|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/64 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/705
tal-5 ta’ Mejju 2022
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi, u jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u jikkawża tfixkil fil-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati), fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/587 (3) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Latvja u fil-Polonja. |
|
(4) |
Jenħtieġ li kwalunkwe emenda għaż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-linji gwida tal-Unjoni maqbula mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (4). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (5) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-ġustifikazzjonijiet għat-tqassim f’żoni pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/587, kien hemm tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Ġermanja u fis-Slovakkja. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti III fil-Polonja tjiebet fir-rigward tal-annimali porċini selvaġġi u miżmuma, minħabba l-miżuri ta’ kontroll tal-marda li qed jiġu applikati minn dak l-Istat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(6) |
F’April 2022, ġew osservati diversi tifqigħat waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fl-istat ta’ Mecklenburg-Vorpommern fil-Ġermanja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I tiegħu. Dawk it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Ġermanja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata fiż-żona ristretta II affettwata minn dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, u l-konfini attwali taż-żona ristretta I ukoll jeħtieġ li jiġu ddefiniti mill-ġdid biex jitqiesu dawn it-tifqigħat riċenti. |
|
(7) |
Barra minn hekk, f’April 2022, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fir-reġjun ta’ Banská Bystrica fis-Slovakkja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I tiegħu. Dawk it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tas-Slovakkja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata fiż-żona ristretta II affettwata minn dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, u l-konfini attwali taż-żona ristretta I ukoll jeħtieġ li jiġu ddefiniti mill-ġdid biex jitqiesu dawn it-tifqigħat riċenti. |
|
(8) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Ġermanja u fis-Slovakkja u meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawk l-Istati Membri ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat. Barra minn hekk, ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati wkoll il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li hemm fis-seħħ. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(9) |
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju għad-Deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Dolnośląskie u Lubuskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, minħabba li ma kienx hemm tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III fit-tliet xhur li għaddew. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II li jieħdu kont tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(10) |
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma u selvaġġi fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju għad-Deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Świętokrzyskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness, minħabba li ma kienx hemm tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f’dawk iż-żoni ristretti III f’annimali porċini miżmuma f’dawn l-aħħar tliet xhur u f’annimali porċini selvaġġi fl-aħħar tnax-il xahar. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I li jieħdu kont tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(11) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u sabiex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għall-Ġermanja, għall-Polonja u għas-Slovakkja u jiġu elenkati kif xieraq bħala żoni ristretti I, u II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Peress li s-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija dinamika ħafna fl-Unjoni, fid-demarkazzjoni ta’ dawk iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni fiż-żoni tal-madwar. |
|
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 permezz ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer(ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/587 tat-8 ta’ April 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 112, 11.4.2022, p. 11).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/diseases-and-control-measures/african-swine-fever_mt
(5) OIE Terrestrial Animal Health Code, it-28 Edizzjoni, 2019. ISBN tal-volum I: 978-92-95108-85-1; ISBN tal-volum II: 978-92-95108-86-8. https://www.oie.int/standard-setting/terrestrial-code/access-online/
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiu maakond. |
3. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’Serres:
|
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Grobiņas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie śląskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
fid-distrett ta’ Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet ta’ Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
fid-distrett ta’ Levice, il-muniċipalitajiet ta’ Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Bohunice, Pukanec, Uhliská, |
|
— |
fid-distrett ta’ Krupina, il-muniċipalitajiet ta’ Dudince, Terany, Hontianske Moravce, Sudince, Súdovce, Lišov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Ružomberok, |
|
— |
fir-reġjuna ta’ Turčianske Teplice, il-muniċipalitajiet ta’ Turček, Horná Štubňa, Čremošné, Háj, Rakša, Mošovce, |
|
— |
fid-distrett ta’ Martin, il-muniċipalitajiet ta’ Blatnica, Folkušová, Necpaly, |
|
— |
fid-distrett ta’ Dolný Kubín, il-muniċipalitajiet ta’ Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
fid-distrett ta’ Tvrdošín, il-muniċipalitajiet ta’ Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
fid-distrett ta’ Žarnovica, il-muniċipalitajiet ta’ Rudno nad Hronom, Voznica, Hodruša-Hámre, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žiar nad Hronom, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona II. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
ir-reġjun tal-Piemonte:
|
|
ir-reġjun tal-Liguria:
|
|
ir-reġjun tal-Emilia-Romagna:
|
|
ir-reġjun tal-Lombardia:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Yambol, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pernik, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kyustendil, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Plovdiv, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pazardzhik, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Smolyan, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Dobrich, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sofia city, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sofia Province, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Blagoevgrad, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Razgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kardzhali, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Burgas, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Varna, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Silistra, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Ruse, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Veliko Tarnovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pleven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Targovishte, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Shumen, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sliven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vidin, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Gabrovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Lovech, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Kalvenes, Kazdangas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Embūtes, Vaiņodes, Gaviezes, Rucavas, Vērgales, Medzes pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novads, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybės, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
id-distrett kollu ta’ Gelnica għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poprad |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Spišská Nová Ves, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Levoča, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Kežmarok |
|
— |
fid-distrett kollu ta’ Michalovce, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Košice-okolie, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rožnava, |
|
— |
il-belt kollha ta’ Košice, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sobrance, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Humenné, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Snina, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Prešov, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sabinov, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Svidník, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Medzilaborce, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stropkov |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Bardejov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stará Ľubovňa, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Revúca, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet kollha mhux inklużi fil-parti I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Lučenec, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poltár, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zvolen, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Detva, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Krupina, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Stiavnica, |
|
— |
fid-distrett ta’ Žiar nad Hronom il-muniċipalitajiet ta’ Hronská Dúbrava, Trnavá Hora, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Bystica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Brezno, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Liptovsky Mikuláš. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
ir-reġjun tal-Piemonte: |
|
ir-reġjun tal-Piemonte:
|
|
ir-reġjun tal-Liguria:
|
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
fir-reġjun ta’ Blagoevgrad:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Pazardzhik:
|
|
— |
fir-reġjun ta’ Plovdiv:
|
|
— |
fir-reġjun ta’ Varna:
|
2. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
— |
it-territorju kollu ta’ Sardegna. |
3. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
5. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
Id-distrett kollu ta’ Trebišov’, |
|
— |
Id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Humenné: Lieskovec, Myslina, Humenné, Jasenov, Brekov, Závadka, Topoľovka, Hudcovce, Ptičie, Chlmec, Porúbka, Brestov, Gruzovce, Ohradzany, Slovenská Volová, Karná, Lackovce, Kochanovce, Hažín nad Cirochou, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Michalovce: Strážske, Staré, Oreské, Zbudza, Voľa, Nacina Ves, Pusté Čemerné, Lesné, Rakovec nad Ondavou, Petríkovce, Oborín, Veľké Raškovce, Beša, |
|
— |
Fid-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota: Jesenské, Gortva, Hodejov, Hodejovec, Širkovce, Šimonovce, Drňa, Hostice, Gemerské Dechtáre, Jestice, Dubovec, Rimavské Janovce, Rimavská Sobota, Belín, Pavlovce, Sútor, Bottovo, Dúžava, Mojín, Konrádovce, Čierny Potok, Blhovce, Gemerček, Hajnáčka, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Gelnica: Hrišovce, Jaklovce, Kluknava, Margecany, Richnava, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Sabinov: Daletice, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Prešov: Hrabkov, Krížovany, Žipov, Kvačany, Ondrašovce, Chminianske Jakubovany, Klenov, Bajerov, Bertotovce, Brežany, Bzenov, Fričovce, Hendrichovce, Hermanovce, Chmiňany, Chminianska Nová Ves, Janov, Jarovnice, Kojatice, Lažany, Mikušovce, Ovčie, Rokycany, Sedlice, Suchá Dolina, Svinia, Šindliar, Široké, Štefanovce, Víťaz, Župčany. |