16.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/741
tat-13 ta’ Mejju 2022
dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2023, l-2024 u l-2025 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u fuqu, u biex jiġi vvalutat l-esponiment għalihom tal-konsumaturi, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/601
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju pluriennali ta’ kontroll ikkoordinat għas-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm baqa’ għaddej skont regolamenti konsekuttivi, li l-aħħar wieħed minnhom huwa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/601 (3). |
(2) |
Hemm bejn tletin u erbgħin prodott li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta tan-nies fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta’ tliet snin, jeħtieġ li l-pestiċidi f’dawk il-prodotti jiġu mmonitorjati tul sensiela ta’ ċikli ta’ tliet snin biex l-esponiment tal-konsumaturi u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), bagħtet rapport xjentifiku dwar valutazzjoni tat-tfassil tal-programm ta’ monitoraġġ tal-pestiċidi (4). Ikkonkludiet li rata ta’ eċċess tal-livell massimu tar-residwi li tkun ogħla minn 1 % tista’ tiġi stmata b’marġni ta’ żball ta’ 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta’ kampjun għal minimu ta’ 32 prodott differenti. Jenħtieġ li l-ġbir ta’ dawk il-kampjuni jitqassam fost l-Istati Membri skont id-daqs tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun ta’ kull prodott fis-sena. |
(4) |
Tqiesu r-riżultati analitiċi mill-programmi ta’ kontroll uffiċjali preċedenti tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-firxa ta’ pestiċidi koperti mill-programm ta’ kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
(5) |
Fis-sit web tal-Kummissjoni (5) tinsab ippubblikata gwida bl-isem “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed”. |
(6) |
Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw minn dekompożizzjoni jew minn reazzjoni, jenħtieġ li dawk il-komposti jiġu rrappurtati separatament sa fejn jitkejlu b’mod individwali (6). |
(7) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità laħqu qbil dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni, bħall-verżjoni 2 tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni, u l-Linja Gwida dwar ir-Rappurtar ta’ Monitoraġġ Kimiku, għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, relatati mal-preżentazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
(8) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni jenħtieġ li tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk humiex qed jiġu rispettati l-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (8), fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10), billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu wieħed, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta’ analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jressqu l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. |
(12) |
Sabiex ma jkun hemm ebda konfużjoni minħabba xi trikkib bejn il-programmi pluriennali konsekuttivi, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/601. Madankollu, jenħtieġ li dan ikompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2022. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Matul is-snin2023, 2024 u 2025, l-Istati Membri (11) għandhom jieħdu u janalizzaw il-kampjuni għall-kombinamenti ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu minn kull prodott u jiġu analizzati għandu jkun skont kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b’mod aleatorju.
Il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u tal-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament f’konformità mad-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
3. Għall-oġġetti tal-ikel maħsuba għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni għandhom jiġu evalwati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-livelli massimi tar-residwi stipulati fid-Direttiva 2006/125/KE u fir-Regolamenti Delegati (UE) 2016/127 u (UE) 2016/128. F’każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta’ tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f’forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott kif jinbiegħ.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2023, fl-2024 u fl-2025 sal-31 ta’ Awwissu tal-2024, tal-2025 u tal-2026 rispettivament fil-format tar-rappurtar elettroniku kif stipulat mill-Awtorità.
Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva u/jew metabolit jew prodott li jirriżulta minn dekompożizzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi f’konformità mad-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sa fejn dawn jitkejlu b’mod individwali.
Artikolu 4
Jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/601 jitħassar.
Madankollu, għandu jibqa’ japplika sal-1 ta’ Settembru 2023 fir-rigward tal-kampjuni ttestjati fl-2022.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/601 tat-13 ta’ April 2021 dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2022, l-2023 u l-2024 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 127, 14.4.2021, p. 29).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; pesticide monitoring program: il-valutazzjoni tad-disinn. EFSA Journal 2015;13(2):4005.
(5) Id-dokument SANTE/11312/2021.
(6) SANCO/12574/2014, Dokument ta’ Ħidma dwar is-sommarju tal-LOQ f’każ ta’ definizzjonijiet kumplessi tar-residwi.
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta’ prosegwiment u fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30).
(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
(11) Skont l-Artikolu 5(4) u t-Taqsima 24 tal-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, li huwa parti integrali tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u r-referenzi għall-Istati Membri jinqraw bħala li jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq sakemm japplika dak il-Protokoll.
ANNESS I
PARTI A
Prodotti li joriġinaw mill-pjanti (1) li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom fl-2023, fl-2024 u fl-2025
2023 |
2024 |
2025 |
(a) |
(b) |
(c) |
Larinġ (2) |
Għeneb tal-mejda (2) |
Tuffieħ (2) |
Lanġas (2) |
Banana (2) |
Frawli (2) |
Frott tal-kiwi (2) |
Grapefruit (2) |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili (2) |
Pastard (2) |
Brunġiel (2) |
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb (meta ma jkun hemm l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid disponibbli, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-fattur tal-ipproċessar tal-inbid użati). |
Basal (2) |
Brokkli (2) |
Ħass (2) |
Karrotti (2) |
Bettieħ (2) |
Kaboċċi kkapoċċati (2) |
Patata (2) |
Faqqiegħ ikkultivat (2) |
Tadam (2) |
Fażola (mnixxfa) (2) |
Bżar ħelu (2) |
Spinaċi (2) |
Ħabb tas-segala (3) |
Ħabb tal-qamħ (3) |
|
Ir-ross ismar (ir-ross meħluf), li huwa ddefinit bħala ross wara li titneħħa l-qoxra mir-ross bil-ħliefa (5) |
Żejt taż-żebbuġa verġni (jekk ma jkun disponibbli ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati). |
PARTI B
Prodotti li joriġinaw mill-annimali (1) li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom fl-2023, fl-2024 u fl-2025
2023 |
2024 |
2025 |
(f) |
(d) |
(e) |
Ħalib tal-baqar (9) |
||
Fwied tal-bovini (7) |
PARTI C
Kombinamenti ta’ residwi/prodotti tal-pestiċidi li jridu jiġu analizzati fi/fuq il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti
|
2023 |
2024 |
2025 |
Kummenti |
2,4-D |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-larinġ, fil-pastard, fil-ħbub tar-ross ismar u fil-fażola mnixxfa, u fuqhom fl-2023 biss; fil-grapefruit, fl-għeneb tal-mejda, fil-brunġiel, fil-brokkli u fuqhom fl-2024; fil-ħass, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2025; |
2-Fenilfenol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Abamektina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aklonifen |
(a) |
|
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fiz-zunnarija u fuqha fl-2023 |
Aċefat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aċetamiprid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Akrinatrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aldikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aldrin u dieldrin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ametoktradin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ażinfos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ażossistrobina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bifentrin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bifenil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bitertanols |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Boskalid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Jon tal-bromur |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fir-ross ismar u fuqu fl-2023 biss; fil-bżar ħelu u fuqu fl-2024; fil-ħass u t-tadam u fuqhom fl-2025. |
Bromopropilat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bupirimat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Buprofeżin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Kaptan |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Karbaril |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Karbendażim u benomil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Karbofuran |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorantraniliprol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorfenapir |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klormekwat |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-karrotti, fil-lanġas, fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2023 biss; fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-tadam, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2025. |
Klorotalonil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorprofam |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorpirifos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorpirifos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klofenteżina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klotijanidin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċjantraniliprol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċjażofammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiflufenammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiflutrin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċimoksanil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċipermetrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiprokonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiprodinil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiromażina |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-patata, fil-basal u fil-karrotti u fuqhom fl-2023 biss; fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2024; fil-ħass u t-tadam u fuqhom fl-2025. |
Deltametrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Diażinon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Diklorvos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dikloran |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dikofol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dietofenkarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Difenokonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Diflubenżuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dimetoat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dimetomorf |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dinikonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Difenilammina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ditijanon |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas u r-ross ismar u fuqhom fl-2023; fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2024; fit-tuffieħ u l-ħawħ u fuqhom fl-2025. |
Ditijokarbamati |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkli, il-pastard, il-kaboċċi kkapoċċati, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal. |
Dodina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Benżoat tal-emamektin B1a, espress bħala emamektin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Endosulfan |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Epoksikonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Etefon |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-larinġ u l-lanġas u fuqhom fl-2023 biss; fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2024; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam u fl-inbid u fuqhom fl-2025. |
Etijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Etirimol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Etofenproks |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Etossażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ossidu tal-etilen |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-fażola (imnixxfa), fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2023 biss; fil-qamħ u fuqu fl-2024; fix-xgħir u l-ħafur u fuqhom fl-2025. |
Famoksadon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenamidon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenamifos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenarimol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenażakwin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenbukonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ossidu tal-fenbutatin |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-larinġ u l-lanġas u fuqhom fl-2023 biss; fil-brunġiel, fil-grapefruit, fil-bżar ħelu u fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2024; fit-tuffieħ, fil-frawli, fil-ħawħ, fit-tadam u fl-inbid u fuqhom fl-2025. |
Feneżammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenitrotijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenossikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpropatrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpropidina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpropimorf |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpirażammina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpirossimat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fentijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenvalerat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fipronil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flonikamid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluważifop-P |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-pastard, il-fażola mnixxfa, il-patata u l-karrotti u fuqhom fl-2023; fil-brunġiel, il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati, il-ħass, l-ispinaċi u t-tadam u fuqhom fl-2025. |
Flubendiammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fludioksonil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flufenoksuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluwopikolid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluwopiram |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flukwinkonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flusilażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flutrijafol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluksapiroksad |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Il-Folpet |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Formetanat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fosetil-Al |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fostijażat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Glifosat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Glufosinat-ammonju |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aloksifop inkluż l-aloksifop-P |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-fażola mnixxfa u fuqha fl-2023; fil-brokkoli, il-grejpfrut, il-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati u fuqhom fl-2025. |
Eżakonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Eksitijażoks |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Imażalil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Imidakloprid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Indoksakarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iprodijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iprovalikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iżokarbofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iżoprotijolan |
(a) |
|
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fir-ross ismar u fuqu fl-2023 biss. Ma għandhiex tiġi analizzata f’ebda prodott jew fuq ebda prodott fl-2024 u fl-2025. |
Kreżoksim-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Lambda-ċjalotrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Linuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Lufenuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Malatijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Idrażid malejku |
(a) |
|
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-basal u l-patata u fuqhom fl-2023 biss. |
Mandipropammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Mepanipirim |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Mepikwat |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, is-segala u r-ross ismar u fuqhom fl-2023; fil-faqqiegħ ikkultivat u ż-żerriegħa tal-qamħ u fuqhom fl-2024; fix-xgħir u l-ħafur u fuqhom fl-2025. |
Metaflumiżon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metalaksil u metalaksil-M |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metamidofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metidatijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metijokarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metomil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metossifenożid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metrafenon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Monokrotofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Miklobutanil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ometoat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Oksadiksil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Oksamil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Oksidemeton-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Paklobutrażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Paratijon-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Penkonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Penċikuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pendimetalina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Permetrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fosmet |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pirimikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pirimifos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Prokloraż |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Proċimidon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Profenofos; |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Propamokarb |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-karrotti, fil-pastard, fil-basal u fil-patata u fuqhom fl-2023 biss; fl-għeneb tal-mejda, il-bettieħ, il-brunġiel, il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati, l-ispinaċi, il-ħass, it-tadam, fix-xgħir u fuqhom fl-2025. |
Propargit |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Propikonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Propiżammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Prokwinażid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Prosulfokarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Protijokonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-karrotti, fil-basal, fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2023 biss; u fil-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2025. |
Pimetrożina |
|
(b) |
(c) |
Is-sustanza ma għanda tiġi analizzata f’ebda prodott jew fuqu fl-2023. Għandha tiġi analizzata fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2024 biss; fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2025. |
Piraklostrobin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Piridaben |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Piridalil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pirimetanil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Piriprossifen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Kinossifen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spinosad |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spinetoram |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spirodiklofen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spirodiklofen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spirossammina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spirotetramat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Sulfoksaflor |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tau-Fluvalinat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tebukonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tebufenożid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tebufenpirad |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Teflubenżuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Teflutrin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Terbutilażin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tetrakonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tetradifon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijabendażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijakloprid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijametossam |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijofanat-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tolklofos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Trijadimefon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Trijadimenol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijodikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Triażofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Triċiklażol |
(a) |
|
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fir-ross ismar u fuqu fl-2023 biss. |
Trifloksistrobin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Triflumuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Vinklożolin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
PARTI D
Kombinamenti ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu analizzati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali
|
2023 |
2024 |
2025 |
Kummenti |
Aldrin u dieldrin |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Bifentrin |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Klordan |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Klorpirifos |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Klorpirifos-metil |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Ċipermetrina |
(f) |
(d) |
(e) |
|
DDT |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Deltametrina |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Diażinon |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Endosulfan |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Famoksadon |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Fenvalerat |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Fipronil |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Glifosat |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Glufosinat-ammonju |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Ettakloru |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Eżaklorobenżen |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru) |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru) |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Indoksakarb |
|
|
(e) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-ħalib u fuqu fl-2025 biss. |
Lindan |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Metossiklor |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Paratijon |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Pendimetalina |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Permetrina |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Pirimifos-metil |
(f) |
(d) |
(e) |
|
(1) Il-partijiet tal-prodotti mhux ipproċessati li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/62 (ĠU L 18, 23.1.2018, p. 1) sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(2) Għandhom jiġu analizzati l-prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk japplika.
(3) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir, jista’ jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur u tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(4) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tal-ħafur, l-għadd ta’ kampjuni mill-għadd meħtieġ tal-ħabb tal-ħafur li ma jkunx seta’ jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħabb tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħabb tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħabb tax-xgħir jiżdied b’mod proporzjonali.
(5) Meta jkun jixraq, jista’ jiġi analizzat ukoll il-ħabb tar-ross li jkunu tneħħewlu l-qoxra u l-ħliefa. Għandu jiġi rrappurtat liema tip ta’ ross ikun ġie analizzat, jekk kienx ross imqaxxar u meħluf, jew ross meħluf biss. Jekk ikun ġie analizzat ir-ross imqaxxar u meħluf, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(6) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tax-xgħir, l-għadd ta’ kampjuni mill-għadd meħtieġ tal-ħabb tax-xgħir li ma jkunx seta’ jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħabb tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħabb tax-xgħir ikun inqas, u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħabb tal-ħafur jiżdied b’mod proporzjonali.
(7) Għandhom jiġu analizzati l-prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk japplika.
(8) Jistgħu jittieħdu kampjuni mil-laħam skont it-Tabella 3 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(9) Il-ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, kif ukoll il-ħalib iffriżat, pasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.
(10) Għandu jiġi analizzat il-bajd sħiħ mingħajr il-qoxra.
ANNESS II
L-għadd ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
(1)
L-għadd minimu ta’ kampjuni minn kull prodott li jridu jittieħdu u jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, huwa stabbilit fil-punt (5).
(2)
Minbarra l-kampjuni meħtieġa f’konformità mal-punt (5):
— |
fl-2023 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza ħames kampjuni ta’ formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta’ formuli ta’ prosegwiment; |
— |
fl-2024 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi b’bażi ta’ ċereali pproċessat; |
— |
fl-2025 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta’ prosegwiment u ikel tat-trabi b’bażi ta’ ċereali pproċessat. |
(3)
Meta jkunu disponibbli, f’kull Stat Membru għandhom jittieħdu kwantità ta’ kampjuni proporzjonata mas-sehem fis-suq ta’ komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, b’minimu ta’ 1.
(4)
L-Istati Membri li jużaw metodi multiresidwi jistgħu jużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv fuq massimu ta’ 15 % tal-kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati skont il-punt (5). Meta jintużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv, l-għadd ta’ kampjuni li jifdal għandu jiġi analizzat permezz ta’ metodi multiresidwi kwantitattivi.Meta r-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodu mmirat li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.
(5)
L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull sena għal kull komodità:
BE |
15 |
|
LT |
12 |
BG |
15 |
LU |
12 |
|
CZ |
15 |
HU |
15 |
|
DK |
12 |
MT |
12 |
|
DE |
106 |
NL |
20 |
|
EE |
12 |
AT |
15 |
|
IE |
12 |
PL |
51 |
|
EL |
15 |
PT |
15 |
|
ES |
55 |
RO |
22 |
|
FR |
78 |
SI |
12 |
|
HR |
12 |
SK |
12 |
|
IT |
75 |
FI |
12 |
|
CY |
12 |
SE |
15 |
|
LV |
12 |
Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (1) |
12 |
|
L-GĦADD TOTALI TA’ KAMPJUNI: 683 |
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.