|
16.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/742
tat-13 ta’ Mejju 2022
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur u ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1), 232(1) u 232(3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, mill-kompartimenti tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ kunsinni ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur, u ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Saskatchewan, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fis-16 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Il-Kanada nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Quebec, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fis-17 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Alberta, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fl-20 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Il-Kanada nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Quebec, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fil-21 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar erba’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur: żewġ tifqigħat jinsabu fil-provinċja ta’ Alberta, il-Kanada, tifqigħa waħda fil-provinċja ta’ Ontario, il-Kanada u tifqigħa oħra fil-provinċja ta’ Saskatchewan, il-Kanada u ġew ikkonfermati fit-22 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(10) |
Il-Kanada nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Manitoba, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fit-23 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(11) |
Barra minn hekk, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Saskatchewan, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fl-24 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(12) |
Il-Kanada nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ New Brunswick, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fil-25 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(13) |
Barra minn hekk, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur: waħda mit-tifqigħat tinsab fil-provinċja ta’ Ontario, il-Kanada, u l-oħra fil-provinċja ta’ Saskatchewan, il-Kanada u ġew ikkonfermati fis-26 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(14) |
Il-Kanada nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Alberta, il-Kanada, u ġiet ikkonfermata fis-27 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(15) |
Apparti dan, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur: waħda mit-tifqigħat tinsab fl-istat ta’ Kansas, l-Istati Uniti, tifqigħa oħra fl-istat ta’ Nebraska, l-Istati Uniti u tifqigħa oħra fl-istat ta’ Pennsylvania u ġew ikkonfermati fis-27 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(16) |
L-Istati Uniti nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab qrib l-istat ta’ Michigan, l-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fit-28 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(17) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur: tifqigħa waħda tinsab fl-istat ta’ Colorado, l-Istati Uniti, tifqigħa oħra fl-istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti u oħra fl-istat ta’ Pennsylvania, l-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fid-29 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(18) |
L-Istati Uniti nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab qrib l-istat ta’ Oklahoma, l-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fit-30 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(19) |
L-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(20) |
Il-Kanada u l-Istati Uniti ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur, u ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, u tal-Istati Uniti ma jibqax jiġi awtorizzat minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. |
|
(21) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward ta’ tliet tifqigħat tal-HPAI fl-istabbilimenti tat-tjur, ikkonfermata fit-8 ta’ Diċembru 2021 qrib Sudbury, Babergh, South Suffolk, l-Ingilterra, (ir-Renju Unit), u fit-18 u t-22 ta’ Diċembru 2021 qrib Helsby, Cheshire West & Chester, Cheshire, l-Ingilterra, (ir-Renju Unit). Ir-Renju Unit ukoll ressaq il-miżuri li ħa sabiex jiġi evitat tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-HPAI, ir-Renju Unit implimenta politika ta’ qerda sabiex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, ir-Renju Unit temm il-miżuri ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni rikjesti wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti ta’ tjur infettat fit-territorju tiegħu. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tat-tjur qrib Sudbury, Babergh, South Suffolk, l-Ingilterra, (ir-Renju Unit) u qrib Helsby, Cheshire West & Chester, Cheshire, l-Ingilterra, (ir-Renju Unit) tneħħew u li ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur miż-żoni tar-Renju Unit minn fejn id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur ġie sospiż minħabba dawn it-tifqigħat. |
|
(23) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(24) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u tar-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza. |
|
(25) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|