24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/37


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/808

tat-23 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu, tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Fit-30 ta’ Lulju 2018 ġiet sottomessa applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza bisiribak, f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3).

(3)

Il-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanza attiva bispiribak ġie estiż mill-31 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Lulju 2023 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1916 (4).

(4)

Madankollu, fit-22 ta’ Ottubru 2020, l-applikant ikkonferma li ma għadux jappoġġa l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni.

(5)

Billi l-applikazzjoni għat-tiġdid ġiet irtirata, l-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1916, ma għadhiex ġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida fl-eqreb data possibbli, filwaqt li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1916 tas-6 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estenzjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak (ĠU L 311, 7.12.2018, p. 24).


ANNESS

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 1, Bispiribak, id-data hija sostitwita bid-data “ 31 ta’ Lulju 2022 ”.