feniletil-4-piperidon (CAS 39742-60-4).

Noti:

1.

X.C.IX.003 ma tikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati X.C.IX.003 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 1 % tal-piż tat-taħlita.

2.

X.C.IX.003 ma tikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

Kategorija X – Ipproċessar tal-Materjali

X.B.X.001

“Reatturi bi fluss kontinwu” u l- “komponenti modulari” tagħhom.

Noti Tekniċi:

1.

Għall-finijiet ta’ X.B.X.001, “reatturi bi fluss kontinwu” jikkonsistu f’sistemi “plug and play” fejn is-sustanzi reattivi jiddaħħlu kontinwament fir-reattur u l-prodott li jirriżulta jinġabar fl-iżbokk.

2.

Għall-finijiet ta’ X.B.X.001, “komponenti modulari” huma moduli fluwidiċi, pompi tal-likwidi, valvi, moduli b’sodda ppakkjata, moduli tal-miksers, gejġis tal-pressjoni, separaturi likwidu-likwidu, eċċ.

X.B.X.002

Assemblaturi u sintetizzaturi tal-aċidu nuklejku mhux ikkontrollati minn 2B352.i, li huma parzjalment jew kompletament awtomatizzati, u mfasslin sabiex jiġġeneraw aċidi nuklejċi akbar minn 50 bażijiet.

X.B.X.003

Sintetizzaturi tal-peptidi awtomatizzati li kapaċi jaħdmu f’kundizzjonijiet ta’ atmosfera kkontrollata.’.


ANNESS III

Fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jinżdiedu l-pajjiżi sħab li ġejjin:

“IR-RENJU UNIT

IL-KOREA T’ISFEL”.


ANNESS IV

Fl-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, it-titolu huwa sostitwit bi:

“Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(2)”.


ANNESS V

L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS XIV

LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5h

Isem tal-persuna ġuridika, l-entità jew il-korp

Data ta’ applikazzjoni

Bank Otkritie

12 ta’ Marzu 2022

Novikombank

12 ta’ Marzu 2022

Promsvyazbank

12 ta’ Marzu 2022

Bank Rossiya

12 ta’ Marzu 2022

Sovcombank

12 ta’ Marzu 2022

VNESHECONOMBANK (VEB)

12 ta’ Marzu 2022

VTB BANK

12 ta’ Marzu 2022

Sberbank

14 ta’ Ġunju 2022

Credit Bank of Moscow

14 ta’ Ġunju 2022

Joint Stock Company Russian Agricultural Bank, JSC Rosselkhozbank

14 ta’ Ġunju 2022.

“.

ANNESS VI

Fl-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jinżdiedu l-entrati li ġejjin:

“Rossiya RTR / RTR Planeta

Rossiya 24 / Russia 24

TV Centre International”.


ANNESS VII

L-Anness XXI tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS XXI

LISTA TA’ OĠĠETTI U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3i

Kodiċi NM

Isem l-oġġett

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

16043100

Kavjar

16043200

Sostituti tal-kavjar

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xarbiet oħra spiritużi

2303

Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili, polpa tas-selq, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fond u skart mill-fermentazzjoni jew mid-distillar, kemm jekk fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le

2523

Siment ta’ Portland, siment tal-allumi, siment li għandu mill-gagazza, siment sulfru eċċezzjonali u siment idrawliku simili, kemm jekk ikkulurit jew fil-forma ta’ gagazza u kemm jekk le

ex ex2825

Idrazina u idrossilammina u mlieħ inorganiċi tagħhom; bażijiet inorganiċi oħra; ossidi, idrossidi u perossidi tal-metall oħrajn, minbarra l-kodiċijiet NM 2825 20 00 u 2825 30 00

ex ex2835

Fosfinati (ipofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati, definiti kimikament jew le, ħlief għall-kodiċi NM 2835 26 00

ex ex2901

Idrokarburi aċikliċi, għajr għall-kodiċi NM 2901 10 00

2902

Idrokarboni ċikliċi

ex ex2905

Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom, minbarra għall-kodiċi NM 2905 11 00

2907

Fenoli; fenolalkoħol

2909

Eteri, eter-alkoħoli, eter-fenoli, eter-alkoħol-fenoli, perossidi ta’ alkoħol, eter perossidi, keton perossidi (definiti kemikament jew le), u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

310420

Klorur tal-potassju

310520

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju

310560

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosforu u potassju

ex ex31059020

Fertilizzanti oħrajn li fihom il-klorur tal-potassju

ex ex31059080

Fertilizzanti oħrajn li fihom il-klorur tal-potassju

3902

Polimeri ta’ propilene jew olefini oħrajn, f’forom primarji

4011

Tajers pnewmatiċi ġodda oħrajn, tal-gomma

44

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam

4705

Polpa tal-injam miksuba b’taħlita ta’ proċessi mekkaniċi u kimiċi li jagħmlu polpa

4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f’rombli jew folji, għajr dawk tal-intestatura 4802 jew 4803

6810

Oġġetti ta’ siment, tal-konkos jew ta’ ġebel artifiċjali, rinfurzati jew le

7005

Ħġieġ “float “, u ħġieġ bil-wiċċ immattjat jew illustrat, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

7007

Ħġieġa tas-sigurtà, li tikkonsisti fi ħġieġ imwebbes (ittemprat) jew ħġieġ laminat

7010

Damiġġani, fliexken, karaffi, vażetti, borom, fjali, impulluzzi u kontenituri oħrajn, ta’ ħġieġ, ta’ tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija; vażetti tal-ħġieġ għal ippreservar; tappijiet, għotjien u tipi ta’ għeluq oħra, tal-ħġieġ

7019

Fibri tal-ħġieġ (inkluż suf tal-ħġieġ) u oġġetti magħmula minnhom (pereżempju, raden, rovings, fibri minsuġin).

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab

7606

Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm

7801

Ċomb mhux maħdum

ex ex8411

Turbo ġettijiet, turbo skrejjen u turbini oħrajn tal-gass bl-eċċezzjoni għall-partijiet ta’ turbo ġettijiet jew turbo skrejjen bil-kodiċi NM 8411 91 00

8431

Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-makkinarju tal-intestaturi minn 8425 sa 8430

8901

Bastimenti tal-kruċiera, dgħajjes għall-eskursjonijiet, laneċ, bastimenti tat-tagħbija, braken u bastimenti simili għat-trasport ta’ persuni jew prodotti

8904

Laneċ tal-irmonk u mezzi li jimbuttaw

8905

Bastimenti ħfief, fire-floats , dreġers, krejnijiet li jżommu f’wiċċ l-ilma, u bastimenti oħrajn li l-kundizzjoni ta’ tbaħħir tagħhom hija sussidjarja għall-funzjoni prinċipali tagħhom; baċiri li jżommu f’wiċċ l-ilma; pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma jew li jinżlu taħt l-ilma

9403

Għamara oħra u partijiet tagħha

”.

ANNESS VIII

Jinżdied l-anness li ġej:

“ANNESS XXV

LISTA TA’ ŻEJT MHUX MAĦDUM U PRODOTTI TAL-PETROLEUM IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3m U 3n

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

2709 00

Żjut tal-petroleum u żjut miksubin minn minerali bituminużi, grezzi

2710

Żjut tal-petroleum u żjut miksubin mill-minerali bituminużi, għajr grezzi; preparati li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, li fihom skont il-piż 70 % jew aktar żjut tal-petroleum jew żjut miksubin mill-minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparati; żjut għar-rimi

».