|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/409
tad-9 ta’ Marzu 2022
li jemenda għat-329 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ entrati mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Huwa meħtieġ ukoll li tiġi riflessa għal deżinjazzjoni waħda simplifikazzjoni teknika tal-lista tan-NU bil-konsolidazzjoni tal-psewdonimi mwettqa mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” jitħassru:
|
1. |
“’Abd Al-Malik Muhammad Yusuf ‘Uthman ’Abd Al-Salam (kitba oriġinali: عبدالملك محمد يوسف عثمان عبد السلام) (psewdonimu affidabbli: (a) ‘Abd al-Malik Muhammad Yusif’ Abd-al-Salam; psewdonimu anqas affidabnbli: (a) ‘Umar al-Qatari; (b) ‘Umar al-Tayyar). Data tat-twelid: 13.7.1989. Nazzjonalità: Ġordanjana. Nru tal-Passaport: K475336 (Numru tal-passaport Ġordanjan, maħruġ fil-31.8.2009 u skada fil-30.8.2014). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.1.2015.” |
|
2. |
‘Nayif Salih Salim Al-Qaysi (magħruf ukoll bħala: a) Naif Saleh Salem al Qaisi b) Nayif al-Ghaysi). Data tat-twelid: 1983. Post tat-twelid: Il-Governorat ta’ Al-Baydah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Numru tal-Passaport: Jemen 04796738. Indirizz: a) Il-Governorat ta’ Al-Baydah, il-Jemen b) Sana’ a, il-Jemen (post preċedenti). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.” |
|
3. |
‘Sadruddin, Alhaj, Mullah (Sindku ta’ Kabul)’ |
|
4. |
‘Sayed, Alhaj Mullah Sadudin (Sindku ta’ Kabul)’ |