|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/415
tal-11 ta’ Marzu 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu maliku, tal-aċidu ċitriku prodott mill-Aspergillus niger DSM 25794 jew CGMCC 4513/CGMCC 5751 jew CICC 40347/CGMCC 5343, tal-aċidu sorbiku u tas-sorbat tal-potassju, tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju, tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju, tal-propjonat tal-kalċju u tal-propjonat tal-ammonju, tal-aċidu formiku, tal-format tas-sodju, tal-format tal-kalċju u tal-format tal-ammonju, u tal-aċidu lattiku prodott mill-Bacillus coagulans (LMG S-26145 jew DSM 23965), jew mill-Bacillus smithii (LMG S-27890) jew mill-Bacillus subtilis (LMG S-27889), u tal-lattat tal-kalċju, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
L-aċidu DL-maliku, l-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku u s-sorbat tal-potassju, l-aċidu aċetiku, id-diaċetat tas-sodju u l-aċetat tal-kalċju, l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju, il-propjonat tal-kalċju u l-propjonat tal-ammonju, l-aċidu formiku, il-format tas-sodju, il-format tal-kalċju u l-format tal-ammonju, u l-aċidu lattiku u l-lattat tal-kalċju ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Sussegwentement, dawk l-addittivi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu l-applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-aċidu DL-maliku, tal-aċidu ċitriku prodott mill-Aspergillus niger DSM 25794 jew CGMCC 4513/CGMCC 5751 jew CICC 40347/CGMCC 5343, tal-aċidu sorbiku u tas-sorbat tal-potassju, tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju, tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju, tal-propjonat tal-kalċju u tal-propjonat tal-ammonju, tal-aċidu formiku, tal-format tas-sodju, tal-format tal-kalċju u tal-format tal-ammonju, u tal-aċidu lattiku prodott mill-Bacillus koagulans (LMG S-26145 jew DSM 23965), mill-Bacillus smithii (LMG S-27890) jew mill-Bacillus subtilis (LMG S-27889) u tal-lattat tal-kalċju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(4) |
L-applikant talab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “preservattivi” jew “regolaturi tal-aċidità”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Jannar 2014 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu Dl-maliku ma għandux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa irritanti għall-ġilda, għall-membrani mukużi u għall-għajnejn, u l-esponiment permezz tal-inalazzjoni huwa riskju. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-awtorità kkonkludiet ukoll li huwa effettiv bħala preservattiv tal-għalf. |
|
(6) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-27 ta’ Jannar 2015 (4), l-Awtorità kkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu ċitriku prodott mill-Aspergillus niger DSM 25794 jew CGMCC 4513/CGMCC 5751 jew CICC 40347/CGMCC 5343 ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu effetti potenzjalment perikolużi fuq il-ġilda, fuq il-membrani mukużi u fuq l-għajnejn, u l-esponiment permezz tal-inalazzjoni huwa riskju. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li s-sustanza jista’ jkollha l-potenzjal li taġixxi bħala regolatur tal-aċidità fl-għalf. Madankollu, għalkemm l-effikaċja tagħha bħala preservattiv fl-ikel hija rikonoxxuta sew, ma ntwerietx biżżejjed minħabba n-nuqqas ta’ analiżi statistika pprovduta mill-istudju tad-disinn. |
|
(7) |
Minkejja d-dgħufija tad-dimostrazzjoni statistika tal-istudji pprovduti, l-awtorizzazzjoni diġà mogħtija lill-aċidu ċitriku għall-użu fl-ikel għall-istess funzjoni tqieset bħala indikazzjoni suffiċjenti tal-effikaċja tas-sustanza bħala preservattiv, skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (5). |
|
(8) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014 (6) u tat-8 ta’ Settembru 2015 (7), l-Awtorità kkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu sorbiku u s-sorbat tal-potassju ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittivi huma irritanti għall-ġilda, għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu sorbiku u s-sorbat tal-potassju huma addittivi tal-ikel awtorizzati fl-Unjoni għall-użu bħala preservattivi. Huwa raġonevoli li wieħed jistenna li l-effett fl-ikel jiġi osservat fl-għalf meta jintuża f’konċentrazzjonijiet komparabbli u f’kundizzjonijiet simili. |
|
(9) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta’ Frar 2012 (8) u tas-6 ta’ Mejju 2021 (9), l-Awtorità kkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu aċetiku, id-diaċetat tas-sodju u l-aċetat tal-kalċju ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu dilwit huwa meqjus bħala irritanti, filwaqt li f’konċentrazzjonijiet ogħla huwa korrużiv u jippreżenta riskju partikolari għall-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu aċetiku, id-diaċetat tas-sodju u l-aċetat tal-kalċju huma addittivi tal-ikel awtorizzati fl-Unjoni għall-użu bħala preservattivi. Huwa raġonevoli li wieħed jistenna li l-effett fl-ikel jiġi osservat fl-għalf meta jintuża f’konċentrazzjonijiet komparabbli u f’kundizzjonijiet simili. |
|
(10) |
Fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Novembru 2011 (10), l-Awtorità kkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju, il-propjonat tal-kalċju u l-propjonat tal-ammonju ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju, il-propjonat tal-kalċju u l-propjonat tal-ammonju huma korrużivi għall-ġilda, għall-membrani mukużi u għall-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju, il-propjonat tal-kalċju u l-propjonat tal-ammonju għandhom il-potenzjal li jaġixxu bħala preservattivi fl-għalf. |
|
(11) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta’ Settembru 2014 (11), tal-11 ta’ Marzu 2015 (12), tat-18 ta’ Marzu 2020 (13), tas-7 ta’ Mejju 2020 (14), tad-19 ta’ Marzu 2020 (15), tal-24 ta’ Ottubru 2014 (16) u tas-7 ta’ Mejju 2020 (17), l-Awtorità kkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu formiku, il-format tas-sodju, il-format tal-kalċju u l-format tal-ammonju ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu formiku, il-format tas-sodju, u l-format tal-ammonju huma korrużivi. Il-format tal-kalċju u l-format tas-sodju mhumiex irritanti għall-ġilda, iżda kemxejn irritanti għall-għajnejn, u huma irritanti respiratorji b’potenzjal għas-sensitizzazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu formiku, il-format tas-sodju, il-format tal-kalċju u l-format tal-ammonju għandhom il-potenzjal li jaġixxu bħala preservattivi fl-għalf. |
|
(12) |
Fl-opinjonijiet tagħha tad-9 ta’ Lulju 2015 (18), tal-5 ta’ Lulju 2017 (19) u tat-12 ta’ Novembru 2019 (20), l-Awtorità kkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu lattiku prodott mill-Bacillus coagulans (LMG S-26145 jew DSM 23965), mill-Bacillus smithii (LMG S-27890) jew mill-Bacillus subtilis (LMG S-27889), u l-lattat tal-kalċju, ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu lattiku huwa irritant tal-għajnejn, korrużiv għall-ġilda u irritant tas-sistema respiratorja. Il-lattat tal-kalċju jenħtieġ li jitqies bħala irritant tal-ġilda, tal-għajnejn u tas-sistema respiratorja. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li, peress li l-aċidu lattiku u l-lattat tal-kalċju jintużaw fl-ikel bħala preservattivi, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li l-effett li jidher fl-ikel jiġi osservat fl-għalf meta dawn l-addittivi jintużaw f’konċentrazzjonijiet komparabbli u f’kundizzjonijiet simili. |
|
(13) |
L-Awtorità ma hijiex tal-fehma li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li ġew ippreżentati mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(14) |
Il-valutazzjonijiet tal-aċidu DL-maliku, tal-aċidu ċitriku prodott mill-Aspergillus niger DSM 25794 jew CGMCC 4513/CGMCC 5751 jew CICC 40347/CGMCC 5343, tal-aċidu sorbiku u tas-sorbat tal-potassju, tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju, tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju, tal-propjonat tal-kalċju u tal-propjonat tal-ammonju, tal-aċidu formiku, tal-format tas-sodju, tal-format tal-kalċju u tal-format tal-ammonju, u tal-aċidu lattiku prodott mill-Bacillus coagulans (LMG S-26145 jew DSM 23965), mill-Bacillus smithii (LMG S-27890) jew mill-Bacillus subtilis (LMG S-27889) u tal-lattat tal-kalċju, juru li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu tal-aċidu DL-maliku, tal-aċidu ċitriku, tal-aċidu sorbiku u tas-sorbat tal-potassju, tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju, tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju, tal-propjonat tal-kalċju u tal-propjonat tal-ammonju, tal-aċidu formiku, tal-format tas-sodju, tal-format tal-kalċju u tal-format tal-ammonju, u tal-aċidu lattiku u tal-lattat tal-kalċju. |
|
(15) |
Billi ma jeżistux raġunijiet ta’ sikurezza li jeħtieġu l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-aċidu DL-maliku, tal-aċidu ċitriku, tal-aċidu sorbiku u tas-sorbat tal-potassju, tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju, tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju, tal-propjonat tal-kalċju u tal-propjonat tal-ammonju, tal-aċidu formiku, tal-format tas-sodju, tal-format tal-kalċju u tal-format tal-ammonju, u tal-aċidu lattiku u tal-lattat tal-kalċju, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali għall-partijiet interessati biex iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(16) |
Il-fatt li l-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku u s-sorbat tal-potassju, l-aċidu aċetiku, l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju, il-propjonat tal-ammonju, l-aċidu formiku, il-format tal-ammonju, il-format tas-sodju, il-format tal-kalċju u l-aċidu lattiku mhumiex awtorizzati għall-użu bħala preservattivi fl-ilma tax-xorb, u li l-aċidu ċitriku jintuża bħala regolatur tal-aċidità, ma jipprekludix li jintużaw fl-għalf kompost, u li jingħataw permezz tal-ilma. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
L-addittivi speċifikati fl-Anness, li jagħmlu parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “preservattivi” jew “regolaturi tal-aċidità”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittivi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom l-addittivi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-3 ta’ Ottubru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-3 ta’ April 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-3 ta’ April 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-3 ta’ April 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-3 ta’ April 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-3 ta’ April 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2014;12(2):3563.
(4) EFSA Journal 2015;13(2):4009 u EFSA Journal 2015;13(2):4010.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 57).
(6) EFSA Journal 2014;12(7):3792.
(7) EFSA Journal 2015;13(9):4239.
(8) EFSA Journal 2012;10(2):2571.
(9) EFSA Journal 2021;19(5):6615.
(10) EFSA Journal 2011;9(12):2446.
(11) EFSA Journal 2014;12(10):3827.
(12) EFSA Journal 2015;13(5):4056.
(13) EFSA Journal 2020;18(4):6076.
(14) EFSA Journal 2020;18(5):6139.
(15) EFSA Journal 2020;18(4):6077.
(16) EFSA Journal 2014;12(11):3898.
(17) EFSA Journal 2020;18(5):6137.
(18) EFSA Journal 2015;13(12):4198.
(19) EFSA Journal 2017;15(7):4938.
(20) EFSA Journal 2019;17(12):5914.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||
|
1a296 |
Aċidu DL-maliku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu DL-maliku ≥ 99,5 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu DL-maliku ≥ 99,5 % C4H6O5 Nru tal-CAS 6915-15-7 (jew 617-48-1) Irmied sulfatat: ≤ 0,02 % Aċidu fumariku ≤ 1 % Aċidu malejku≤ 0,05 % Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu malejku bħala aċidu malejku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||||
|
1a330 |
Aċidu ċitriku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu ċitriku ≥ 99,5 % (f’materja niexfa) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu ċitriku ≥ 99,5 % Forma anidruża: C6H8O7 Nru tal-CAS 77-92-9 Forma monoidrata: C6H8O7.H2O Nru tal-CAS 5949-29-1 rmied sulfatat: < 0,05 % aċidu ossaliku: ≤ 100 mg/kg Prodott minn:
Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-aċidu ċitriku bħala aċidu ċitriku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
15 000 |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: regolaturi tal-aċidità |
||||||||||||||||||||
|
1a330 |
Aċidu ċitriku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu ċitriku ≥ 99,5 % (f’materja niexfa) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu ċitriku ≥ 99,5 % Forma anidruża: C6H8O7 Nru tal-CAS 77-92-9 Forma monoidrata: C6H8O7.H2O Nru tal-CAS 5949-29-1 rmied sulfatat: < 0,05 % aċidu ossaliku: ≤ 100 mg/kg Prodott minn:
Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tal-aċidu ċitriku bħala aċidu ċitriku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
15 000 |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1a200 |
Aċidu sorbiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu sorbiku ≥ 99 % Forma solida Sustanza attiva Aċidu sorbiku ≥ 99 % C6 H8O2 Nru tal-CAS 110-44-1 Irmied sulfatat: ≤ 0,2 % Aldeidi ≤ 0,1 % Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (4) Għad-determinazzjoni tal-aċidu sorbiku bħala aċidu sorbiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja bl-użu tad-detezzjoni bl-ultravjola, HPLC-UV (EN 17298) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr ir-ruminanti b’kirxa mhux funzjonali |
- |
- |
2 500 |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
Ruminanti b’kirxa mhux funzjonali |
- |
6 700 |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||
|
1k202 |
Sorbat tal-potassju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sorbat tal-potassju ≥ 99 % Forma solida Sustanza attiva Sorbat tal-potassju ≥ 99 % C6 H7 KO2 Nru tal-CAS 24634-61-5 Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (5) Għad-determinazzjoni tal-potassju fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-sorbat tal-potassju bħala aċidu sorbiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja bl-użu tad-detezzjoni bl-ultravjola, HPLC-UV (EN 17298) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr ir-ruminanti b’kirxa mhux funzjonali |
- |
- |
2 500 (bħala aċidu sorbiku) |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
Ruminanti b’kirxa mhux funzjonali |
- |
6 700 (bħala aċidu sorbiku) |
||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1a260 |
Aċidu aċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu aċetiku ≥ 99,8 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu aċetiku ≥ 99,8 % C2H4O2 Nru tal-CAS 64-19-7 Ilma ≤ 0,15 % Materja mhux volatili ≤ 30 mg/kg Aċidu formiku u l-imlieħ tiegħu u materjal ossidabbli ieħor ≤ 0,5 g/kg Prodott permezz ta’ sinteżi kimika inkluża l-produzzjoni taċ-ċelluloża (bħala prodott sekondarju) Metodu analitiku (6) Għad-determinazzjoni tal-aċidu aċetiku bħala aċidu aċetiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
Tjur tat-trobbija Ħnieżer Annimali tad-dar |
- |
- |
2 500 |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
L-ispeċijiet l-oħrajn kollha tal-annimali għajr il-ħut |
- |
- |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||
|
1a262 |
Diaċetat tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Diaċetat tas-sodju ≥ 58 % Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Diaċetat tas-sodju (anidruż u triidrat) ≥ 58 % NaC4H7O4 Nru tal-CAS 126-96-5 Aċidu aċetiku ≥ 39 % Ilma ≤ 2 % Materja mhux volatili ≤ 30 mg/kg Aċidu formiku u l-imlieħ tiegħu u materjal ossidabbli ieħor ≤ 1 g/kg Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (7) Għad-determinazzjoni tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tad-diaċetat tas-sodju bħala aċidu aċetiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
Tjur tat-trobbija Ħnieżer Annimali tad-dar |
- |
- |
2 500 (bħala aċidu aċetiku) |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
L-ispeċijiet l-oħrajn kollha tal-annimali għajr il-ħut |
- |
- |
||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||
|
1a263 |
Aċetat tal kalċju (anidruż u monoidrat) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat tal-kalċju ≥ 98,7 % Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċetat tal-kalċju ≥ 98,7 % C4H6CaO4 Nru tal-CAS 62-54-4 Ilma ≤ 6 % Materja mhux volatili ≤ 30 mg/kg Aċidu formiku u l-imlieħ tiegħu u materjal ossidabbli ieħor ≤ 1 g/kg Ħadid ≤ 0,5 mg/kg Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (8) Għad-determinazzjoni tal-kalċju fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-kalċju bħala aċidu aċetiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
Tjur tat-trobbija Ħnieżer Annimali tad-dar |
- |
- |
2 500 (bħala aċidu aċetiku) |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
L-ispeċijiet l-oħrajn kollha tal-annimali għajr il-ħut |
- |
- |
||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1k280 |
Aċidu propjoniku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu propjoniku ≥ 99,5 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu propjoniku ≥ 99,5 % C3H6O2 Nru tal-CAS 79-09-4 Residwu mhux volatili ≤ 0,01 % meta mnixxef f’140 °C sa piż kostanti Aldeidi ≤ 0,1 % espressi bħala propjonaldeid Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (9) Għad-determinazzjoni tal-aċidu propjoniku bħala aċidu propjoniku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer u t-tjur tat-trobbija |
- |
- |
- |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
Ħnieżer |
- |
30 000 |
||||||||||||
|
Tjur tat-trobbija |
- |
10 000 |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||
|
1k281 |
Propjonat tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Propjonat tas-sodju ≥ 98,5 % Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Propjonat tas-sodju ≥ 98,5 % C3H5O2Na Nru tal-CAS 137-40-6 Telf fit-tnixxif ≤ 4 % iddeterminat bit-tnixxif għal sagħtejn f’temperatura ta’ 105oC Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (10) Għad-determinazzjoni tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-propjonat tas-sodju bħala aċidu propjoniku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer u t-tjur tat-trobbija |
- |
- |
- |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
Ħnieżer |
- |
30 000 (bħala aċidu propjoniku) |
||||||||||||||||
|
Tjur tat-trobbija |
- |
10 000 (bħala aċidu propjoniku) |
||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||
|
1a282 |
Propjonat tal-kalċju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Propjonat tal-kalċju ≥ 98 % fuq bażi ta’ materja niexfa Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Propjonat tal-kalċju ≥ 98 % C6H10O4Ca Nru tal-CAS 4075-81-4 Telf fit-tnixxif ≤ 6 % iddeterminat bit-tnixxif għal sagħtejn f’temperatura ta’ 105oC Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (11) Għad-determinazzjoni tal-kalċju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-propjonat tal-kalċju bħala aċidu propjoniku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer u t-tjur tat-trobbija |
- |
- |
- |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
Ħnieżer |
- |
30 000 (bħala aċidu propjoniku) |
||||||||||||||||
|
Tjur tat-trobbija |
- |
10 000 (bħala aċidu propjoniku) |
||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1k284 |
Propjonat tal-ammonju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-propjonat tal-ammonju ≥ 19 %, aċidu propjoniku ≤ 80 %; ilma ≤ 30 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Propjonat tal-ammonju C3H9O2N Nru tal-CAS 17496-08-1 Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (12) Għad-determinazzjoni tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf: ISO 5664: distillazzjoni u titrazzjoni Għad-determinazzjoni tal-propjonat tal-ammonju bħala aċidu propjoniku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer u t-tjur tat-trobbija |
- |
- |
- |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
Ħnieżer |
- |
30 000 (bħala aċidu propjoniku) |
||||||||||||
|
Tjur tat-trobbija |
- |
10 000 (bħala aċidu propjoniku) |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1k236 |
Aċidu formiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu formiku ≥ 84,5 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu formiku ≥ 84,5 % H2CO2 Nru tal-CAS 64-18-6 Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (13) Għad-determinazzjoni tal-aċidu formiku fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
10 000 |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||
|
1k237i |
Format tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Format tas-sodju ≥ 98 % Forma solida Format tas-sodju ≥ 15 % Aċidu formiku ≤ 75 % Ilma ≤ 25 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Format tas-sodju HCO2Na Nru tal-CAS 141-53-7 Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (14) Għad-determinazzjoni tas-sodju fl-addittivi tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-format tas-sodju bħala aċidu formiku totali fl-addittivi tal-għalf, fit-taħlita lesta minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
10 000 (bħala aċidu formiku) |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1a238 |
Format tal-kalċju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Format tal-kalċju ≥ 98 % Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Format tal-kalċju Ca(HCO)2 Nru tal-CAS 544-17-2 Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (15) Għad-determinazzjoni tal-kalċju fl-addittiv tal-għalf: EN ISO 6869: spettrometrija tal-assorbiment atomiku (AAS) jew EN 15510: spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) Għad-determinazzjoni tal-format tal-kalċju bħala aċidu formiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlita lesta minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
10 000 (bħala aċidu formiku) |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1a295 |
Format tal-ammonju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Format tal-ammonju ≥ 35 % Aċidu formiku ≤ 64 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Format tal-ammonju ≥ 35 % HCO2NH4 Nru tal-CAS 540-69-2 Formammid < 3 000 mg/kg Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (16) Determinazzjoni tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf: ISO 5664: distillazzjoni u titrazzjoni Għad-determinazzjoni tal-format tal-ammonju bħala aċidu formiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlita lesta minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr it-tiġieġ tal-bajd, ir-ruminanti tal-ħalib, u l-annimali tad-dar u dawk li ma jipproduċux ikel |
- |
- |
2 000 (bħala aċidu formiku) |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1a270 |
Aċidu lattiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu lattiku ≥ 72 % (w/w) Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu lattiku: Aċidu D-lattiku ≤ 5 % Aċidu L-lattiku ≥ 95 % C3H6O3 Nru tal-CAS 79-33-4 Prodott bil-fermentazzjoni ta’: Bacillus coagulans (LMG S-26145 jew DSM 23965), jew Bacillus smithii (LMG S-27890) jew Bacillus subtilis (LMG S-27889). Metodu analitiku (17) Għad-determinazzjoni tal-aċidu lattiku bħala aċidu lattiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer u r-ruminanti b’kirxa funzjonali |
- |
- |
20 000 |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||
|
Ħnieżer u ruminanti għajr ir-ruminanti b’kirxa mhux funzjonali |
- |
50 000 |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||||||
|
1a327 |
Lattat tal-kalċju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Lattat tal-kalċju ≥ 98 % (bħala materja niexfa w/w) Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Lattat tal-kalċju ≥ 98 % (C3H5O2) 2 •nH2O Nru tal-CAS 814-80-2 Prodott b’sinteżi kimika Metodu analitiku (18) Għad-determinazzjoni tal-lattat tal-kalċju fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-lattat tal-kalċju bħala aċidu lattiku totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività, IC-CD (EN 17294) |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr il-ħnieżer u r-ruminanti b’kirxa funzjonali |
- |
- |
20 000 (bħala aċidu lattiku) |
|
It-3 ta’ April 2032 |
||||||||||
|
Ħnieżer u ruminanti għajr ir-ruminanti b’kirxa mhux funzjonali |
- |
30 000 (bħala aċidu lattiku) |
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(3) 1 Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(5) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(7) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(8) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(9) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(10) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(11) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(12) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(13) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(14) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(15) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(16) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(17) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(18) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports