|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/400
tas-7 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 (2) jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-snin finanzjarji 2021 sal-2027, skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għas-snin 2021 sal-2027 jeħtieġ ikun kostitwit mill-ammonti massimi għas-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (4). |
|
(3) |
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2022. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti jeħtieġ ikun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat fl-ambitu tal-FAEŻR. |
|
(4) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li fis-sena finanzjarja 2023 jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali fl-ambitu tal-FAEŻR, ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2022. |
|
(5) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li għas-sena kalendarja 2022 jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti, ċertu perċentwal ta’ appoġġ li jeħtieġ jiġi ffinanzjat fl-ambitu tal-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2023. |
|
(6) |
Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti stipulati fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġew adattati skont dan permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 (5). |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, il-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stipulat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti. |
|
(8) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG kif stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-ammonti li jeħtieġ jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 tat-3 ta’ Frar 2021 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 8).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022 (ĠU L 9, 14.1.2022, p. 3).
ANNESS
“ANNESS
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
|
(miljun EUR) |
||||
|
Sena finanzjarja |
Ammonti mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR |
Ammonti trasferiti mill-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|
|
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
||
|
2021 |
1 099,539 |
58,165 |
600,658 |
40 367,954 |
|
2022 |
1 086,292 |
57,919 |
525,400 |
40 638,189 |
|
2023 |
1 277,253 |
55,858 |
507,322 |
40 692,211 |
|
2024 |
|
|
|
41 649,000 |
|
2025 |
|
|
|
41 782,000 |
|
2026 |
|
|
|
41 913,000 |
|
2027 |
|
|
|
42 047,000 |