1.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/520

tal-31 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2), it-tielet sentenza.

Billi:

(1)

L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 (2) ġie emendat bir-Regolament (UE) 2021/1840 (3).

(2)

Skont l-Artikolu 37(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, meta dak l-Anness ġie emendat bir-Regolament (UE) 2021/1840, il-Kummissjoni qieset it-tweġibiet rispettivi li rċeviet mill-Indja u mill-Moldova għat-talba bil-miktub tagħha. L-Indja sussegwentement iddikjarat bil-miktub li l-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba tagħha rigward is-subentrata B3020 ma kinitx tirrifletti l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri eżistenti, li ma kinux jipprojbixxu l-importazzjonijiet ta’ dak l-iskart. Għalhekk, l-Indja talbet li l-proċedura għas-subentrata B3020 tinbidel mill-għażla (a) għall-għażla (d).

(3)

Il-Moldova sussegwentement iddikjarat bil-miktub li l-informazzjoni fit-tweġiba tagħha rigward subtaqsimiet ta’ diversi entrati ma kinitx tirrifletti l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri eżistenti, li ma kinux jipprojbixxu l-importazzjonijiet ta’ dawk is-subkategoriji ta’ skart. Għalhekk, il-Moldova talbet li l-proċedura għas-subkategoriji speċifikati tal-kodiċijiet tal-iskart B1010, B1200, B2020, B2110, B3011, B3020, B3030 u B3060 jenħtieġ li tiġi trasferita mill-għażla (a) għall-għażla (d).

(4)

Fiż-żmien tal-emenda, iċ-Ċilì kien elenkat b’mod skorrett fir-Regolament (KE) Nru 1418/2007 bħala li jappartjeni għal dawk il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru. Fl-10 ta’ April 2018, il-Kunsill tal-OECD approva l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Ambjentali dwar il-konformità taċ-Ċilì ma’ din id-Deċiżjoni tal-OECD. Konsegwentement, l-Artikolu 37(2) tar- Regolament (KE) Nru 1013/2006 m’għadux applikabbli għaċ-Ċilì u t-tabella għaċ-Ċilì jenħtieġ li titħassar mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007.

(5)

Fiż-żmien tal-emenda, il-kodiċijiet tal-iskart B3010 u GH013 kienu elenkati fit-tabella għall-Alġerija. Meta r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2021/1840, il-kodiċi tal-iskart GC040 ġie elenkat fit-tabella għat-Tajlandja. Dawn il-kodiċijiet m’għadhomx jintużaw u għalhekk jenħtieġ li jitħassru mill-Anness tar-Regolament (KE) 1418/2007.

(6)

Il-punteġġatura fit-tabelli għat-Tajpej Ċiniż u l-Liberja hija inkonsistenti. Fit-Tabella għat-Tajpej Ċiniż, il-kolonna (b) “B1030 - B1031” jenħtieġ li tinqara “B1030; B1031”, biex tkun skont ir-regoli dwar il-qari tal-Anness. Fit-Tabella għal-Liberja, il-kolonna (a) “- B1010 - B1250” jenħtieġ li tinqara “B1010 - B1250”, biex tkun konsistenti mar-regola għall-qari tal-kolonna (b).

(7)

Sabiex jiġu kkorreġuti dawn l-iżbalji u meta jitqies l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

(8)

Meta wieħed iqis il-ħtieġa urġenti li jerġgħu jibdew il-vjeġġi tal-iskart ikkonċernat lejn l-Indja u l-Moldova, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1840 tal-20 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 373, 21.10.2021, p. 1).


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tabella għall-Alġerija hija sostitwita b’dan li ġej:

L-Alġerija

(a)

(b)

(c)

(d)

Entrati għall-iskart uniku

 

 

 

B1010 — B1020

B1030

 

 

 

 

 

 

B1031

B1040

 

 

 

 

 

 

B1050

 

 

 

 

B1070 — B1220

 

 

 

 

 

 

B1230 — B1240

B1250 — B2020

 

 

 

minn B2030:

Fibri b’bażi ta’ ċeramika li ma humiex speċifikati jew inklużi fi bnadi oħra

 

 

minn B2030:

Skart u ruttam taċ-ċermit (komposti tal-metall u taċ-ċeramika)

B2040 — B2130

 

 

 

B3020

 

 

 

 

 

 

B3030 — B3035

B3040 — B3065

 

 

 

B3080

 

 

 

B3100 — B4030

 

 

 

GB040 — GC050

 

 

 

 

 

 

GF010

GG030

 

 

 

 

 

 

GG040”

GN010

 

 

 

GN030

 

 

 

Taħlitiet ta’ skart

L-iskart kollu mniżżel fl-Anness III u t-taħlitiet ta’ skart imniżżla fl-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

 

 

 

(2)

It-tabella għaċ-Ċilì titħassar.

(3)

Fit-Tabella għat-Tajpej Ċiniż, it-tielet ringiela, it-tieni kolonna,

“B1030 — B1031” hija sostitwita bi “B1030; B1031”.

(4)

It-tabella għall-Indja hija sostwita b’dan li ġej:

L-Indja

(a)

(b)

(c)

(d)

 

 

 

Minn B1010:

Skart tal-metall u tal-liga tal-metall f’forma metallika mhux dispersibbli:

Ruttam tat-torju

Ruttam tal-metalli tal-materjali tal-art rari

Minn B1010:

Skart tal-metall u tal-liga tal-metall f’forma metallika mhux dispersibbli:

Metalli prezzjużi (id-deheb, il-fidda, il-grupp tal-platinu, iżda mhux il-merkurju)

Ruttam tal-ħadid u tal-azzar

Ruttam tar-ram

Ruttam tan-nikil

Ruttam tal-aluminju

Ruttam taż-żingu

Ruttam tal-landa

Ruttam tat-tungstenu

Ruttam tal-molibdenu

Ruttam tat-tantalju

Ruttam tal-manjeżju

Ruttam tal-kobalt

Ruttam tal-bismut

Ruttam tal-titanju

Ruttam taż-żirkonju

Ruttam tal-manganiż

Ruttam tal-ġermanju

Ruttam tal-vanadju

Ruttam tal-afnju, tal-indju, tan-nijobju, tar-renju u tal-gallju

Ruttam tal-kromu

 

 

 

B1020

 

 

 

B1030

 

 

 

B1031

 

 

 

B1040

 

 

 

B1050:

Metall mhux ferruż imħallat, ruttam frazzjonali tqil, li fih il-kadmju, l-antimonju, iċ-ċomb u t-tellurju

B1050:

Metall mhux ferruż imħallat, ruttam frazzjonali tqil, li fih metalli ħlief dawk speċifikati

 

 

 

B1060

 

 

 

B1070

 

 

 

B1080

 

 

 

B1090

 

 

 

Minn B1100:

Skart li fih il-metalli li jiġi mit-tidwib u mir-raffinar tal-metalli:

Żingu iebes mhux pur (spelter)

Ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu

Ħmieġ ta’ fuq ta’ biċċiet taż-żingu tal-iggalvanizzar (> 90 % Zn)

Ħmieġ ta’ isfel ta’ biċċiet taż-żingu tal-iggalvanizzar (> 92 % Zn)

Ħmieġ taż-żingu fil-pressofunditura (> 85 % Zn)

Ħmieġ ta’ biċċiet taż-żingu li ġej minn magna tal-iggalvanizzar f’banju sħun (lott) (> 92 % Zn)

Xkumi taż-żingu

Xkumi tal-aluminju minbarra l-gagazzi tal-melħ

B1115

 

 

 

 

 

 

B1120 — B1240

B1250

 

 

 

 

 

 

B2010 — B2100

B2110 — B2130

 

 

 

 

 

 

B3020

B3026

 

 

 

 

 

 

B3027

 

 

 

Minn B3030:

Skart tat-tessuti. Il-materjali li ġejjin, sakemm ma humiex imħalltin ma’ skart ieħor u huma ppreparati għal speċifikazzjoni:

Skart tas-suf jew tal-pil fin jew aħrax tal-annimali, inkluż l-iskart tar-raden iżda minbarra l-istokk imrixtel

suf qasir jew pil fin tal-annimali

skart ieħor tas-suf

jew tal-pil fin tal-annimali

skart tal-pil aħrax tal-annimali

Skart tal-qoton (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel)

skart tal-ħjut (inkluż l-irmixk tal-ħajt)

stokk imrixtel

oħrajn

Rmixk u skart tal-kittien

Rmixk u skart (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel) tal-qanneb ta’ veru (Cannabis sativa)

Rmixk u skart (inkluż l-skart tal-ħjut u stokk imrixtel) ta’ ġuta u fibri tessuti ta’ tilju oħrajn minbarra l-kittien, il-qanneb ta’ veru u r-rami)

Rmixk u skart (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel) tas-sisal u ta’ fibri ta’ tessuti oħrajn tal-ġeneru Agave

Rmixk, suf qasir u skart (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel) tal-ġewż tal-Indi

Rmixk, suf qasir u skart (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel) tal-abaca (il-qanneb ta’ Manila jew Musa textilis Nee)

Rmixk, suf qasir u skart (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel) ta’ rami u ta’ fibri ta’ tessuti oħra magħmula mill-ħxejjex, li ma humiex speċifikati jew inklużi fi bnadi oħra

Skart (inkluż is-suf qasir, skart tal-ħjut u stokk imrixtel) ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

ta’ fibri sintetiċi

ta’ fibri artifiċjali

Ilbies imkagħbar u oġġetti oħra tat-tessuti mkagħbra

Ħwejjeġ ġa milbusa u oġġetti oħra tat-tessuti ġa milbusa ċraret użati, ruttam tal-ħbula, ħbula, ħbula u fili u oġġetti użati sal-aħħar tal-ħabel, lenzi, jew fili magħmulin minn materjal tessili:

isseparati

oħrajn

 

 

 

B3035 — B3060

B3065

 

 

 

 

 

 

B3070 — B3130

 

 

 

B3140:

Skart ta’ tajers pnewmatiċi u tajers oħra, minbarra dawk li ma jwasslux għall-irkupru tar-riżorsi, għar-riċiklaġġ, jew għar-reklamazzjoni iżda mhux għar-riutilizzazzjoni diretta

B3140:

Tajers tal-inġenji tal-ajru esportati lill-fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali biex jingħataw wiċċ ġdid u li jerġgħu jiġu importati wara li jingħataw wiċċ ġdid mil-linji tal-ajru għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru u li jibqgħu jew abbord jew taħt il-kustodja tal-imħażen tal-linji tal-ajru rispettivi li jinsabu fiż-żona tal-ajru taż-żoni taħt kontroll doganali

 

 

 

B4010 — B4030

 

 

 

GB040

Gagazzi mill-ipproċessar ta’ metalli prezzjużi u tar-ram għal iżjed raffinar

262030 262090

Skart tal-kisi minn ġewwa tar-refrattarji, inkluż il-griġjoli, li joriġina mit-tidwib tar-ram

Gagazzi mill-ipproċessar ta’ metalli prezzjużi għal iżjed raffinar

Gagazzi tal-landa li fihom it-tantalju li fihom inqas minn 0,5 % landa

 

 

 

GC010

Muntaturi elettriċi li jikkonsistu biss f’metalli jew ligi

 

 

 

GC020

Ruttam elettroniku (eż. bords ta’ ċirkwiti stampati, komponenti elettroniċi, wajers, eċċ.) u komponenti elettroniċi reklamati li huma tajbin għall-irkupru ta’ metall komuni u metall prezzjuż

 

 

 

GG040”

(5)

Fit-Tabella għal-Liberja, l-ewwel kolonna (kolonna a), “— B1010” u “— B1250” hija sostitwita bi “B1010 — B1250”. Kif xieraq, “-B3011” hija sostitwita bi “B3011”.

(6)

It-tabella għall-Moldova hija sostwita b’dan li ġej:

Il-Moldova (Ir-Repubblika tal-Moldova)

(a)

(b)

(c)

(d)

L-iskart kollu mniżżel fl-Anness III u t-taħlitiet ta’ skart imniżżla fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ħlief:

Minn B1010:

Skart u fdal tal-ħadid fondut, ħadid jew azzar

Minn B1200:

Gagazza granulata tal-kalkara tal-blast (ramel tal-gagazza) mill-manifattura tal-ħadid fondut grezz, ħadid jew azzar

Minn B2020 u GE020:

Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ; ħġieġ bil-gozz:

Tkissir u skart u skrapp ieħor tal-ħġieġ (li ma fihx sustanzi perikolużi)

Minn B2110:

Tajn aħmar (residwu tal-boksajt)

Minn B3011:

Polietilen b’densità inqas minn 0,94

Polimeri tal-etilen

Minn B3020:

Karta jew kartun riċiklabbli (skart u fdal):

Karta b’saħħitha kannella (kraft paper) jew kartun jew karta jew kartun immewġin mhux ibbliċjati

Karta jew kartun oħrajn, magħmulin prinċipalment minn polpa kimika bbliċjata, mhux ikkuluriti fil-massa

Karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (eż. gazzetti, perjodiċi u materjal ieħor stampat):

Gazzetti u perjodiċi qodma u mhux mibjugħin, direttorji tat-telefown, brochures u materjal ta’ reklamar stampat

Oħrajn, inklużi skart u laqx mhux magħżulin:

Mhux magħżula (jiġifieri l-produzzjoni u l-iskart domestiku ta’ diversi tipi ta’ kartun, karta bajda u kkulurita)

Magħżula (jiġifieri biċċiet ta’ karta)

Minn B3030:

Skart tal-qoton (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel)

Minn B3060:

Skart tat-tabakk (rib tat-tabakk)

Karfa tal-inbid

Tartar mhux ipproċessat

 

 

Minn B1010:

Skart u fdal tal-ħadid fondut, ħadid jew azzar

Minn B1200:

Gagazza granulata tal-kalkara tal-blast (ramel tal-gagazza) mill-manifattura tal-ħadid fondut grezz, ħadid jew azzar

Minn B2020 u GE020:

Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ; ħġieġ bil-gozz:

Tkissir u skart u skrapp ieħor tal-ħġieġ (li ma fihx sustanzi perikolużi)

Minn B2110:

Tajn aħmar (residwu tal-boksajt)

Minn B3011:

Polietilen b’densità inqas minn 0,94

Polimeri tal-etilen

Minn B3020:

Karta jew kartun riċiklabbli (skart u fdal):

Karta b’saħħitha kannella (kraft paper) jew kartun jew karta jew kartun immewġin mhux ibbliċjati

Karta jew kartun oħrajn, magħmulin prinċipalment minn polpa kimika bbliċjata, mhux ikkuluriti fil-massa

Karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (eż. gazzetti, perjodiċi u materjal ieħor stampat):

Gazzetti u perjodiċi qodma u mhux mibjugħin, direttorji tat-telefown, brochures u materjal ta’ reklamar stampat

Oħrajn, inklużi skart u laqx mhux magħżulin:

Mhux magħżula (jiġifieri l-produzzjoni u l-iskart domestiku ta’ diversi tipi ta’ kartun, karta bajda u kkulurita)

Magħżula (jiġifieri biċċiet ta’ karta)

Minn B3030:

Skart tal-qoton (inkluż l-iskart tal-ħjut u l-istokk imrixtel)

Minn B3060:

Skart tat-tabakk (rib tat-tabakk)

Karfa tal-inbid

Tartar mhux ipproċessat”

Taħlitiet ta’ skart

It-taħlitiet ta’ skart kollha elenkati fl-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

 

 

 

(7)

Fit-Tabella għat-Tajlandja, it-tieni kolonna (kolonna b),

“GC010 — GC040” hija sostitwita b’ “GC010 — GC030”.