8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/384

tal-4 ta’ Marzu 2022

li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-adattament tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002” (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2), il-frażi introduttorja, il-punti (a) u (b), u t-tieni subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għar-regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali u dwar il-prodotti derivati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi l-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha ta’ prodotti sekondarji u ta’ prodotti derivati.

(2)

B’mod aktar speċifiku, l-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jirreferi għal-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha tal-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati, b’mod partikolari, permezz ta’ kontroreferenzi tal-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum tal-bniedem stabbiliti f’atti oħra tal-Kummissjoni.

(3)

Wara reviżjoni kbira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali bir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u l-kontrolli uffiċjali bir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għadd ta’ atti tal-Kummissjoni li jistabbilixxu listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem, imsemmija fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, tħassru u ġew sostitwiti, b’mod partikolari b’atti adottati skont ir-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (5), ġie adottat skont ir-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, jew kompartimenti tagħhom fil-każ ta’ annimali tal-akkwakultura, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (6), ġie adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/625, u jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ regolamenti.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jiġu aġġornati, b’mod partikolari billi r-referenzi għal-listi ta’ pajjiżi terzi stabbiliti fl-atti tal-Kummissjoni mħassra jiġu sostitwiti b’referenzi xierqa għar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u (UE) 2021/405.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).


ANNESS

L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

1.

fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1, it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 1

Nru

Prodott

Materja prima (referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009)

Kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu

Listi ta’ pajjiżi terzi

Ċertifikati/dokumenti mudell

1

Il-proteina pproċessata tal-annimali, inkluż it-taħlitiet u l-prodotti għajr l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih din il-proteina, u l-għalf kompost li jkun fih din il-proteina kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 10

(a)

Il-proteina pproċessata tal-annimali trid tkun ġiet prodotta f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X; u

(b)

l-proteina pproċessata tal-annimali għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.

(a)

Fil-każ ta’ proteini pproċessati tal-annimali eskluż il-frakass tal-fdal tal-ħut:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (*), u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador.

(b)

Fil-każ ta’ frakass tal-fdal tal-ħut:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (**).

(a)

Fil-każ ta’ proteina pproċessata tal-annimali għajr dik derivata mill-insetti mrobbija:

il-Kapitolu 1 tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija:

il-Kapitolu 1a tal-Anness XV.

2

Prodotti tad-demm għal materjal tal-għalf

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (a) u l-punt (b)(i) tal-Artikolu 10.

Il-prodotti tad-demm iridu jkunu ġew prodotti f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness X u mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV

(a)

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm mill-ungulati:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet tal-kategoriji kollha ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet rispettivi.

(b)

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm minn speċijiet oħra:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

il-Kapitolu 4(B) tal-Anness XV.

3

Xaħmijiet imdewba u żejt tal-ħuta

(a)

Fil-każ ta’ xaħmijiet imdewba, eskluż iż-żejt tal-ħuta:

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 10.

(b)

Fil-każ ta’ żejt tal-ħuta:

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (e), (f), (i) u (j) tal-Artikolu 10.

(a)

Ix-xaħam imdewweb u ż-żejt tal-ħuta jridu jkunu ġew prodotti f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness X; u

(b)

Ix-xaħam imdewweb għandu jkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu.

(a)

Fil-każ ta’ xaħmijiet imdewba, eskluż iż-żejt tal-ħuta:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador

(b)

Fil-każ ta’ żejt tal-ħuta:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(a)

Fil-każ ta’ xaħmijiet imdewba, eskluż iż-żejt tal-ħuta:

il-Kapitolu 10(A) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ żejt tal-ħuta:

il-Kapitolu 9 tal-Anness XV.

4

Ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib, kolostru, prodotti tal-kolostru

(a)

Ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib: Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (e), (f) u (h) tal-Artikolu 10.

(b)

Kolostru, prodotti tal-kolostru: Materjali tal-Kategorija 3 minn annimali ħajjin li ma wrew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-kolostru mill-bnedmin jew mill-annimali.

Il-ħalib, il-prodotti b’bażi tal-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu.

(a)

Fil-każ ta’ ħalib u prodotti b’bażi tal-ħalib:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XVII jew fil-Parti 1 tal-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għall-importazzjonijiet tal-ħalib tal-ungulati jew fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għall-importazzjonijiet tal-ħalib tas-solipedi.

(b)

Fil-każ ta’ kolostru u prodotti tal-kolostru:

Pajjiżi terzi elenkati bħala awtorizzati fil-Parti 1 tal-Anness XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għall-importazzjonijiet tal-ħalib tal-ungulati, jew fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għall-importazzjonijiet tal-ħalib tas-solipedi.

(a)

Fil-każ tal-ħalib, il-prodotti b’bażi tal-ħalib u l-prodotti derivati mill-ħalib:

il-Kapitolu 2(A) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ tal-kolostru u l-prodotti tal-kolostru:

il-Kapitolu 2(B) tal-Anness XV.

5

Ġelatina u proteina idrolizzata

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g), (i) u (j) tal-Artikolu 10, u, fil-każ tal-proteina idrolizzata: Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (d), (h) u (k) tal-Artikolu 10.

Il-ġelatina u l-proteina idrolizzata jridu jkunu ġew prodotti f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

(a)

Pajjiżi terzi elenkati fl-Annessi XII jew XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

(EG) L-Eġittu

(b)

Fil-każ tal-ġelatina u tal-proteina idrolizzata mill-ħut:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(a)

Fil-każ tal-ġelatina:

il-Kapitolu 11 tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ tal-proteina idrolizzata:

il-Kapitolu 12 tal-Anness XV.

6

Fosfat tad-dikalċju

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 10.

Il-fosfat tad-dikalċju jrid ikun ġie prodott f’konformità mat-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fl-Annessi XII jew XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405

il-Kapitolu 12 tal-Anness XV.

7

Fosfat tat-trikalċju

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i) u (k) tal-Artikolu 10.

Il-fosfat tat-trikalċju jrid ikun ġie prodott f’konformità mat-Taqsima 7 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fl-Annessi XII jew XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405

il-Kapitolu 12 tal-Anness XV.

8

Kollaġen

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g), (i) u (j) tal-Artikolu 10.

Il-kollaġen irid ikun ġie prodott f’konformità mat-Taqsima 8 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fl-Annessi XII jew XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405

il-Kapitolu 11 tal-Anness XV.

9

Prodotti tal-bajd

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (e), (f) u l-punt (k)(ii) tal-Artikolu 10.

Il-prodotti tal-bajd iridu jkunu ġew prodotti f’konformità mat-Taqsima 9 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII, pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIV jew pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

il-Kapitolu 15 tal-Anness XV.

2.

fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II, it-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 2

Nru

Prodott

Materja prima (referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009)

Kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu

Listi ta’ pajjiżi terzi

Ċertifikati/dokumenti mudell

1

Demel ipproċessat, prodotti derivati minn demel ipproċessat, frass u gwanu tal-friefet il-lejl

Il-materjal tal-Kategorija 2 imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9.

Id-demel ipproċessat, il-prodotti derivati minn demel ipproċessat u mill-gwanu tal-friefet il-lejl iridu jkunu ġew prodotti f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tal-Anness XI.

Pajjiżi terzi elenkati fi:

(a)

Il-Parti 1 tal-Anness XIII jew it-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-demel ipproċessat ta’ ungulati, frass jew gwanu tal-friefet il-lejl, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador;

(b)

Il-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-demel ipproċessat tas-solipedi; jew

(c)

Il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-demel ipproċessat tat-tjur tat-trobbija.

il-Kapitolu 17 tal-Anness XV.

2

Prodotti tad-demm, esklużi dawk mill-ekwidi, għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf għall-annimali tar-razzett

Il-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 8 u l-materjal tal-Kategorija 3 msemmi fil-punti (a), (b), (d) u (h) tal-Artikolu 10.

Il-prodotti tad-demm iridu jkunu ġew prodotti f’konformità mat-Taqsima 2.

Il-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm mhux ittrattati tal-ungulati:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 li mingħandhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ kull speċi ta’ ungulati domestiċi u għall-perjodu indikat fil-kolonni 7 u 8 ta’ dik il-Parti biss.

(b)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm mhux ittrattati ta’ tjur tat-trobbija u speċijiet oħra ta’ tjur:

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(c)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm mhux ittrattati ta’ annimali oħra:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII, fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, jew fl-Anness V jew fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405.

(d)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm ittrattati ta’ kull speċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fil-Parti 1 tat-Taqsima A tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jew fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador.

(a)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm mhux ittrattati:

il-Kapitolu 4(C) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm ittrattati:

il-Kapitolu 4(D) tal-Anness XV.

3

Demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (d) u (h) tal-Artikolu 10.

Id-demm u l-prodotti tad-demm għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 3.

Il-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ demm li jkun inġabar f’konformità mal-punt 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII jew fejn il-prodotti tad-demm ikunu ġew prodotti f’konformità mal-punt 2(b)(i) ta’ dak il-Kapitolu:

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati jew ta’ ekwidi rreġistrati jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(b)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm li jkunu ġew ittrattati f’konformità mal-punt 2(b)(ii) tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati jew ta’ ekwidi rreġistrati, jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405

il-Kapitolu 4(A) tal-Anness XV

4

Ġlud friski jew imkessħin tal-ungulati

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (a) u l-punt (b)(iii) tal-Artikolu 10.

Il-ġlud għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 u 4 tat-Taqsima 4,.

Il-ġlud jiġu minn pajjiż terz, jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, minn parti ta’ pajjiż terz elenkat fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jew tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li minnha l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi.

il-Kapitolu 5(A) tal-Anness XV.

5

Ġlud ittrattati tal-ungulati

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (a), il-punt (b)(i) u (iii) u l-punt (n) tal-Artikolu 10.

Il-ġlud għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4 tat-Taqsima 4.

(a)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati tal-ungulati:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness IV, il-Parti 1 tal-Anness XIII jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador.

(b)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati ta’ ruminanti li jkunu maħsuba biex jintbagħtu fl-Unjoni u li jkunu nżammu separati għal 21 jum jew li jkollhom jinġarru għal 21 jum mingħajr waqfien qabel l-importazzjoni:

Kwalunkwe pajjiż terz.

(a)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati tal-ungulati, għajr dawk li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 4:

il-Kapitolu 5(B) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati ta’ ruminanti u ta’ ekwidi li jkunu maħsuba biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea u li jkunu nżammu separati għal 21 jum jew se jkollhom jinġarru għal 21 jum mingħajr waqfien qabel l-importazzjoni fl-Unjoni:

Id-dikjarazzjoni uffiċjali stabbilita fil-Kapitolu 5(C) tal-Anness XV.

(c)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati tal-ungulati li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 4:

Mhu meħtieġ l-ebda ċertifikat

6

Trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra tal-annimali

Il-materjali tal-Kategorija 2 imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 9, li ġejjin minn annimali selvaġġi li ma jkunux suspettati li jkunu infettati b’marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali u materjal tal-Kategorija 3 msemmi fil-punt (a), l-punt (b)(i), (iii) u (v) u l-punt (n).

It-trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 5.

(a)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5:

Kwalunkwe pajjiż terz.

(b)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra msemmija fil-punt 3 tat-Taqsima 5:

(i)

Trofej tal-kaċċa ta’ għasafar:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur tat-trobbija, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(GL) Greenland

 

(TN) it-Tuneżija.

(ii)

Trofej tal-kaċċa ta’ ungulati:

Pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni relattivi għal laħam frisk ta’ ungulati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, inkluż kull restrizzjoni stabbilita fil-kolonna għal kundizzjonijiet speċifiċi għal laħam frisk, jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, fil-każ ta’ solipedi.

(a)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5:

il-Kapitolu 6(A) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa msemmija fil-punt 3 tat-Taqsima 5:

il-Kapitolu 6(B) tal-Anness XV.

(c)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima 5:

Mhu meħtieġ l-ebda ċertifikat.

7

Lanżit tal-ħnieżer

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 10.

Il-lanżit tal-ħnieżer irid ikun ġej minn annimali li jkunu nqatlu f’biċċerija fil-pajjiż terz ta’ oriġini u jkunu joriġinaw minnu.

(a)

Fil-każ ta’ lanżit tal-ħnieżer mhux ittrattat:

Pajjiżi terzi, jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, ir-reġjuni tagħhom, elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u l-pajjiżi terzi li ġejjin li kienu ħielsa mid-deni Afrikan tal-ħnieżer matul il-perjodu ta’ tnax-il xahar qabel id-data tal-importazzjoni fl-Unjoni:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador

(b)

Fil-każ ta’ lanżit tal-ħnieżer ittrattat:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u l-pajjiżi terzi li ġejjin li setgħu ma kinux ħielsa mid-deni Afrikan tal-ħnieżer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-importazzjoni fl-Unjoni:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador

(a)

Jekk ma jkun seħħ l-ebda każ ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-importazzjoni fl-Unjoni:

il-Kapitolu 7(A) tal-Anness XV.

(b)

Fejn seħħ każ wieħed jew aktar ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-importazzjoni fl-Unjoni:

il-Kapitolu 7(B) tal-Anness XV.

8

Suf u xagħar mhux ittrattati u prodotti minn annimali għajr dawk tal-ispeċi tal-porċini

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (h) u (n) tal-Artikolu 10.

(1)

Is-suf u x-xagħar nexfin u mhux ittrattati jridu:

(a)

jkunu magħluqa b’mod sigur fl-imballaġġ; u

(b)

jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf, jew lil impjant li jagħmel operazzjonijiet intermedji, b’kondizzjonijiet li ma jħallux it-tixrid tal-aġenti patoġeniċi.

(2)

Is-suf u x-xagħar huma suf u xagħar kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 25(2).

(1)

Kwalunkwe pajjiż terz.

(2)

Pajjiż terz jew reġjun tiegħu

(a)

elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ ruminanti mhux soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi addizzjonali; u

(b)

ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u, fil-każ tas-suf u x-xagħar tan-nagħaġ u tal-mogħoż, mill-ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż f’konformità mal-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (*).

(1)

Mhu meħtieġ l-ebda ċertifikat għal importazzjonijiet ta’ suf u xagħar mhux ittrattati.

(2)

Dikjarazzjoni mill-importatur f’konformità mal-Kapitolu 21 tal-Anness XV hija meħtieġa.

9

Rix ittrattat, partijiet tar-rix u l-ewwel rix (down)

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (b)(v) u l-punti (h) u (n) tal-Artikolu 10.

Ir-rix ittrattat jew il-partijiet tar-rix għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6.

Kwalunkwe pajjiż terz.

Mhu meħtieġ l-ebda ċertifikat għal importazzjonijiet ta’ rix, partijiet ta’ rix u l-ewwel rix (down) ittrattati.

10

Prodotti sekondarji tal-apikultura

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-apikultura maħsuba għal użu fl-apikultura, għajr xama’ tan-naħal fl-għamla ta’ xehda tal-għasel:

(i)

Il-prodotti sekondarji tal-apikultura jkunu ġew suġġetti għal temperatura ta’ -12 °C jew għal temperatura aktar baxxa għal mill-anqas 24 siegħa; jew

(ii)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal, il-materjal jkun ġie pproċessat f’konformità ma’ kwalunkwe mill-metodi ta’ proċessar minn numru 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar numru 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV, u rraffinat qabel l-importazzjoni fl-Unjoni.

(b)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal, minbarra xama’ tan-naħal fl-għamla ta’ xehda tal-għasel, għajr għal finijiet ta’ tagħlif lil annimali tar-razzett, ix-xama’ tan-naħal ikun ġie raffinat jew ipproċessat skont kwalunkwe mill-metodi ta’ pproċessar minn numru 1 sa 5 jew il-metodu ta’ pproċessar numru 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV qabel l-importazzjoni fl-Unjoni.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-apikultura maħsuba għal użu fl-apikultura:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(CM) il-Kamerun

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador.

(b)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal għajr għal finijiet ta’ tagħlif lil annimali tar-razzett:

Kwalunkwe pajjiż terz.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-apikultura maħsuba għal użu fl-apikultura:

il-Kapitolu 13 tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal għajr għal finijiet ta’ tagħlif lil annimali tar-razzett:

Dokument kummerċjali li jikkonferma r-raffinar jew l-ipproċessar.

11

Għadam u prodotti mill-għadam (eskluż il-frakass tal-għadam), qrun u prodotti mill-qrun (eskluż il-frakass tal-qrun) u qwieqeb u prodotti mill-qwieqeb (eskluż il-frakass tal-qwieqeb) għal użu ieħor għajr bħala materjal tal-għalf, fertilizzant organiku jew materjal li jtejjeb il-ħamrija

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (a), il-punt (b)(i) u (iii), u l-punti (e) u (h) tal-Artikolu 10.

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 7.

Kwalunkwe pajjiż terz.

Il-prodotti għandu jkollhom magħhom:

(a)

dokument kummerċjali kif stabbilit fil-punt 2 tat-Taqsima 7; u

(b)

dikjarazzjoni tal-importatur f’konformità mal-Kapitolu 16 tal-Anness XV f’mill-anqas lingwa uffiċjali waħda tal-Istat Membru tal-ewwel wasla fl-Unjoni u mill-anqas f’lingwa uffiċjali waħda tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

12

Ikel għall-annimali domestiċi, inkluż l-affarijiet ta’ tgerrim mill-klieb

(a)

Fil-każ ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u ta’ affarijiet ta’ tgerrim mill-klieb: il-materjali msemmija fil-punt (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 35.

(b)

Fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi: il-materjali msemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 35.

L-ikel għall-annimali domestiċi u l-affarijiet ta’ tgerrim mill-klieb iridu jkunu ġew prodotti f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness XIII.

(a)

Fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII, fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn il-laħam bl-għadam huwa awtorizzat.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(b)

Fil-każ ta’ affarijiet ta’ tgerrim mill-klieb u ikel għall-annimali domestiċi għajr l-ikel nej għall-annimali domestiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII, fil-Parti 1 tal-Anness XIV jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

(AL) l-Albanija

(EC) L-Ekwador

(DZ) l-Alġerija

(GE) Il-Georgia (ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi għajr l-ikel għall-annimali domestiċi fil-landa)

(LK) Is-Sri Lanka

(SA) L-Arabja Sawdija (l-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li joriġina mit-tjur biss)

(SV) El Salvador

(TW) It-Tajwan

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(a)

Fil-każ ta’ ikel għall-annimali domestiċi fil-landa:

il-Kapitolu 3(A) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi għajr l-ikel għall-annimali domestiċi fil-landa:

il-Kapitolu 3(B) tal-Anness XV.

(c)

Fil-każ tal-affarijiet ta’ tgerrim mill-klieb:

il-Kapitolu 3(C) tal-Anness XV.

(d)

Fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi:

il-Kapitolu 3(D) tal-Anness XV.

13

Interjuri għat-taħwir għall-manifattura tal-ikel għall-annimali domestiċi

Il-materjali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 35

L-interjuri għat-taħwir iridu jkunu ġew prodotti f’konformità mal-Kapitolu III tal-Anness XIII.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u fejn huwa awtorizzat il-laħam bl-għadam.

Fil-każ tal-interjuri għat-taħwir mill-materjali tal-ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

Fil-każ tal-interjuri għat-taħwir li joriġinaw mit-tjur, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur frisk.

Fil-każ tal-interjuri għat-taħwir minn ċerti mammali salvaġġi terrestri u leporidae, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness V jew fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi.

il-Kapitolu 3(E) tal-Anness XV.

14

Prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi għajr l-ikel nej għall-annimali domestiċi u ta’ prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf

(a)

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a) sa (m) tal-Artikolu 10.

(b)

Fil-każ ta’ materjali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, il-materjali tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8.

(c)

Fil-każ ta’ pil għall-manifattura ta’ prodotti derivati, il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (n) tal-Artikolu 10.

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 8.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi:

(i)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, inkluż annimali tar-razzett u annimali salvaġġi:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni tal-laħam frisk għall-konsum mill-bniedem.

(ii)

Fil-każ ta’ materja prima ta’ tjur tat-trobbija inkluż ir-ratiti:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur tat-trobbija, li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(iii)

Fil-każ ta’ materja prima ta’ ħut:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(iv)

Fil-każ ta’ materja prima ta’ mammali tal-art selvaġġi oħra u leporidae:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Annessi V jew VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(b)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura tal-farmaċewtiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII, fil-Parti 1 tal-Anness XIV jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, jew fl-Anness I, fl-Anness V jew fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(PH) il-Filippini

 

(SV) El Salvador

 

(TW) it-Tajwan.

(c)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ prodotti għall-użi barra mill-katina tal-għalf għall-annimali tar-razzett, għajr il-farmaċewtiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, fl-Anness I, fl-Anness V jew fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

Fil-każ ta’ materjal mill-ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(d)

Fil-każ tal-pil għall-manifattura ta’ prodotti derivati:

Pajjiż terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ungulati.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi:

il-Kapitolu 3(F) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ prodotti għal użi barra mill-katina tal-għalf għall-annimali tar-razzett:

il-Kapitolu 8 tal-Anness XV.

15

Prodotti sekondarji tal-annimali għal użu bħala ikel nej għall-annimali domestiċi

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punt (a) u l-punt b(i) u (ii) tal-Artikolu 10.

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 8.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII, fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jew fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn il-laħam bl-għadam huwa awtorizzat.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

il-Kapitolu 3(D) tal-Anness XV.

16

Prodotti sekondarji tal-annimali għal użu fl-għalf għall-annimali tal-pil

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a) sa (m) tal-Artikolu 10

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 8.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII, fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jew l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn il-laħam bl-għadam huwa awtorizzat.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

il-Kapitolu 3(D) tal-Anness XV.

17

Xaħmijiet imdewba għal ċerti finijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali tar-razzett

(a)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għall-produzzjoni tal-bijodiżil, tal-prodotti oleokimiċi jew tal-fjuwils li jistgħu jiġġeddu msemmija fil-punt L tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV:

Il-materjali tal-Kategoriji 1, 2 u 3 msemmija fl-Artikolu 8, 9 u 10.

(b)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għall-produzzjoni tal-fjuwils li jistgħu jiġġeddu msemmija fil-punt J tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV:

il-materjali tal-Kategoriji 2 u 3 msemmija fl-Artikoli 9 u 10.

(c)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għall-fertilizzanti organiċi u għall-materjali li jtejbu l-ħamrija:

Il-materjali tal-Kategorija 2 imsemmija fil-punti (c) u (d) u l-punti (f)(i) tal-Artikolu 9, u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, għajr fil-punti (c) u (p).

(d)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għal skopijiet oħra: Il-materjali tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 8,

Il-materjali tal-Kategorija 2 imsemmija fil-punti (c) u (d) u l-punti (f)(i) tal-Artikolu 9, u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, għajr fil-punti (c) u (p).

Ix-xaħmijiet imdewba għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 9.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(AL) l-Albanija

 

(DZ) l-Alġerija

 

(SV) El Salvador.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

il-Kapitolu 10(B) tal-Anness XV.

18

Derivattivi mix-xaħam

(a)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użi barra mill-katina tal-għalf għal annimali tar-razzett:

Il-materjali tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 8, il-materjali tal-Kategorija 2 imsemmija fil-punti (c) u (d) u l-punti (f)(i) tal-Artikolu 9, u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10.

(b)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użu bħala għalf:

Il-materjali tal-Kategorija 3, għajr materjali msemmija fil-punti (n), (o) u (p) tal-Artikolu 10;

Id-derivattivi mix-xaħam għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 10.

Kwalunkwe pajjiż terz.

(a)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użi barra mill-katina tal-għalf għal annimali tar-razzett:

il-Kapitolu 14(A) tal-Anness XV.

(b)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użu bħala għalf:

il-Kapitolu 14(B) tal-Anness XV.

19

Fotoġelatina

Il-materjali tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8, u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10.

Il-fotoġelatina importata għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 11.

Il-fotoġelatina tista’ tkun importata biss minn stabbilimenti ta’ oriġini fl-Istati Uniti u fil-Ġappun li jkunu awtorizzati f’konformità mat-Taqsima 11.

il-Kapitolu 19 tal-Anness XV.

20

Qrun u prodotti tal-qrun, eskluż il-frakass tal-qrun, u qwieqeb u prodotti tal-qwieqeb, eskluż il-frakass tal-qwieqeb, għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti jew ta’ materjali organiċi li jtejbu l-ħamrija

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fil-punti (a), (b), (h) u (n) tal-Artikolu 10.

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 12.

Kwalunkwe pajjiż terz.

il-Kapitolu 18 tal-Anness XV.


(*)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(**)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).”

(*)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).”