|
|
Isem
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-inklużjoni fil-lista
|
|
“44.
|
Aung Naing Oo
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 13 ta' Ottubru 1962;
Post tat-twelid: Kyaukse, Mandalay, Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel;
Indirizz: L 103, Kenyeikthar Lane 6, FMI city, Yangon, Myanmar/Burma;
Nru tal-passaport: DM002656
Karta tal-Identità Nazzjonali: 7/PaKhaNa (Naing) 13345
|
Aung Naing Oo ilu l-Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin mit-2 ta’ Frar 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.
Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin, huwa responsabbli biex jgħin lin-negozji u jiffaċilita l-investimenti fil-Myanmar/Burma u għaldaqstant jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż billi ddikjara li l-media internazzjonali eżaġerat il-kriżi u insista wkoll li l-moviment ta’ diżubbidjenza ċivili qed jasal fi tmiemu. Barra minn hekk, huwa impedixxa lid-diriġenti ta’ kumpanniji barranin tat-telekomunikazzjoni milli jitilqu mill-pajjiż mingħajr permess u fi Frar 2021 keċċa mill-Ministeru lill-impjegati taċ-ċivil li pprotestaw. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
45.
|
Charlie Than
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 1950;
Ġeneru: raġel;
Indirizz: Room No (23), Building No (25), Palm Village Villa, Yankin Yanshin Street, Yangon, Myanmar/Burma
|
Charlie Than ilu l-Ministru għall-Industrija mit-22 ta’ Mejju 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.
Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Industrija, huwa għandu kontroll fuq il-fabbriki tal-Istat u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
46.
|
Thet Thet Khine
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Data tat-twelid: 19 ta' Awwissu 1967;
Post tat-twelid: Mogok, Myanmar/Burma;
Ġeneru: mara
Indirizz:127A Dhamazadei Road, Kamayut, Yangon, Myanmar/Burma;
Numru tal-passaport: MB132403 (Myanmar/Burma) maħruġ fis-7 ta’ Mejju 2015 u jiskadi fis-6 ta’ Mejju 2020;
Karta tal-Identità Nazzjonali: 9MAKANAN034200
|
Thet Thet Khine ilha l-Ministru għall-Assistenza Soċjali, is-Soljev u r-Risistemazzjoni mill-4 ta’ Frar 2021. Hija nħatret mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.
Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tagħha, hija appoġġat pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż id-dikjarazzjoni tagħha li l-militar wettaq il-kolp ta’ stat b’reazzjoni għal frodi elettorali. Barra minn hekk, ċaħdet li l-militar wettaq ġenoċidju kontra l-popolazzjoni Rohingya. Għaldaqstant, tappoġġa u hija involuta f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
47.
|
Maung Maung Ohn (magħruf ukoll bħala U Maung Maung Ohn)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Maung Maung Ohn ilu l-Ministru għall-Informazzjoni mill-1 ta’ Awwissu 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021. Qabel huwa kien Ministru għal-Lukandi u t-Turiżmu, meta nħatar fis-7 ta’ Frar 2021.
Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa jikkontrolla l-media tal-Istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, Kyemon u l-gazzetti tal-Global New Light of Myanmar u l-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News), u għalhekk jikkontrolla x-xandir u l-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet uffiċjali. Wara l-kolp ta’ stat huwa kompla bil-politiki repressivi u saħħaħhom aktar, b’mod partikolari billi emenda l-Liġi dwar it-Televiżjoni u x-Xandir bir-Radju, impona restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-internet, il-kriminalizzazzjoni tal-ġurnaliżmu u l-priġunerija tal-ġurnalisti. Barra minn hekk, ta struzzjonijiet lill-membri tal-Kunsill tal-Media tal-Myanmar, korp indipendenti, biex jimplimentaw l-objettivi tal-gvern.
Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
48.
|
Shwe Kyein (magħruf ukoll bħala U Shwe Kyein)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Shwe Kyein ilu membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat mit-30 ta’ Marzu 2021.
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar/Burma billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u trasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar 2021, ġie stabbilit l-Kunsill Amministrattiv tal-Istat biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, U Shwe Kyein kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Istat u għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika.
Il-forzi u l-awtoritajiet militari li joperaw taħt il-kontroll tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat wettqu kontinwament ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, spostaw mijiet ta’ eluf ta’ persuni, ħarqu, ittorturaw u qatlu persuni ċivili u ċaħdu l-aċċess ugwali għall-għajnuna umanitarja. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat irrestrinġew il-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni billi bblokkaw l-aċċess għall-internet, u permezz ta’ arresti, detenzjonijiet u kundanni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż biex b’hekk il-forzi militari setgħu jeżerċitaw awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifika, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, il-persuni ċivili, inkluż il-ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, miċħuda mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Bħala membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, U Shwe Kyein huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
21.2.2022
|
|
49.
|
Aung Moe Myint (magħruf ukoll bħala U Aung Moe Myint)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Aung Moe Myint ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Aung Moe Myint kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
50.
|
Than Tun (magħruf ukoll bħala U Than Tun)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Than Tun ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Tun kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
51.
|
Aung Lwin Oo (magħruf ukoll bħala U Aung Lwin OO)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Aung Lwin Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Lwin Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
52.
|
Aung Saw Win (magħruf ukoll bħala U Aung Saw Win)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Aung Saw Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Saw Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
53.
|
Than Win
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Than Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
54.
|
Saw Ba Hline (magħruf ukoll bħala U Saw Ba Hline)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Saw Ba Hline ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Saw Ba Hline kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
55.
|
Soe Oo (magħruf ukoll bħala U Soe OO)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Soe Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Soe Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
56.
|
Than Soe (magħruf ukoll bħala U Than Soe)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Than Soe ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Soe kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
57.
|
Bran Shaung (magħruf ukoll bħala U Bran Shaung)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma
Ġeneru: raġel
|
Bran Shaung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Bran Shaung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
58.
|
Myint Oo (magħruf ukoll bħala U Myint Oo)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Myint Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
59.
|
Khin Maung Oo (magħruf ukoll bħala U Khin Maung Oo)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Khin Maung Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Khin Maung Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
60.
|
Nu Mya Zan (Magħrufa wkoll bħala Daw Nu Mya Zan)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: mara
|
Nu Mya Zan ġiet innominata bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċettat din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tagħha bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Nu Mya Zan kienet involuta direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
61.
|
Myint Thein (magħruf ukoll bħala U Myint Thein)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Myint Thein ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Thein kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
62.
|
Ba Maung (magħruf ukoll bħala Dr Ba Maung)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Ba Maung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Ba Maung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
63.
|
Tayza Kyaw (magħruf ukoll bħala U Tayza Kyaw)
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
U Tayza Kyaw huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jokkupa diversi pożizzjonijiet għolja, inkluż bħala Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana u Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 1 (BSO 1).
Qabel il-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja operazzjonijiet militari fl-Istat ta’ Kachin, ikkaratterizzati minn użu eċċessiv ta' forza kontra gruppi ta’ minoranza etnika u vjolenza indiskriminata li wasslu għall-ksur tad-drittijiet taċ-ċivili u l-ispostament furzat tagħhom.
Minn Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja l-BSO 1, li mexxa diversi operazzjonijiet militari fuq skala kbira f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ U Than Hlaing, li r-responsabbiltà tiegħu għat-twettiq ta’ vjolenza eċċessiva u ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġiet stabbilita. It-tħejjija u t-tnedija sussegwenti tal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” fir-reġjuni ta’ Sagaing u Magwe, fl-ambitu tal-BSO 1, urew użu partikolarment eċċessiv ta' forza kif ukoll vjolenza abbażi tal-ġeneru. Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma kif ukoll għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
64.
|
Ni Lin Aung
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung huwa Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Parti mill-ġuriżdizzjoni tal-Kmand tal-Lvant hija l-Istat ta’ Kayah. F’attakk fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. Il-militar tal-Myanmar huwa responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lvant, il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung jikkmanda direttament l-unitajiet fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022
|
|
65.
|
Aung Zaw Aye
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye huwa l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).
F’attakk militari fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2, il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye jikkmanda l-Kmand tal-Lvant, li jikkmanda direttament l-unitajiet militari attivi fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Logutenent Ġeneral huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.2.2022”
|