|
30.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/829
tal-25 ta’ Mejju 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 31/96 fir-rigward tal-istituzzjonijiet eliġibbli għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE ġiet emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 (2), li introduċiet eżenzjonijiet mill-VAT u mid-dazju tas-sisa għall-isforzi tad-difiża mwettqa fi ħdan il-qafas tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 31/96 (3) jipprevedi ċertifikat ta’ eżenzjoni, li jservi biex jikkonferma li ċerta tranżazzjoni tikkwalifika għal eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/118/KE. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw l-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tas-sisa għal sforzi ta’ difiża kif stabbilit fl-Artikolu 12(1), il-punt (ba), tad-Direttiva 2008/118/KE, dak iċ-ċertifikat jeħtieġ jiġi emendat. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 31/96 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Peress li l-Artikolu 12(1), il-punt (ba), tad-Direttiva 2008/118/KE japplika mill-1 ta’ Lulju 2022, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għal dik id-data. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 31/96 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 10).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 31/96 tal-10 ta’ Jannar 1996 dwar iċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (ĠU L 8, 11.1.1996, p. 11).
ANNESS
Noti ta’ spjegazzjoni
|
1. |
Għall-magazzinier awtorizzat, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-kunsinni ta’ oġġetti lill-istituzzjonijiet/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 12 (1) tad-Direttiva 2008/118/KE. Għaldaqstant, għandu jitfassal ċertifikat wieħed għal kull magazzinier. Barra minn hekk, il-magazzinier jeħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu. |
|
2. |
|
|
3. |
Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, l-istituzzjoni/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti. |
|
4. |
Permezz tad-dikjarazzjoni tagħha fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, l-istituzzjoni tikkonferma d-dettalji fil-kaxxi 1 u 3(a) tad-dokument u tiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-istituzzjoni. |
|
5. |
|
|
6. |
Id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq mill-istituzzjoni/individwu eliġibbli għandha tkun awtentikata fil-kaxxa 6 permezz tat-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Dik l-awtorità tista’ tagħżel li l-approvazzjoni tagħha tkun tiddependi fuq il-qbil minn awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha. Huwa f’idejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti li takkwista tali qbil. |
|
7. |
Sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata, l-awtorità kompetenti tista’ tiddispensa mill-obbligu tal-istituzzjoni eliġibbli li titlob timbru fil-każ ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali. L-istituzzjoni eliġibbli jenħtieġ li jsemmi din id-dispensa fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).