|
22.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/248
tal-15 ta’ Frar 2022
li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xarba spirituża skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill “Pregler”/“Osttiroler Pregler”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Awstrija tas-7 ta’ Ġunju 2019 għar-reġistrazzjoni tal-isem “Pregler”/“Osttiroler Pregler” bħala Indikazzjoni Ġeografika. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament imsemmi, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019. |
|
(3) |
Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), f’konformità mal-Artikolu 17(6) ta’ dan ir-Regolament, u f’konformità mal-Artikolu 50(4), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) 2019/787. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
|
(5) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-isem “Pregler”/“Osttiroler Pregler” jiġi rreġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Indikazzjoni Ġeografika “Pregler”/“Osttiroler Pregler” hija b’dan irreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787 lill-Indikazzjoni Ġeografika “Pregler”/“Osttiroler Pregler”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).