8.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/21 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/385
tas-7 ta’ Marzu 2022
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tintura dderivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/485 dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/551 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-użu tat-tintura dderivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/421 għal (2) 10 snin. |
(2) |
L-użu taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, tal-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna, għall-qżieqeż, għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħnieżer nisa, għall-baqar tal-ħalib, għall-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għaż-żwiemel, għall-fniek, għall-ħut u għall-annimali tad-dar, u l-użu tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/485 (3) għal 10 snin. |
(3) |
L-użu tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, taż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, tal-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/551 (4) għal 10 snin. |
(4) |
Fil-kolonna taħt “Dispożizzjonijiet oħrajn” tal-Annessi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421, (UE) 2021/485 u (UE) 2021/551, iddaħħlet dispożizzjoni skorretta dwar it-tikkettar tal-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanzi attivi fit-taħlitiet lesti minn qabel. Jenħtieġ li din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-addittivi. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421, 2021/485 u 2021/551 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li l-Anness kollu ta’ dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni jiġi sostitwit. |
(6) |
Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-għalf ikunu jistgħu jaddattaw it-tikkettar tal-addittivi u tal-għalf li jkun fih minnu għat-termini kkoreġuti tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti. |
(7) |
Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati b’rabta mat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ dawn l-addittivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421 huwa sostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/485 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/551 huwa sostitwit bl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Is-sustanzi speċifikati fl-Annessi I, II u III, u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawk is-sustanzi, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta’ Settembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta’ Marzu 2022 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokks eżistenti.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421 tad-9 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tintura derivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (ĠU L 83, 10.3.2021, p. 21).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/485 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb (ĠU L 100, 23.3.2021, p. 3).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/551 tat-30 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb (ĠU L 111, 31.3.2021, p. 3).
ANNESS I
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b72-t |
- |
Tintura tal-artemisja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura magħmula mill-partijiet esposti frammentati tal-Artemisia vulgaris L. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Tintura magħmula mill-partijiet esposti frammentati tal-Artemisia vulgaris L permezz ta’ estrazzjoni estiża b’taħlita ta’ ilma/etanol kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma: Materja niexfa: 1,4-1,9 % Irmied: 0,2-0,5 % Frazzjoni organika: 1,13-1,65 %, li minnha
Numru CoE: 72 Forma likwida Metodu analitiku (2) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf (tintura tal-artemisja):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
30.3.2031 |
(1) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS II
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b489-eo |
- |
Żejt essenzjali tal-ġinġer |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe (1).
Numru CAS: 8007-08-7 Numru EINECS: 283-634-2 Numru FEMA: 2522 Numru CoE: 489 Forma likwida Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni ta’ alpha-zinġiberen, ta’ beta-seskwifellandren u ta’ ar-curcumen fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
12.4.2031 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b489-or |
- |
Oleoreżina tal-ġinġer |
Kompożizzjoni tal-addittiv Oleoreżina tal-ġinġer idderivata permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-estrazzjoni bis-solventi mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Oleoreżina tal-ġinġer idderivata permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-estrazzjoni bis-solventi mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (3). Żejt essenzjali: 25-30 (w/w) Ġinġeroli totali: 0,5-8 % (w/w)
Xogaoli totali: 3-6 % (w/w)
Umdità u volatili: 25-30 (w/w) Numru CoE: 489 Forma likwida Metodu analitiku (4) Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ġinġeroli totali u xogaoli totali fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina tal-ġinġer):
|
Tiġieġ tas-simna Tiġieġ tal-bajd Dundjani tas-simna Qżieqeż Ħnieżer tas-simna Ħnieżer nisa Baqar tal-ħalib Għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib) Bhejjem tal-ifrat tas-simna Nagħaġ u mogħoż Żwiemel Fniek Ħut Annimali tad-dar |
- |
- |
- |
|
12.4.2031 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b489-t |
- |
Tintura tal-ġinġer |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura tal-ġinġer idderivata permezz tal-estrazzjoni mir-riżomi mnixxfa u mitħuna taż-Zingiber officinale Roscoe bl-użu ta’ taħlita ta’ etanol/ilma. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva It-tintura tal-ġinġer hija dderivata permezz tal-estrazzjoni mir-riżomi mnixxfa u mitħuna taż-Zingiber officinale Roscoe bl-użu ta’ taħlita ta’ etanol/ilma kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (5). Solvent (etanol/ilma, 90/10): 97-98 % (w/w) Materja niexfa: 2-3 % (w/w) Ġinġeroli totali: 0,14-0,11 % (w/w)
Xogaoli totali: 0,043-0,031 % (w/w)
Metodu analitiku (6) Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ġinġeroli totali u xogaoli totali fl-addittiv tal-għalf (tintura tal-ġinġer):
|
Żwiemel Klieb |
- |
- |
- |
|
12.4.2031 |
(1) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(3) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(5) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS III
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b163-eo |
- |
Żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1):
Numru CAS: 8024-37-1 (2) Numru EINECS: 283-882-11 Numru FEMA: 30851 Numru CoE: 163 Forma likwida Metodu analitiku (3) Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ar-turmeron u beta-turmeron fl-addittiv tal-għalf (żejt tal-żagħfran tal-Indja):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
20.4.2031 |
||||||||||||||||||||||||||||||
2b163-or |
- |
L-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Oleoreżina dderivata permezz tal-estrazzjoni bl-użu ta’ solventi mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Oleoreżina dderivata permezz tal-estrazzjoni bl-użu ta’ solventi mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (4): Żejt essenzjali: 30-33 % (w/w) Kurkuminojdi totali: 20-35 % (w/w)
Umdità: 12-30 % (w/w) Metodu analitiku (5) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatura fitokimika: (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
20.4.2031 |
||||||||||||||||||||||||||||||
2b163-ex |
- |
Estratt taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Estratt mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ solventi organiċi. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Estratt mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ solventi organiċi kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (6). Kurkuminojdi totali: ≥ 90 % (w/w)
Ilma: 0,30-1,7 % (w/w) Numru EINECS: 283-882-14 Numru FEMA: 30864 Numru CAS: 8024-37-14 Numru CoE: 163 Forma solida (trab) Metodu analitiku (7) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatura fitokimika: (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
20.4.2031 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
mL tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||
2b163-t |
- |
Tintura taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura prodotta permezz tal-estrazzjoni tar-riżomi mnixxfa fl-art ta’ Curcuma longa L. bl-użu ta’ taħlita ta’ ilma u etanol (55/45 % v/v). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Tintura prodotta permezz tal-estrazzjoni tar-riżomi mnixxfa fl-art ta’ Curcuma longa L. bl-użu ta’ taħlita ta’ ilma u etanol (55/45 % v/v), kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (8). Fenoli (bħala ekwivalenti ta’ aċidu galliku): 1 000 –1 500 μg/mL Kurkuminojdi totali (9) (bħala kurkumina): 0.04 to 0.09 % (w/v) Kurkumina (I): 83–182 μg/mL Deżmetossikurkumina (II): 80–175 μg/mL Bis-deżmetossikurkumina (III): 139-224 μg/mL Żejt essenzjali: 1 176 -1 537 μg/mL Materja niexfa: 2,62-3,18 % (w/w) Solvent (etanol/ilma, 55/45): 96-97,5 % (w/w) Numru CoE:163 Forma likwida Metodu analitiku (10) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatura fitokimika: (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (tintura taż-żagħfran tal-Indja):
|
Żwiemel Klieb |
- |
- |
- |
|
20.4.2031 |
(1) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(2) Japplika l-istess identifikatur mingħajr diskriminazzjoni, għal tipi diversi ta’ estratti u derivattivi tal-Curcuma longa, bħaż-żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja, estratt taż-żagħfran tal-Indja u tintura taż-żagħfran tal-Indja.
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(4) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(5) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(6) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(7) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(8) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(9) Japplika l-istess identifikatur mingħajr diskriminazzjoni, għal tipi diversi ta’ estratti u derivattivi tal-Curcuma longa, bħaż-żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja, estratt taż-żagħfran tal-Indja u tintura taż-żagħfran tal-Indja.
(10) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports